ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.162.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
7 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 162/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 162/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

2

2013/C 162/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2013/C 162/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6842 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Verna Group) ( 1 )

8

2013/C 162/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6880 – Liberty Global/Virgin Media) ( 1 )

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 162/06

Rata tal-kambju tal-euro

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2013/C 162/07

Sejħa għall-Proposti – L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi żewġt iskemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan il-Programm tal-Għarfien tiegħu

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 162/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6857 – Crane Co./MEI Group) ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 162/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31783 (N 489/10)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Filmstiftung Nordrhein-Westfalen — Verlängerung der Beihilfenregelung N 717/09

Il-bażi legali

Richtlinien der Filmstiftung Nordrhein-Westfalen GmbH

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 12,55 miljun

 

Baġit globali: EUR 75,3 miljun

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Filmstiftung Nordrhein-Westfalen

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 162/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.4.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35809 (13/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Guarantee scheme

Il-bażi legali

Lov nr. 571 af 1. juli 2002 om Vækstfonden, med senere ændringer. Bekendtgørelse nr. 1013 af 17. august 2007 om Vækstfondens virke. Aktstykke nr. 1 vedtaget af Finansudvalget den 30. oktober 2009.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vækstfonden

Strandvejen 104 A

2900 Hellerup

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 162/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31860 (N 506/10)

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Oqsma mhux assistiti

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Nariadenie vlády Slovenskej republiky č. 426/2010 Z. z., ktorým sa ustanovujú podrobnosti o výške odvodu z dodanej elektriny koncovým odberateľom a spôsobe jeho výberu pre Národný jadrový fond na vyraďovanie jadrových zariadení a na nakladanie s vyhoretým jadrovým palivom a rádioaktívnymi odpadmi.

Il-bażi legali

1.

Zákon 238/2006 Z. z. o Národnom jadrovom fonde na vyraďovanie jadrových zariadení a na nakladanie s vyhoretým jadrovým palivom a rádioaktívnymi odpadmi (zákon o jadrovom fonde) a o zmene a doplnení niektorých zákonov v znení neskorších predpisov.

2.

Nariadenie vlády Slovenskej republiky č. 426/2010 Z. z., ktorým sa ustanovujú podrobnosti o výške odvodu z dodanej elektriny koncovým odberateľom a spôsobe jeho výberu pre Národný jadrový fond na vyraďovanie jadrových zariadení a na nakladanie s vyhoretým jadrovým palivom a rádioaktívnymi odpadmi.

3.

Zákon 391/2012, ktorým sa mení a dopĺňa zákon č. 238/2006 Z. z., o Národnom jadrovom fonde na vyraďovanie jadrových zariadení a na nakladanie s vyhoretým jadrovým palivom a rádioaktívnymi odpadmi (zákon o jadrovom fonde) a o zmene a doplnení niektorých zákonov v znení neskorších predpisov.

It-tip tal-miżura

Skema

Slovenské elektrárne a. s., Javys a. s.

L-għan

Oħrajn – Dekummissjonament sigur

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 2 364 miljun

 

Baġit annwali: EUR 70 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2041

Setturi ekonomiċi

Ġenerazzjoni, trażmissjoni u tqassim tal-elettriku

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo hospodárstva a výstavby SR

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34359 (12/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Miasto Warszawa

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Pomoc dla MPR „Sarmatia” sp. z o.o. na realizację projektu budowy rurociągu naftowego Brody–Adamowo (jako części rurociągu Odessa–Brody–Płock)

Il-bażi legali

1)

Ustawa z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju

2)

Ustawa z dnia 27 sierpnia 2009 r. o finansach publicznych

3)

Program Operacyjny Infrastruktura i Środowisko na lata 2007–2013, wersja 3.0 zatwierdzona decyzją Komisji Europejskiej COM(2011) 9376 z dnia 21 grudnia 2011 r.

4)

Program Operacyjny Infrastruktura i Środowisko 2007–2013: Szczegółowy opis priorytetów

5)

Załącznik nr 1 do Szczegółowego opisu priorytetów Programu Operacyjnego Infrastruktura i Środowisko: Kryteria wyboru projektów dla Priorytetu X: „Bezpieczeństwo energetyczne, w tym dywersyfikacja źródeł energii”

6)

Załącznik nr 2 do Szczegółowego opisu priorytetów PO Infrastruktura i Środowisko – Organizacja systemu oceny i wyboru projektów w ramach Programu Operacyjnego Infrastruktura i Środowisko

7)

Wytyczne Ministra Rozwoju Regionalnego w zakresie jednolitego systemu zarządzania i monitorowania projektów indywidualnych, zgodnych z art. 28 ust. 1 ustawy z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju

8)

Lista projektów indywidualnych dla Programu Operacyjnego Infrastruktura i Środowisko 2007–2013 (aktualizacja z dnia 12 sierpnia 2011 r.)

9)

„Polityka Rządu RP dla przemysłu naftowego w Polsce”, przyjęta przez Radę Ministrów w dniu 6 lutego 2007 r.

10)

„Polityka energetyczna Polski do 2030 roku” przyjęta przez Radę Ministrów w dniu 10 listopada 2009 r.

11)

Umowa nr UPP-POIS.10.01.00-00-019/10-01 z dnia 27 stycznia 2010 r. dotycząca przygotowania projektu budowy rurociągu naftowego Brody–Płock z możliwością jego przedłużenia do Gdańska lub w kierunku zachodnim (pre-umowa)

12)

Wytyczne Ministra Rozwoju Regionalnego w zakresie kwalifikowania wydatków w ramach Programu Operacyjnego Infrastruktura i Środowisko

13)

Projekt umowy o dofinansowanie

It-tip tal-miżura

għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali, Eżekuzzjoni ta' proġett importanti tal-Ewropa komuni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 545 miljun

L-intensità

37 %

It-tul ta' żmien

1.12.2012-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Transport permezz ta' sistema ta' katusi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Instytut Nafty i Gazu

ul. Lubicz 25A

31-503 Kraków

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35709 (12/N)

Stat Membru

Is-Slovenja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Recapitalisation of NKBM

Il-bażi legali

Ftehim ta' self ibridu

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Nova Kreditna Banka Maribor d.d. (NKBM)

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità – Żieda tal-kapital fil-forom ta' self ibridu

L-estimi

Baġit globali: EUR 100 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

mill-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Župančičeva 3

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel. +386 13696300

Fax +386 13696659

Posta elettronika: gp.mf(at)gov.si

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.1.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35999 (12/N)

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Guarantee Scheme and the Bond Loan Scheme for Credit Institutions in Greece

Il-bażi legali

Law No 3723/2008 ‘For the enhancement of liquidity of the economy in response to the impact of the international financial crisis’

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Oħrajn – Bond loan scheme

L-estimi

Baġit globali: EUR 93 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sat-30.6.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Nikis 5-7

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.4.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36345 (13/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Renewable Heat Incentive (RHI) scheme — Air quality requirements

Il-bażi legali

Primary legislation (power to introduce the RHI scheme): Section 100 of the Energy Act 2008

Secondary legislation — The Renewable Heat Incentive Scheme Regulations 2011, http://www.legislation.gov.uk/ukdsi/2011/9780111512753/contents

The regulations above were amended in 2012 — The Renewable Heat Incentive Scheme (Amendment) Regulations 2012, http://www.legislation.gov.uk/uksi/2012/1999/contents/made

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn – Tariffa stabbilita ta' pence/kWh għall-ġenerazzjoni ta' sħana rinnovabbli utli.

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sat-30.6.2040

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Energy and Climate Change

3 Whitehall Place

London

SW1A 2AW

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6842 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Verna Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 162/04

Fl-14 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6842. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6880 – Liberty Global/Virgin Media)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 162/05

Fil-15 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6880. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Ġunju 2013

2013/C 162/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3118

JPY

Yen Ġappuniż

129,96

DKK

Krona Daniża

7,4548

GBP

Lira Sterlina

0,84910

SEK

Krona Żvediża

8,6072

CHF

Frank Żvizzeru

1,2357

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5810

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,778

HUF

Forint Ungeriż

297,37

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7022

PLN

Zloty Pollakk

4,2759

RON

Leu Rumen

4,4871

TRY

Lira Turka

2,4773

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3789

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3529

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1835

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6485

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6375

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 465,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0450

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0493

HRK

Kuna Kroata

7,5225

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 847,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,0478

PHP

Peso Filippin

55,210

RUB

Rouble Russu

42,1349

THB

Baht Tajlandiż

40,212

BRL

Real Brażiljan

2,7849

MXN

Peso Messikan

16,8147

INR

Rupi Indjan

74,5640


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/10


Sejħa għall-Proposti – L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi żewġt iskemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan il-Programm tal-Għarfien tiegħu

2013/C 162/07

L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jamministra l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu mal-universitajiet permezz tal-Programm tal-Għarfien tiegħu, li jikkonsisti fi tliet programmi differenti:

EIBURS (EIB University Research Sponsorship programme), il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja,

STAREBEI ( STAges de REcherche BEI ), programm li jiffinanzja lir-riċerkaturi żgħażagħ li jaħdmu fuq proġetti konġunti tal-BEI u Universitajiet, u

Netwerks ta’ Universitajiet BEI, li huwa mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni għal netwerks tal-universitajiet li jkollhom karatteristiċi ta’ rilevanza partikolari li jappoġġjaw l-għanijiet tal-Grupp tal-BEI.

EIBURS jipprovdi għotjiet lil ċentri ta’ riċerka universitarji li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka li huma ta’ interess kbir għall-Bank. L-iskemi ta’ għajnuna finanzjarja tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ 3 snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka interessati, li jkunu assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, fil-pajjiżi aderenti jew pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni, bi speċjalizzazzjoni esperta rikonoxxuta f’oqsma magħżula mill-BEI, sabiex ikunu jistgħu jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma. Jeħtieġ li l-proposti magħżulin jipproduċu għadd ta’ attivitajiet (riċerka, organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars, netwerking, tqassim ta’ riżultati, eċċ) li jkunu suġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-Bank.

Għas-sena akkademika 2013/2014, il-programm EIBURS għażel żewġ linji ġodda ta’ riċerka:

L-iżvilupp ta’ Bliet Intelliġenti: L-Applikazzjoni ta' Esperjenza Ewropea u Internazzjonali għar-Reġjun tal-Mediterran

L-iżvilupp urban sar prijorità ewlenija għall-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali, u fi ħdan il-BEI permezz tal-programm FEMIP tiegħu. Il-kunċett ta’ Belt Intelliġenti, magħruf aħjar bħala “Smart City” (oriġinarjament iddefinit bħala l-applikazzjoni “meqjusa” tal-ICT biex jiġi ffaċilitat żvilupp urban effiċjenti, inklużiv u integrat, iżda b’mod aktar wiesa’ biex tinkludi s-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-governanza, kif ukoll investimenti fit-trasport pubbliku, fl-użu effiċjenti tal-enerġija u fil-faċilitajiet ta’ riċerka) huwa potenzjalment dimensjoni importanti. Madankollu, huwa meħtieġ li jissawwar qafas li jgħaqqad l-aspetti tat-teknoloġija u tal-politika pubblika mar-realtajiet tal-ġestjoni tal-bliet, il-finanzjament muniċipali u l-ipprogrammar tal-investimenti fir-reġjun.

Iċ-ċentru ta’ riċerka universitarja li jirċievi appoġġ taħt l-EIBURS ikun mistenni li jsegwi programm ta’ riċerka li jiffoka fuq il-mistoqsijiet ewlenin li ġejjin, li jibni fuq l-esperjenza Ewropea u internazzjonali:

L-inizjattivi ta’ Belt Intelliġenti kif jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet ta’ żvilupp urban?

Kif nistgħu niddefinixxu bl-aħjar mod kunċett ta’ Belt Intelliġenti li huwa adattat għal applikazzjoni fir-reġjun?

Liema karatteristiċi u eżempji tal-aqwa prattika Ewropea u internazzjonali huma l-aktar adattati biex jintużaw bħala referenza għal din l-applikazzjoni?

X’inhi l-firxa ta’ investimenti tanġibbli potenzjalment fattibbli taħt programm ta’ investiment ta’ Belt Intelliġenti, u dawn l-inizjattivi kif għandhom ikunu prijoritizzati?

L-inizjattivi potenzjali ta’ Belt Intelliġenti kif jinkwadraw mal-ġestjoni muniċipali, il-governanza u l-finanzjament li jeżistu preżentament?

L-investimenti fil-Belt Intelliġenti kif għandhom jiġu evalwati ekonomikament għal paragun ma’ opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, sabiex jiġi żgurat li jagħtu valur lis-soċjetà?

L-investimenti jew programmi ta’ investiment f’Belt Intelliġenti kif jistgħu jiġu żviluppati u implimentati bl-aħjar mod?

L-enfasi reġjonali tal-proposti għandu jkun iffukat fuq, iżda mhux illimitat għal, pajjiżi tal-FEMIP. L-applikanti huma mħeġġa li jistabbilixxu sħubijiet ma’ universitajiet u ċentri ta’ riċerka oħrajn. Il-Bank jista’ jiffaċilita l-involviment tal-università/Ċentru ta’ riċerka magħżul/a fl-attivitajiet tiegħu ta’ netwerking permezz tal-Unjoni għall-Mediterran jew iċ-Ċentru għall-Integrazzjoni fil-Mediterran.

Il-Bini tal-Kapaċità Amministrattiva fl-Ewropa

Il-kapaċità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi biex iwettqu b’mod effettiv u effiċjenti d-diversi funzjonijiet meħtieġa mill-Gvern, inklużi l-ippjanar u l-kunsinna ta' infrastruttura u servizzi pubbliċi, għandha impatt importanti fuq il-ħajjiet ta’ kuljum taċ-ċittadini u fuq il-funzjonament tas-settur privat. L-OECD tiddefinixxi l-bini tal-kapaċità bħala l-mod kif il-ħiliet, l-esperjenza, u l-kapaċità teknika u ta’ tmexxija jiġu żviluppati fi ħdan struttura organizzattiva (kuntratturi, konsulenti jew aġenziji kontraenti) – spiss permezz tal-forniment ta’ assistenza teknika, taħriġ għal żmien qasir/twil, inputs speċjalizzati (eż. sistemi tal-IT). Il-proċess jista’ jinvolvi l-iżvilupp ta’ riżorsi umani, organizzattivi, materjali u finanzjarji.

Oriġinarjament kunċett użat f’kuntest ta’ żvilupp, b’mod partikolari min-NU u mill-Bank Dinji, il-bżonn li jissaħħu l-istituzzjonijiet permezz tal-bini tal-kapaċità amministrattiva (BKA) sar parti integrali mill-proċess tat-tkabbir Ewropew, meta l-programmi tal-BKA saru element importanti tal-appoġġ għal pajjiżi li jaspiraw li jidħlu fl-UE u li jadottaw l-Acquis Communautaire. Anki wara l-adeżjoni, l-Istati Membri l-ġodda tal-UE jkomplu jirċievu finanzjament għal programmi operazzjonali ta’ BKA mmexxija minnhom stess, b’mod partikolari mill-fondi strutturali. B’biljuni ta’ euro involuti, it-titjib tal-effettività ta’ kif l-amministrazzjonijiet pubbliċi jidderieġu u jiġġestixxu programm ta’ investiment pubbliku hija sfida urġenti. Fil-livell tal-proġett, il-BEI spiss jappoġġja l-implimentazzjoni tal-iżvilupp ta’ kapaċità permezz ta’ assistenza teknika għal Unitajiet ta’ Implimentazzjoni tal-Proġetti (UIP).

Il-korp ta’ evidenza xjentifika dwar x’jagħmlu u x’ma jagħmlux il-miżuri tal-BKA f’kuntesti differenti għadu dgħajjef. X’inhu dak li realment jibni l-kapaċità amministrattiva u istituzzjonijiet b’saħħithom fuq medda ta’ żmien twil? Hija biss kwistjoni li jkun hemm numru suffiċjenti ta’ persunal imħarreġ sew u b’pagi adegwati, li jiġu ffissati Indikazzjonijiet Importanti tal-Prestazzjoni (IIP), u li jiġu rrapportati b'mod trasparenti n-nefqa u r-riżultati? L-esternalizzazzjoni u s-Sħubijiet Pubbliċi Privati huma kura maġika għal kapaċità limitata fis-settur pubbliku? Il-mudelli huma speċifiċi skont is-settur, bħal pereżempju għat-trasport, l-ambjent, u l-affarijiet interni, jew huma ġeneriċi? Jeżistu benefiċċji minn tagħlim bejn il-pari fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi f’pajjiżi differenti tal-UE? X'tagħlim nistgħu nieħdu mill-“Ġestjoni Pubblika Ġdida” ta' riżultati mkejla bl-IIP, l-ipprijoritizzar tar-riżorsi u d-dixxiplina fiskali?

L-iskop ta' din ir-riċerka huwa biex jiġi approfondit l-għarfien dwar l-oqfsa kunċettwali, id-dijanjożi, il-metriċi, u l-mudelli għal BKA effettiv fil-prattika. Proposti ta’ riċerka huma mistiedna fuq kwalunkwe suġġett li jġib ’il quddiem l-għarfien f’dan il-qasam. Madankollu, tingħata preferenza lil proposti li jadottaw perspettiva pan-Ewropea u li jindirizzaw aspetti kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi tal-BKA li huma marbuta mal-ippjanar u l-kunsinna ta’ infrastruttura u servizzi pubbliċi relatati. Jiġu milqugħa b'mod partikolari dawk il-proposti b’konnessjoni diretta mat-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali u bil-għan li jittejjeb l-assorbiment tal-fondi tal-UE użati għal investimenti ta' kwalità għolja.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati bl-Ingliż jew bil-Franċiż, u d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti hija t-13 ta’ Settembru 2013. Proposti ppreżentati wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu lil:

 

Kopja elettronika

events.eibinstitute@eib.org

u

 

Kopja stampata

EIB Institute

98-100, boulevard Konrad Adenauer

2950 Luxembourg

LUXEMBOURG

For the attention of Ms Luísa FERREIRA, Coordinator.

Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn, jekk jogħġbok żur http://www.eib.org/universities


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6857 – Crane Co./MEI Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 162/08

1.

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Crane Co. (“Crane”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-Grupp MEI (“MEI”, l-Istati Uniti tal-Amerika), proprjetà ta' Bain Capital u Advantage Partners, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Crane: il-manifattura diversifikata ta' prodotti industrijali ta' inġinerija għolja u attiva prinċipalment fis-swieq li ġejjin: ajruspazjali, elettronika għad-difiża, kummerċjalizzazzjoni awtomatika (inkluż sistemi ta' ħlas mhux assistiti u magni tal-bejgħ), kimika, farmaċewtiku, żejt, gass, elettriku, nukleari, servizzi tal-bini u utilitajiet,

għal MEI: tipprovdi sistemi ta' ħlas mhux assistiti li jintużaw primarjament għal validazzjoni, aċċettazzjoni u l-għoti awtomatiku ta' flus. MEI tipprovdi wkoll sinjali tat-traffiku, kemm fil-forma ta' dwal tat-traffiku portabbli u bords portabbli għal messaġġi elettroniċi, iżda fil-Ġappun, mhux fiż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6857 – Crane Co./MEI Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).