ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2013.355.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 355A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
5 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2013/C 355A/01

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/129/13 — Assistenti (AST 3)

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

 

27

(RO)

29

 

33

 

34

 

36

(DA)

41

(BG)

43

(EN)

49

(ET)

50

(HU)

51

(SL)

54

(DE/EN/FR)

58

(EN/GA)

75

 

81

 

82

 

88

(BG)

89

(CS)

94

 

104

 

109

 

111

 

112

(DE/EN/FR)

117

(ET)

118

 

120

 

131

 

143

 

160

(DE/EN/FR)

162

 

166

 

167

 

168

 

172

 

173

 

174

 

176

(BG/DE/EN/ET/FI/IT/LT/LV/MT/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

180

(MT)

182

(DE/EN/FR)

183

(IT)

191

 

192

 

193

 

194

 

196

 

197

 

199

 

200

 

204

(DE/EN/FR)

210

(LV)

211

(PL)

219

 

227

 

231

 

235

 

240

 

264

 

269

 

276

 

277

 

279

(PT)

286

(ET)

289

 

290

 

292

(SK)

293

(EN)

294

(DE)

295

(DA)

299

 

300

(LT)

301

 

302

 

308

(DE/EN/FR)

309

 

310

 

317

 

320

 

321

 

322

 

335

 

339

 

346

(DE/EN/FR)

347

(GA)

354

(PT)

355

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

5.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 355/1


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST/129/13 — Assistenti (AST 3)

(2013/C 355 A/01)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti  (1) fl-oqsma li ġejjin:

1.

KONTABILITÀ/ĠESTJONI FINANZJARJA

2.

EKONOMIJA/FINANZI

3.

KWISTJONIJIET LEGALI

L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li jitfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan numru ta' Istituzzjonijiet Ewropej.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

TESTIJIET TA' DĦUL

V.

ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

VI.

LISTI TA' RIŻERVA

VII.

KIF TAPPLIKA?

ANNESSI

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Numru ta' kandidati magħżula skont il-qasam

Qasam 1 = 51

Qasam 2 = 32

Qasam 3 = 28

2.

Kummenti

Int tista' tapplika għal qasam wieħed biss.

Din l-għażla trid issir meta tkun qed timla l-applikazzjoni elettronika u ma tkunx tista' tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

L-Assistenti tal-livell AST 3 jieħdu sehem, taħt is-sorveljanza ta' amministratur, fil-kisba tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp tagħhom u jkunu mistennija li jwettqu kompiti ta' applikazzjoni, ta' implimentazzjoni, ta' appoġġ u ta' loġistika f'diversi oqsma tal-attività.

Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn l-oqsma differenti tinsab fl-Annessi.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

(a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(b)

Tkun tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

(c)

Tkun wettaqt kwalunkwe obbligu impost mil-liġijiet dwar ir-reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari.

(d)

Tkun issodisfajt ir-rekwiżiti fir-rigward tal-karattru meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1.

Kwalifiki: ara l-anness

2.2.

Esperjenza professjonali: ara l-anness

2.3.

Għarfien lingwistiku (2)

Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-qafas tal-kompetizzjoni preżenti, jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru limitat ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista' jiġi affettwat ħażin ħafna.

Abbażi ta' prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi sekondarji l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala lingwi sekondarji. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg.

Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi ristretta l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità tat-tqabbil u l-kontroll tal-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom stess.

Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti eżamijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Lingwa 1

Lingwa prinċipali:

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

u

 

Lingwa 2

It-tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż

IV.   TESTIJIET TA' DĦUL

It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord tas-selezzjoni jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

1.

L-istedina

Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VII).

Attenzjoni:

1.

meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, inti tiddikjara li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

2.

biex tipparteċipa fit-testijiet, trid tirriżerva data; din ir-riżervazzjoni trid bilfors issir fiż-żmien stipulat li jiġi indikat lilek permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek.

2.

Deskrizzjoni tat-testijiet u dettalji dwar il-marki

Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta':

Test (a)

Ir-raġunament verbali

marki: minn 0 sa 20 punt

Test (b)

Ir-raġunament numeriku

Marki: minn 0 sa 10 punti

Il-minimu meħtieġ għal kull qasam

Qasam 1: 5 punti

Qasam 2: 5 punti

Qasam 3: 4 punti

Test (c)

Ir-raġunament astratt

Marki: minn 0 sa 10 punti

 

Minimu meħtieġ għat-testijiet

(a) u (c) flimkien: 15-il punt

Test (d)

Kapaċitajiet professjonali:

Eżattezza u preċiżjoni

Marki: minn 0 sa 20 punt

Test (e)

Kapaċitajiet professjonali:

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Marki: minn 0 sa 20 punt

 

Minimu meħtieġ għat-testijiet

(d) u (e) flimkien: 20 punt

Test (f)

Il-valutazzjoni sitwazzjonali

Marki: minn 0 sa 40 punt

Minimu meħtieġ: 24 punt

3.

Lingwa tat-testijiet

Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c)

Lingwa 2 għat-testijiet (d), (e) u (f)

V.   ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

1.

L-istedina

Int tkun mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

jekk tkun ksibt il-minimu meħtieġ fit-testijiet ta' dħul kollha,

jekk tkun (3) ksibt waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha (a), (c), (d), (e) u (f), u

jekk l-eżaminar abbażi tal-informazzjoni li tkun pprovdejt fl-applikazzjoni elettronika tiegħek, jindika li int tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III (4).

It-test ta' dħul (b) huwa eliminatorju iżda l-punti ma jingħaddux mal-punti tat-testijiet l-oħrajn biex jiġu identifikati l-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

In-numru ta' kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' darbtejn u nofs in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni, u jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

2.

Iċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni

Inti tintalab twettaq żewġ tipi ta' evalwazzjoni:

Il-kompetenzi speċifiċi, li jkunu evalwati permezz ta' dan it-test:

(g)

studju tal-każ (5) fil-qasam magħżul;

Il-kompetenzi ġenerali  (6), li jkunu evalwati permezz tal-punti (5) li ġejjin:

(g)

studju tal-każ fil-qasam magħżul

(h)

posta elettronika (eżerċizzju tal-in-tray)

(i)

intervista strutturata

(j)

eżerċizzju fi grupp

Int tkun mistieden tipparteċipa fl-istudju ta' każ (7) fil-qasam magħżul (li huwa parti integrali miċ-ċentru ta' evalwazzjoni) u għall-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju se jsir Brussell u li jdum ġurnata.

Kull waħda mill-kompetenzi ġenerali tiġi ttestjata skont il-mudell li ġej:

 

Studju tal-każ

Posta elettronika

Intervista strutturata

Eżerċizzju fi grupp

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

x

x

 

 

Komunikazzjoni

x

 

x

 

Kwalità u riżultati

x

x

 

 

Tagħlim u żvilupp

 

 

x

x

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

 

x

x

 

Reżiljenza

 

 

x

x

Xogħol f'tim

 

x

 

x

3.

Lingwi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Lingwa 2

4.

Marki

Kompetenzi speċifiċi (test (g))

Minn 0 sa 30 punt

Minimu meħtieġ: 15-il punt

Piż: 30 % tal-marka globali

Kompetenzi ġenerali (testijiet (g), (h), (i) u (j))

Minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

Minimu meħtieġ:

 

3 punti għal kull kompetenza u

 

35 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa

Piż: 70 % tal-marka globali

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Kandidati li jiddaħħlu fil-listi ta' riżerva (8)

Il-bord tas-selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva:

jekk int tkun wieħed mill-kandidati (9) li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara l-għadd ta' kandidati magħżula, it-Taqsima I.1),

u jekk, fid-dawl tad-dokumenti ta' sostenn, inti tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni.

Il-verifika ssir, b'ordni dixxendenti ta' mertu, sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni.

Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati. Jekk minn din il-verifika jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet (10) li jkunu saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom ma jkunux ippruvati bid-dokumenti ta' sostenn rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

2.

Klassifika

Listi stabbiliti skont il-kompetizzjoni u f'ordni alfabetika.

VII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Applikazzjoni elettronika

Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni.

Data tal-għ eluq (inkluża l-validazzjoni): l-14 ta' Jannar 2014 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

2.

Fajl tal-applikazzjoni

Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ġustifikattivi) meta tmur fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni (11).

Proċedura: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.


(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKER) — livell meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2

(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp).

(3)  F'każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni.

(4)  Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI, il-punt 1 u t-Taqsima VII, il-punt 2).

(5)  Il-kontenut ikun ivvalidat mill-bord tas-selezzjoni.

(6)  Id-definizzjoni ta' dawn il-kompetenzi hija mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

(7)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, l-istudju ta' każ jista' jsir fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mit-testijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(8)  Il-kandidati magħżula ta' din il-kompetizzjoni li l-siem tagħhom jitniżżel f'lista ta' riżerva tista' ssirilhom proposta ta' reklutaġġ fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal l-aħħar emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 287, 29.10.2013. p. 15), bla preġudizzju għal konsegwenzi oħra ta' natura ġuridika u finanzjarja.

(9)  F'każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.

(10)  Id-dikjarazzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali jiġu vverifikati mill-EPSO u dawk relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu vverifikati mill-bord tas-selezzjoni.

(11)  Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.


ANNESS 1

KONTABILITÀ/ĠESTJONI FINANZJARJA

1.   Deskrizzjoni tad-dmirijiet

Fil-qafas tal-attivitajiet ta' kontabilità tal-istituzzjoni, li jirriżultaw mir-regolament finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u l-modalitajiet ta' applikazzjoni tiegħu, l-uffiċjal ikun inkarigat, taħt l-awtorità ta' amministratur u bl-użu tal-għodod speċifiċi tal-informatika (sistema tal-informatika dwar il-kontabilità), li jwettaq il-karigi ta' applikazzjoni bħal:

Parteċipazzjoni fil-ġestjoni tal-kontabilità ġenerali u l-analiżi tal-kontijiet.

Parteċipazzjoni fit-tħejjija tar-rapporti u l-kontijiet annwali.

Żgurar ta' segwitu ta' ammont reċevibbli u l-istabbiliment ta' dħul.

Parteċipazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-irċevuti u l-kontroll tat-trattament tal-kontabilità.

Żgurar taż-żamma ta' kontabilità ġenerali jew baġitarja.

Parteċipazzjoni fl-installazzjoni, l-implimentazzjoni u t-titjib tal-proċeduri ta' kwalità fil-kontabilità sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-kontabilità.

Parteċipazzjoni fil-pjanifikazzjoni, it-twettiq, is-segwitu u l-konklużjoni ta' proċeduri ta' appalti pubbliċi, ta' ħolqien ta' fajls sal-iffirmar tal-kuntratti, fil-qafas tar-regoli fis-seħħ.

Assistenza fix-xogħlijiet ta' għeluq u tħejjija ta' preżentazzjoni tal-qagħda finanzjarja.

Segwitu tal-proċeduri finanzjarji (impenji, verifika tal-kontijiet, pagamenti u rkupru tad-djun).

Ġestjoni tar-rikonċiljazzjonijiet fil-kontabilità ġenerali u tal-kontijiet tal-imprest.

Għajnuna fl-analiżi u s-segwitu ta' kontijiet miżmuma minn terzi u l-kontribuzzjoni għad-definizzjoni ta' proċeduri u proċessi ġodda f'dan il-qasam.

Kontribuzzjoni għat-tweġibiet tal-helpdesk għall-ġestjoni finanzjarja u l-kontabilità.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni postsekondarija ċċertifikat b'diploma marbut mal-qasam tal-kariga magħżula.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat b'diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwita b'esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti sħiħa mid-diploma u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin f'rabta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.


ANNESS 2

EKONOMIJA/FINANZI

1.   Deskrizzjoni tad-dmirijiet

L-uffiċjal ikun inkarigat, taħt l-awtorità ta' amministratur, b'kompiti fil-qasam tas-sorveljanza u l-analiżi tas-swieq finanzjarji, il-politika monetarja kif ukoll is-segwitu ta' proċeduri finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-uffiċjal għandu jkollu għarfien tajjeb tal-proċeduri finanzjarji, tal-materja fiskali kif ukoll għarfien fl-oqsma tal-ekonomija u s-swieq finanzjarji. Bħala eżempju, il-kompiti jistgħu jkunu:

Parteċipazzjoni fl-analiżi tas-swieq finanzjarji u sorveljanza tas-swieq.

Għajnuna fil-ħidmiet relatati mal-politika monetarja, ir-regolamenti tas-swieq finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-infrastruttura finanzjarja.

Għajnuna fir-riċerka, l-analiżi, it-trattament u l-interpretazzjoni tad-dejta ekonomika, monetarja u finanzjarja, fit-tħejjija tar-rapporti dwarhom u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni.

Għajnuna fl-evalwazzjoni tal-politiki ekonomiki, finanzjarji u fiskali.

Dawn il-funzjonijiet jeżiġu kapaċità ta' adattabilità f'oqsma tax-xogħol transversali kif ukoll fehma tajba tal-kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi, kompetenzi kkonfermati ta' analiżi, komunikazzjoni, tfassil, tekniki ta' disseminazzjoni u ġestjoni ta' proġetti.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni postsekondarja ċċertifikat b'diploma marbut mal-qasam tal-kariga magħżula.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat b'diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwita b'esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti sħiħa mid-diploma u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin f'rabta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.


ANNESS 3

KWISTJONIJIET LEGALI

1.   Deskrizzjoni tad-dmirijiet

L-assistenti jkunu inkarigati, taħt l-awtorità ta' amministratur, b'karigi bħal dawk deskritti hawn taħt, bħala eżempju.

Kontribuzzjoni għall-analiżi u s-sinteżi ta' fajls għat-tħejjija tat-teħid ta' pożizzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-ġuristi u/jew l-avukati kompetenti.

Parteċipazzjoni fit-tħejjija ta' pariri dwar kwistjonijiet ta' natura legali, ta' rikors jew proċedurali.

Tħejjija ta' fajls dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjoni permezz ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jew ta' proċedura bil-miktub, l-abbozzi ta' komunikazzjoni fl-istituzzjoni kif ukoll abbozzi ta' konsultazzjoni tas-servizzi.

Sorveljanza u segwitu tad-diversi azzjonijiet mibdija, l-istadji tal-proċeduri (fażijiet ta' qabel ir-rikors u matul ir-rikors) u l-ħarsien tal-iskadenzi.

Twettiq ta' riċerki u analiżi ta' tħejjija tal-ġurisprudenza Ewropea u nazzjonali.

Għajnuna lill-ġuristi fis-selezzjoni ta' avukati esterni skont il-fond u l-qorti kompetenti. Stabbilitment u kontroll ta' dokumenti ta' sergwitu dwar il-kuntratti konklużi mal-avukati esterni. Stabbiliment tas-setgħat neċessarji u r-rappreżentazzjoni tal-istituzzjoni quddiem il-qrati nazzjonali.

Tweġibiet i għall-mistoqsijiet u t-talbiet għal informazzjoni fil-qafas ta' fajls ta' riskors fit-tifsira wiesgħa u ta' rkupri ta' djun.

Ġbir ta' fajls ta' rikors komunitarji u nazzjonali u ta' rkupru infurzat tad-dejn.

Twettiq ta' riċerki u ġestjoni tat-talbiet għal aċċess għad-dokumenti minn ċittadini Ewropej fil-qafas tar-regolamenti applikabbli.

Parteċipazzjoni fid-definizzjoni ta' għodod ġodda ta' ġestjoni tad-dokumenti, mili u ġestjoni tal-bażijiet ta' dejta ta' liġi nazzjonali u Ewropea.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni postsekondarja, iċċertifikat b'diploma ta' tmiem l-istudji fil-qasam legali.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat b'diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwita b'esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti sħiħa mid-diploma u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin f'rabta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.