ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.312.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
26 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 312/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6850 – Marine Harvest/Morpol) ( 1 )

1

2013/C 312/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6751 – BayWa/Wilhelm Bonhorst/Bohnhorst Agrarhandel JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 312/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2013/C 312/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2012 li tirrigwarda abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum – Relatur: Il-Greċja

3

2013/C 312/05

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Outokumpu/Inoxum (COMP/M.6471)

5

2013/C 312/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2012 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum) (notifikata bid-dokument C(2012) 7969)  ( 1 )

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 312/07

Notifika tal-awtoritá nazzjonali regolatorja tal-Litwanja – il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kontroll għall-Prezzijiet u l-Enerġija (minn hawn 'il quddiem – NCC (National Control Commission)) – skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE fir-rigward tal-ħatra ta' LITGRID AB bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fil-Litwanja

18

2013/C 312/08

Notifika tal-Gvern Ġermaniż skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar il-Gass) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali rigward l-għażla ta' bayernets GmbH, GRTgaz Deutschland GmbH, terranets bw GmbH, Nowega GmbH, jordgasTransport GmbH, Fluxys TENP GmbH, Gastransport Nord GmbH, Gasunie Deutschland Transport Services GmbH, GASCADE Gastransport GmbH, ONTRAS-VNG Gastransport GmbH u Thyssengas GmbH bħala operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-Ġermanja

19

2013/C 312/09

Notifika tal-Gvern Ġermaniż skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Elettriku) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku rigward l-għażla ta' 50 Hertz Transmission GmbH, Amprion GmbH u TransnetBW GmbH bħala operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-Ġermanja

20

2013/C 312/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

21

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 312/11

Avviż lill-operaturi ekonomiċi – Rawnd ġdid ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

22

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 312/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7067 – 3i/Scandferries Holdings) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

23

2013/C 312/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7051 – Goldman Sachs/Hastings Insurance Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

24

2013/C 312/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7031 – EURENCO/MAXAMCHEM/MANUCO) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

25

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 312/15

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

26

 

2013/C 312/16

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6850 – Marine Harvest/Morpol)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 312/01

Fit-30 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6850. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6751 – BayWa/Wilhelm Bonhorst/Bohnhorst Agrarhandel JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 312/02

Fis-6 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6751. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Ottubru 2013

2013/C 312/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3777

JPY

Yen Ġappuniż

134,15

DKK

Krona Daniża

7,4590

GBP

Lira Sterlina

0,85190

SEK

Krona Żvediża

8,7351

CHF

Frank Żvizzeru

1,2348

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1370

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,750

HUF

Forint Ungeriż

292,82

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7026

PLN

Zloty Pollakk

4,1858

RON

Leu Rumen

4,4511

TRY

Lira Turka

2,7367

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4369

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4380

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6820

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6601

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7035

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 464,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,5502

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3814

HRK

Kuna Kroata

7,6265

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 175,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,3488

PHP

Peso Filippin

59,243

RUB

Rouble Russu

43,8000

THB

Baht Tajlandiż

42,842

BRL

Real Brażiljan

3,0121

MXN

Peso Messikan

17,8719

INR

Rupi Indjan

84,7680


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2012 li tirrigwarda abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum

Relatur: Il-Greċja

2013/C 312/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

B'mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq tal-prodott, Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni nnotifikata trid tkun ivvalutata fis-swieq li ġejjin:

(a)

Fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta' prodotti tal-azzar li ma jsaddadx:

(i)

Il-produzzjoni ta' lastri;

(ii)

Prodotti ċatti laminati sħan: filwaqt li jistgħu jitqiesu swieq separati għal Hot Black Band u Hot White Band, ma hemmx bżonn ta' konklużjoni dwar id-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott f'dan il-każ;

(iii)

Prodotti ċatti laminati kesħin (esklużi strixxi ta' preċiżjoni), mingħajr distinzjoni bejn prodotti bażiċi u speċjalitajiet, jew bil-grad / familja, finitura tas-superfiċi jew l-applikazzjoni aħħarija;

(iv)

Strixxa ta' preċiżjoni;

(b)

Ferrokromu, fejn ma hemmx bżonn ta' konklużjoni dwar id-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott f'dan il-każ;

(c)

Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-prodotti ċatti tal-azzar li ma jsaddadx: Blokkisti u ċentri ta' servizzi għall-azzar li ma jsaddadx, fejn ma hemmx bżonn ta' konklużjoni dwar id-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott f'dan il-każ.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

B'mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq ġeografiku, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni nnotifikata trid tkun ivvalutata fis-swieq li ġejjin:

(a)

Għall-produzzjoni u l-provvista ta' prodotti tal-azzar li ma jsaddadx: maż-ŻEE kollha;

(b)

Ferrokromu: maż-ŻEE kollha, fejn ma hemmx bżonn ta' konklużjoni dwar id-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(c)

Għad-distribuzzjoni tal-prodotti ċatti tal-azzar li ma jsaddadx: nazzjonali jew l-iktar l-iktar reġjonali (fis-sens usa' minn nazzjonali), fejn ma hemmx bżonn ta' konklużjoni dwar id-definizzjoni preċiża ta' suq ġeografiku f'dan il-każ;

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma timpedixxix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali tiegħu fis-swieq li ġejjin.

(a)

Il-produzzjoni ta' lastri;

(b)

Il-produzzjoni ta' prodotti ċatti laminati sħan, Hot Black Band u Hot White Band;

(c)

Strixxa ta' preċiżjoni;

(d)

Ferrokromu;

(e)

Id-distribuzzjoni ta' prodotti ċatti tal-azzar li ma jsaddadx.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali tiegħu fis-swieq li ġejjin.

(a)

Il-produzzjoni ta' prodotti ċatti laminati kesħin fis-suq taż-ŻEE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fid-19 ta' Ottubru 2012 (“l-impenji finali”) jindirizzaw bis-sħiħ it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-suq taż-ŻEE għall-produzzjoni tal-prodotti ċatti laminati kesħin.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta' konformità sħiħa mal-impenji finali, it-tranżazzjoni nnotifikata mhix probabbli li timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/5


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Outokumpu/Inoxum

(COMP/M.6471)

2013/C 312/05

1.   SFOND

(1)

Fl-10 ta' April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha l-impriża Outokumpu Oyj (“il-Parti Notifikanti”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Inoxum GmbH u Nirosta GmbH (flimkien “Inoxum”), id-Diviżjoni tal-azzar inossidabbli ta' ThyssenKrupp AG (“TK”) permezz tax-xiri ta' ishma (“it-tranżazzjoni proposta”) (3). Il-Parti Notifikanti u Inoxum issir referenza għalihom minn hawn 'il quddiem bħala “il-Partijiet”.

2.   PROĊEDURA BIL-MIKTUB

(2)

Fuq il-bażi ta' investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fil-21 ta' Mejju 2012 (4). Il-Parti Notifikanti ssottomettiet il-kummenti tagħha bil-miktub fuq id-deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fl-4 ta' Ġunju 2012. Matul il-fażi II tal-investigazzjoni, kien hemm skambji informali ta' informazzjoni fuq bażi regolari bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“id-DĠ Kompetizzjoni”) u l-Partijiet, kif ukoll telefonati ta' aġġornament ta' kull ġimgħa.

(3)

Id-DĠ Kompetizzjoni bagħat ukoll lill-Partijiet diversi talbiet formali għall-informazzjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali bejn id-DĠ Kompetizzjoni u l-Partijiet saret fit-8 ta' Ġunju 2012. It-tieni laqgħa dwar il-qagħda attwali seħħet fis-6 ta' Awwissu 2012.

(4)

Intbagħtet dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-Partijiet fid-9 ta' Awwissu 2012 (“id-DO”).

2.1.   Aċċess għal fajl: tweġibiet redatti f’ċerti kwestjonarji dwar is-suq

(5)

Il-Parti Notifikanti rċeviet aċċess għall-fajl permezz ta' CD-ROM fl-10 ta' Awwissu 2012.

(6)

Fit-13 ta' Awwissu 2012, il-Parti Notifikanti talbet kjarifika rigward it-tweġibiet redatti f’ċerti kwestjonarji tas-suq u aktar aċċess għalihom. Sabiex ikunu indirizzati l-kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità potenzjali, il-Parti Notifikanti ssuġġeriet aċċess ristrett għall-konsulenti esterni tagħha biss. Wara skambju ta' emails u telefonati, id-DĠ Kompetizzjoni aċċetta li jagħti lill-konsulenti esterni tal-Parti Notifikanti aktar aċċess soġġett għal ftehim ta' kunfidenzjalità. L-aċċess ingħata fil-21 ta' Awwissu 2012. Fit-28 ta' Awwissu 2012, il-Parti Notifikanti lmentat lili li l-aċċess għall-fajl kien ġie ttardjat bla ġustifikazzjoni, u li dan kien dgħajjef il-kapaċità tal-Parti Notifikanti sabiex teżerċita b'mod sħiħ id-drittijiet ta' difiża tagħha.

Kuntest fattwali

(7)

Matul l-investigazzjoni tiegħu tal-każ, id-DĠ Kompetizzjoni bagħat għadd ta' kwestjonarji lill-kompetituri, lill-klijenti u lil parteċipanti oħra fis-suq. Dawn il-kwestjonarji ntbagħtu f’żewġ formati, jiġifieri bħala “kwestjonarji elettroniċi” u “kwestjonarji word” (jiġifieri f’format MS Word). It-tilwim proċedurali jikkonċerna biss il-kwestjonarji elettroniċi.

(8)

Il-kwestjonarji elettroniċi kien fihom prinċipalment żewġ tipi ta' mistoqsijiet; tal-ewwel tip kienu jirrikjedu tweġiba ttajpjata filwaqt li tat-tieni tip kienu jirrikjedu reazzjoni f’format ta' tabella. Il-kwestjonarji elettroniċi kienu akkumpanjati minn nota ta' spjegazzjoni dwar kif għandek twieġeb il-mistoqsijiet, partikolarment dwar kif jiġu ttrattati l-kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità. Fiż-żewġ formati ta' mistoqsijiet, il-kwestjonarju elettroniku, kien jitlob lil dawk li wieġbu sabiex jindikaw jekk it-tweġibiet kinux meqjusa bħala kunfidenzjali jew le u, jekk iva, sabiex jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba. Madankollu, meta rċieva l-kwestjonarji elettroniċi mimlija, id-DĠ għall-Kompetizzjoni sab li dawn ma kinux ġew mimlija sewwa minn ħafna minn dawk li wieġbu u ddeċieda li jwettaq redazzjonijiet addizzjonali sabiex jikkonforma mal-obbligu tiegħu li ma jiżvelax informazzjoni kunfidenzjali tal-partijiet. Id-DĠ Kompetizzjoni rċieva risposti li ġeneralment jistgħu jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji:

L-ewwel kategorija kienet tinkludi dawk li wieġbu b'mod korrett għall-kwestjonarji elettroniċi u pprovdew verżjonijiet mhux kunfidenzjali xierqa meta mitluba mill-formoli (informazzjoni tal-kategorija I).

It-tieni kategorija kienet tinkludi lil dawk li wieġbu u li kienu indikaw li ċerti reazzjonijiet kienu kunfidenzjali, iżda pprovdew kopja eżatta tar-rispons kunfidenzjali tagħhom bħala r-rispons mhux kunfidenzjali tagħhom (jiġifieri minkejja li indikaw li r-risposta kienet kunfidenzjali, ma saru l-ebda redazzjonijiet għar-rispons kunfidenzjali) (informazzjoni tal-kategorija II) (5).

It-tielet kategorija inkludiet lil dawk li wieġbu u li kienu indikaw li ċerti risposti ma kinux kunfidenzjali, iżda fejn id-DĠ Kompetizzjoni kien tal-opinjoni li dawn it-tweġibiet kienu, fil-fatt, kunfidenzjali vis-à-vis l-partijiet (informazzjoni tal-kategorija III).

(9)

Id-DĠ Kompetizzjoni għalhekk għamel redazzjonijiet addizzjonali ex officio għall-informazzjoni tal-kategoriji II u III.

(10)

Fiż-żmien tal-aċċess għall-fajl fl-10 ta' Awwissu 2012, il-Partijiet ma ġewx infurmati b'dan l-eżerċizzju unilaterali ta' redazzjoni li twettaq mid-DĠ Kompetizzjoni. Kien biss matul il-kors tal-iskambji tal-email u l-konverżazzjonijiet telefoniċi li seħħew wara li ngħata aċċess għall-fajl li sar ċar lill-Partijiet li d-DĠ Kompetizzjoni kien għamel redazzjoni ta' informazzjoni li dawk li rrispondew ma kinux espressament immarkaw bħala kunfidenzjali. Id-DĠ Kompetizzjoni aċċetta s-suġġeriment tal-Parti Notifikanti li jiġi pprovdut aċċess għall-konsulenti esterni għall-verżjonijiet mhux redatti tar-risposti tal-kwestjonarju elettroniku li kien irċieva, viz. il-verżjonijiet li kienu ppreżentati minn dawk li wieġbu qabel l-eżerċizzju ta' redazzjon tad-DĠ Kompetizzjoni, bil-kundizzjoni li l-konsulenti esterni jiffirmaw ftehim ta' kunfidenzjalità. Tali aċċess ingħata fil-21 ta' Awwissu 2012.

Ilment

(11)

L-ilment tal-Parti Notifikanti kien jirreferi speċifikament għall-informazzjoni tal-kategorija III deskritta hawn fuq. Il-Parti Notifikanti ma qablitx mad-“deċiżjoni unilaterali tal-Kummissjoni li twettaq redazzjoni ta' għadd kbir ta' risposti li ma kinux meqjusa bħala kunfidenzjali minn dawk stess li wieġbu” u qalet li l-Kummissjoni kellha tindirizza din il-kwistjoni mal-Parti Notifikanti qabel ma ngħata l-aċċess għall-fajl.

(12)

Dwar l-ewwel punt, il-Parti Notifikanti ssottomettiet li l-Kummissjoni tista' biss tagħmel redazzjoni ta' dik l-informazzjoni li hija mmarkata bħala mhux kunfidenzjali f’sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli li jinkiseb il-kunsens tal-fornitur tad-dejta għar-redazzjonijiet proposti. Barra minn hekk, hija ressqet l-argument li l-Kummissjoni għandha tipprovdi raġunijiet speċifiċi għal kwalunkwe redazzjoni unilaterali.

Valutazzjoni

(13)

Wara li investigajt il-kwistjoni, jien konvint li, f’dan il-każ, kien hemm tħassib iġġustifikat li l-fornituri tal-informazzjoni tal-kategorija II ma kinux fehmu sewwa kif iħejju l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet li kienu mmarkaw bħala kunfidenzjali. Fir-rigward tal-informazzjoni tal-kategorija III, kien hemm ukoll tħassib iġġustifikat li dawk li pprovdew it-tagħrif kienu naqsu milli jidentifikaw l-informazzjoni li kienet kunfidenzali.

(14)

Minħabba l-obbligu tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tipproteġi s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra, u minħabba l-limiti taż-żmien li għamluha impossibbli li jiġu kkuntattjati l-fornituri kollha tal-informazzjoni sabiex tiġi ċċarata l-kwistjoni magħhom (6), kien fil-fehma tiegħi xieraq li d-DĠ Kompetizzjoni jagħmel redazzjonijiet ex officio.

(15)

Madankollu, id-DĠ Kompetizzjoni kellu jirreġistra fuq il-fajl aċċessibbli liema redazzjonijiet kien għamel, u r-raġunijiet għal dan, u kellu jinforma b'mod sħiħ lill-Partijiet. Tabilħaqq, filwaqt li l-ħtieġa għal veloċità fi proċeduri ta' fużjoni tista' tiġġustifika redazzjonijiet ex officio, ma tistax tiġġustifika li ma jiġux infurmati l-Partijiet fil-proċedimenti dwar dawn ir-redazzjonijiet, u r-raġunijiet għalihom (7). Kieku l-partijiet kienu ġew mgħarrfa dwar il-kwistjoni qabel l-aċċess għall-fajl, is-soluzzjoni tal-għoti ta' aċċess sħiħ biss lill-konsulenti esterni tal-Parti Notifikanti suġġett għal ftehim ta' kunfidenzjalità setgħet tinkiseb diġà f’dak il-punt.

(16)

Filwaqt li jista' jingħad li kien hemm irregolarità proċedurali fit-tmexxija ta' dan il-każ, inqis li tali irregolarità fil-proċedura fil-fatt ma kisritx id-drittijiet ta' difiża tal-Partijiet fil-każ preżenti, minħabba li (i) il-Partijiet aċċettaw il-proċedura tal-aċċess ristrett u b'hekk il-konsulenti esterni tagħhom setgħu jaraw u jikkummentaw dwar ir-risposti għall-kwestjonarju elettroniku fil-forma mhux kunfidenzjali oriġinali tagħhom kif ippreżentati minn dawk li ressqu d-dejta lill-Kummissjoni; (ii) Il-partijiet ma talbux estensjoni ta' żmien fir-rigward tal-aċċess addizzjonali; u (iii) ma hemmx indikazzjonijiet li l-partijiet ma kinux kapaċi jikkummentaw b’mod sħiħ dwar l-informazzjoni addizzjonali li ngħataw.

2.2.   Ittra tal-Fatti

(17)

Fit-23 ta' Awwissu 2012, fil-17h39 – inqas minn 24 siegħa qabel l-iskadenza għat-tweġiba għad-DO – id-DĠ Kompetizzjoni bagħat lill-Parti Notifikanti dokument intitolat “Ittra tal-Fatti”, li l-għan iddikjarat tagħha kien li tinforma lill-parti notifikanti dwar elementi fattwali pre-eżistenti li ma kenitx espressament qagħdet fuqhom fid-DO iżda li, fuq iktar analiżi tal-fajl, il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li kienu potenzjalment rilevanti sabiex jissostanzjaw id-deċiżjoni finali tagħha. Barra minn hekk, l-ittra indikat li l-Ittra tal-Fatti kienet stabbiliet ukoll għadd ta' korrezzjonijiet għad-DO, fejn kienu ġew identifikati żbalji f’ċerti paragrafi kif ukoll kjarifika tal-informazzjoni mniżżla fid-DO, li ma kinux jibdlu l-konklużjonijiet miġbura fih.

(18)

L-Ittra tal-Fatti fil-fatt kellha żewġ partijiet: L-ewwel parti tal-Ittra tal-Fatti kellha t-titolu “Informazzjoni/evidenza ġdida li tikkonferma l-oġġezzjonijiet diġà stabbiliti fid-DO”, u inkludiet lista ta' kwotazzjonijiet minn dokumenti fil-fajl tal-Kummissjoni, raggruppati taħt l-intestaturi bħal “Paragrafi 318-328 (BA)” jew “Paragrafi 383-403 ([kunfidenzjali])”, preċeduti biss minn stqarrija li “il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni ta' [il-Parti Notifikanti] fuq l-evidenza addizzjonali li ġejja fir-rigward tal-paragrafi tad-DO indikati hawn taħt”.

(19)

It-tieni parti tal-Ittra tal-Fatti kienet intitolata “Kjarifika tal-informazzjoni mniżżla fid-DO li ma tibdilx il-konklużjonijiet meħuda fid-DO” u kienet tikkonsisti prinċipalment f'sostituti testwali għal paragrafi speċifiċi tad-DO li kien intqal li fihom żbalji.

(20)

Il-Parti Notifikanti ngħatat sat-28 ta' Awwissu 2012 f'nofsinhar (jiġifieri, jum u nofs tax-xogħol wara l-iskadenza għat-tweġiba għad-DO) biex teżamina l-elementi fattwali addizzjonali u biex tagħti l-opinjonijiet tagħha fuq il-fatti kif ukoll fuq il-konklużjonijiet li t-tim inkarigat mill-każ silet minnhom.

Ilment

(21)

Il-Parti Notifikanti wieġbet għall-Ittra tal-Fatti fit-28 ta' Awwissu 2012. Fit-tweġiba tagħha, il-Parti Notifikanti qajmet “kwistjonijiet proċedurali serji” fir-rigward tal-approċċ segwit mit-tim inkarigat mill-każ. Permezz ta' ittra separata datata t-28 ta' Awwissu 2012, il-Parti Notifikanti lmentat lili dwar “irregolaritajiet proċedurali serji” billi (i) l-Ittra tal-Fatti ma introduċietx evidenza “ġdida”, iżda kienet tinkludi biss elementi diġà disponibbli lill-Kummissjoni qabel ma kkumpilat id-DO, (ii) l-Ittra tal-Fatti ma spjegatx il-konklużjonijiet misluta mill-Kummissjoni mill-evidenza “l-ġdida”, (iii) il-kjarifiki fit-tieni parti tal-Ittra tal-Fatti bidlu l-konklużjonijiet li wasal għalihom id-DO, u (iv), il-paragrafi l-ġodda sostitwiti tad-DO ukoll kien fihom żbalji (li għalihom il-Parti Notifikanti pprovdiet il-korrezzjonijiet).

Valutazzjoni

(22)

Fir-rigward tat-tieni parti tal-Ittra tal-Fatti (8), inqis li, fejn il-Kummissjoni tiskopri żbalji klerikali jew tal-għadd jew tal-kalkolu f'DO li tkun bagħtet, huwa normali li hija tinforma lid-destinatarji tad-DO b'dawn l-iżbalji u tikkoreġihom mill-aktar fis possibbli. Skont iċ-ċirkostanzi, dan jista' joħloq il-bżonn li tiġi estiża l-iskadenza għar-risposti għad-DO. Fil-każ preżenti, il-Parti Notifikanti ma talbitx estensjoni la tad-data tal-għeluq biex twieġeb għad-DO u lanqas tal-iskadenza addizzjonali biex tiġi mwieġba l-Ittra tal-Fatti. Kif huwa evidenti mir-rispons għall-Ittra tal-Fatti, il-Parti Notifikanti fil-fatt kienet kompletament kapaċi tirrispondi għall-corrigendum.

(23)

Rigward l-ewwel parti tal-ittra tal-fatti, hemm żewġ kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati: (i) il-fatt li l-Ittra tal-Fatti ntbagħtet qabel il-partijiet kienu wieġbu għad-DO u kien fiha informazzjoni li kienet diġà fil-fajl tal-Kummissjoni meta dan kien abbozzat, u (ii) in-nuqqas ta' spjegazzjonijiet rigward il-konklużjonijiet li l-Kummissjoni kien bi ħsiebha tiġbed minn biċċiet ta' evidenza.

(24)

L-ewwel, il-qrati tal-UE għarfu li ma hemm l-ebda dispożizzjoni li twaqqaf lill-Kummissjoni milli tibgħat lill-partijiet wara d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet dokumenti ġodda li tqis li jappoġġjaw l-argument tagħha, sakemm tagħti lill-impriżi ż-żmien meħtieġ biex jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom dwar is-suġġett (9).

(25)

Madankollu, fil-fehma tiegħi hemm differenza bejn is-sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni tidentifika u tikkomunika evidenza ġdida b'reazzjoni għar-risposta għad-DO mressqa mill-Partijiet, u sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni tagħmel dan qabel il-partijiet ikunu rrispondew għad-DO. Jagħmel differenza rilevanti wkoll jekk l-evidenza l-ġdida tkunx saret disponibbli biss wara li tkun intbagħtet id-DO għal raġunijiet barra mill-kontroll tal-Kummissjoni, pereżempju minħabba reazzjoni tard minn parti terza li tipprovdi l-informazzjoni, jew jekk l-informazzjoni tkunx diġà disponibbli waqt l-abbozzar tad-DO.

(26)

Li tintbagħat ittra tal-fatti qabel tweġiba għad-DO, li jkun fiha tagħrif li kien diġà fil-fajl meta dan kien abbozzat, mingħajr ma jingħata limitu ta' żmien ġdid biex tingħata risposta għad-DO ta' tul indaqs bħal-limitu ta' żmien inizjali, jammonta fl-opinjoni tiegħi għal ċirkumvenzjoni tal-iskadenzi normali sabiex tintbagħat id-DO u r-reazzjoni għaliha. Għalhekk, dan għandu fil-fehma tiegħi jkun evitat.

(27)

It-tieni, huwa ċar li l-Kummissjoni ma tistax tuża evidenza fid-deċiżjoni finali tagħha li l-partijiet ma jkunux tħallew jagħtu l-fehmiet tagħhom dwarha. Skont il-każistika rilevanti, “il-punt importanti mhuwiex id-dokumenti bħala tali iżda l-konklużjonijiet li l-Kummissjoni tislet minnhom” (10).

(28)

Fil-fehma tiegħi, sempliċi referenza fl-ewwel parti tal-Ittra tal-Fatti għan-numri tal-paragrafi fid-DO (ara l-punt 18 hawn fuq) ma tkunx biżżejjed bħala spjegazzjoni ta' x'konklużjonijiet il-Kummissjoni kien bi ħsiebha tislet mill-biċċiet ta' evidenza kkwotati.

(29)

Madankollu, il-Kummissjoni ddeterminat fl-aħħar li l-evidenza li hemm fl-ewwel parti tal-Ittra tal-Fatti ma kenitx neċessarja sabiex tappoġġa l-abbozz tad-deċiżjoni. Peress li din l-evidenza ma ntużatx mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni, id-drittijiet proċedurali tal-Partijiet, speċifikament id-dritt tagħhom li jinstemgħu, għaldaqstant ma saritilhomx ħsara.

3.   PROĊEDURA ORALI

(30)

Is-seduta ta' smigħ orali formali saret fit-30 ta' Awwissu 2012 u attendew għaliha: il-Partijiet u l-konsulenti legali u ekonomiċi tagħhom; is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni; u rappreżentanti mill-awtoritajiet kompetenti ta' sitt Stati Membri, jiġifieri il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija, il-Polonja, il-Finlandja u l-Isvezja.

4.   PROĊEDURA WARA S-SMIGĦ ORALI FORMALI

4.1.   Rimedji

(31)

Il-Kummissjoni u l-partijiet bdew diskussjonijiet dwar rimedji possibbli ftit qabel il-ħruġ tad-DO. Fid-19 ta' Settembru 2012, il-Parti Notifikanti ssottomettiet pakkett ta' rimedju formali li jikkonsisti fit-tneħħija ta' taħlita tal-assi tagħha fl-Isvezja, l-Italja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u Franza. Il-Kummissjoni nediet test tas-suq dwar din il-proposta ta' rimedju fl-20 ta' Settembru 2012. Fuq is-suġġeriment tal-Kummissjoni, il-Partijiet ħatru wkoll esperti sabiex jagħtu analiżi indipendenti tar-rimedji. Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rimedji mressqa fid-19 ta' Settembru 2012 ma kinux isolvu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni, peress li qajmu dubji serji dwar jekk l-assi li kellhom jiġu divestiti kinux se jkunu kompetittivi u vijabbli fil-forma proposta mill-partijiet, jekk setax jinstab xerrej xieraq, u jekk tali xerrej kienx ikollu l-kapaċità u l-inċentiv li jikkompeti b’mod effettiv u fuq bażi għat-tul fis-suq tas-CR taż-ŻEE.

(32)

Il-partijiet, għalhekk, ressqu lill-Kummissjoni rimedji riveduti, rispettivament, fl-1 u d-9 ta' Ottubru 2012. Dawn l-offerti riveduti, madankollu, ma biddlux il-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni.

(33)

Fid-19 ta' Ottubru 2012, il-Parti Notifikanti ssottomettiet aktar rimedji riveduti, li kienu jinkludu offerta iktar estiża ta' assi għaċ-ċessjoni, b'mod partikolari, fir-rigward ta' ċerti linji ta' produzzjoni fis-sit tal-produzzjoni ta' Inoxum f'Terni, l-Italja. Il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rimedji riveduti tad-19 ta' Ottubru 2012 kienu biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib li l-Kummissjoni kienet qajmet fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni proposta mas-suq intern.

5.   ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

(34)

Skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, ir-Rapport Finali għandu jikkunsidra jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom.

(35)

Wara reviżjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni, jiena tal-fehma li din ma tittrattax xi oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ma ngħatawx l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.

6.   KONKLUŻJONI

(36)

Nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet f’dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2012.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p.29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p.1.

(3)  ĠU C 116, 20.4.2012, p.4.

(4)  ĠU C 154, 31.5.2012, p.2.

(5)  Il-kwestjonarji elettroniċi awtomatikament iwettqu copy/paste tar-rispons kunfidenzjali fil-kaxxa tar-rispons mhux kunfidenzjali meta min wieġeb jindika li r-rispons tiegħu huwa kunfidenzjali, għalhekk huwa f'idejn il-konvenut li jagħmel redazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li tkun kunfidenzjali. Jekk ir-rispondent ma jirrispondix għat-talba mill-kwestjonarju elettroniku, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba tirrifletti l-verżjoni kunfidenzjali.

(6)  Kif irrikonoxxew il-qrati tal-UE, it-tmexxija ta' proċeduri f'każijiet ta' fużjoni, inkluż l-eżerċizzju tad-dritt għal smigħ, għandha tiġi addattata għall-ħtieġa għal veloċità, li tikkaratterizza l-iskema ġenerali tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u li tobbliga lill-Kummissjoni sabiex tikkonforma ma' limiti ta' żmien stretti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finali: Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Novembru 1997 fil-Kawża T-290/94 Kaysersberg v il-Kummissjoni [1997] Ġabra II-2186, il-paragrafu 113, tat-28 ta' April 1999 fil-Kawża T-221/95, Endemol Entertainment v il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-1330, paragrafu 84, tat-22 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża T-310/01 Schneider Electric vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-4071, paragrafu 100, u tal-4 ta' Frar 2009 fil-Kawża T-145/06 Omya v il-Kummissjoni [2009] Ġabra II-145, paragrafu 33, u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 2008, fil-Kawża C-413/06 P Bertelsmann u Sony Corporation of America vs il-Kummissjoni [2008] Ġabra I-4951, paragrafi 49 u 90-91.

(7)  Qabbel mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża T-5/02 Tetra Laval v il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-4389, paragrafu 105.

(8)  “Ittra tal-Fatti” jidher li hu isem żbaljat għal dak li fir-realtà kien Corrigendum għad-DO.

(9)  Kawża T-334/94 Sarrió vs Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-1439, paragrafi 40-41, u l-Kawża T-23/99 LR AF 1998 v il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-1705, paragrafu 190.

(10)  Kawża 107/82, AEG Telefunken vs Il-Kummissjoni [1983] Ġabra 3151, paragrafu 27.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/11


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta’ Novembru 2012

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum)

(notifikata bid-dokument C(2012) 7969)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 312/06

Fis-7 ta' Novembru 2012 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET

(1)

Outokumpu Oyj (“Outokumpu”, il-Finlandja) hija kumpanija pubblika Finlandiża elenkata fil-Borża ta’ Ħelsinki. Outokumpu hija attiva fil-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli u l-produzzjoni ta’ ferrokromu. Din il-kumpanija għandha faċilitajiet tal-produzzjoni tal-azzar inossidabbli li jinsabu f’Tornio (il-Finlandja), Avesta, Nyby, Degerfors u Kloster (l-Isvezja), Sheffield (ir-Renju Unit), New Castle u Richburg (l-Istati Uniti tal-Amerika, “USA”), kif ukoll mini tal-ferrokromju f'Kemi (il-Finlandja).

(2)

Inoxum GmbH u Nirosta GmbH (flimkien, “Inoxum”, il-Ġermanja) huma t-taqsima ta' azzar inossidabbli ta' ThyssenKrupp AG (“TK”, il-Ġermanja). Inoxum hija attiva fil-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta' prodotti tal-azzar inossidabbli, liegi ta' prestazzjoni għolja (“HPA”) u l-forġa. Il-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-azzar inossidabbli ta' Inoxum jinsabu fi Krefeld, Bochum u Dillenburg (il-Ġermanja), Terni (l-Italja), u barra l-Ewropa, f’San Luis Potosi (“Mexinox”) (il-Messiku), Calvert (l-Istati Uniti) u Shanghai (Shanghai Krupp Stainless, “SKS”) (“iċ-Ċina”). Inoxum huwa attwalment ikkontrollat biss minn TK.

II.   L-OPERAZZJONI

(3)

Fl-10 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li bih Outokumpu takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Inoxum, permezz ta’ xiri ta’ ishma (2). Outokumpu u Inoxum minn hawn ’il quddiem huma msejħa “il-Partijiet”.

III.   DIMENSJONI TAL-UNJONI

(4)

L-impriżi kkonċernati fl-2010 kellhom qligħ mondjali aggregat ikkombinat ta' aktar minn EUR 5 000 miljun (3) (Outokumpu: EUR 4 229 miljun; Inoxum: EUR 6 739 miljun) Il-qligħ aggregat fl-Unjoni ta' kull impriża kkonċernata jaqbeż EUR 250 miljun (Outokumpu: EUR […] miljun); Inoxum: EUR […] miljun). Finalment, l-ebda waħda mill-impriżi konċernati ma tilħaq aktar minn żewġ terzi tal-valur tal-bejgħ totali tagħha fl-Unjoni fl-istess Stat Membru. Għaldaqstant, it-tranżizzjoni proposta għandha dimensjoni Komunitarja skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

IV.   IL-PROĊEDURA

(5)

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) li fiha l-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibilità tat-tranżazzjoni mas-suq intern. Outokumpu ssottomettiet il-kummenti bil-miktub tagħha għad-deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fl-4 ta' Ġunju 2012.

(6)

Fid-9 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Outokumpu wieġbet għad-DO fl-24 ta’ Awwissu 2012.

(7)

Fit-30 ta’ Awwissu 2012, saret seduta orali.

(8)

Fid-19 ta’ Settembru 2012, Outokumpu ressqet impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“l-Impenji Proposti”). Wara s-sottomissjoni tal-Impenji Proposti, il-Kummissjoni nediet test tas-suq sabiex tiġbor il-fehmiet tal-kompetituri, tal-klijenti u tal-parteċipanti l-oħra fis-suq dwar dawn l-impenji.

(9)

Fl-1 ta' Ottubru 2012, Outokumpu ssottomettiet sett rivedut ta' impenji (“l-Impenji Riveduti”). Il-Kummissjoni nediet test tas-suq dwar l-Impenji Riveduti fl-istess jum.

(10)

Fid-9 ta’ Ottubru 2012, Outokumpu ressqet verżjoni mmodifikata ftit tal-Impenji Riveduti.

(11)

Fid-19 ta' Ottubru 2012, Outokumpu ssottomettiet sett rivedut ta' impenji (“l-Impenji Riveduti”).

(12)

Il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv seħħet nhar il-25 ta’ Ottubru 2012. Il-Kumitat Konsultattiv iddiskuta l-abbozz ta’ din id-Deċiżjoni u ħareġ opinjoni favorevoli.

V.   IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI

(13)

It-tranżazzjoni twassal għal għadd ta’ punti li jirkbu fuq xulxin fis-suq tal-azzar inossidabbli. B’mod partikolari, il-Partijiet jirkbu fuq xulxin b'mod orizzontali fil-produzzjoni ta’ (i) ċangaturi (ii) prodotti rrumblati bis-sħana, (iii) prodotti rrumblati bil-kesħa (“CR”), (iv) strixxa tal-preċiżjoni, kif ukoll, (v) fis-suq għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli. Barra minn hekk, it-tranżazzjoni twassal għal ftit relazzjonijiet vertikali bejn il-Partijiet.

(14)

F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni qed tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni rigward il-kompatibilità tat-tranżazzjoni mas-Suq Intern fir-rigward tas-suq taż-ŻEE tal-prodotti CR. Għalhekk, dan is-suq biss se jiġi diskuss f’din in-nota sommarja.

Prodotti ċatti rrumblati bil-kesħa

(15)

L-azzar inossidabbli huwa definit bħala liga tal-azzar b’kontenut minimu ta’ 10,5 % kromju u massimu ta’ 1,2 % karbonju.

(16)

Għal ċerti applikazzjonijiet, l-azzar inossidabbli jikkompeti ma’ varjetà ta’ materjali bħall-aluminju, ir-ram, il-plastik, iċ-ċeramika, il-kompożiti jew l-azzar bil-karbonju. Madankollu, il-karatteristiċi tiegħu jagħmluh unikament adattat għal ċerti applikazzjonijiet fl-inġinerija tal-proċessi, il-karozzi, it-tagħmir tad-dar (white goods), eċċ. Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-azzar inossidabbli hija r-reżistenza għall-korrużjoni.

(17)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni kkunsidrat li jeżisti suq wieħed ġenerali għas-CR (4). Il-Kummissjoni ma kkunsidratx xieraq li s-suq jinqasam skont aktar segmentazzjonijiet bħal pereżempju t-tip ta' finitura tal-wiċċ, il-gradi, il-wisa’ jew l-applikazzjoni aħħarija.

(18)

Matul il-Fażi I u II, il-Kummissjoni investigat ulterjorment jekk is-suq għas-CR jistax jinqasam f'aktar segmenti. B’mod partikolari, l-investigazzjoni tas-suq iffukat fuq jekk is-segmentazzjonijiet tas-suq skont il-grad, il-familja tal-grad, il-komoditajiet vs. speċalitajiet, il-finitura tal-wiċċ, u l-applikazzjoni aħħarija jistgħux jiġu kkunsidrati. Kull waħda minn dawn id-diviżjonijiet potenzjali tas-suq se tiġi diskussa hawn taħt.

Il-familji u l-gradi tal-azzar inossidabbli

(19)

Skont il-kompożizzjoni kimika tagħhom u l-istruttura kristallina, tista' ssir distinzjoni ta' erba' familji ta' azzar inossidabbli: (i) l-awstenitiki, (ii) il-ferritiki, (iii) il-martensitiki, u (iv) id-duplex. Kull familja tippreżenta kompożizzjoni kimika u proprjetajiet fiżiċi differenti.

(20)

Madankollu, minħabba l-grad għoli ta’ sostitwibbiltà min-naħa tal-provvista bejn il-gradi differenti u l-familji tal-gradi, se jitqies suq ġenerali għall-prodotti CR kollha għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni.

Il-komoditajiet vs. l-ispeċjalitajiet

(21)

Il-gradi ta’ komodità s-soltu jkopru firxa wiesgħa ħafna ta’ applikazzjonijiet (ca. [70-80] % tas-suq), filwaqt li l-gradi speċjalizzati jirrappreżentaw [30-40] % tas-suq. Ma hemm l-ebda definizzjoni ċara u mifruxa mal-industrija kollha ta' liema gradi jistgħu jiġu kkwalifikati bħala gradi speċjalizzati.

(22)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkonfermat li hemm grad għoli ta’ sostituzzjoni fuq in-naħa tal-provvista bejn il-gradi differenti, irrispettivament minn jekk dawn humiex gradi ta' komoditajiet jew gradi speċjalizzati. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis, f'konformità mas-sottomissjonijiet tal-Partijiet, li l-ebda suq separat skont it-tip ta' gradi m'għandu jiġu kkunsidrati f’dan il-każ.

Distinzjoni skont il-finitura tal-wiċċ

(23)

Filwaqt li hemm varjetà ta’ finituri tal-wiċċ tas-CR, l-iktar komuni huma l-finituri 2D, 2B u BA. Jeżistu wkoll finituri tal-wiċċ oħrajn li jidhru li jintużaw ta' spiss fl-industrija. l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li l-biċċa l-kbira tal-produtturi u d-distributuri għandhom it-tagħmir meħtieġ biex jipproduċi finituri differenti tal-wiċċ. L-unika eċċezzjoni hija l-finitura BA li teħtieġ tagħmir speċjali u tal-apposta, kif ukoll investiment ta’ EUR 220 miljun biex tinkiseb linja BA.

(24)

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, se jitqies is-suq ġenerali għall-produzzjoni u l-provvista ta' prodotti CR, indipendentement mill-finitura tal-wiċċ, kif ukoll l-effetti tat-tranżazzjoni fuq id-diviżjonijiet BA u mhux BA possibbli.

Distinzjoni skont l-applikazzjoni aħħarija

(25)

Skont l-użu aħħari jew l-applikazzjoni aħħarija, huwa meħtieġ grad b’ċerti karatteristiċi mekkaniċi. F’termini ġenerali, l-għażla ta' grad għal applikazzjoni għal użu finali speċifiku jiddependi fuq rekwiżiti relatati ma', fost l-oħrajn, ir-reżistenza għall-korrużjoni, ir-resistenza għas-sħana, is-saħħa, l-estetika u l-prattiċità.

(26)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li jintużaw varjetà ta' gradi u familji ta' gradi fl-istess applikazzjonijiet finali. Barra minn hekk, bosta gradi huma użati f’varjetà ta’ applikazzjonijiet finali. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis, f'konformità mas-sottomissjonijiet tal-Partijiet, li l-ebda suq separat skont it-tip ta' gradi m'għandu jiġu kkunsidrat f’dan il-każ.

VI.   IS-SWIEQ ĠEOGRAFIĊI RILEVANTI

Is-suq għal prodotti rrumblati bil-kesħa (CR)

(27)

Fid-deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni kkunsidrat l-ambitu possibbli tas-suq għal CR jew bħala li mhuwiex usa’ mill-Ewropa tal-Punent jew għallinqas Komunitarju (5). Madankollu, id-definizzjoni tas-suq ġeografiku relevanti fl-aħħar mill-aħħar tħalliet miftuħa.

(28)

Il-Partijiet jikkunsidraw is-suq ġeografiku għal prodotti kollha tal-azzar inossidabbli, inkluż is-CR, li hu mifrux tal-inqas maż-ŻEE.

(29)

Fl-investigazzjoni tal-Fażi I tagħha, il-Kummissjoni sabet evidenza li kkonfermat li s-suq għas-CR mhuwiex usa’ miż-ŻEE: (i) għad baqa’ differenzi sinifikanti fil-prezz għas-CR f’oqsma differenti tad-dinja anki għas-CR tal-gradi ta’ komodità l-aktar komuni, li ma jistgħux ikunu ġġustifikati mill-ispejjeż tat-trasport biss; (ii) aktar minn nofs il-klijenti jirrispondu għat-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni matul il-Fażi I tal-investigazzjoni indikaw li qatt ma kienu xtraw CR minn pajjiż produttur mhux Ewropew, irrispettivament mill-familja tal-grad jew minn gradi differenti; (iii) il-Partijiet ipprovdew evidenza u analiżi ekonometrika u analiżi tal-elastiċità kritika li ma tappoġġax ambitu ġeografiku tas-suq usa’ miż-ŻEE.

(30)

Barra minn hekk, u skont it-tweġibiet tal-Fażi II tal-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni, il-klijenti ma jarawx is-CR impurtati mill-Asja bħala sostitut sħiħ għas-CR taż-ŻEE minħabba (i) żmien itwal ta' tħejjija, (ii) kwistjonijiet marbuta mal-kwalità, (iii) kundizzjonijiet differenti ta' ħlas u (iv) firxa ta’ prodotti disponibbli (ċerti prodotti huma manifatturati biss fiż-ŻEE).

(31)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ambitu ġeografiku tas-suq għall-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti ċatti CR mhix usa’ miż-ŻEE.

VII.   VALUTAZZJONI

Tas-suq taż-ŻEE tas-CR

(i)   Valutazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni proposta dwar l-ishma tas-suq u l-livelli tal-konċenrazzjoni

(32)

It-tranżazzjoni proposta tnaqqas in-numru ta’ atturi Ewropej integrati minn 4 sa 3, bin-numru 1 u 2 fis-suq jingħaqdu. Inoxum bħalissa hija l-akbar produttur u fornitur ta’ CR attivi fiż-ŻEE b’sehem mis-suq ta’ [30-40] %. Outokumpu hija t-tieni l-akbar attur fl-istess suq b’sehem ta’ [10-20] %. It-tranżazzjoni, għalhekk, twassal għal sehem tas-suq kombinat ta’ [50-60] % tas-suq ġenerali għall-produzzjoni u l-provvista ta’ CR, u saħansitra ishma kkumbinati ikbar f’relazzjoni ma' diviżjonjiet importanti bħal gradi awstenitiċi 304 ([50-60] %) u 316 ([60-70] %). L-ishma tal-kapaċità kkombinata se jkunu wkoll aktar minn 50 %.

(33)

Barra minn hekk, l-entità magħquda se tkun tliet darbiet akbar mill-kompetituri taż-ŻEE li jmiss wara l-fużjoni, jiġifieri Aperam bi [10-20] % u, ħames darbiet ikbar mit-tielet kompetitur, Acerinox bi [10-20] %. Il-kompetituri l-oħra kollha inklużi l-produtturi Asjatiċi li jimpurtaw fl-Ewropa huma żgħar b’ishma ġeneralment ferm inqas [0-5] %.

(34)

Skont ġurisprudenza stabbilita sew, ishma tas-suq kbar ħafna – 50 % jew iktar – jistgħu jkunu prova tal-eżistenza ta' pożizzjoni dominanti fis-suq (6). F’dan il-każ, l-ishma tas-suq, iż-żidiet u d-differenza bejn l-entità fuża u l-kompetitur l-aktar qribha, huma madankollu partikolarment kbar. Barra minn hekk, l-industrija tal-azzar inossidabbli hija settur matur, fejn l-ishma tas-suq u l-livelli tal-konċentrazzjoni jipprovdu l-ewwel indikazzjoni importanti u qawwija tal-poter tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-ishma għoljin tas-suq f’dan il-każ jikkostitwixxu l-ewwel indikazzjoni qawwija li t-tranżazzjoni proposta se tirriżulta f’effetti mhux koordinati tas-suq taż-ŻEE tas-CR permezz tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti.

(ii)   Id-dħul fis-suq tas-CR huwa improbabbli

(35)

Għalkemm m'hemm l-ebda ostakli legali għad-dħul fis-suq tas-CR taż-ŻEE, l-investimenti meħtieġa biex tidħol fis-suq huma għoljin ħafna, minħabba li l-industrija hija negozju b’kapital għoli. Bħala tali, dħul fil-futur huwa improbabbli.

(iii)   Teorija ta' ħsara

(36)

Fil-kuntest tal-qafas ta' valutazzjoni stabbilit mill-paragrafu 24 tal-Linji Gwida dwar l-fużjonijiet Orizzontali, il-Kummissjoni evalwat il-fatturi kollha li huma rilevanti biex tevalwa l-impatt tat-tranżazzjoni proposta dwar is-suq taż-ŻEE għas-CR u kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta x’aktarx ser tirriżulta f’impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva tas-suq taż-ŻEE għas-CR, b’mod partikolari permezz ta’ effetti mhux koordinati permezz tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti.

(37)

Il-Partijiet madankollu jissottomettu li t-teorija ta’ ħsara tal-Kummissjoni hija difettuża billi l-kapaċità żejda timplika li r-rivali tal-entità fuża se jirreaġixxu għal żieda fil-prezz minn dawn tal-aħħar, u b’hekk ipattu għal kwalunkwe effett antikompettitiv tat-tranżazzjoni proposta.

(38)

Il-Kummissjoni tinnota li anke fi swieq li jkunu kkaratterizzati minn kapaċità żejda fil-livell tal-industrija, fużjoni li twassal għal konsolidazzjoni sostanzjali tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tista’ tkun mistennija li tinvolvi l-effetti mhux ikkordinati kif deskritt fil-paragrafu 24 tal-Linji Gwida dwar il-Fużjonijiet Orizzontali. Dan għaliex billi jiġu kkumbinati l-kapaċitajiet tal-partijiet magħquda, fużjoni telimina l-pressjoni kompetittiva ta' qabel il-fużjoni bejn il-partijiet fużi, u b’hekk titnaqqas il-pressjoni kompetittiva fuq l-entità fuża meta mqabbla ma’ pressjoni kompetittiva fuq kull waħda mill-kumpaniji fużi qabel il-fużjoni.

(39)

Il-Partijiet isostnu wkoll li t-teorija ta’ ħsara tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-presuppożizzjoni li s-suq jippreżenta elementi ta' koordinazzjoni ta' qabel il-fużjoni. Skont il-Partijiet, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-limitazzjonijiet kompetittivi minn rivali ma tkunx biżżejjed biex tingħeleb iż-żieda fil-prezz ta' wara l-fużjoni tiddependi fuq l-eżistenza ta’ effetti koordinati.

(40)

Il-Kummissjoni tinnota li t-teorija tagħha ta’ ħsara hija msejsa kollha kemm hi fuq l-effetti mhux koordinati kemm ta' qabel u kif ukoll ta' wara l-fużjoni, inkluż il-valutazzjoni tagħha tar-restrizzjoni kompetittiva fuq l-entità fuża mir-rivali tagħha fil-kuntest taż-ŻEE. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni madankollu tosserva li l-kompetizzjoni tas-suq taż-ŻEE għas-CR mhix qawwija daqs kemm l-argumenti tal-partijiet jissuġġerixxu. Dan jista’ jkun dovut għal għadd ta’ fatturi, bħal tiftixa żgħira jew l-ispejjeż għall-bdil tal-fornituri għall-klijenti biex dawn jibdlu l-fornitur; spejjeż żgħar għall-fornituri biex dawn ibiddlu t-taħlita tal-produzzjoni tagħhom; strateġiji ta’ multisourcing mill-klijenti; u grad limitat iżda apprezzabbli ta’ differenzjazzjoni ġeografika bejn il-fornituri.

(41)

Fil-fehma tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni ta' qabel il-fużjoni hija konsistenti ma’ kompetizzjoni mhux koordinata bejn il-produtturi taż-ŻEE. It-teorija ta’ ħsara tagħha ma tiddependix fuq l-eżistenza ta’ effetti koordinati użati wara l-fużjoni.

(iv)   Telf ta' kompetizzjoni bejn il-Partijiet minħabba t-tranżazzjoni

(42)

It-tranżazzjoni tagħti lok għal trikkib sinifikanti tal-klijenti reċiproki attwali tal-Partijiet. It-trikkib bejn il-Partijiet skont il-familji tal-gradi, il-finituri kif ukoll fis-segmenti tal-klijenti importanti se jkunu sinifikanti ħafna.

(43)

L-entità fuża se tikseb qawwa akbar fin-negozjati ma' klijenti li jirkbu fuq xulxin. Barra minn hekk, l-istrateġiji tal-multisourcing tal-klijenti jimplikaw li t-tranżazzjoni x'aktarx li tipproduċi aktar ħsara kompetittiva minn fużjoni 4 għal 3 f’industrija mingħajr tali multisourcing.

(44)

Hemm ukoll numru limitat ta' klijenti li jistgħu jixtru biss mill-Partijiet. Għal dawn il-klijenti, it-tranżazzjoni proposta x’aktarx li jkollha saħansitra aktar effetti negattivi.

(45)

It-tranżazzjoni ppjanata, għalhekk, se twassal għal telf importanti ta’ kompetizzjoni bejn il-Partijiet.

(v)   Reazzjoni probabbli tal-importazzjonijiet għaż-żieda fil-prezz tas-CR fiż-ŻEE kaġun tat-tranżazzjoni proposta

(46)

L-importazzjonijiet jammontaw għal madwar [10-20] % tas-suq taż-ŻEE. Fl-2011, l-importazzjonijiet kienu ftit iżjed baxxi mill-esportazzjonijiet miż-ŻEE lejn il-bqija tad-dinja. Iż-ŻEE hija għalhekk esportatur nett ta’ CR.

(47)

Kompetituri mhux Ewropej jimportaw l-aktar fiż-ŻEE permezz ta’ distributuri indipendenti (madwar [90-100] % tal-importazzjonijiet jilħqu s-suq taż-ŻEE permezz tad-distributuri). Barra minn hekk, l-importazzjonijiet jirrappreżentaw atturi marġinali b’bejgħ u preżenza limitata fiż-ŻEE.

(48)

Skont it-tweġibiet għall-istħarriġ tas-suq tal-Kummissjoni, il-klijenti ma jarawx is-CR impurtati mill-Asja bħala sostitut sħiħ għas-CR taż-ŻEE. Dan minħabba l-ħin ta' tħejjija, kwistjonijiet ta’ kwalità, il-kundizzjonijiet għall-ħlas u l-firxa ta’ prodotti disponibbli.

(49)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-kompetittività tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tiddependi fuq għadd ta’ fatturi varjabbli, inklużi varjazzjonijiet fil-prezz tan-nikil, ir-rati tal-kambju tal-muniti u l-kosteffettività relattiva ta’ nikil ta’ ħadid mhux maħdum.

(50)

L-investigazzjoni tas-suq żvelat ukoll li mhuwiex probabbli li importazzjonijiet mill-Asja fil-futur qrib se jeżerċitaw restrizzjoni sinifikantement iktar qawwija fuq il-produtturi Ewropej. L-ewwel, POSCO, kompetitur Korean qawwi, qed tibni faċilità CR fit-Turkija li primarjament se tkun qed tforni lis-suq Tork, u li x'aktarx mhux se taffettwa s-suq taż-ŻEE b'xi mod sinifikanti. It-tieni, il-kompetittività fl-ispejjeż tal-atturi Asjatiċi x'aktarx illi se tonqos fil-ġejjieni. Fost l-oħrajn, il-projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ nikil mhux maħdum mill-Indoneżja x'aktarx li jolqot ħażin il-kompetittività tal-atturi Ċiniżi. It-tielet, il-kapaċità żejda tal-atturi Asjatiċi u Ċiniżi jidher li x'aktarx se tonqos fil-ġejjieni.

(51)

Evidenza kwantitattiva turi wkoll li r-restrizzjoni mill-importazzjonijiet mill-Asja mhux ser tkun biżżejjed sabiex tipprevjeni żieda fil-prezz. Il-Kummissjoni tagħraf li l-importazzjonijiet mill-Asja jirrappreżentaw ċerta restrizzjoni kompetittiva fuq il-produtturi taż-ŻEE. Madankollu, l-evidenza kwantitattiva wriet li r-reazzjonijiet tal-importazzjoni għal żieda fil-prezz se jkunu jeħtieġu li jkunu sostanzjalment aktar b’saħħithom biex jiġi eliminat ir-riskju ta’ żieda fil-prezz. Għalhekk huwa improbabbli li l-importazzjonijiet se jkunu restrittivi biżżejjed biex jipprevjenu żieda fil-prezzijiet wara l-fużjoni.

(vi)   Valutazzjoni tar-restrizzjoni kompetittiva fuq l-entità fuża mill-kompetituri Ewropej (Aperam u Acerinox)

(52)

Il-kompetituri taż-ŻEE tal-Partijiet għandhom livelli sostanzjali ta’ kapaċità żejda li, skont il-Partijiet, jistgħu jagħtuhom il-kapaċità u l-inċentiv li żieda fil-prezz wara l-fużjoni jagħmluha improfittabbli għall-entità fuża.

(53)

Fir-rigward tal-abbiltà, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni wriet li l-użu tal-qawwa nominali x’aktarx li se tesaġera l-grad ta’ kapaċità żejda tal-kompetituri minħabba li: (i) 100 % użu tal-kapaċità nominali ma jistax jinkiseb u mhuwiex sostenibbli fit-tul. (ii) il-possibilitajiet ta' espansjoni attwali mir-rivali huma mnaqqsa ulterjurment permezz ta' sospensjonijiet temporanja u sospensjonijiet fil-kapaċità; u (iii) l-kapaċità żejda x’aktarx li tonqos b’mod naturali matul is-snin li ġejjin bħala riżultat ta’ domanda li dejjem tiżdied. Madankollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li Aperam u Acerinox għandhom ċertu livell ta’ kapaċità żejda li x’aktarx tkun biżżejjed biex tipprovdi lil dawn il-kumpaniji bil-kapaċità li jkabbru l-produzzjoni tagħhom b’mod suffiċjenti biex b'hekk żieda fil-prezz issir improfittabbli wara l-fużjoni għall-entità fuża.

(54)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li la Aperam u lanqas Acerinox mhu se jkollhom inċentivi biex jikkompetu b’mod aggressiv mal-entità fuża wara t-tranżazzjoni.

(55)

Skont il-Linji Gwida dwar il-Fużjoni Orizzontali (il-paragrafu 9) u skont it-teorija ekonomika fil-każ tal-valutazzjoni ta’ effetti mhux koordinati, is-sitwazzjoni ta’ qabel il-fużjoni tipprovdi l-kontrafattwali relevanti għall-valutazzjoni tal-fużjonijiet.

(56)

Fil-każ li qed jiġi mistħarreġ, il-kompetizzjoni fil-prezz ta' qabel il-fużjoni bejn il-produtturi Ewropej mhix qawwija ħafna kif indikat bil-koeżistenza ta’ marġini pożittivi u kapaċità eċċessiva. Dan jimplika ċertu grad ta’ poter fis-suq li kien diġà jeżisti qabel. Dikjarazzjonijiet minn parteċipanti fis-suq jikkonfermaw l-opinjoni li l-kompetizzjoni qabel il-fużjoni mhix intensa. B’mod partikolari, il-kompetituri tal-Partijiet mhux qed jikkompetu b’mod aggressiv biex jimlew il-kapaċità żejda tagћhom.

(57)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li Aperam u Acerinox se jibdew jikkompetu b’aktar aggressività wara l-fużjoni. Aperam u Acerinox laqgħu pubblikament it-tranżazzjoni, li hija konsistenti mal-fehma li dawn l-intrapriżi jistennew żidiet fil-prezzijiet wara l-fużjoni.

(58)

Għall-kuntrarju, Aperam u Acerinox jistgħu tabilħaqq jikkompetu b'inqas aggressività wara l-fużjoni. L-ewwel, żieda fil-prezz mill-entità fuża se ttaffi l-pressjoni kompetittiva fuq ir-rivali. It-tieni, it-tnaqqis fin-numru ta’ fornituri tfisser li l-klijenti jkollhom pożizzjonijiet ta’ negozjar aktar dgħajfa fin-negozjati mal-fornituri. It-tielet, strateġiji ta’ multisourcing min-naħa tal-klijenti jimplikaw li Aperam u Acerinox ser jiksbu xi klijenti u b’hekk se jkunu żdiedu. Ir-raba’, it-tkabbir mistenni fid-domanda x’aktarx se jnaqqas il-kapaċità żejda disponibbli mir-rivali u b’hekk inaqqas l-inċentivi tar-rivali biex jikkompetu b’mod aggressiv.

(59)

Valutazzjoni dettaljata tal-inċentivi tal-kompetituri tal-Partijiet tikkonferma li Acerinox u Aperam mhux se jsibuha profittabbli li jikkumpensaw għal żieda fil-prezz mill-entità fuża. Dan għaliex il-kompetituri tal-Partijiet mhumiex jikkompetu b’mod aggressiv qabel il-fużjoni u x'aktarx lanqas ma huma se jagħmlu hekk wara l-fużjoni.

(60)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kompetituri Ewropej m'għandhomx inċentiv biex jespandu l-produzzjoni tagħhom b’mod suffiċjenti biex b'hekk iż-żieda fil-prezz wara l-fużjoni tkun improfitabbli għall-entità fuża. Għalhekk, dawn il-kumpaniji ma jeżerċitawx restrizzjoni kompetittiva b’saħħitha biżżejjed responsabbli li jevita żidiet fil-prezzijiet wara l-fużjoni.

(vii)   Valutazzjoni fuq ir-reazzjonijiet tal-klijenti u tad-distributuri indipendenti u s-saħħa tax-xerrej

(61)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tar-reazzjoni probabbli tad-distributuri indipendenti għal prezz tas-CR fiż-ŻEE, il-Kummissjoni tqis li d-distributuri indipendenti, għall-kuntrarju tal-argumenti tal-partijiet, mhumiex restrizzjoni kompetittiva b'saħħitha fuq l-entità fuża.

(62)

Dwar is-saħħa tax-xerrej, l-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni indikat li n-naħa tad-domanda tas-suq tal-azzar inossidabbli hija fil-biċċa l-kbira tagħha atomizzata. Bħala konsegwenza, il-konsumaturi s-soltu ma jixtrux kwantitajiet kbar ta’ azzar inossidabbli, jew jekk jagħmlu hekk, dawn ma jirrappreżentawx persentaġġ sinifikanti tal-bejgħ tal-manifatturi.

(viii)   Sinerġiji

(63)

Minbarra l-argumenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt tal-potenzjal tas-sinerġiji ġġenerati mit-tranżazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sinerġiji, anki jekk preżenti, mhux se jkunu biżżejjed peress li l-effett tagħhom fuq l-ispejjeż marġinali tal-entità fuża huwa relattivament żgħir.

(ix)   Valutazzjoni konġunta tal-argumenti tal-Partijiet

(64)

Il-valutazzjoni prima facie konġunta tal-argumenti difensivi kollha tal-partijiet tidher li tikkonferma li dawn mhumiex biżżejjed għat-tranżazzjoni biex din ma tirriżultax f’impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva.

(65)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għalhekk ipproduċiet qafas għall-valutazzjoni ekonomika koerenti li jivvaluta l-argumenti ewlenin tal-Partijiet kontra l-ineżistenza ta' effetti mhux koordinati.

(66)

Il-mudell jieħu l-argumenti u l-evidenza tal-Partijiet b’valur nominali fl-interpretazzjoni l-aktar kompetittiva u jinkludi wkoll eżerċizzju ta’ bbilanċjar sħiħ tal-ispejjeż marġinali tas-sinerġiji. Il-mudell ma jagħti l-ebda indikazzjoni li l-argumenti tal-partijiet ikunu biżżejjed biex idawru l-konklużjonijiet mill-evalwazzjoni hawn fuq.

(x)   Konklużjoni

(67)

Fuq il-bażi tal-analiżi li saret hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet fużi ser iżżid is-saħħa tas-suq tal-entità fuża. Fatturi kompensatorji (jiġifieri r-restrizzjoni minn importazzjonijiet, ir-reazzjonijiet tar-rivali għaż-żieda fil-prezzijiet potenzjali wara l-fużjoni, ir-reazzjonijiet mid-distributuri indipendenti, is-sinerġiji tal-ispejjeż marġinali sinerġiji li jistgħu jirriżultaw mit-tranżazzjoni, il-poter tax-xerrej u d-dħul) ma jkunux biżżejjed sabiex iżommu żieda fil-prezzijiet wara l-fużjoni mill-entità fuża milli sseħħ.

(68)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-tranżazzjoni ser twassal għall-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva permezz tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq taż-ŻEE tas-CR.

VIII.   IMPENJI

(69)

Fid-19 ta’ Ottubru 2012, Outokumpu ssottomettiet l-Impenji Finali, li jikkonsistu fi:

(a)

Unitajiet ta’ produzzjoni ta' Inoxum (li jinkludu l-bejgħ u l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u persunal relatati kollha) fis-sit tal-produzzjoni tal-azzar inossidabbli ta' Terni;

(b)

Terninox SSC ta' Inoxum f’Ceriano Laghetto (l-Italja);

(c)

Is-SSC ta' Outokumpu f’Willich (il-Ġermanja);

(d)

Fuq għażla tax-xerrej, SSC wieħed jew aktar li jinsab fi Franza (Inoxum ta' Tours) u/jew ir-Renju Unit (Outokumpu ta’ Birmingham) u l-imħażen ta' Terninox f'Padova, Ancona, Firenze u Bologna (l-Italja);

(e)

Fuq għażla tax-xerrej, il-pakkett ta’ divestitura se jinkludu n-negozju fil-forġa ta' Terni (Società delle Fucine); u

(f)

Fuq għażla tax-xerrej, Outokumpu timpenja ruħha li teskludi min-negozju tal-investiment il-linja tat-trattament bis-sħana brillanti LBA2

(70)

Barra minn hekk, skont l-għażla ta’ Outokumpu, Outokumpu u x-Xerrej se jidħlu fi ftehim ta’ forniment tranżitorju u distakkata għax-Xerrej biex iforni Black Hot Band minn Terni lil Outokumpu Calvert/Mexinox.

(71)

Il-pakkett ta’ divestitura ma jinkludix in-negozju tal-manifattura ta' tubi ta' Terni fit-Tubificio di Terni.

(72)

Il-Kummissjoni tqis li l-impenji, kif imressqa fid-19 ta’ Ottubru 2012, huma biżżejjed biex jiżguraw iż-żamma tal-vijabilità tan-negozju tad-Divestiment filwaqt li tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajjem mit-tranżazzjoni proposta.

IX.   KONKLUŻJONI

(73)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, suġġett għall-konformità mal-impenji mogħtija mill-Partijiet, il-konċentrazzjoni proposta mhux se twassal għall-ħolqien ta’ attur dominanti li b’riżultat tiegħu se tixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Għalhekk, il-Kummissjoni ddikjarat li t-tranżazzjoni hija kompatibbli mas-Suq intern u l-Ftehim taż-ŻEE, f'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 116, 20.4.2012, p. 4.

(3)  Fatturat ikkalkolat skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).

(4)  Il-Każ IV/M.239, Avesta/British Steel/NCC/AGA/Axel Johnson, l-4 ta’ Settembru 1992; Il-Każ IV/M.484, Krupp/Thyssen/Riva/Falck/Tadfin/AST, il-21 ta’ Diċembru 1994.

(5)  Il-Każijiet COMP/M.5211 – Outokumpu/SoGePar tal-25 ta’ Ġunju 2008; COMP/ECSC.1351 – Usinor/Arbed/Aceralia tal-21 ta’ Novembru 2011 (li jikkonċernaw il-prodotti tal-azzar tal-karbonju).

(6)  Ara l-Linji Gwida dwar il-Fużjonijiet Orizzontali, para. 17. Madankollu, in-nota 20 ta’ qiegħ il-paġna tiċċara wkoll li hija domanda distinta jekk pożizzjoni dominanti ġietx maħluqa jew imsaħħa bħala riżultat ta’ fużjoni.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/18


Notifika tal-awtoritá nazzjonali regolatorja tal-Litwanja – il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kontroll għall-Prezzijiet u l-Enerġija (minn hawn 'il quddiem – NCC (National Control Commission)) – skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE fir-rigward tal-ħatra ta' LITGRID AB bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fil-Litwanja

2013/C 312/07

Wara d-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja tal-Litwanja fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta' LITGRID AB bħala Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni tad-Dritt ta' Proprjetà Sseparat (l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Elettriku) tas-27 ta' Awwissu 2013 (ir-riżoluzzjoni tan-NCC tas-27 ta' Awwissu 2013 Nru O3-325 dwar il-ħatra tal-Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni u l-ħruġ tal-liċenzja tat-trasmissjoni tal-elettriku), il-Litwanja nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea l-ħatra uffiċjali ta' din il-kumpanija bħala Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni li jopera fil-Litwanja skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali tista' tinkiseb minn dan l-indirizz:

Rimgailė Baliūnaitė, the Chief specialist of NCC Law Division, tel. +370 52397821, posta elettronika: rimgaile.baliunaite@regula.lt

Aistija Zubavičiūtė, the Adviser of NCC Gas and Electricity Department Electricity Division, tel. +370 52135342, posta elettronika: aistija.zubaviciute@regula.lt

Sit tal-internet tan-NCC fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta' LITGRID AB:

http://www.regula.lt/lt/naujienos/index.php?full=yes&id=25278


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/19


Notifika tal-Gvern Ġermaniż skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar il-Gass”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali rigward l-għażla ta' bayernets GmbH, GRTgaz Deutschland GmbH, terranets bw GmbH, Nowega GmbH, jordgasTransport GmbH, Fluxys TENP GmbH, Gastransport Nord GmbH, Gasunie Deutschland Transport Services GmbH, GASCADE Gastransport GmbH, ONTRAS-VNG Gastransport GmbH u Thyssengas GmbH bħala operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-Ġermanja

2013/C 312/08

Wara d-deċiżjoni finali tad-9 ta’ Novembru 2012, tal-5 ta’ Frar 2013 u tat-12 ta’ Marzu 2013 tal-awtorità regolatorja Ġermaniża dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' bayernets GmbH, GRTgaz Deutschland GmbH, terranets bw GmbH, Nowega GmbH, jordgasTransport GmbH, Gastransport Nord GmbH, GASCADE Gastransport GmbH, ONTRAS-VNG Gastransport GmbH u Thyssengas GmbH bħala Operaturi tat-Trażmissjoni Indipendenti (il-Kapitolu IV tad-Direttiva dwar il-Gass) u rigward iċ-ċertifikazzjoni ta' Fluxys TENP GmbH u Gasunie Deutschland Transport Services GmbH bħala Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni b'Separazzjoni tas-Sjieda (l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar il-Gass), il-Ġermanja nnotifikat l-approvazzjoni u l-għażla uffiċjali ta' dawn il-kumpaniji bħala Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni biex joperaw fil-Ġermanja lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Gass.

Kull informazzjoni addizzjonali tista' tinkiseb minn dan l-indirizz:

Bundesnetzagentur

Referat 313 — International Coordination Energy

Tulpenfeld 4

53113 Bonn

DEUTSCHLAND

Posta elettronika: 313-Postfach@bnetza.de

http://www.bundesnetzagentur.de


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/20


Notifika tal-Gvern Ġermaniż skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar l-Elettriku”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku rigward l-għażla ta' 50 Hertz Transmission GmbH, Amprion GmbH u TransnetBW GmbH bħala operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-Ġermanja

2013/C 312/09

Wara d-deċiżjoni finali tad-9 ta’ Novembru 2012 u tal-11 ta’ April 2013 tal-awtorità regolatorja Ġermaniża rigward iċ-ċertifikazzjoni ta' Amprion GmbH u TransnetBW GmbH bħala Operaturi Indipendenti tat-Trażmissjoni (il-Kapitolu V tad-Direttiva dwar l-Elettriku) u ċ-ċertifikazzjoni ta' 50 Hertz Transmission GmbH bħala Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni b'Separazzjoni tas-Sjieda (l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Elettriku), il-Ġermanja nnotifikat l-approvazzjoni u l-għażla uffiċjali ta' dawn il-kumpaniji bħala Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni jaħdmu fil-Ġermanja, lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar l-Elettriku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Kull informazzjoni addizzjonali tista' tinkiseb minn dan l-indirizz:

Bundesnetzagentur

Referat 313 — International Coordination Energy

Tulpenfeld 4

53113 Bonn

DEUTSCHLAND

Posta elettronika: 313-Postfach@bnetza.de

http://www.bundesnetzagentur.de


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/21


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 312/10

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

29.9.2013

Tul ta’ żmien

29.9.2013-31.12.2013

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

LIN/05EI.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

58/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/22


Avviż lill-operaturi ekonomiċi – Rawnd ġdid ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

2013/C 312/11

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C 363/02) (1) għar-rawnd ta’ Lulju tal-2014.

Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika dwar l-unjoni doganali tal-Kummissjoni (Europa) (2).

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija d-9 ta’ Diċembru 2013, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja

Dawk l-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinstab fuq il-websajt Europa:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.

(2)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7067 – 3i/Scandferries Holdings)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 312/12

1.

Fit-18 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża 3i Group plc (“3i Group”, ir-Renju Unit) u l-entitajiet ta' investiment amministrati minn 3i Investments plc (flimkien “3i”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Scandferries Holding GmBH (“Scandferries”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

3i għandha investimenti f'bosta setturi tal-industrija u tas-servizzi inklużi servizzi ta' negozju u finanzjarri, tal-konsumatur, tal-kura tas-saħħa, tal-infrastruttura u tat-TMT. 3i Group huwa investitur internazzjonali ewlieni li jiffoka fuq l-ekwità privata, l-infrastruttura u l-ġestjoni tad-dejn li jagħmel investimenti u jipprovdi konsulenza dwar ġestjoni f'isem fondi ta' investiment,

Scandferries hija l-kumpanija azzjonarja ewlenija tal-grupp Scandlines, li toffri servizzi ta' trasport fuq il-baħar fuq tliet rotot bejn il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Isveżja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7067 – 3i/Scandferries Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7051 – Goldman Sachs/Hastings Insurance Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 312/13

1.

Fil-21 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Hastings Insurance Group Limited (“HIG”, Jersey) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs hija kumpanija globali għall-investiment bankarju u għall-ġestjoni tat-titoli u tal-investiment,

HIG hija fornitriċi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja attiva fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7051 – Goldman Sachs/Hastings Insurance Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7031 – EURENCO/MAXAMCHEM/MANUCO)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 312/14

1.

Fil-21 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha EURENCO SA (“EURENCO”, Franza), li tappartjeni lil SNPE Group u MAXAMCHEM S.L. (“MAXAMCHEM”, Spain), li jappartjenu lil Maxam Group, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt permezz ta’ ftehim f’impriża konġunta, MANUCO SA (“MANUCO”, Franza), li twettaq fuq bażi dejjiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EURENCO: il-manifattura u l-bejgħ ta' marterjali enerġetiċi għall-produzzjoni ta' testati, munizzjoni u apparati pirotekniċi għal użu militari u dak ċivili,

għal MAXAMCHEM: il-manifattura, ix-xiri u l-bejgħ ta' prodotti kimiċi. Dan jappartjeni lil Maxam Group li hija prinċipalment attiva fl-isplussivi għall-użu ċivili, il-kaċċa u skartoċċi tal-isport, kif ukoll f’sistemi ta’ difiża,

għal MANUCO: il-manifattura u l-bejgħ ta' nitroċellulożi enerġetiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7031 – EURENCO/MAXAMCHEM/MANUCO, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/26


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 312/15

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“REQUEIJÃO DA BEIRA BAIXA”

Nru tal-KE: PT-PDO-0005-0847-10.01.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Requeijão da Beira Baixa”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.4 –

Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali (bajd, għasel, prodotti mill-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Ir-“Requeijão da Beira Baixa” jiġi prodott permezz tal-preċipitazzjoni jew tal-koagulazzjoni, meta jissaħnu l-lattoalbumina u l-lattoglobulina fix-xorrox miksub bħala prodott sekondarju mill-manifattura tal-“Queijos da Beira Baixa” (Queijo de Castelo Branco DPO, Queijo Amarelo da Beira Baixa DPO, Queijo Picante da Beira Baixa DPO) u jinkiseb fiż-żona ġeografika speċifikata. Jiġi ppreżentat bħala prodott frisk, mhux iffermentat.

3.2.1.   Karatteristiċi kimiċi

Huwa prodott ta' kompożizzjoni eteroġenja minħabba li huwa magħmul mill-ħalib ta' żewġ speċijiet ta' ruminanti, l-ovini u l-kaprini, u minn diversi tipi ta' ġobnijiet bi proċessi differenti ta' produzzjoni.

Umdità: 60 % sa 70 %

Ammont totali ta' xaħam – 14 g sa 19 g/100 g tal-prodott

Ammont totali ta' proteini – 10 g sa 13 g/100 g tal-prodott

Irmied – 1,4 g sa 1,8 g/100 g tal-prodott

3.2.2.   Proprjetajiet fiżiċi

Forma: Ir-“Requeijão da Beira Baixa” jieħu l-forma ta' kon mingħajr ponta bid-disinn ta' xibka karatteristiku tal-qfief tal-qasab jew tal-plastik li l-massa titqiegħed fihom għall-iskular. Il-piż ta' kull unità jista' jvarja bejn 150 gramma u 400 gramma.

Konsistenza: Il-prodott jiġi ppreżentat mingħajr qoxra. Il-massa jkollha konsistenza ratba u kemxejn imrammla. Jista' jinqata' jew jindilek, jinqata' faċilment u għandu kulur abjad.

Palat u aroma: Il-prodott għandu togħma ħelwa ta' ħalib u aroma pjaċevoli, li jinħall malajr fil-ħalq.

3.3.   Materja prima – (għall-prodotti pproċessati biss)

Ir-“Requeijão da Beira Baixa” jiġi prodott mix-xorrox li jinkiseb bħala prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-“Queijos da Beira Baixa”, u miegħu jiżdiedu l-ilma tajjeb għax-xorb u l-ħalib mhux maħdum tan-nagħġa jew tal-mogħża miż-żona ġeografika ddefinita iktar 'il quddiem.

L-ilma u l-ħalib tan-nagħġa u tal-mogħża jista' jgħoddu sa 10 % tal-volum totali tax-xorrox użat.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjjin mill-annimali biss)

L-unika sistema ta' produzzjoni possibbli hija dik tradizzjonali li tinvolvi ragħi estensiv b'densità baxxa ta' annimali, fejn matul is-sena kollha l-bhejjem iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ġurnata jirgħu u filgħaxija jerġgħu jittieħdu lura fl-istalel, il-post fejn jinħalbu u jorqdu, tal-anqas matul ix-xhur tax-xitwa. L-alimentazzjoni tal-annimali hija bbażata esklussivament fuq għalf naturali jew għalf imtejjeb biż-żieda ta' varjetajiet ta' ħaxix li huma adattati għall-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima tar-reġjun, li b'hekk tinfluwenza l-biedja estensiva u hija ssupplimentata f'perjodi ta' skarsezza b'għalf maħżun (ħuxlief u qamħ), miġbur esklussivament fiż-żoni ġeografiċi tal-produzzjoni ddefiniti fil-punt 4.

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Ir-“Requeijão da Beira Baixa” huwa prodott kumplementari li jinkiseb mill-produzzjoni tal-“Queijos da Beira Baixa DPO”, li wkoll isir fl-istess żona ġeografika.

Għalkemm ir-“Requeijão da Beira Baixa” isir f'temperaturi għoljin, il-kontenut għoli ta' proteini, lattożju u ta' ilma tiegħu jikkawżaw żieda fil-mikroorganiżmi matul l-immaniġġjar li jsir wara l-produzzjoni. Dawn l-alterazzjonijiet kwalitattivi u kwantittattivi fil-mikroflora jirriżultaw f'bidliet fil-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodott li jinfluwenzaw b'mod drastiku l-aċċettazzjoni tal-istess prodott min-naħa tal-konsumatur finali.

Dan jippresupponi li l-proċess kollu tal-produzzjoni tar-“Requeijão da Beira Baixa” isir billi jintużaw l-istess faċilitajiet tal-produzzjoni tal-“Queijos da Beira Baixa DPO” u b'hekk isir fl-istess żona ġeografika. Inkella, għadd ta' operazzjonijiet ta' mmaniġġjar differenti jistgħu jwasslu għal deterjorazzjoni fil-kwalità u l-awtentiċità li jkunu ta' detriment għall-interessi tal-produtturi u tal-konsumaturi.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar eċċ.

Għalkemm ir-“Requeijão da Beira Baixa” isir f'temperaturi għoljin, il-kontenut għoli ta' proteini, lattożju u ta' ilma tiegħu jikkawżaw żieda fil-mikroorganiżmi matul l-immaniġġjar li jsir wara l-produzzjoni. Dawn l-alterazzjonijiet kwalitattivi u kwantittattivi fil-mikroflora jirriżultaw f'bidliet fil-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodott li jinfluwenzaw b'mod drastiku l-aċċettazzjoni tal-istess prodott min-naħa tal-konsumatur finali.

Għal din ir-raġuni, il-materjali użati għall-ippakkjar tar-“Requeijão da Beira Baixa” jew li jkollhom kuntatt miegħu jridu jkunu innokwi u inerti f'dak li jikkonċerna l-kontenut tagħhom. Huwa permess l-ippakkjar bil-vakwu kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta' ppakkjar li huwa kapaċi jiggarantixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-preservazzjoni tal-prodott u tal-kwalità tiegħu inġenerali.

Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li l-prodott ikun immaniġġjat b'mod ripetut bil-possibbiltà tad-detriment tal-kwalità tiegħu, huwa jista' jiġi ppakkjat biss meta jilħaq iż-żona ddefinita fil-punt 4.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-konformità mar-rekwiżiti legali dwar it-tikkettar, il-logo li ġej irid jidher ukoll fuq it-tikketta tal-prodott.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-materja prima, li tinvolvi l-proċess kollu u l-ippakkjar hija, l-istess bħaż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Queijos de Beira Baixa”, jiġifieri l-muniċipalitajiet (concelhos) ta' Belmonte, Castelo Branco, Fundão, Idanha-a-Nova, Mação, Oleiros, Penamacor, Proença-a-Nova, Sertã, Vila de Rei, Vila Velha de Ródão u l-parroċċi (freguesias) ta' Aldeia de São Francisco, Aldeia do Souto, Barco, Boidobra, Casegas, Conceição, Covilhã, Dominguiso, Ferro, Orjais, Ourondo, Peraboa, Peso, Santa Maria, São Jorge da Beira, São Martinho, São Pedro, Sobral de São Miguel, Teixoso, Tortosendo, Vale Formoso u Vales do Rio tal-muniċipalità ta' Covilhã.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Is-sistemi tradizzjonali ta' ragħi estensiv, li huma karatteristiċi tar-reġjun, huma marbuta mill-qrib mal-klima u mal-ħamrija predominanti tar-reġjun, minħabba l-fatt li dawn jinfluwenzaw ħafna l-iżvilupp tal-ispeċijiet għall-għalf. Il-klima tar-reġjun hija kkaratterizzata b'temperaturi medji għoljin matul is-sena, bi sjuf sħan, twal u nexfin u bi xtiewi moderati li għandhom medja totali ta' preċipitazzjoni relattivament baxxa u okkażjonalment tagħmel il-borra. In-nixfa hija fattur dominanti, li tiżdied mit-Tramuntana san-Nofsinhar jew mill-Punent sal-Lvant.

Il-mergħat naturali prodotti minn ħamrija mrammla huma magħmula minn ħaxix iktar għoli u li għandu kapaċità akbar ta' żarġin (Agrostis, Poa, eċċ.) u minn legumi li jikbru kull sena li huma ta' valur akbar għall-mergħat (Ornitopus, T. Cherleri, T. Arvense, eċċ.). Il-mergħat li għandhom ħamrija ħafifa li toriġina mill-granit, magħmula b'ħaxix li jikber bil-mod (Vulpia, Periballia) u b'xi ftit legumi li ma tantx għandhom valur nutrittiv (Trifolium angustifolium u T. Stellatum), huma ta' kwalità baxxa u mhumiex produttivi. Fuq il-ħamrija li toriġina mil-lavanja b'kapaċità tajba taż-żamma tal-ilma, hemm mergħat ta' kwalità raġonevolment tajba fejn matul is-sena jiddomina l-ħaxix, iżda ta' spiss ikun hemm ukoll ħaxix perenni (Lolium spp.). Ġeneralment il-legumi jkunu ta' valur tajjeb għar-ragħi (Tifolium spp. u Ornithopus).

Għaldaqstant huwa ċar li, billi hemm din id-diversità, minn naħa r-reputazzjoni tar-“Requeijão da Beira Baixa” hija dovuta għall-għerf li ntiret mill-prattiki tajba tal-komunitajiet li, mill-eteroġeneità tal-materja prima disponibbli skont iż-żmien tas-sena, l-ispeċijiet li jipproduċu l-ħalib, it-teknoloġija użata, u t-tipi ta' ġobon li jipproduċu x-xorrox, jirnexxilhom jipproduċu prodott ta' kwalità għolja b'togħma uniformi.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-prodott u l-karatteristiċi tiegħu huma r-riżultat tal-materja prima użata u tal-metodi li tinkiseb bihom u, kif imsemmi iktar 'il fuq, huma dovuti fil-biċċa l-kbira għall-prattiki tajba tal-komunitajiet li, filwaqt li użaw it-tekniki u l-għerf li waslilhom minn missirijiethom, irnexxielhom jippreservaw il-prodott.

Ir-“Requeijão da Beira Baixa” isir mix-xorrox miksub bħala prodott sekondarju tal-manifattura tal-“Queijos da Beira Baixa” li jsir fl-istess żona. Ix-xorrox jingħasar sabiex jitneħħew il-fdalijiet tal-baqta u jekk jifforma l-melħ fil-ħalib jiżdied l-ilma. Imbagħad ix-xorrox jissaħħan sakemm jilħaq temperaturi li jvarjaw bejn it-80 °C u d-90 °C u jitħawwad bil-mod iżda b'mod kostanti sakemm tibda l-koagulazzjoni, li tingħaraf mill-iskorċa li tifforma fil-wiċċ u tibqa' hemm minħabba d-densità baxxa tagħha. Imbagħad, titnaqqas it-temperatura u ma jibqax jitħawwad iktar sa ftit qabel ma jibda jagħli; din l-operazzjoni tieħu bejn 15 u 30 minuta. Biex tinkiseb kwantità akbar u taħlita aktar magħquda, ġeneralment jiżdied ftit ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż qabel ma din tibda tagħli. Wara, permezz ta' kuċċarun, il-massa titneħħa mir-reċipjent fejn tkun saret il-koagulazzjoni u titpoġġa f'qofof żgħar tal-qasab jew tal-plastik sabiex jinkisbu l-forma, id-daqs u l-konsistenza mixtieqa. Dawn il-proċessi huma l-frott ta' snin ta' ħidma kontinwa fuq il-prodott fir-reġjun u huwa grazzi għal din il-ħidma li l-konsistenza, l-forma u d-daqs karatteristiċi tal-prodott evolvew f'dan il-mod partikolari fir-reġjun.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jintuża għall-produzzjoni tal-“Queijos da Beira Baixa”, u li minnu tinkiseb il-materja prima għall-produzzjoni tar-“Requeijão da Beira Baixa”, jista' jiġi biss minn irziezet li jkabbru l-annimali u li jinsabu fiż-żona ġeografika ta' produzzjoni. Is-sistema ta' produzzjoni hija dik tradizzjonali li tinvolvi ragħi estensiv b'densità baxxa ta' annimali, fejn il-bhejjem iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ġurnata jirgħu u filgħaxija jerġgħu jittieħdu lura fl-istalel, il-post fejn jinħalbu u jorqdu, tal-anqas matul ix-xhur tax-xitwa.

Għalhekk, l-alimentazzjoni hija bbażata fuq għalf naturali jew fuq għalf imtejjeb biż-żieda ta' varjetajiet ta' ħaxix li huma adattati għall-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima tar-reġjun. Il-kultivazzjoni ta' pjanti tal-għalf għall-produzzjoni ta' tiben u l-użu ta' ħuxlief għar-ragħi kienet u għada prattika komuni fir-reġjun kollu. B'konsegwenza ta' dan, il-ħalib prodott min-nagħaġ u mill-mogħoż li jirgħu fir-reġjun għandu ċerti karatteristiċi li jorbtuh mal-ambjent lokali u mal-mod li bih jitrabbew in-nagħaġ u l-mogħoż.

Minħabba dawn il-fatturi ġeografiċi u l-fatturi umani kollha, il-prodott akkwista karatteristiċi partikolari li, flimkien mat-tekniki tal-antenati u l-għarfien li ntiret mill-għerf mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, ffurmaw b'tali mod li anki llum il-proċessi tal-produzzjoni u tal-ippakkjar, jippermettu l-produzzjoni ta' prodotti speċifiċi rikonoxxuti mill-konsumaturi, li jirreferu għalihom bl-isem tar-reġjun li fih joriġinaw.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(Artikolu 5(7) tar-Regulament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.dgadr.pt/images/docs/val/dop_igp_etg/Valor/CE_Requeijao_BB.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/s3


AVVIŻ

Fis-26 ta’ Ottubru 2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 312 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex agrikoli – it-32 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu bl-abbonament mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.

Nonabbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image