ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.180.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 180

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
26 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2013/C 180/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2013 bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern f'Malta

1

2013/C 180/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern fi Spanja

4

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 180/03

Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12 (5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

9

2013/C 180/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6613 – Watson/Actavis) ( 1 )

11

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 180/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2013 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

12

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 180/06

Rata tal-kambju tal-euro

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 180/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

14

2013/C 180/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

15

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 180/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6607 – US Airways/American Airlines) ( 1 )

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 180/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2) punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

17

2013/C 180/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ġunju 2013

bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern f'Malta

2013/C 180/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 126 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill iddeċieda, taħt l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, li hemm defiċit eċċessiv f'Malta.

(4)

Taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1), il-Kunsill huwa meħtieġ jindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat bil-għan li tintemm sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv f’perjodu stabbilit. Rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi żmien massimu ta' sitt xhur għal azzjoni effettiva li għandha tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat biex jikkorreġi d-defiċit eċċessiv. Barra minn hekk, f’rakkomandazzjoni biex jiġi kkorreġut defiċit eċċessiv, il-Kunsill jitlob li jintlaħqu l-miri baġitarji annwali li, abbażi tat-tbassir li fuqu tissejjes ir-rakkomandazzjoni, ikunu konsistenti ma’ titjib annwali minimu fil-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament minbarra miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħrajn, ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala valur ta’ referenza.

(5)

Konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-mira baġitarja rrakkomandata għall-aħħar sena tal-perjodu ta' korrezzjoni trid tiżgura li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenza bejn il-livell ta' dejn vis-à-vis PDG u s-60 % tal-PDG tal-valur ta' referenza taħt it-Trattat iseħħu fi żmien is-sentejn li jsegwu l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-gvern, ibbażat fuq it-tbassir tal-Kummissjoni.

(6)

It-tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni għas-sena 2013 jipprevedi li d-defiċit se jkompli jkun ogħla mill-valur ta' referenza fl-2013 u l-2014, rispettivament għal 3,7 % u 3,6 % tal-PDG. Dawk il-projezzjonijiet baġitarji huma bbażati fuq il-linji politiċi attwali, biex b'hekk jinkorporaw il-baġit tal-2013 li ġie approvat mill-Parlament f’April 2013, li jinkludi miżuri espansjonistiċi kemm fuq in-naħa tad-dħul u l-infiq kif ukoll fuq l-injezzjoni azzjonarja ppjanata diġà lill-Air Malta (0,6 % tal-PDG), b’impatt nett ta’ żieda fuq id-defiċit ta’ 0,3 % tal-PDG. Il-miżuri espansjonistiċi huma biss parzjalment ikkumpensati b’żidiet fid-dazji tas-sisa, bil-ġbir tal-arretrati tat-taxxa kif ukoll bl-iffrankar mill-infiq u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ogħla li jirriżultaw mir-riforma pensjonistika tal-2006. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni ta' miżuri ta' darba li jnaqqsu d-defiċit nett kif identifikata mill-Kummissjoni, għall-isforz ta' konsolidazzjoni taqa' drastikament wara l-2012. Minħabba d-defiċits primarji li mistennija jibqgħu fl-2013 u l-2014, skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni għas-sena 2013, id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika mistenni jkompli jiżdied, għal 73,9 % tal-PDG fl-2013 u għal 74,9 % tal-PDG fl-2014. Fl-2015 u l-2016, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika huwa mistenni li jibqa' ogħla mit-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG, u l-proporzjon tad-dejn vis-à-vis PDG jiżdied għal 75,6 % tal-PDG sal-2016.

(7)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv għandha titlesta sas-sena ta' wara l-identifikazzjoni tagħha, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċifiċi. Għalhekk, hija ġustifikata korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2014. B'mod partikolari, mod ta' aġġustament kredibbli u sostenibbli jkun jirrikjedi li Malta tilħaq il-mira ewlenija għall-amministrazzjoni pubblika ta' 3,4 % tal-PDG għall-2013 u 2,7 % tal-PDG fl-2014, li hija konsistenti ma' titjib annwali tal-bilanċ strutturali ta' 0,7 % tal-PDG fl-2013 u 0,7 % tal-PDG fl-2014. Il-mira tal-2014 tiżgura li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenza bejn il-livell ta' dejn vis-à-vis PDG u l-valur ta' referenza taħt it-Trattat ta' 60 % tal-PDG iseħħ fi żmien sentejn wara l-korrezzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv. Biex jintlaħqu l-miri strutturali msemmija hawn fuq, Malta teħtieġ li tadotta miżuri addizzjonali ta' konsolidazzjoni ta' madwar 0,4 % tal-PDG fl-2013, minbarra l-miżuri diġà inklużi fix-xenarju bażiku, u madwar ¾ % tal-PDG fl-2014. Dawn il-miri jikkunsidraw il-ħtieġa ta' kumpens għall-effetti negattivi tat-tieni darba ta' konsolidazzjoni fiskali fuq il-finanzi pubbliċi, mill-impatt tagħha fuq it-tkabbir tal-PDG. Ix-xenarju bażiku li fuqu huwa strutturat il-mod ta' aġġustament jinkorpora t-tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni tal-2013 u jestendih sal-2016 billi jiddipendi fuq assunzjonijiet standard dwar l-għeluq tan-nuqqas fl-output u s-sensittività tal-baġit għaċ-ċiklu; ma jinkludix, madankollu, l-injezzjoni addizzjonali ta' kapital fl-Air Malta li hija ppjanata għall-2015 taħt il-programm ta' stabbiltà tal-2013. B'hekk wieħed jassumi li l-injezzjoni ta' kapital mhux se sseħħ jew se tkun ikkumpensata b'miżuri fid-direzzjoni l-opposta.

(8)

Il-qafas fiskali ta' Malta huwa pjuttost flessibbli, u n-natura non-vinkolanti tiegħu u l-orizzont qasir ta' ppjanar fiskali ma jappoġġawx pożizzjoni fiskali soda. Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2) għadha ma ġietx trasposta. Barra minn hekk, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' abbozzi ta' pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (3), Malta għandha tistabbilixxi korpi indipendenti biex jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli fiskali. Filwaqt li fil-programm ta' stabbiltà hija ddikjarata l-intenzjoni tal-gvern li jwaqqaf kunsill fiskali, ma ġew imħabbra ebda pjani konkreti.

(9)

Taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, Malta għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill programm ta' sħubija ekonomika simultanjament mar-rapport li għandu jkun ippreżentat taħt l-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.

(10)

Fl-opinjoni tal-Kunsill, il-miżuri ta' konsolidazzjoni baġitarja għandhom jiżguraw titjib dejjiemi fil-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika, filwaqt li jkunu ngranati biex issaħħu l-kwalità tal-finanzi pubbliċi u jirrinforzaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

Malta għandha ttemm is-sitwazzjoni preżenti ta' defiċit eċċessiv sal-2014.

(2)

B'mod speċifiku, Malta għandha:

(a)

tilħaq il-mira għall-amministrazzjoni pubblika ta' defiċit ta' 3,4 % tal-PDG fl-2013 u 2,7 % tal-PDG fl-2014, li tkun konsistenti ma' titjib annwali tal-bilanċ strutturali ta' 0,7 % tal-PDG fl-2013, u 0,7 % tal-PDG fl 2014. Dan il-mod ta' aġġustament jippermetti biex id-defiċit nominali tal-gvern jinġieb sa inqas mit-3 % tal-valur referenzjarju tal-PDG sal-2014 flwaqt li fl-istess ħin ikun żgurat li l-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern joqrob lejn il-valur referenzjarju ta' 60 % tal-PDG b'pass sodisfaċenti;

(b)

tispeċifika u timplimenta b'mod rigoruż il-miżuri meħtieġa biex tinkiseb il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2014, u tuża kull qligħ mhux mistenni għat-tnaqqis tad-defiċit.

(3)

Il-Kunsill jistabbilixxi l-iskadenza tal-1 ta' Ottubru 2013 għal Malta sabiex tieħu azzjoni effikaċi u, konformement mal-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, tirrapporta fid-dettall dwar l-istrateġija tal-konsolidazzjoni li hija maħsuba biex tikseb il-miri.

Sussegwentement għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, Malta hija mistiedna biex tkompli tagħmel progress b'pass xieraq lejn il-mira, fuq medda medja ta' żmien, ta' baġit bilanċjat f'termini strutturali, fosthom billi tilħaq il-valur referenzjarju fir-rigward tal-infiq. Biex tillimita r-riskji għall-eżekuzzjoni tal-baġit, il-Kunsill jistieden lil Malta biex issaħħaħ l-effikaċja tal-qafas baġitarju tagħha u ttejjeb il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit matul is-sena. B'mod partikolari, Malta hija mistiedna biex tistabbilixxi qafas fiskali pluriennali li jkun aktar vinkolanti u bbażat fuq regoli. Barra minn hekk, ir-rwol tal-korpi indipendenti li jimmonitorjaw il-politika fiskali għandhom jiġu msaħħa, konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013.

Fl-aħħar nett, biex ikun żgurat is-suċċess tal-istrateġija ta' konsolidazzjoni fiskali, l-awtoritajiet Maltin huma mistiedna jappoġġaw il-konsolidazzjoni fiskali b'riformi strutturali komprensivi, konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lil Malta fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u b'mod partikolari ma' dawk relatati mal-aspett preventiv tal-Proċedura dwar l-Iżbilanċi Makroekonomiċi (4).

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lil Malta.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(3)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(4)  Id-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv ta' Malta jinsabu hawn: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/countries/malta_en.htm


26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Ġunju 2013

bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern fi Spanja

2013/C 180/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri għandhom jevitaw id-defiċits eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi tal-gvern sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fi Spanja kien jeżisti defiċit eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjoni sabiex jiġi kkorreġġut id-defiċit eċċessiv sal-2012 (1) (“ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' April 2009”), b’konformità mal-Artikolu 104(7) TKE u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (2).

(4)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, li kienet ittieħdet azzjoni effikaċi minn Spanja u li kienu seħħew avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija li kellhom konsegwenzi żvantaġġużi kbar għall-finanzi tal-Gvern wara li kienet ġiet adottata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' April 2009. B’mod partikolari, id-deterjorazzjoni akuta għall-prospetti ta’ tkabbir minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja globali kellha implikazzjonijiet baġitarji negattivi kbar. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jadotta Rakkomandazzjoni riveduta taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE (“ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2009”) biex id-defiċit eċċessiv ikun ikkorreġut sa mhux iktar tard mill-2013 b’manjiera kredibbli u sostenibbli billi tittieħed azzjoni f’qafas ta’ terminu ta’ żmien medju.

(5)

Fil-15 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni kkonkludiet li Spanja kienet ħadet azzjoni effikaċi f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2009 biex iġġib id-defiċit tal-Gvern tagħha taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG u qieset li għalhekk ma kien meħtieġ l-ebda pass addizzjonali fil-proċedura ta' defiċit eċċessiv (PDE).

(6)

Fl-10 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, li kienet ittieħdet azzjoni effikaċi iżda li wara li kienet ġiet adottata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2009 kienu seħħew żviluppi ekonomiċi negattivi mhux mistennija li kellhom konsegwenzi żvantaġġużi kbar għall-finanzi tal-gvern. B’mod partikolari, deterjorament fil-perspettiva tat-tkabbir u bidla lejn kompożizzjoni tat-tkabbir li trendi inqas taxxi kellu implikazzjonijiet baġitarji negattivi kbar. Il-Kunsill għalhekk adotta Rakkomandazzjoni riveduta taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE (“ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012”) u rrakkomanda li Spanja tikkorreġi d-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2014. Sabiex id-defiċit nominali tal-gvern jinżel għal inqas mill-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG sal-2014, ġie rrakkomandat lil Spanja li tagħmel titjib fil-bilanċ strutturali ta’ 2,7 % tal-PDG fl-2012, 2,5 % tal-PDG fl-2013 u 1,9 % tal-PDG fl-2014, abbażi tal-aġġornament tas-servizzi tal-Kummissjoni tat-tbassir tar-rebbiegħa 2012. Il-miri nominali tad-defiċit tal-gvern ġew iffissati bħala 6,3 % tal-PDG għall-2012, 4,5 % tal-PDG għall-2013 u 2,8 % tal-PDG għall-2014. Lil Spanja ġie wkoll rakkomandat li timplimenta l-miżuri adottati fil-baġit tal-2012 u fil-pjanijiet ta' bbilanċjar mill-ġdid tal-Komunitajiet Awtonomi u li sa tmiem Lulju 2012 tadotta l-pjan baġitarju pluriennali mħabbar għall-perjodu 2013-2014, fosthom strateġija baġitarja għat-terminu medju, li jispeċifika b’mod sħiħ il-miżuri strutturali meħtieġa biex isseħħ il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2014.

(7)

Fl-14 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tat-tbassir tal-ħarifa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni, li Spanja kienet ħadet azzjoni effikaċi f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 u li l-ebda passi oħra fil-PDE ma kienu meħtieġa.

(8)

Taħt l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, jekk tkun ittieħdet azzjoni effikaċi u jekk avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija li jkollhom konsegwenzi żvantaggużi kbar għall-finanzi tal-gvern iseħħu wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni oriġinali. Taħt l-Artikolu 3(5) ta' dak ir-Regolament, l-iżviluppi ekonomiċi żvantaġġużi mhux mistennija b'effetti baġitarji żvantaġġużi kbar għandhom jitqiesu fuq l-isfond tat-tbassir ekonomiku li fuqu hija bbażata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(9)

Taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-Kunsill meħtieġ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li tintemm is-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv fi żmien determinat. Ir-Rakkomandazzjoni trid tistabbilixxi żmien massimu ta' sitt xhur sabiex tittieħed azzjoni effikaċi mill-Istat Membru kkonċernat biex jikkorreġi d-defiċit eċċessiv. Barra minn hekk, f’rakkomandazzjoni biex jiġi kkorreġut defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jitlob li jintlaħqu miri baġitarji annwali li, abbażi tat-tbassir li fuqu tissejjes ir-rakkomandazzjoni, ikunu konsistenti ma’ titjib minimu annwali fil-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament minbarra miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħrajn, ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala valur referenzjarju. Taħt l-Artikoli 9(1) u 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (3), Spanja għandha tippreżenta programm ta' sħubija ekonomika.

(10)

Wara irkupru fl-2011 li dam żmien qasir, l-ekonomija reġgħet daħlet f’riċessjoni, u rreġistrat tkabbir reali trimestrali negattiv tal-PDG sa mit-tielet trimestru tal-2011. F’termini annwali, il-PDG naqas b'1,4 % fl-2012. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, ir-reċessjoni hija mistennija li tibqa’ għaddejja fl-2013, fejn l-esportazzjonijiet netti pożittivi xorta ma kinux kapaċi jikkumpensaw għat-tnaqqis li kien qed ikompli fid-domanda lokali. Il-produzzjoni hija mistennija li tistabbilizza biss lejn tmiem l-2013. Il-PDG reali huwa għalhekk ipprojettat li jonqos b'1,5 % fl-2013, qabel ma jikber b'0,9 % fl-2014 (taħt suppożizzjoni ta’ ebda bidla fil-politika). Fil-mument tal-aħħar rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-PDG reali kien mistenni li jonqos b'1,9 % u 0,3 % fl-2012 u l-2013, rispettivament, u li jikber b'1,1 % fl-2014. Ir-riżultat anqas negattiv tat-tkabbir fl-2012 kien dovut l-aktar għad-domanda domestika li kienet kemxejn iktar reżiljenti possibbilment anki grazzi għal-likwidità injettata permezz tal-iskema tal-ħlas lura għad-dejn kummerċjali akkumulat mir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali qabel l-1 ta’ Jannar 2012 (EUR 27,4 biljun, jew 2,6 % tal-PDG). Fir-rigward tal-2013 u l-2014, it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipprevedi tnaqqis aktar qawwi tal-PDG reali fl-2013 u rkupru aktar dgħajjef fl-2014. Dan jinkludi tnaqqis akbar fid-domanda domestika f’dawn is-sentejn u tnaqqis qawwi aktar fit-tul fl-impjiegi. Id-deterjorament tal-perspettiva makroekonomika huwa parzjalment marbut mal-fatt li qed jitqiesu l-miżuri addizzjonali ta’ konsolidazzjoni inklużi fil-pjan baġitarju 2013-2014 u l-baġit tal-2013.

(11)

Skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-defiċit ġenerali tal-gvern laħaq 10,6 % tal-PDG fl-2012, meta mqabbel ma’ mira tal-gvern u tal-PDE ta’ 6,3 % tal-PDG u 9,4 % tal-PDG fl-2011. Aġġustament għal trasferimenti kapitali lill-banek (li huma meqjusa bħala operazzjonijiet ta’ darba biss), id-defiċits korrispondenti kienu ta’ 7,0 % u 9,0 % tal-PDG fl-2012 u l-2011, rispettivament. It-tnaqqis fil-bilanċ nominali jikkorrispondi għal titjib fil-bilanċ nominali ta’ 2,4 punti perċentwali (nett mit-trasferimenti kapitali fil-banek), fl-isfond ta’ ekonomija li qed tonqos u kompożizzjoni tat-tkabbir li trendi anqas taxxa. It-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni jindika titjib fid-defiċit strutturali ta’ 1,8 punti perċentwali fl-2012, meta mqabbel mat-titjib rakkomandat ta’ 2,7 punti perċentwali. B’korrezzjoni għar-reviżjoni ftit 'l isfel tal-produzzjoni potenzjali mill-aħħar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, l-isforz fiskali stmat jibqa' l-istess. Madankollu, il-bidla stmata fil-bilanċ strutturali kienet affettwata ħafna minn nuqqas mhux mistenni fid-dħul, li kien jammonta għal madwar 1,0 pp. Kollox ma’ kollox, meta jitqiesu dawn l-effetti, l-isforz fiskali aġġustat jiżdied għal 2,9 punti perċentwali, 'il fuq mill-isforz rakkomandat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012. Minbarra miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, id-devjazzjoni baġitarja fl-2012 hija marbuta ma’ taħlita ta’ dħul inqas milli mistenni (meta jitqies l-impatt ta’ miżuri diskrezzjonarji u l-effett bażi) u konsum intermedju u trasferimenti soċjali ogħla. Il-kompożizzjoni tat-tkabbir li trendi inqas taxxi u deterjorament akbar fis-suq tax-xogħol kienet timplika tnaqqis qawwi fid-dħul, partikolarment ta’ taxxi diretti u indiretti, kif ukoll nefqa soċjali ogħla. Spanja adottat miżuri ta’ konsolidazzjoni mdaqqsa matul l-2012, li ammontaw għal madwar 4 % tal-PDG, inkluż madwar 1 1/2 % tal-PDG fuq in-naħa tad-dħul u 2 1/2 % tal-PDG fuq in-naħa tan-nefqa. Dawk il-miżuri parzjalment jikkumpensaw ukoll għal deterjorament sottostanti fil-bilanċ strutturali minħabba żieda fil-ħlasijiet tal-imgħax u trasferimenti soċjali ogħla.

(12)

Għall-2013, skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-defiċit tal-gvern huwa projettat li jonqos għal 6,5 % tal-PDG, meta mqabbel mal-mira tal-PDE ta’ 4,5 % tal-PDG. Il-bilanċ primarju huwa mistenni li jitjieb b'4,5 punti perċentwali (0,9 punt perċentwali nett mit-trasferimenti kapitali fil-banek). Wara l-aħħar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Gvern Spanjol ippreżenta f’Awwissu 2012 pjan baġitarju pluriennali għall-2013-2014, fejn iddeskriva xi karatteristiċi tal-istrateġija ta’ konsolidazzjoni għall-medda medja ta’ żmien. Bħala total, l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonali fl-2013 huwa mistenni li jkun ta’ madwar 1 % tal-PDG fuq in-naħa tan-nefqa u madwar 1 1/2 % tal-PDG fuq in-naħa tad-dħul. Id-devjazzjoni baġitarja mistennija ta’ madwar 2 % tal-PDG, meta mqabbla mal-mira tal-PDE hija parzjalment spjegata mill-fatt li l-pożizzjoni tal-bidu kienet agħar. Madankollu, il-fattur ewlieni wara d-devjazzjoni huwa l-kompożizzjoni mhux favorevoli tat-tkabbir, fejn il-konsum privat naqas b’mod aktar qawwi u s-suq tax-xogħol mar agħar milli kien mistenni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012. It-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipprojetta li d-defiċit strutturali jkompli jonqos b'1,1 punti perċentwali fl-2013, meta mqabbel ma’ sforz irrakkomandat ta’ 2,5 punti perċentwali. B’korrezzjoni għall-bidla fit-tkabbir potenzjali stmat u għan-nuqqas akbar milli mistenni fid-dħul, l-isforz fiskali stmat jitjieb b'1,4 punti perċentwali, u dan iġib l-isforz fiskali aġġustat għal 2,5 % tal-PDG, f'konformità mal-isforz irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012. Fil-programm ta’ stabbiltà tiegħu għall-2013, il-Gvern Spanjol ħabbar mira ta' defiċit għall-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,3 % tal-PDG għall-2013, li kellha tiġi msejsa minn miżuri ta’ konsolidazzjoni addizzjonali ta’ madwar EUR 3 biljun (0,3 % tal-PDG) li għadhom iridu jiġu adottati u implimentati din is-sena.

(13)

Skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, għall-2014, id-defiċit nominali huwa mistenni li jikber għal 7,0 % tal-PDG meta mqabbel mal-mira tal-PDE ta’ 2,8 % tal-PDG. Id-defiċit primarju jitwessa’ b'0,4 % tal-PDG. Minbarra l-effett bażi, id-devjazzjoni mistennija tirrifletti prinċipalment l-iskadenza ta’ miżuri temporanji li ttieħdu fis-snin preċedenti u l-fatt li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni ppjanati għall-2014 ma kinux speċifikati biżejjed fil-pjan baġitarju pluriennali ta’ Awwissu 2012 li għandu jiġi inkluż fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-kompożizzjoni tat-tkabbir ekonomiku tibqa’ waħda li trendi ftit taxxa, fejn il-kontribuzzjonijiet soċjali u t-taxxi indiretti mhux dejjem qed jikbru b’mod għal kollox proporzjonat mal-PDG nominali. Il-pagamenti tal-imgħax ukoll se jkomplu jiżdiedu minħabba stokk ikbar ta’ dejn. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-defiċit strutturali huwa projettat li jiddeterjora b'1,1 punti perċentwali, meta mqabbel mat-titjib rakkomandat ta’ 1,9 % tal-PDG. Meta ssir korrezzjoni għall-bidla fit-tkabbir potenzjali stmat u għal nuqqas mhux mistenni fid-dħul, id-distakk jiżdied b’0,2 punt perċentwali aktar.

(14)

Fir-rigward tal-governanza fiskali, sar progress kbir fir-rappurtar tal-eżekuzzjoni baġitarja fil-livelli tal-Gvern taħt dak ċentrali. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Istabbiltà Baġitarja dwar it-twissija bikrija u l-mekkaniżmi korrettivi biex jillimitaw id-devjazzjonijiet baġitarji ma kinux kompletament effettivi u t-trasparenza tal-implimentazzjoni tagħhom tista’ tittejjeb. Minkejja l-progress fir-rigward tar-rapportar baġitarju fil-livell reġjonali, il-kisba ta’ trasparenza fiskali akbar tkun teħtieġ rappurtar iktar komprensiv, konsistenti u rapidu, ukoll għall-pjanijiet baġitarji, fuq bażi konsolidata tal-amministrazzjoni pubblika, f’konformità mas-Sistema Ewropea ta' Kontabbiltà. It-twaqqif ta’ kunsill fiskali, b’indipendenza istituzzjonali u finanzjarja sħiħa, għadu pendenti.

(15)

Id-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika żdied għal madwar 84 % tal-PDG fl-2012 meta mqabbel mat-80,9 % tal-PDG projettat fit-tbassir tar-rebbiegħa 2012 aġġornat tas-servizzi tal-Kummissjoni. Iż-żieda fil-proporzjon tad-dejn kienet dovuta għal żbilanċ ogħla milli mistenni, tkabbir tal-PDG nominali aktar baxx, l-ispejjeż tal-operazzjonijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-banek u l-ħlas b'lura għall-amministrazzjoni pubblika. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa mistenni li jiżdied aktar u li jaqbeż il-95 % fl-2014, abbażi ta’ xenarju ta’ ebda bidla fil-politika, u b’hekk jaqbeż il-valur referenzjarju taħt it-Trattat fis-snin kollha.

(16)

Fl-10 ta' April 2013, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tal-Eżami fil-Fond tal-2013 dwar Spanja fil-qafas tal-Proċedura tal-Iżbilanċi Makroekonomiċi (4), li Spanja tinsab għaddejja minn żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi. Il-korrezzjoni ta’ dawn l-iżbilanċi li akkumulaw matul is-snin tal-prosperità, u b’mod partikolari l-assorbiment ta’ livelli għolja ħafna ta’ dejn privat u estern, qed ikollhom konsegwenzi negattivi importanti fuq it-tkabbir ekonomiku, l-istabbiltà finanzjarja u l-finanzi pubbliċi. Korrezzjoni sostenibbli tad-defiċit eċċessiv f’perjodu ta’ żmien medju teħtieġ progress fl-istess waqt sabiex tiġi żgurata l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, appoġġata minn riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tar-riġiditajiet strutturali li jfixklu l-aġġustament.

(17)

Skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fit-tbassir tar-rebbiegħa 2013, Spanja mhux se tilħaq il-miri baġitarji nominali stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012. Madankollu, Spanja implimentat sforz strutturali fl-2012 u l-2013 li, meta jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi negattivi mhux mistennija meta mqabbla ma’ meta nħarġet ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012. Dawk l-iżviluppi ekonomiċi negattivi mhux mistennija ġabu magħhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi tal-gvern. B’mod partikolari, tnaqqis sinifikanti fid-dħul marbut mar-ribilanċjament tal-ekonomija lejn struttura tat-tkabbir li trendi anqas taxxa u effetti negattivi assoċjati fuq l-elastiċitajiet tad-dħul wasslu għal deterjorament sostanzjali fil-pożizzjoni baġitarja. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika affettwat l-impjieg b’mod negattiv ħafna u l-qgħad żdied drastikament. Meta jitqiesu dawn il-fatturi kollha, f'konsistenza mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u inkluża l-ħtieġa biex jiġu kkorreġuti l-iżbilanċi makroekonomċi eċċessivi b’konsegwenzi sfavorevoli maġġuri għall-finanzi pubbliċi, tidher li tkun iġġustifikata estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fi Spanja b'sentejn sal-2016, flok l-estensjoni ta' sena li tkun prevista mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir bħala regola.

(18)

Fl-isfond ta' inċertezzi kbar fir-rigward tal-iżviluppi ekonomiċi u baġitarji, il-mira baġitarja rrakkomandata għall-aħħar sena tal-perjodu ta' korrezzjoni għandha tiġi stabbilita fuq livell li huwa kjarament taħt il-valur referenzjarju, sabiex tiġi garantita kisba effikaċi u fit-tul tal-korrezzjoni sal-iskadenza mitluba.

(19)

Il-miri tad-defiċit nominali intermedji li jwasslu għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2016 huma stabbiliti kif ġej: 6,5 % tal-PDG għall-2013, 5,8 % tal-PDG għall-2014, 4,2 % tal-PDG għal 2015, u 2,8 % tal-PDG għall-2016. Sabiex jintlaħqu dawk il-miri jenħtieġ titjib annwali fil-bilanċ primarju (wara l-miżuri ta’ darba) ta’ 1,3 % tal-PDG bħala medja matul il-perjodu mill-2013 sal-2016 u, abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni estiż għall-2016, titjib fil-bilanċ tal-baġit strutturali ta’ 1,1 % tal-PDG fl-2013, 0,8 % tal-PDG fl-2014, 0,8 % tal-PDG fl-2015, u 1,2 % tal-PDG fl-2016. Dan il-proċess ta’ aġġustament aktar gradwali jqis l-ambjent ekonomiku diffiċli ta’ bħalissa u t-trasformazzjoni strutturali kbira tal-ekonomija Spanjola li tinsab għaddejja bħalissa u se jkollu jkun akkumpanjat minn riformi strutturali ambizzjużi. Għalhekk, huwa mistenni li jappoġġa t-tneħħija gradwali tal-iżbilanċi makroekonomiċi esterni u interni, itaffi l-impatt negattiv fuq perjodu ta’ żmien qasir tal-konsolidazzjoni fiskali fuq it-tkabbir ekonomiku, filwaqt li xorta jistabbilizza u jreġġa’ lura t-tendenza ta’ żieda fid-dejn tal-amministrazzjoni pubblika.

(20)

Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni 2013 estiż għall-2016, li huwa bbażat fuq suppożizzjoni ta’ ebda bidla ta’ politika, l-ebda miżuri addizzjonali ma jidhru meħtieġa f’dan l-istadju sabiex jinkiseb it-titjib irrakkomandat fil-bilanċ strutturali għall-2013 (u l-mira l-ġdida tad-defiċit ta' 6,5 % tal-PGD), iżda l-pjanijiet baġitarji fil-livelli kollha tal-gvern se jkollhom jiġu implimentati b’mod strett. Għall-perjodu bejn l-2014 u l-2016, biex id-defiċit jinġieb taħt il-valur referenzjarju taħt it-Trattat fuq bażi sostenibbli ser ikunu meħtieġa miżuri fiskali strutturali konsiderevoli flimkien ma’ dawk diġà inklużi fit-tbassir tar-Rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn il-miżuri, li jammontaw għal madwar 2 % tal-PDG fl-2014, 1 % tal-PDG fl-2015, u 1 1/2 % tal-PGD fl-2016 għandhom iqisu l-ħtieġa li jkun hemm kumpens għal effetti sekondarji negattivi, it-tkabbir potenzjalment negattiv tal-produzzjoni, kif ukoll żidiet fil-ħlasijiet tal-imgħax u dawk soċjali.

(21)

Il-programm ta’ stabbiltà tal-2013 jipprevedi triq ta’ aġġustament li hija ġeneralment konsistenti mal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2016, u li timmira għal defiċits nominali ta’ 6,3 % tal-PDG fl-2013, 5,5 % fl-2014, 4,1 % fl-2015, u 2,7 % fl-2016. Għall-2013, il-mira hija bbażata fuq miżuri ta’ konsolidazzjoni addizzjonali ta’ madwar EUR 3 biljun previsti fil-Programm, li għad iridu jiġu speċifikati fid-dettall.

(22)

Il-miżuri ta' konsolidazzjoni tal-baġit għandhom jiksbu titjib li jħalli l-frott fit-tul fil-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika, filwaqt li jkunu mmirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi u r-raffurzar tal-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija.

(23)

Spanja qed tiffaċċa riskji għolja għas-sostenibbiltà f'perspettiva fuq terminu medju u riskji medji fit-tul. Li jerġa' jinkiseb bilanċ strutturali primarju, madwar – 0,5 % tal-PDG kif kien fil-medja fil-perjodu 1998-2012, jgħin biex jitrażżnu dawn ir-riskji. Ir-riforma tal-2013 tal-iskemi tal-irtirar kmieni hija mistennija li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tas-sigurtà soċjali. Madankollu, jidhru neċessarji miżuri oħra sabiex jitrażżan it-tkabbir tal-infiq marbut mal-età, pereżempju permezz tar-regolamentazzjoni xierqa tal-fattur tas-sostenibbiltà previst mir-riforma tal-2011 tas-sistema tal-pensjonijiet, inkluż billi jiġi stipulat li l-età tal-irtirar se tiżdied skont il-gwadanji fl-istennija tal-ħajja.

(24)

Minħabba n-natura deċentralizzata tal-finanzi pubbliċi tagħha, il-pjan ta’ aġġustament fiskali ta’ Spanja għandu jiġi sostnut permezz ta’ strateġija kredibbli mifruxa fuq medda medja ta’ żmien ta’ konsolidazzjoni li tinkludi (i) pjan dettaljat tal-baġit pluriennali bi speċifikazzjoni sħiħa tal-miżuri għall-2014-2016, (ii) iktar tisħiħ tal-effikaċja tal-qafas istituzzjonali (billi togħla iktar it-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Istabbiltà Baġitarja kif ukoll billi jiġi stabbilit kunsill fiskali indipendenti), (iii) teħid ta’ passi konkreti biex jiġi kkontrollat id-defiċit strutturali li qed jiżdied fis-sistema tas-sigurtà soċjali, u (iv) tqegħid ta’ enfasi akbar fuq li l-konsolidazzjoni tkun waħda li tiffavorixxi t-tkabbir (inkluż billi jitwettqu eżamijiet sistematiċi tan-nefqa kif ukoll reviżjonijiet tas-sistema tat-taxxa).

(25)

B'mod parallel mal-eżamijiet regolari tal-Assistenza Finanzjarja tal-ESM għar-Rikapitalizzazzjoni tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fi Spanja (5) u kif maqbul fil-Memorandum ta' Ftehim iffirmat fit-23 ta' Lulju 2012, il-monitoraġġ tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tal-PDE ta' Spanja se jseħħ fuq bażi trimestrali.

(26)

Spanja tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-amministrazzjoni pubblika, kif stabbilit fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

Spanja għandha ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni preżenti ta’ defiċit eċċessiv sal-2016.

(2)

Spanja għandha tilħaq mira tad-defiċit nominali ta' 6,5 % tal-PDG fl-2013, 5,8 % tal-PDG fl-2014, 4,2 % tal-PDG fl-2015, u 2,8 % tal-PDG fl-2016, li hija konsistenti ma' titjib fil-bilanċ strutturali ta' 1,1 %, 0,8 %, 0,8 %, u 1,2 % tal-PDG fis-snin 2013-2016 rispettivament fuq il-bażi tat-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni estiż għall-2016.

(3)

Spanja għandha timplimenta l-miżuri adottati fil-pjanijiet tal-baġit 2013 fil-livelli kollha tal-gvern, u tkun lesta biex tieħu azzjoni korrettiva f’każ ta’ devjazzjonijiet mill-pjanijiet baġitarji. L-awtoritajiet għandhom isaħħu l-istrateġija baġitarja fuq medda medja ta’ żmien b’miżuri strutturali speċifikati tajjeb għas-snin 2014-2016 li huma neċessarji biex tinkiseb il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2016.

(4)

Il-Kunsill jistabbilixxi l-iskadenza tal-1 ta’ Ottubru 2013 sabiex il-Gvern Spanjol jieħu azzjoni effikaċi u biex, f’konformità mal-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, jirrapporta fid-dettall l-istrateġija ta' konsolidazzjoni prevista biex jintlaħqu l-miri.

Barra minn hekk, Spanja għandha:

(a)

isaħħaħ l-effikaċja tal-qafas istituzzjonali billi żżid iktar it-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Istabbiltà Baġitarja kif ukoll billi tistabbilixxi kunsill fiskali indipendenti sabiex jipprovdi analiżi u pariri u jimmonitorja l-konformità tal-politika fiskali mar-regoli fiskali nazzjonali u tal-Unjoni;

(b)

tieħu passi konkreti sabiex trażżan iż-żieda fid-defiċit strutturali fis-sistema tas-sigurtà soċjali; u

(c)

tagħmel iżjed enfasi fuq l-effett benefiku tal-konsolidazzjoni għat-tkabbir, anke billi tagħmel reviżjonijiet sistematiċi tan-nefqa u tas-sistema tat-taxxa.

Finalment, sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-istrateġija tal-konsolidazzjoni fiskali, se jkun importanti li l-konsolidazzjoni tiġi appoġġata permezz ta' riformi strutturali kumplessivi, f'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, indirizzati lil Spanja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-Proċedura tal-Iżbilanċi Makroekonomiċi.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  Id-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv fi Spanja jinsabu hawn: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/countries/spain_en.htm

(2)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(3)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(4)  http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2013/op134_en.htm

(5)  http://ec.europa.eu/economy_finance/assistance_eu_ms/spain/index_en.htm


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/9


Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12 (5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

2013/C 180/03

Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1819 – rapport tas-50 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-50 SESSJONI TAL-HSC – SETTEMBRU 2012)

DOK. NC1819

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS

35.07

L/5

Kapitolu 40 – Noti Ġenerali

L/20

56.02

L/20

56.03

L/20

59.03

L/20

59.06

L/20

84.15

L/8

84.35

L/10

84.38

L/10

84.73

L/12

85.09

L/10

Kapitolu 87 – Noti Ġenerali

L/14

87.03

L/16, L/21

87.04

L/16

87.11

L/16

Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

1704.90/9

L/2

3004.90/2

L/4

6304.91/2

L/6

8415.10/1

L/7

8419.89/3

L/9

8471.30/2-3

L/11

8523.51/4-5

L/13

8704.21/2

L/15

8704.31/4-5

L/15

9018.90/2

L/17

Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Brussell, Belgium) jew tista' titniżżel mis-sit tal-internet tad-Direttorat-Ġenerali:

http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm


26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6613 – Watson/Actavis)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 180/04

Fil-5 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6613. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 2013

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

2013/C 180/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur Ovidiu ISPIR ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2013.

(2)

Għandha għalhekk issir ħatra ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur George PUFAN huwa b'dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  Opinjoni tat-12 ta' Ġunju 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Ġunju 2013

2013/C 180/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3134

JPY

Yen Ġappuniż

127,79

DKK

Krona Daniża

7,4593

GBP

Lira Sterlina

0,84860

SEK

Krona Żvediża

8,7683

CHF

Frank Żvizzeru

1,2268

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9800

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,788

HUF

Forint Ungeriż

296,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7019

PLN

Zloty Pollakk

4,3190

RON

Leu Rumen

4,4697

TRY

Lira Turka

2,5315

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4156

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3770

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1876

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6939

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6637

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 513,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,1090

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0707

HRK

Kuna Kroata

7,4775

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 039,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,1799

PHP

Peso Filippin

56,825

RUB

Rouble Russu

43,0380

THB

Baht Tajlandiż

40,650

BRL

Real Brażiljan

2,8989

MXN

Peso Messikan

17,2858

INR

Rupi Indjan

78,3770


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 180/07

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Minn Alghero għal Roma Fiumicino u viċiversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

mis-27 ta' Ottubru 2013 għal perjodu ta' erba' snin.

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż

Indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Għal aktar tagħrif ara:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dei trasporti

Via XXIX Novembre 41

09123 Cagliari CA

ITALIA

Tel. +39 0706067308

Fax +39 0706067338

Posta elettronika: trasp.osp@regione.sardegna.it

Internet: http://www.regione.sardegna.it

http://www.mit.gov.it


26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/15


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 180/08

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Minn Crotone għal Milan Linate u viċiversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

mis-27 ta' Ottubru 2013 għal perjodu ta' erba' snin

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż

Indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Għal aktar tagħrif ara:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dei trasporti

Via XXIX Novembre 41

09123 Cagliari CA

ITALIA

Tel. +39 0706067308

Faks +39 0706067338

Posta elettronika: trasp.osp@regione.sardegna.it

Internet: http://www.regione.sardegna.it

http://www.mit.gov.it


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6607 – US Airways/American Airlines)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 180/09

1.

Fit-18 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża US Airways Group (“US Airways”, l-Istati Uniti) tidħol f'fużjoni sħiħa fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-regoalment dwar l-Għaqdiet ma' AMR Corporation (“AMR”, l-Istati Uniti).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal US Airways: kumpanija tal-ajru kummerċjali taħt il-bandiera tal-Istati Uniti li tipprovdi servizzi ta' trasport bl-ajru skedati għall-passiġġieri u għall-merkanzija,

għal AMR: servizzi ta' trasport bl-ajru skedati għall-passiġġieri u għall-merkanzija taħt l-isem tad-ditta American Airlines.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6607 – US Airways/American Airlines, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2) punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 180/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni (oġġezzjoni) skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

PEMBROKESHIRE EARLIES”/“PEMBROKESHIRE EARLY POTATOES

Nru tal-KE: GB-PGI-0005-01087-29.01.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Pembrokeshire Earlies”/“Pembrokeshire Early Potatoes”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes huwa l-isem mogħti lill-ispeċi mhux matura tal-patata Solanum tuberosum tal-familja Solanaceae. Din it-tip ta' patata trid tiġi mħawwla, imkabbra u maħsuda fiż-żona definita, il-kontea ta’ Pembrokeshire f’West Wales.

Il-patata hija żgħira fid-daqs (15-70 mm dijametru), b'forma tonda jew ovali u qoxra fina u għandha togħma u riħa qawwija distintiva ta' art li tixbaħ dik tal-ġewż. Għandha konsistenza kremuża u bħala kulur hija bajda tagħti fl-isfar ċar konsistenti mal-patata kollha. It-tuberi taż-żerriegħa jitħawwlu minn nofs Frar kull sena (iżda dan jista’ jseħħ lejn l-aħħar ta’ Jannar fuq art qrib il-kosta ħielsa mill-ġlata) u l-ħsad isir mill-bidu ta’ Mejju sal-aħħar ta’ Lulju. Dan iseħħ ferm aktar kmieni minn f'partijiet oħra ta' Wales, minħabba li fiż-żona ddefinita, il-klima hija aktar sħuna u l-ħamrija tiskula b'aktar faċilità u dan iwassal għal riskju inqas ta' ġlata milli fil-kumplament tal-parti interna ta' Wales.

Il-kwalitajiet uniċi tal-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes ġejjin mill-klima moderata u l-ħamrija unika ta’ Pembrokeshire li jippermettu li l-patata tiġi mħawwla, imkabbra u maħsuda kmieni fis-sena. L-istaġun tat-tkabbir qasir tagħhom u l-freskezza jagħtu dik it-togħma friska distintiva tagħhom ta' patata bikrija b'riħa ta' “art”.

Il-patata tinbiegħ sfuża bil-piż jew ippakkjata f’medda ta’ piżijiet skont il-ħtiġijiet tal-konsumatur.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes iridu jiġu mħawwla, imkabbra u maħsuda fiż-żona ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq it-tikketta għandu jkun hemm jew it-terminu “Pembrokeshire Early Potatoes” jew “Pembrokeshire Earlies”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-Kontea ta’ Pembrokeshire f’West Wales.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-Kontea ta’ Pembrokeshire tinsab fil-parti l-aktar tal-Punent ta’ Wales u hija mdawwra bil-baħar fuq tliet naħat. Din il-kontea tgawdi mis-sħana ġġenerata mill-baħar li jiġma s-sħana mill-Irjieħ tal-Atlantiku tat-Tramuntana tal-Kurrent tal-Golf. Il-Kurrent tal-Golf huwa kurrent sħun li jżomm il-kosta tal-punent tal-Gran Brittanja aktar sħuna minn naħa tal-Lvant. Huwa l-effett tas-sħana tal-baħar u tal-istabbilità tal-klima li jgħinu biex il-ħamrija ta' Pembrokeshire tisħon aktar kmieni fis-sena u l-kontea ssir tajba għall-produzzjoni tal-patata bikrija. L-effett tas-sħana tal-klima wkoll inaqqas kemm jista' jkun ir-riskju tal-ġlata u dan huwa ta’ benefiċċju kbir biex tiġi evitata ħsara fix-xitla li tkun qed tnebbet.

Il-ħamrija u l-klima taż-żona ddefinita jsaħħu r-reputazzjoni tal-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes. Bis-saħħa ta' dawn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima l-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes jiġu mkabbra u maħsuda kmieni fis-sena. L-istaġun qasir u bikri ta’ tkabbir jipproduċi patata żgħira b’togħma distintiva ta' art b'riħa ta' ġewż frisk.

L-istruttura ġeoloġika ta’ Pembrokeshire hija waħda magħmula minn blat qadim ħafna tal-epoka Pre-Kambrijana, il-Palaeożoika Inferjuri u l-Palaeożoika Superjuri u dan il-blat jiġġenera ħamrija distinta. Il-biċċa l-kbira tal-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes jiġu mkabbra f’ħamrija ħamra u ramlija fuq l-għoljiet ta' fuq il-kosta li jħarsu lejn in-nofsinhar li fihom infushom huma għammiela, jinħadmu liberament, jiskulaw b’mod faċli u li jisħnu malajr fir-Rebbiegħa. Il-klima moderata ta’ Pembrokeshire u l-ħamrija fertili jippermettu staġun ta’ tkabbir medju ta’ 9 xhur li huwa itwal u aktar bikri minn ta' kontej oħra f'Wales. L-art hija ġeblija u għalkemm il-ħaġar kbir jista' jitneħħa biex tonqos kemm jista' jkun il-ħsara fit-tuberi, il-bqija tal-ġebel żgħir jgħin biex il-ħamrija tisħon billi jżomm s-sħana tal-għalqa matul il-lejl.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes huma kkaratterizzati u apprezzati għad-dehra u t-togħma distinta tagħhom. Ir-reputazzjoni ta' din il-patata u d-domanda għaliha ġejjin mill-fatt li hija l-aktar patata bikrija disponibbli f’Wales u li għandha dehra, togħma u konsistenza distintiva.

Matul il-proċess ta’ preparazzjoni tal-ħamrija, il-ġebel iż-żgħir jitħalla fl-art biex jgħin fit-tisħin tal-ħamrija, u meta t-temperaturi tal-ħamrija jqarrbu l-10 °C, isir it-tixtib tal-ħamrija bil-magni biex tkompli titfarrak u ssir kemm jista' jkun fina u li tiskula malajr. Il-ħamrija tinħarat f'raded baxxi u l-patata titħawwel bl-idejn jew bil-magni. Biex tikber malajr, iż-żerriegħa tinżara' f'fond ta' madwar 75 mm ta’ ħamrija bl-istess ammont ta’ ħamrija taħtha. Bis-saħħa ta' dawn ir-raded baxxi l-ħamrija tisħon aktar malajr u x-xitla tispunta aktar kmieni. Id-daqs żgħir tal-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes fi żmien il-ħsad jeħtieġ raded baxxi.

Il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes huma żgħar fid-daqs, minħabba l-età żgħira tagħhom fiż-żmien tal-ħsad. Għandhom togħma u riħa qawwija distintiva ta' art li tixbaħ dik tal-ġewż. Matul l-ewwel ġimagħtejn tal-ħsad, il-qoxra tal-patata hija ratba u delikata u trid tintmiss bid-delikatezza. Il-patata tinġabar bl-idejn u tinbiegħ bil-ħamrija fuqha biex kemm jista' jkun ma ssirilhiex ħsara. Hekk kif javanza l-istaġun il-qoxra tal-patata tibbies biżżejjed biex jista' jsir ħsad bir-reqqa bil-makkinarju, iżda n-natura ratba u bikrija tal-patata titlob li l-ħsad bil-makkinarju għandu dejjem isir b’attenzjoni kbira.

Il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes huma stabbiliti sew u magħrufa b’mod wiesa’ mill-industrija tal-ikel kemm fir-Renju Unit kif ukoll madwar id-dinja. Bħala prodott ta’ kwalità tintuża minn ħafna kokijiet primi u gastronomi u regolarment tidher bħala prodott ta' isem fil-menus tagħhom. Ħafna sidien ta' restoranti u negozji agroalimentari magħrufa wrew il-preferenza tagħhom għal din il-patata bikrija.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-reputazzjoni u d-domanda għall-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes ġejja mill-fatt li hija l-aktar patata bikrija disponibbli f’Wales u minħabba li għandha togħma u riħa qawwija distintiva ta' art li tixbaħ dik tal-ġewż. Il-klima taż-żona definita u l-ħamrija ġeblija fertili li tinħadem faċilment u tiskula malajr iwasslu għal-tisħin aktar malajr tal-ħamrija biex b'hekk il-Pembrokeshire għandha l-aktar staġun ta' tkabbir twil u bikri f’Wales. Bis-saħħa ta' dan il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes jitħawlu, jiġu mkabbra u maħsuda aktar kmieni minn kwalunkwe post ieħor fit-terrirorju intern ta' Wales. Li wieħed jista' jaħsad il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes meta jkunu għadhom żgħar ifisser li l-proprjetajiet organolettiċi tagħhom huma differenti kwalitattivament minn dawk tat-tuberi maturi.

Il-produtturi tal-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes għandhom għarfien li jitwieldu bih tal-karatteristiċi lokali u l-ħiliet partikolari marbuta mat-tkabbir ta' din il-patata bikrija. Dawn huma speċifiċi għaż-żona u għall-wiċċ tar-raba’, ġew żviluppati matul is-snin u għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-preparazzjoni tal-ħamrija hija importanti u ta' sikwit il-ġebel żgħir jitħalla fil-ħamrija biex jgħin fit-tisħin u l-bdiewa jeħtieġu ħila u esperjenza biex ikunu jafu meta n-nebbieta tkun fl-aħjar stadju ta’ żvilupp għat-tħawwil. Li wieħed ikun jaf meta għandu jħawwel biex il-ħsad ikun mill-aqwa jinvolvi ċerta “sengħa” u għarfien ta’ taħlita ta' fatturi bħall-kundizzjoni tal-ħamrija, it-temperatura tal-ħamrija u t-temp. Barra minn hekk, meta l-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes jiġu maħsuda dan isir bl-idejn (mhux b’makkinarju) u jinbiegħu bil-ħamrija fuqhom biex ma ssirx ħsara lill-qoxra.

L-istorja taż-żona ddefinita hija ħaġa waħda mat-tkabbir tal-patata bikrija u tenfasizza l-importanza ekonomika u kulturali tal-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes għall-kontea ta’ Pembrokeshire. Redcliffe Salaman fil-ktieb tiegħu “The History and Social influence of the potato”, jinnota li t-tkabbir tal-patata f’Pembrokeshire kien mifrux sa mill-1776. Fit-Tieni Gwerra Dinjija f'Pembrokeshire ġiet imkabbra firxa sinifikanti ta’ patata u l-importanza tat-tkabbir tal-Pembrokeshire early potatoes fil-kontea kompliet tul is-snin ħamsin kollha u għadha għaddejja sal-ġurnata tal-lum. Fis-snin tmenin twaqqaf Grupp għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Pembrokeshire Potato u fl-1995 inbena impjant tal-ipproċessar li issa jagħti grad u jipproċessa l-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes għas-suq diversifikat.

Il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes għandhom reputazzjoni ta’ kwalità u huma stabbiliti u magħrufa sew mill-industrija tal-ikel f’Pembrokeshire stess, f’Wales, fir-Renju Unit u lil hinn minnu. Bħala prodott ta’ kwalità jintużaw minn ħafna kokijiet primi u gastronomi u regolarment jidhru bħala prodott ta' isem fil-menus tagħhom bħala speċjalità reġjonali u għalkemm jistgħu jiġu servuti f’għadd ta’ modi, l-iktar popolari huwa sempliċement mgħollijin friski bil-butir. Sidien ta' restoranti u negozji agroalimentari magħrufa wrew il-preferenza tagħhom għal din il-patata bikrija.

Owen Hall, Kok f'Wolfcastle Hotel, Pembrokeshire Wales

“… fl-opinjoni tiegħi l-Pembrokeshire Earlies għandhom togħma unika minħabba l-ħamrija rikka ta' Pembrokeshire.”

Fl-2009 il-Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes ingħataw diversi premijiet ta' True Taste of Wales.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) No 510/2006 (3))

http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/pembrokeshire-early-potatoes-pgi-120907.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.


26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/21


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 180/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“CORDERO SEGUREÑO”

Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0871-01.04.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Cordero Segureño”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.1:

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt (1)

Il-laħam jinbiegħ bħala karkassa sħiħa, nofs karkassa, f'partijiet bl-għadam jew mingħajru, jew f'biċċiet għall-bejgħ għall-konsumatur. Il-laħam jinkiseb minn ħrief maskili jew femminili, ulied nagħaġ tar-razza Segureño.

Il-karkassi jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

piż tal-karkassa sħiħa, mingħajr ir-ras jew il-ġewwieni: 9,0-13,0 kg (wara l-iżvinar);

(b)

il-preżentazzjoni: karkassa sħiħa, mingħajr ir-ras jew il-ġewwieni, bit-truf mirqumin, wara l-iżvinar, u mingħajr difetti. Klassifikazzjoni tal-karkassa: karkassa tal-kategoriji B u C, tal-ewwel kwalità, skont ir-regoli tal-UE dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-laħam tan-nagħaġ (ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008);

(c)

konformazzjoni tal-karkassa: il-klassi ta' konformazzjoni R u O skont ir-regoli tal-UE dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-laħam tan-nagħaġ (ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008);

(d)

xaħam:

kisja tax-xaħam fuq il-karkassa: bejn 2 u 3, skont ir-regoli tal-UE dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-laħam tan-nagħaġ (ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008);

xaħam addominali: bejn 1 u 2 fil-ħrief maskili, u bejn 2 u 3 fil-ħrief femminili, skont ir-regoli tal-UE dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-laħam tan-nagħaġ (ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008).

(e)

lewn il-laħam: bejn roża ċar u roża.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Il-ħrief jitreddgħu bil-ħalib tal-omm, issupplimentat bi prodotti rikki fil-fibra u b'alimentazzjoni bbażata fuq il-pjanti, sakemm jinqatlu.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-ħrief jitwieldu u jitrabbew fiż-żona ġeografika ddefinita sakemm jinqatlu. Jistgħu jinqatlu jew jitbiċċru fi kwalunkwe biċċerija jew impjant tat-tqattigħ awtorizzat.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero Segureño” jkollha magħha tikketta jew logo li jidentifika l-prodotti kollha koperti.

Il-karkassi li jkunu konformi mar-rekwiżiti jkunu mmarkati, fuq iż-żewġ naħat tagħhom, mill-għonq sar-ramp, b'linka li ma titħassarx u li tista' tittiekel, bil-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero Segureño”, u jiġu identifikati b'tikketta nnumerata mehmuża ma' riġel minnhom, li jkollha fuqha l-piż tal-karkassa u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Il-biċċiet maqtugħa jiġu identifikati jew immarkati b'tikketta nnumerata li jkollha fuqha l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero Segureño”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita għall-IĠP li fiha trabbiet tradizzjonalment ir-razza tan-nagħaġ Segureño għall-produzzjoni tal-“Cordero Segureño” tinsab fir-reġjun fejn jiltaqgħu l-provinċji ta' Albacete, Almería, Granada, Jaén u Murcia, u hija ddelimitata mill-katina ta' għoljiet magħrufa bħala l-“Cordilleras Béticas Orientales”, li għandhom altitudni minima ta' 500 m. Din l-altitudni tiddefinixxi wkoll il-limiti tar-reġjun, billi tinfluwenza biċ-ċar il-karatteristiċi agrikoli u klimatiċi taż-żona, u għaldaqstant tinfluwenza wkoll is-sistema ta' produzzjoni. Din iż-żona tinkludi b'kollox 144 muniċipalità li jagħmlu parti mill-provinċji msemmija, li huma elenkati hawn isfel skont il-Komunità Awtonoma, il-provinċja u l-comarca (distrett) tagħhom:

 

Il-Komunità Awtonoma tal-Andalusija:

 

Il-Provinċja ta' Almería: Comarca ta' Almanzora (13-il muniċipalità), Comarca ta' Alto Nacimiento (6 muniċipalitajiet), Comarca ta' Filabres-Alhamilla (8 muniċipalitajiet), Comarca ta' Los Vélez (4 muniċipalitajiet).

 

Provinċja ta' Granada: Comarca ta' Baza (8 muniċipalitajiet), Comarca ta' Guadix (33 muniċipalità), Comarca ta' Huéscar (6 muniċipalitajiet).

 

Provinċja ta' Jaén: Comarca ta' El Condado (8 muniċipalitajiet), Comarca ta' La Loma y las Villas (6 muniċipalitajiet), Comarca Norte (3 muniċipalitajiet), Comarca Sierra de Cazorla (9 muniċipalitajiet), Comarca Sierra de Segura (13-il muniċipalità).

 

Junta de Comunidades de Castilla La Mancha (il-Gvern reġjonali ta' Castilla La Mancha):

Provinċja ta' Albacete: Comarca Sierra Segura (10 muniċipalitajiet), Comarca Sierra Alcaraz (12-il muniċipalità).

 

Komunità Awtonoma tar-Reġjun ta' Murcia:

Provinċja ta' Murcia: Comarca Noroeste (5 muniċipalitajiet).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ta' produzzjoni għan-nagħaġ tar-razza Segureña li minnhom jinkisbu l-karkassi koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta hija kkostitwita mill-għoljiet u l-widien wesgħin u weqfin fejn jiltaqgħu l-provinċji ta' Albacete, Almería, Granada, Jaén u Murcia. Tinkludi l-inħawi fejn tradizzjonalment kienu jitmexxew il-bhejjem sabiex jittieħed l-aqwa frott mill-mergħat staġunali. Id-distretti rurali ta' din iż-żona, kkaratterizzata minn altitudni ta' 500 m (kif diġà ġie spjegat), għandhom l-istess karatteristiċi orografiċi u kundizzjonijiet klimatiċi omoġenji, kif ukoll metodi ta' produzzjoni komuni mitluba mill-altitudni, li huma essenzjali sabiex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità tal-prodott.

Iż-żona ddefinita, kif speċifikat fit-taqsima ta' qabel, għandha l-karatteristiċi agrikoli u klimatiċi li ġejjin:

Tip ta' xitwa, skont il-klassifikazzjoni agroklimatika ta' Papadakis: Ci (Ċitru), Av (Avena/ħafur sħun) jew Av (Avena / ħafur frisk), li jfisser dan li ġej:

Temperatura medja tal-minimi assoluti tax-xahar l-aktar kiesaħ ta' bejn – 10 °C u + 7 °C.

Temperatura medja tal-massimi assoluti tax-xahar l-aktar kiesaħ ta' bejn + 5 °C u + 21 °C.

Perjodu niexef jew ta' aridità ta' 5 xhur jew inqas.

Perjodu kiesaħ jew ta' ġlata ta' 5 xhur jew inqas.

Meta mqabbla mal-karatteristiċi tax-Xlokk tal-peniżola Iberika, l-altitudni taż-żona ta' produzzjoni tirriżulta f'karatteristiċi agrikoli u klimatiċi speċjali u ħorox ħafna (li huma ekwivalenti għall-unità klimatika ta' art kiesħa u baxxa fil-klassifikazzjoni ta' Papadakis). Il-klima hija tipikament kontinentali, bi xtiewi ħorox u kesħin u sjuf sħan u nixfin, b'varjazzjonijiet kbar fit-temperatura tul il-ġurnata, u b'xita skarsa u irregolari. Billi l-ħamrija, li hija ta' tip skur u bil-ġir u ta' spiss tkun mgħawra, mhijiex tajba wisq għall-agrikoltura, il-klima msemmija tirriżulta f'perjodu annwali qasir ta' tkabbir tal-mergħat, li f'kull każ huma ta' produttività baxxa.

F'dan is-sens, dawn il-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi uniċi fiż-żona ġeografika jfissru li n-nagħaġ, u b'mod partikulari r-razza Segureña, huma prattikament l-unika speċi li kapaċi tgħammar u tipproduċi f'din iż-żona. Ir-razza Segureña hija indiġena għaż-żona u tiflaħ ħafna, tant li rnexxielha tadatta ruħha għal dan l-ambjent aħrax u ftit li xejn produttiv.

Minħabba l-karatteristiċi ħorox taż-żona, iż-żamma tan-nagħaġ Segureño kellha tadatta wkoll: il-merħliet jitrabbew f'kundizzjonijiet estensivi jew semi-estensivi, tipikament f'taħlita ta' artijiet ta' mergħa naturali u nagħaġ, u artijiet ta' ċereali u nagħaġ, fejn jitwettqu prattiki tradizzjonali. L-annimali adulti jinżammu fil-mergħat tul is-sena kollha, u l-lejl iqattgħuh fl-ilqugħ, jew f'ċerti każijiet jibqgħu fl-għelieqi. Bir-ragħa tal-veġetazzjoni spontanja indiġena taż-żona, kif ukoll tal-uċuħ taċ-ċereali u l-legumi, u xi minn daqqiet anki tal-mergħat misqija, in-nagħaġ jisfruttaw bl-aqwa mod iż-żona ta' produzzjoni. Ir-ragħa jista' jiġi ssupplimentat, fejn meħtieġ, b'għalf fil-forma ta' supplimenti alimentari. Għadd żgħir ta' azjendi jsegwu l-prattika tat-“trashumancia-transterminancia”, jiġifieri li jmexxu l-merħliet fuq distanzi twal sal-mergħat staġunali tradizzjonali li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita.

Bl-istess mod, is-sistema tradizzjonali tat-trobbija tal-ħrief hija wkoll soġġetta għall-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi taż-żona, kif ukoll għad-disponibbiltà tar-riżorsi xierqa għall-għalf. Dan il-fatt wassal biex it-trobbija u t-treddigħ tal-ħrief isiru dejjem ġewwa, u biex il-ħrief jinżammu 'l bogħod minn ommhom meta din tkun qiegħda tirgħa. L-għalf tal-ħrief huwa bbażat fuq il-ħalib tan-nagħġa, li huwa rriżervat esklussivament għall-ħrief, u ssupplimentat bi prodotti rikki fil-fibra u b'supplimenti tal-ikel ibbażati fuq il-pjanti, sakemm il-ħrief jinqatlu. Dawn is-supplimenti fid-dieta tal-ħrief jirrappreżentaw infiq għoli ħafna għall-produtturi, tant li l-karkassi tal-ħrief Segureño jiġu minn ħrief b'piż ħaj baxx, sabiex jittaffew il-kostijiet.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-laħam tal-ħaruf kopert mill-IĠP għandu jiġi minn ħrief maskili jew femminili mwielda, esklussivament, minn nagħaġ tar-razza Segureña.

Tradizzjonalment, il-karkassi miksubin mit-tali ħrief kienu jiżnu bejn 9 u 13 kg, u kienu ta' klassi ta' konformazzjoni għolja ħafna – jiġifieri tal-klassi ta' konformazzjoni R u O, b'laħam ta' lewn bejn roża ċar u roża, u b'livell tajjeb ħafna ta' kisi u infiltrazzjoni ta' xaħam.

Il-laħam għandu konsistenza mmerrqa u tarija, bis-saħħa tal-infiltrazzjoni partikulari tax-xaħam fil-laħam tal-muskoli ta' dawn l-annimali. Barra minn hekk, il-laħam m'għandux ir-riħa u t-togħma tax-xaħam, minħabba l-piż baxx tal-ħrief meta jinqatlu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

L-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-“Cordero Segureño” bħala IĠP hija ġġustifikata mill-karatteristiċi speċifiċi tiegħu.

Il-ħrief tar-razza Segureña jikbru relattivament malajr, billi jintemgħu biss bil-ħalib prodott minn ommhom. L-ommijiet huma ddedikati esklussivament għall-alimentazzjoni ta' wliedhom. Dan jirriżulta f'karkassi ta' konformazzjoni ideali, għalkemm il-fattur deċiżiv fit-tali konformazzjoni jibqa' nisel il-ħrief.

Il-lewn tal-laħam tal-“Cordero Segureño” huwa influwenzat minn diversi fatturi, li huma marbutin mill-qrib mal-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi taż-żona. Dawn il-fatturi jinkludu l-obbligu li l-ħrief jitrabbew ġewwa, u li jintemgħu bil-ħalib tan-nagħġa, kif ukoll bi prodotti rikki fil-fibra mhux miksubin mir-ragħa. Dan jirriżulta f'karkassi ta' piż baxx fil-mument tal-qtil, fatt li jiffavorixxi l-preżenza ta' tip ta' fibra muskolari partikulari li minnha ġej il-lewn roża ċar jew roża tipiku ta' dan il-laħam, u li jżomm il-laħam ħieles mir-riħa u t-togħma tax-xaħam.

L-istess jgħodd għall-ammont u t-tip ta' xaħam preżenti fil-karkassi u fil-laħam. B'hekk, il-kwantità ta' kisi tax-xaħam u ta' xaħam abdominali fil-karkassi tiddependi l-aktar mill-piż tagħhom. Żieda fil-piż tal-karkassi ġġib magħha żieda fil-livell ta' kisi tax-xaħam, li jkun ogħla fil-karkassi tal-ħrief femminili. Ħaġ'oħra li għandha titqies fir-rigward tat-tip ta' xaħam hija li kemm ir-razza tal-ħrief u kemm it-tip ta' fibra preżenti fil-muskoli tagħhom jiggarantixxu li l-laħam ikollu livell ottimu ta' infiltrazzjoni tax-xaħam, li jwassal għall-konsistenza mmerrqa u tarija tiegħu.

Dan kollu jagħti lir-razza Segureña t-tendenza tagħha li tipprovdi laħam tajjeb, b'karkassa ta' rendiment għoli, u b'karatteristiċi distintivi, fil-piż ideali mal-qtil, ta' kwalità ogħla minn dik ta' ħrief oħra fl-istess firxa ta' piż, fatt li huwa apprezzat partikularment mill-konsumaturi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.magrama.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-agroalimentaria/PLIEGO_IGP_cordero_segure%C3%B1o_11-10-12_tcm7-224398.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.