ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.042.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 42

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
13 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 042/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7129 – VREP/SUDKB/Duo Plast) ( 1 )

1

2014/C 042/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7125 – Advent/UNIT4) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 042/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 042/04

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta' Bojszowy

3

2014/C 042/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

5

2014/C 042/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 042/07

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 042/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

2014/C 042/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7176 – CFAO/Carrefour/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 042/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10

2014/C 042/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

16


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7129 – VREP/SUDKB/Duo Plast)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 42/01)

Fl-24 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7129. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7125 – Advent/UNIT4)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 42/02)

Fit-30 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7125. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Frar 2014

(2014/C 42/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3573

JPY

Yen Ġappuniż

138,89

DKK

Krona Daniża

7,4621

GBP

Lira Sterlina

0,82160

SEK

Krona Żvediża

8,7718

CHF

Frank Żvizzeru

1,2249

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3320

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,533

HUF

Forint Ungeriż

308,52

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1658

RON

Leu Rumen

4,4823

TRY

Lira Turka

2,9770

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5016

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4930

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5274

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6277

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7186

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 441,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9297

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2289

HRK

Kuna Kroata

7,6545

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 401,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,5096

PHP

Peso Filippin

60,827

RUB

Rouble Russu

47,2415

THB

Baht Tajlandiż

44,191

BRL

Real Brażiljan

3,2702

MXN

Peso Messikan

18,0643

INR

Rupi Indjan

84,2951


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/3


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta' Bojszowy

(2014/C 42/04)

Il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta' konċessjonijiet għall-ipprospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożitu ta' żejt u gass naturali fiż-żona ta' Bojszowy, provinċja ta' Śląskie

Isem

Nru. tal-blokk

It-tqassim tal-1992

X

Y

Bojszowy

parti mill-blokk ta' konċessjoni Nru 391

243 697,0

507 548,0

243 478,0

507 644,0

243 282,0

507 858,0

243 184,0

508 113,0

241 036,0

507 914,0

241 055,0

505 631,0

241 493,0

505 822,0

242 541,0

506 516,0

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

Applikazzjonijiet tal-konċessjoni għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent mhux iktar tard minn nofsinhar CET/CEST tal-aħħar ġurnata tal-perjodu ta' 100 ġurnata li jibda fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu ser ikunu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

it-tariffi proposti għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %).

It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri fiż-żona ta' Bojszowy hija:

(1)

fil-każ ta' tiftix għad-depożiti ta' żejt u gass naturali:

fuq tul ta' perjodu ta' tliet snin: PLN 10 000,00 kull sena,

għar-raba' u l-ħames sena tal-validità ta' kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 kull sena,

għas-sitt u s-snin sussegwenti tal-validità ta' kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 kull sena,

(2)

fil-każ ta' tiftix għad-depożiti ta' żejt u gass naturali:

fuq tul ta' perjodu ta' ħames snin: PLN 30 000,00 kull sena;

għas-sitt, seba' u t-tmien sena tal-validità ta' kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 kull sena;

għas-sitt, seba' u t-tmien sena tal-validità ta' kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri PLN 30 000,00 kull sena;

L-applikazzjonijiet ser ikunu miftħin għall-pubbliku fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent f'nofsinhar CET/CEST fl-erbatax-il ġurnata wara li tkun għalqet l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-applikazzjonijiet ser tkun lesta f'perjodu ta' sitt xhur wara li tkun għalqet l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti ser jirċievu notifika bil-miktub bir-riżultat tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji ser tagħti konċessjonijiet għat-tiftix jew esplorazzjoni għad-depożiti ta' żejt u gass naturali lill-applikant li jintgħażel wara li tikkunsidra l-opinjoni ta' awtoritajiet relevanti, u tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri magħha.

L-impriża inkwistjoni għandu jkollha kemm drittijiet tal-użufrutt kif ukoll konċessjoni sabiex tkun tista' tagħmel it-tiftix u l-esplorazzjoni għad-depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ambjent fl-indirizz li ġej:

Ministry of the Environment

Geology and Geological Concessions Department

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

L-informazzjoni tista' tinkiseb mill-:

websjat tal-Ministeru tal-Ambjent

http://www.mos.gov.pl

Geology and Geological Concessions Department

Ministry of the Environment

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Faks +48 225792460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl

Approvat minn:

Piotr Grzegorz WOŹNIAK

Ġeologu Prinċipali Nazzjonali


13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 42/05)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Pantelleria–Trapani u viċiversa;

Pantelleria–Palermo u viċeversa;

Pantelleria–Palermo u viċeversa;

Lampedusa–Catania u viċeversa

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

1 ta’ Lulju 2014.

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

Għal aktar tagħrif:

Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC)

Direzione sviluppo trasporto aereo

Viale Castro Pretorio 118

00185 Roma RM

ITALIA

Tel. +39 0644596564

Faks +39 0644596591

Posta elettronika: osp@enac.gov.it

Internet: http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 42/06)

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Pantelleria–Trapani u viċiversa;

Pantelleria–Palermo u viċeversa;

Lampedusa–Palermo u viċeversa;

Lampedusa–Catania u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2017

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din l-istedina għall-offerti

Indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Għal aktar tagħrif:

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione sviluppo trasporto aereo

Viale Castro Pretorio 118

00185 Roma RM

ITALIA

Tel. +39 0644596564

Faks +39 0644596591

Posta elettronika: osp@enac.gov.it

Internet: http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/7


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2014/C 42/07)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AST-SC/01/14 – Segretarji (gradi SC 1 u SC 2) Għal-lingwi li ġejjin: Il-Kroat (HR), L-Ingliż (EN), Il-Franċiż (FR) u L-Ġermaniż (DE)

L-avviż ta' kompetizzjoni se jkun ippubblikat f'24 lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali C 42 A tat-13 ta' Frar 2014.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 42/08)

1.

Fl-4 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-affiljati ta' Apollo Management LP (“Apollo”, l-Istati Unit tal-Amerika), u Ulster Bank Ireland Limited (“Ulster Bank”, l-Irlanda) proprjetà ta' Royal Bank of Scotland Group plc (ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Arnotts Holdings Limited (“Arnotts”, l-Irlanda) b'mezzi oħrajn.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Apollo: investimenti tal-portafoll,

għal Ulster Bank: servizzi bankarji bl-imnut u korporattivi,

għal Arnotts: ħwienet bl-imnut mhux speċjalizzati fl-Irlanda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7150 – Apollo/Ulster Bank/Arnotts, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7176 – CFAO/Carrefour/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 42/09)

1.

Fit-3 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (1) (KE) Nru 139/2004 li permezz tagħha CFAO SA (Franza) u Carrefour SA (Franza) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' impriża konġunta permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi l-impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CFAO SA hija kumpanija rreġistrata skont il-liġi Franċiża, ikkontrollata mill-kumpanija Toyota Tsusho Corporation (il-Ġappun), attiva fl-oqsma tad-distribuzzjoni tal-karozzi, prodotti farmaċewtiċi, materjali u tagħmir u servizzi tal-IT, prinċipalment fl-Afrika u fit-territorji barranin kollettivi Franċiżi,

Carrefour SA hija l-kumpanija azzjonarja tal-grupp Carrefour attiva fil-bejgħ bl-imnut ta', fil-biċċa l-kbira, l-ikel fi Franza u f'pajjiżi barranin,

L-impriża konġunta għandha l-għan tal-iżvilupp ta' attività ta' bejgħ bl-imnut ta', fil-biċċa l-kbira, l-ikel fis-Senegal, il-Kamerun, il-Kongo, il-Côte d'Ivoire, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Gabon, in-Niġerja u l-Gana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7176 – CFAO/Carrefour/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 42/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“BŒUF DE CHAROLLES”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-0873-07.04.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Bœuf de Charolles”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-laħam taċ-ċanga minn annimali tar-razza Charolais biss jista' jġorr id-denominazzjoni tal-oriġini “Bœuf de Charolles”:

erħiet ta' mill-anqas 28 xahar,

baqar ta' mill-anqas 8 snin,

barrin ikkastrati ta' mill-anqas 30 xahar.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali hija stabbilita skont it-tabella EUROP, u abbażi tal-kriterji li ġejjin:

konformazzjoni tal-karkassa bejn il-gradi R u E,

piż minimu tal-karkassa skont il-kategorija tal-annimal:

360 kg għall-karkassi tal-baqar u tal-barrin ikkastrati,

320 kg għall-karkassi tal-erħiet,

kisja tax-xaħam fuq ġewwa u fuq barra ta' bejn 2+ u 3+,

lewn aħmar li jagħti fl-aħmar jgħajjat,

lewn tal-kisja tax-xaħam li jvarja mill-krema għall-isfar,

għadam bejn irqiq ħafna u ta' ħxuna normali,

konsistenza bejn “irqiqa ħafna” u “normali”,

pH aħħarija tal-karkassa ta' 5.8 jew inqas.

Il-laħam ikun ta' lewn aħmar jgħajjat u mraħħam b'mod fin. Għandu konsistenza fina u tarija, ftit li xejn fibruża, u togħma mmerrqa u kemxejn aċiduża li tibqa' fil-ħalq. Il-karatteristiċi tipiċi tiegħu, li joħorġu l-iktar meta jissajjar permezz tax-xamm u tad-dewqa, huma l-intensità u r-rikkezza tal-aromi tiegħu (annimali, xaħmi, veġetali, ċereali, eċċ.)

Il-laħam jiġi ppreżentat biss imkessaħ, u ma għandux jiġi ffriżat jew issurġelat.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-għoġġiela jitreddgħu b'mod naturali, minn ommhom jew, fejn meħtieġ, minn baqra tat-treddigħ, u jkollhom aċċess għall-għalf sakemm jinfatmu.

Il-baqar jingħalfu b'sistema li talterna, minn staġun għall-ieħor, bejn il-mergħa u l-istalla, b'mod li jingħalfu mqar darbtejn bil-ħaxix. L-istadju tat-tismin, li huwa l-istadju li fih il-baqar ikunu lesti għall-qtil, isegwi l-istadju tat-trobbija. Ix-xitwa u s-sajf jinfluwenzaw kif l-annimali jgħixu u jingħalfu.

Il-medja annwali tar-rata ta' okkupazzjoni ta' azjenda hija 1.8 unità bovina (UGB, unité de gros bovin) għal kull ettaru ta' superfiċje agrikola użata (SAU, surface agricole utile) jew inqas, b'densità okkupazzjonali massima ta' 2 UGB kull ettaru.

Fl-istadju tat-trobbija, fis-sajf, l-annimali jirgħu għal tal-anqas 200 jum tas-sena, konsekuttivi jew mhux. Il-ħuxlief li jiġi esklussivament miż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, u għalf kumplimentari mqassam skont il-kundizzjonijiet stipulati taħt, jistgħu jingħataw lill-annimali biex jissupplimentaw il-ħaxix mirgħi. L-annimali jirgħu għal tal-anqas żewġ staġuni. Matul ix-xitwa, il-baqar jingħalfu b'għalf li ġej esklussivament miż-żona ġeografika ddefinita u b'supplimenti tal-għalf skont il-kundizzjonijiet hawn taħt. L-għalf huwa magħmul minn pjanti erbaċej friski jew imnixxfa, inklużi wċuħ tal-għeruq, pjanti tal-mergħat (ħxejjex, Papilionaceae, Hydrophyllaceae) u tiben.

It-tismin tal-annimali jsir f'mergħa waħda jew aktar iddedikati lit-tismin, imsemmija lokalment bħala “prés d’embouche”, li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita.. Fis-sajf, l-annimali għandhom jirgħu esklussivament f'mergħat tat-tismin. Fix-xitwa, l-annimali jitlestew fil-mergħat tat-tismin u fl-istalla: l-annimali għandhom jirgħu fil-mergħat tat-tismin għal tal-anqas 30 jum konsekuttivi. Fl-istilla, l-għalf imqassam lill-annimali jkun magħmul esklussivament minn ħuxlief imnixxef tal-ogħla kwalità, miż-żona ġeografika ddefinita: imwerraq, aħdar, b'aroma niexfa u veġetali. Kull forma ta' għalf iffermentat hija pprojbita fl-alimentazzjoni tal-baqar. Għal massimu ta' għaxart ijiem mit-tneħħija tagħhom mill-istalla, li matulhom il-baqar kapaċi jadattaw għal bidla fil-għalf, il-ħuxlief jista' jiżdied bħala suppliment għall-għalf lokali.

Il-pjanti, il-prodotti sekondarji u s-supplimenti għandhom jiġu, obbligatorjament, minn prodotti mhux tranżġeniċi. Matul l-istadju tat-trobbija, is-supplimenti tal-għalf użati fis-sajf u fix-xitwa huma limitati għal medja annwali ta' 2 kg ta' materja niexfa għal kull annimal, kuljum.

Fl-istadju tat-tlestija, dan huwa limitat għal 1 kg ta' materja niexfa għal kull 100 kg piż ħaj.

Meta l-baqar jingħataw torti tal-għalf, il-proporzjon ta' żerriegħa tal-kittien għandu jikkostitwixxi tal-anqas 70 % tal-piż tar-razzjon tat-torta.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-twelid, it-trobbija, it-tismin u t-tbiċċir tal-annimali għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Sal-istadju tad-distribuzzjoni aħħarija, it-tikkettar tal-karkassa u tal-qatgħat għandu jinkludi speċifikament:

Id-denominazzjoni tal-oriġini;

Is-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea;

In-numru ta' identifikazzjoni tal-annimal jew in-numru tal-lott;

Il-kategorija tal-annimal;

Id-data tat-tbiċċir;

Għal-laħam maħsub għax-xiwi jew għall-forn, għajr il-falda l-irqiqa, il-falda l-ħoxna u l-flett, il-kliem “le temps de maturation entre les dates d'abattage des animaux et de vente au détail au consommateur final est de 14 jours pleins minimum” (iż-żmien ta’ maturazzjoni bejn id-data tal-qtil tal-bhejjem u d-data tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari għandu jkun mill-anqas 14-il jum sħiħ).

Għal-laħam ikkummerċjalizzat bħala prodott tradizzjonali, it-tikkettar għandu jiġi appoġġjat minn “certificat de garantie et d’origine” (CGO, ċertifikat ta' garanzija u tal-oriġini), stabbilit mill-grupp ta' produtturi.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Bœuf de Charolles” tkopri l-cantons u l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Département de la Loire: il-cantons ta' Charlieu u Perreux kif ukoll il-muniċipalitajiet ta' Ambierle, Briennon, Changy, Cuinzier, La Bénisson-Dieu, La Gresle, La Pacaudière, Le Crozet, Lentigny, Mably, Noailly, Ouches, Pouilly-les-Nonains, Pradines, Régny, Renaison, Riorges, Roanne, Sail-les-Bains, Saint-Alban-les-Eaux, Saint-André-d'Apchon, Saint-Forgeux-Lespinasse, Saint-Germain-Lespinasse, Saint-Haon-le-Châtel, Saint-Haon-le-Vieux, Saint-Léger-sur-Roanne, Saint-Martin-d'Estréaux, Saint-Romain-la-Motte, Saint-Victor-sur-Rhins, Urbise, Villerest, Vivans.

Département de la Nièvre: il-canton ta' Luzy kif ukoll il-muniċipalitajiet ta' La Nocle-Maulaix, Saint-Seine, Ternant.

Département du Rhône: il-muniċipalità ta' Bourg-de-Thizy.

Département de la Saône et Loire: il-cantons ta' Autun-Nord, Autun-Sud, Bourbon-Lancy, Charolles, Chauffailles, La Clayette, Le Creusot-Est, Digoin, Gueugnon, La Guiche, Issy l’Evêque, Marcigny, Matour, Mesvres, Montceau-les-Mines-Nord, Montceau-les-Mines-Sud, Montcenis, Montchanin, Mont-Saint-Vincent, Palinges, Paray-le-Monial, Semur-en-Brionnais, Toulon-sur-Arroux ainsi que les communes de Ameugny, Barnay, Beaubery, Bergesserin, Bissy-sur-Fley, Bonnay, Bourgvilain, Bray, Buffières, Burzy, Cersot, Chapaize, Château, Châtel-Moron, Chérizet, Chiddes, Chissey-lès-Mâcon, Clermain, Cluny, Collonge-la-Madeleine, Cordesse, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Curtil-sous-Buffières, Donzy-le-National, Dracy-lès-Couches, Epertully, Epinac, Essertenne, Etang-sur-Arroux, Flagy, Fley, Germagny, Germolles-sur-Grosne, Igornay, Jalogny, La Comelle, La Vineuse, Lournand, Malay, Marcilly-lès-Buxy, Massilly, Massy, Mazille, Morey, Morlet, Mornay, Passy, Perreuil, Pressy-sous-Dondin, Reclesne, Sailly, Saint-André-le-Désert, Saint-Bérain-sur-Dheune, Saint-Bonnet-de-Joux, Saint-Didier-sur-Arroux, Sainte-Cécile, Sainte-Hélène, Saint-Emiland, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Huruge, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Léger-du-Bois, Saint-Léger-sous-la-Bussière, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Martin-d'Auxy, Saint-Martin-de-Commune, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Pierre-le-Vieux, Saint-Point, Saint-Privé, Saint-Vincent-des-Prés, Saint-Ythaire, Saisy, Salornay-sur-Guye, Sassangy, Savianges, Savigny-sur-Grosne, Sigy-le-Châtel, Sivignon, Suin, Sully, Taizé, Thil-sur-Arroux, Tintry, Tramayes, Verosvres, Villeneuve-en-Montagne, Vitry-lès-Cluny.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika li minnha ġej il-laħam “Bœuf de Charolles” tinsab fix-xifer tal-lvant tal-Massif Central, immarkata b'qasmiet ġeoloġiċi, imġarrfa f'livelli varji, u parzjalment mimlija b'depożiti sedimentari mill-epoki sekondarja, terzjarja u kwaternarja. Dan il-baċin huwa kkurunat minn blat kristallin primarju u metamorfożizzat. L-art hija mtarrġa f'altitudni ta' inqas minn 500 metru, u tgawdi minn klima deskritta mix-xjenzati tal-Borgonja (Pierre Pagney u Jean-Pierre Chabin, Atlas de Bourgogne, 1976) bħala “klima Charolais”, b'temperaturi moderati u xita regolari matul is-sena, li bis-saħħa tagħhom jikber il-ħaxix u jinżammu l-mergħat. Din il-ġeomorfoloġija twassal għal varjetà wiesgħa ta' tipi ta' ħamrija li jgħinu joħolqu mużajk ta' mergħat li jikkumplimentaw 'il xulxin. Jiġu sfruttati minn bdiewa li jrabbu l-annimali, skont l-uċuħ tal-ħaxix li joffru (trobbija, għalf, tismin), u huma mifruda permezz ta' netwerk ta' arbuxxelli.

Dan il-pajsaġġ bl-arbuxxelli, magħmul minn pjanti erbaċej, sġajjar u siġar, jiggarantixxi varjetà ta' għalf għall-annimali, filwaqt li jipprovdilhom b'kenn u kwiet, u jikkontribwixxi għall-bijodiversità rikka li ssostni l-mergħat permanenti. Il-bilanċ ta' din l-ekosistema huwa żgurat mill-manutenzjoni ta' dawn l-arbuxxelli. Barra minn hekk, il-preżenza viżibbli ta' annimali f'dan l-ambjent tagħti struttura u saħħa lill-pajsaġġ.

Din iż-żona tgawdi wkoll minn netwerk sfiq tal-ilma, li huwa tajjeb għat-tkabbir tal-ħaxix u jipprovdi bjar naturali għall-annimali.

Is-sistema ta' produzzjoni fiż-żona ġeografika hija karatterizzata minn kif dawk li jrabbu l-bhejjem jibqgħu jadattaw ir-razza Charolais, indiġena għal din iż-żona, għar-riżorsi disponibbli.

Il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem għandhom metodu partikulari għall-għażla tal-annimali għat-tgħammir, skont l-istokk femminil li jgħaddi minn ġidd għal ġidd, u skont ir-raba' sfruttat. L-għan tagħhom huwa li jiksbu morfoloġija speċifika tal-annimali, karatterizzata minn żvilupp kbir tal-muskoli, skeletru żgħir, proporzjon bejn ir-riġlejn ta' quddiem u ta' wara, u kapaċità ta' tismin kompatibbli ma' tali bilanċ.

Is-sistema tat-trobbija tissejjes fuq prattiki tradizzjonali li jirrispettaw iċ-ċikli naturali: l-erħiet jitreddgħu b'mod naturali, ikun hemm perjodu twil ta' ragħa li jibda minn kmieni, l-għadd ta' annimali għal kull ettaru huwa limitat u jqis il-bżonn ta' tkabbir tal-ħaxix, il-baqar jitrabbew fuq il-mergħat għal tal-anqas żewġ staġjuni, ir-ritmu psikoloġiku tal-annimali huwa rispettat billi jinħarġu għar-ragħa bl-iktar mod xieraq għall-istadju ta' tkabbir tagħhom, u l-għalf tax-xitwa ġej esklussivament miż-żona ġeografika ddefinita. Din is-sistema tfisser li t-tkabbir ta' kull annimali huwa soġġett għaċ-ċiklu tal-istaġjuni, b'alternazzjoni bejn il-perjodi ta' ħafna tkabbir (ir-raġħa) u l-perjodi statiċi mingħajr telf ta' piż (ix-xitwa). Dan it-tkabbir mhux kontinwu tal-annimali jissejjaħ “il-fenomenu tat-tkabbir kumpensatorju”.

Bis-saħħa tal-għarfien espert tagħhom tal-ħamrija u tal-veġetazzjoni, il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem huma kapaċi li jwarrbu l-aqwa ħxejjex għat-tixħim tal-merħla. Dawn il-mergħat jissejħu “prés d’embouche”, "mergħat tat-tismin). Is-superjorità alimentari tagħhom hija żgurata minn ħamrija profonda, ta' konsistenza fina, karga bil-materja organika u b'ħafna riżervi tal-ilma (Caractérisation floristique des prés d’engraissement Bœuf de Charolles, B. Dury, 2006). Dawn il-karatteristiċi jiżguraw l-iżvilupp ta' ħxejjex u legumi tajbin (fosthom il-ħaxix tas-segala, Poa trivialis, il-millieġ, Agrostis, ix-xnien, is-silla u l-għantqux), li jwarrdu wara xulxin matul is-sena, u b'hekk jiggarantixxu l-valur alimentari tal-veġetazzjoni tal-art. Dawn il-mergħat tat-tismin, li fuqhom ma jistgħux jintużaw, u bl-ebda mod, fertilizzanti sintetiċi, qatt ma jinħartu u wieħed għandu jieħu ħsiebhom (manutenzjoni tal-arbuxxelli, qtugħ ta' ħaxix mhux mittiekel, eċċ.), inkella jmorru lura malajr. Huma soġġetti għal identifikazzjoni abbażi tar-raba', skont kriterji speċifiċi.

L-ibbilanċjar tal-għadd ta' annimali li għandhom jitlestew fuq raba' partikulari bil-kapaċità ta' tismin tal-ħxejjex huwa essenzjali għall-metodi tradizzjonali ta' tismin. B'hekk, skont it-tkabbir tal-ħaxix, il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem jistokkjaw u jbattlu l-mergħat permanenti tagħhom b'mod li jżomm kostanti l-kwalità alimentari.

Waqt li l-annimali jikbru u jiżviluppaw, il-bidwi li jrabbi l-bhejjem jifridhom skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom – bejn kull staġjun, meta jinfatmu, jitgħammru, joħorġu għar-ragħa, jibdlu l-għalqa u jismnu. Fl-1908, P. Diffloth (fi Bernadette Lizet, L'herbe violente. Enquête ethnobotanique en pays brionnais, Études rurales: sauvage et domestique), żootekniku, kien osserva din il-kapaċità impressjonanti fost is-semmiena Charolais: “għandhom faċilità u ħila partikularissimi, li jippermettulhom jiġġudikaw mill-ewwel ir-rendiment li se jagħti l-annimal lill-biċċerija u ż-żmien li jeħtieġu biex jismnu. Skont il-qagħda ta' kull unità mixtrija, skont il-prekoċità tagħha, wieħed iżommilha l-għalqa l-iktar xierqa għaliha”. Qabel it-tbiċċir, il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem jagħmlu għażla tal-aħħar, u jneħħu dawk l-annimali mill-għelieqi tagħhom malli jkunu laħqu l-potenzjal ottimu ta' tismin.

B'hekk, ċerti annimali biss fl-azjenda huma ddestinati għall-produzzjoni tal-laħam “Bœuf de Charolles”.

Il-biċċiera lokali żviluppaw metodi esperti ta' tbiċċir u pproċessar, bil-għan li jippreżervaw l-ispeċifiċitajiet inizjali tal-laħam, miksubin bl-influwenza tal-kundizzjonijiet tat-trobbija, u bil-għan li jottimizzaw il-kapaċità ta' maturazzjoni tal-karkassa: ix-xaħam ta' barra jitqatta' ftit biex iħalli kisja tax-xaħam fuq il-kustilja tal-flett, il-karkassi jinżammu f'temperatura li tonqas b'mod progressiv, u jiġi ddefinit pH aħħari.

Il-bdiewa jwettqu wkoll għażla importanti tal-karkassi abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ddefiniti tal-prodott.

B'hekk, ċerti karkassi biss huma ddestinati għall-produzzjoni tal-laħam “Bœuf de Charolles”.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karkassi “Bœuf de Charolles” huma karatterizzati mill-proporzjonijiet ibbilanċjati bejn ir-riġlejn ta' quddiem u ta' wara, u minn lewn li jvarja mill-aħmar ċar għall-aħmar karg. B'piż minimu ta' 320 kg għall-erħiet u 360 kg għall-baqar u l-barrin ikkastrati, il-konformazzjoni tagħhom (spallejn, kuxxtejn u flettijiet imqabbżin) tevolvi minn R sa E skont it-tabella ta' klassifikazzjoni Komunitarja EUROP.

Il-kisja tax-xaħam, apprezzata mill-istat ta' tixħim estern, tkopri l-kustilja tal-flett tal-karkassa. Hija magħmula minn bejn 2+ u 3+ skont it-tabella komunitarja EUROP, u tvajra mill-abjad krema għall-isfar.

Ix-xaħam infiltrat, ivvalutat mill-qagħda tax-xaħam ta' ġewwa, jippenetra l-qafas toraċiku iżda jħalli jidhru l-ġenbejn. Ivarja minn 2+ għal 3+ skont it-tabella ta' klassifikazzjoni Komunitarja EUROP.

B'hekk, il-karkassa tipika tikkorrispondi għal annimali proporzjonati, tondi, b'għadam irqiq, bi żvilupp muskolari sinifikanti, u b'bilanċ bejn ir-riġlejn ta' quddiem u ta' wara tal-annimal, u msemmija mill-biċċiera fiż-żona ġeografika ddefinita bħala “coquette”.

L-ispeċifiċità tal-laħam “Bœuf de Charolles” tinstab fil-kwalità inizjali tal-karkassi, li minnhom wieħed japprezza l-konsistenza, imsejħa sal-lum “grain de viande” (ċereal tal-laħam), fatt li jixhed kemm huwa tari l-laħam aħħari. Dan il-laħam ivarja bejn “fin ħafna”" u “normali”,

Il-laħam ikun ta' lewn aħmar jgħajjat u mraħħam b'mod fin. Il-biċċiera u t-tekniki jikkwalifikaw dan il-laħam bħala “b'vini rqaq tax-xaħam”.

Dawn il-karatteristiċi jippermettu d-distinzjoni tal-karkassi " Bœuf de Charolles " minn karkassi oħra ta' laħam bovin ta' Charolais.

Għandu konsistenza fina u tarija, ftit li xejn fibruża, u togħma mmerrqa u kemxejn aċiduża li tibqa' fil-ħalq. Il-karatteristiċi tipiċi tiegħu, li joħorġu l-iktar meta jissajjar permezz tax-xamm u tad-dewqa, huma l-intensità u r-rikkezza tal-aromi tiegħu (annimali, xaħmi, veġetali, ċereali, eċċ.)

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodott

F'din iż-żona ġeografika, il-mod kif il-prattiki ta' produzzjoni jużaw tradizzjonalment il-karatteristiċi tal-ambjent iwassal għal laħam oriġinali u tipiku.

L-isfruttament tar-razza Charolais fil-benniena tagħha, l-għażla rigoruża tal-annimali tul ħajjithom kollha, it-tlestija bil-mod fl-età adulta f'għelieqi speċifiċi, u l-għoti ta' supplimenti tal-għalf, jippermettu l-ksib ta' karkassi tqal, miksija u infiltrati bix-xaħam. Din il-konformazzjoni u din il-qagħda ta' tismin tal-karkassi wasslu għad-dehra mraħħma tal-laħam “Bœuf de Charolles”.

Ir-rispett ta-ċikli ta' tkabbir skont l-istaġjun, mingħajr telf ta' piż, jippermetti li jiġi limitat l-iżvilupp ta' kollaġen fit-tessuti, u b'hekk il-laħam jibqa' tari. Il-kundizzjoni inizjali tarija tal-muskoli li b'hekk tinkiseb, flimkien mal-adegwatezza tal-karkassi għall-maturazzjoni, jagħtu lil-laħam il-konsistenza fina u tarija tiegħu.

Ir-ragħa prolongat iżid il-metaboliżmu ossidattiv tal-muskoli tal-bhejjem, li b'hekk jiksbu t-togħma tagħhom. Dan il-metodu ta' trobbija, li jsir fuq art bil-widien, iġiegħel lill-annimali jwettqu ċertu eżerċizzju fiżiku. L-ilma miżmum fil-muskoli huwa mwaħħal, min-naħa tiegħu, fl-istruttura metabolika. Dan jagħti lil-laħam togħma pjuttost immerrqa u kemxejn aċiduża.

L-għalf bil-ħaxix u bil-ħuxlief ta' kwalità tajba jwasslu għal-lewn aħmar jgħajjat tal-laħam, u jagħti antiossidanti naturali li jippermettuh jistabbilizza dan il-kulur. L-età tal-bhejjem tinfluwenza l-intensità ta' dan il-kulur, li jista' jvarja minn aħmar ċar sa aħmar karg.

Il-qagħda tas-saħħa u l-maturità psikoloġika tal-annimali, flimkien mal-għalf imsejjes fuq il-ħaxix tul il-perjodu ta' tlestija u għalf supplimentari mingħajr għalf iffermentat, jikkontribwixxu lejn il-metaboliżmu glikolitiku bbilanċjat fil-muskoli, b'mod li jittejjeb il-kulur u l-kundizzjoni tarija tal-laħam, filwaqt li l-karkassa ssir iktar adegwata għall-maturazzjoni.

Id-diversità botanika tal-ambjent tinfluwenza l-kwalitajiet tax-xaħmijiet tal-laħam. B'hekk, il-kulur tiegħu jvarja minn isfar għal krema. Il-partikularitajiet tax-xaħam (kwantità, kwalità), flimkien ma' togħma mmerrqa sinifikanti, jikxfu l-intensità u r-rikkezza tal-aromi tal-laħam “Bœuf de Charolles”.

It-tbiċċir tal-bhejjem isir malli l-bhima tkun laħqet l-aqwa piż ta' tismin, u b'hekk jinkiseb bilanċ bejn l-iżvilupp tal-muskoli u t-traħħim tax-xaħam fit-tessuti.

Il-biċċiera bl-ingrossa lokali, bl-għarfien espert tagħhom fit-tbiċċir u fl-ipproċessar tal-laħam, jippreżervaw u jixhdu l-ħidma mibdija minn dawk li jrabbu l-bhejjem. Il-prattika ta' qtugħ fin tal-karkassa tħarisha mit-tnixxif u tgħin il-maturazzjoni tal-laħam. Il-ġestjoni tat-temperatura u tal-pH tal-karkassi tgħin biex tinżamm il-kundizzjoni tarija tal-laħam.

L-għarfien espert profond żviluppat mill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem u mill-biċċiera, u l-preżervazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-laħam “Bœuf de Charolles”, jinżammu u jibqgħu jitnisslu minn ġenerazzjoni għall-oħra, bis-saħħa tad-djalogu frekwenti bejn l-atturi fuq livell lokali (fi swieq tal-baqar, f'kompetizzjonijiet ta' tixħim tal-bhejjem, f'fieri tat-tgħammir u avvenimenti varji oħra).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCBoeufDeCharolles2013.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.


13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/16


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 42/11)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“LIMONE DI ROCCA IMPERIALE”

Nru KE: IT-PGI-0105-01152-04.09.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura tal-Ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi ppreċiżat)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Inbidel il-valur marbut mal-aċidità tal-meraq, minn inqas minn 5 % għal 4,5 % jew iktar (4,5 g aċidu ċitriku/100 ml.) Din il-bidla hija ġġustifikata mir-riżultati ta' studju li sar fl-2012 mill-Consorzio di Valorizzazione del Limone IGP di Rocca Imperiale u mill-ARSSA (Agenzia Regionale per lo Sviluppo e Servizi in Agricoltura). L-istudju involva għadd ikbar ta' kampjuni meħudin tul perjodu itwal meta mqabbel mal-istudju mwettaq fl-2007, li abbażi tiegħu ġie stabbilit il-valur ta' referenza attwali (aċidità < 5 %). Ir-riżultati tal-analiżi tal-istudju tal-2012 jixhdu varjabbiltà fil-parametru tal-aċidità, minħabba għadd ta' fatturi ambjentali u ta' kultivazzjoni (temperaturi u preċipitazzjoni, kundizzjonijiet tal-ħamrija, fatturi fiżjoloġiċi u alimentari, eċċ.) li ma tqisux fl-istudju preċedenti. Għaldaqstant, il-valur indikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott kellu jiġi aġġustat kif xieraq mill-produtturi.

Metodu ta' produzzjoni

Jixraq li l-istruzzjonijiet rigward id-distanzi fit-tħawwil jinbidlu favur limitu massimu uniku fid-densità ta' 700 pjanta kull ettaru, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-pjantaġuni ġodda u dawk eżistenti. Din il-bidla hija konsistenti mal-iżviluppi fis-settur tat-tkabbir tal-lumi, kif ukoll mal-użu ta' xtieli tat-tlaqqim (salvaġġi) ġodda u inqas qawwija, li progressivament qegħdin jieħdu post il-larinġa tal-bakkaljaw wara l-problemi kkawżati mill-vajrus Citrus tristeza. Barra minn hekk, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet marbutin mad-distanzi fit-tħawwil għandha tippermetti lill-kultivaturi jadottaw, fil-limitu massimu ta' densità msemmi iktar 'il fuq, id-distanzi fit-tħawwil l-aktar xierqa għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u għat-tagħmir għall-kultivazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“LIMONE DI ROCCA IMPERIALE”

Nru KE: IT-PGI-0105-01152-04.09.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Limone di Rocca Imperiale”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski u pproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Limone di Rocca Imperiale” hija riżervata għall-frott li ġej mill-varjetajiet tal-grupp “Femminello”, li jifforma parti mill-ispeċi botanika Citrus Limun Burm. u li huwa magħruf fir-reġjun bl-isem “Limone di Rocca Imperiale”.

Meta jinħareġ għall-konsum, il-frott tal-“Limone di Rocca Imperiale” jippreżenta l-karatteristiċi li ġejjin:

lewn il-qoxra: bejn aħdar ċar u isfar;

għamla: minn ellittika u mtawla għal sferika;

qisien: bejn medju u kbir, b'kalibru ta' mhux anqas minn 53 mm;

piż: mhux inqas minn 100 gramma;

flavedo: rikk fiż-żjut essenzjali, aroma u riħa qawwijin u intensi b'kontenut ta' limonene ogħla minn 70 % (% tat-total ta' idrokarburi terpeniċi);

polpa: lewn isfar taċ-ċitru, kważi nieqsa kompletament miż-żerriegħa;

meraq: lewn isfar taċ-ċitru, b'rendiment ta' 30 % jew iktar, u b'aċidità ta' 4,5 % jew iktar (4,5 g aċidu ċitriku/100 ml).

Il-lumi tal-kategoriji kummerċjali “Extra”, “I” u “II” biss jista' juża l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Limone di Rocca Imperiale”.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-kultivazzjoni u l-ħsad tal-“Limone di Rocca Imperiale” għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-frott mhux kummerċjalizzat immedjatament wara li jinqata' jista' jiġi ppreżervat f'temperaturi baxxi. It-temperaturi ta' konservazzjoni ma għandhomx jaqbżu l-11 °C. Il-perjodu ta' żmien għall-ippakkjar ma għandux jaqbeż is-60 jum wara l-ħsad.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Huwa obbligatorju li l-pakketti jkollhom fuq it-tikketta b'ittri stampati ċari u li jinqraw sew:

l-isem tal-IĠP “Limone di Rocca Imperiale” b'ittri akbar minn dawk tal-indikazzjonijiet l-oħra li jinsabu fuq it-tikketta;

il-logo ta' hawn taħt;

is-simbolu tal-Unjoni;

il-kategorija kummerċjali “Extra”, “I” jew “II”.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta' produzzjoni tal-IĠP “Limone di Rocca Imperiale” tikkorrispondi għat-territorju amministrattiv tal-muniċipalità ta' Rocca Imperiale.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Minkejja li tinsab fil-kategorija klimatika tat-tip mediterranju, il-muniċipalità ta' Rocca Imperiale, minħabba l-karatteristiċi orografiċi partikolari tagħha, hija żona li tgawdi minn mikroklima partikolari, favorevoli għall-kultivazzjoni u għall-iżvilupp ta' dan il-frott. Iż-żona hija protetta mill-irjieħ tat-Tramuntana bis-saħħa tal-għoljiet li jinsabu fil-Punent, fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar, u tgawdi l-effett ta' taffija tal-baħar fuq in-naħa tax-Xlokk. Dawn huwa ambjent naturali kapaċi li jtejjeb il-kwalità tal-prodott. F'din iż-żona, l-ilma jirrappreżenta element restrittiv f'dak li jirrigwarda l-kultivazzjoni tal-lumi, billi f'din iż-żona hemm medja annwali ta' preċipitazzjoni ta' madwar ta' 600 mm li hija mifruxa sew, l-aktar fil-perjodu bejn il-ħarifa u x-xitwa, b'aktar moderazzjoni fir-rebbiegħa mal-bidu taċ-ċiklu tal-kultivazzjoni. Fil-perjodi sussegwenti, il-kultivazzjoni teħtieġ interventi ta' tisqija u l-provvista tal-ilma tiġi minn sorsi sostnuti mill-ilma tal-katina ta' muntanji ta' Pollino, kif ukoll, b'inqas intensità, mill-kurrenti attivi matul il-perjodu tax-xitwa.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi partikolari li jikkontribwixxu għall-fama tal-“Limone di Rocca Imperiale” huma: rendiment tal-meraq ogħla minn 30 %; kontenut tal-limonene ogħla minn 70 %, li flimkien ma' komponenti aromatiċi oħra jagħtu lill-frott riħa qawwija u intensa. Dawn il-karatteristiċi jagħtu lill-“Limone di Rocca Imperiale” identità proprja fis-swieq lokali, reġjonali u nazzjonali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Sa mill-bidu tat-Tmeninijiet, huma bosta dawk il-festi li ġew organizzati u li fihom jiġi propost tidwiq tal-prodotti tipiċi lokali bi platti bbażati fuq il-“Limone di Rocca Imperiale”. Il-preżenza stabbilita tal-prodott fit-territorju u l-fama tiegħu huma kkonfermati mill-użu tal-“Limone di Rocca Imperiale” fil-kċina tradizzjonali, fejn il-qoxra rikka biż-żjut essenzjali u l-meraq tiegħu jintużaw biex jittejbu r-riħa u t-togħma tal-ispeċjalitajiet tal-post u jtuhom il-karatteristiċi partikolari tagħhom. Bħala xhieda tal-qawwa tat-tradizzjoni stabbilita sew fit-territorju, fl-ewwel ħmistax ta' Awwissu ssir is-“Sagra dei Limoni di Rocca Imperiale” fil-lokalità nnifisha, li għal dawn l-aħħar snin sar l-aktar avveniment magħruf għat-tidwiq tal-prodott. Ir-riħa intensa u persistenti li toħroġ mill-frott twassal lill-konsumaturi biex jassoċċjaw l-prodott mat-territorju ta' Rocca Imperiale, u b'hekk saru jiddistingwuh u jippreferuh minn prodotti oħra. Minbarra dan, fi kważi l-festi kollha tal-patruni, fil-fieri u fi kwalunkwe manifestazzjoni folkloristika oħra, hija drawwa lokali li jitlestew montijiet żgħar tal-“Limone di Rocca Imperiale” bil-qfief jew f'kompożizzjonijiet partikolari.

Il-“Limone di Rocca Imperiale” jinsab fil-lista ta' prodotti agroalimentari tradizzjonali tal-Ministeru għall-Politika Agrikola Alimentari u Forestali tal-2006, u l-użu kkonsolidat tal-isem “Limone di Rocca Imperiale” ilu stabbilit għal aktar minn ħamsa u għoxrin sena. Id-denominazzjoni tintuża b'mod korrett biex tindika l-prodott ikkonċernat anke fir-reġjuni ġirien kif jidher mid-dokumenti kummerċjali u ta' trasport tal-impriżi fit-territorju, mid-dokumenti parrokkjali, u minn laqgħat imtellgħa minn organizzazzjonijiet agrikoli professjonali. Fl-aħħar nett, tajjeb li wieħed jiftakar li l-kultivazzjoni tal-“Limone di Rocca Imperiale” llum tirrappreżenta element interessanti ħafna tal-pajsaġġ agrikolu tal-Alto Jonio Cosentino. Fil-fatt, id-distretti tal-muniċipalità nnifisha, li fihom hija mxerrda l-kultivazzjoni, huma magħrufa wkoll bl-isem ta' “Giardini dei limoni di Rocca Imperiale”.

Għaldaqstant, ir-rabtiet kulturali, ekonomiċi u ambjentali tal-“Limone di Rocca Imperiale” mal-kuntest lokali jirriżultaw partikolarment qawwija.

Referenza għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4)).

Din l-Amministrazzjoni varat proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-IĠP “Limone di Rocca Imperiale” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 165 tat-16 ta' Lulju 2013.

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit elettroniku li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (il-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.