ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.157.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
4 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 157/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6898 – RAG Stiftung/Evonik Industries) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 157/02

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,50 % fl-1 ta’ Ġunju 2013 – Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 157/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6942 – PAI Partners/R&R) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

3

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 157/04

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50, il-paragrafu 2, il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

4

2013/C 157/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6898 – RAG Stiftung/Evonik Industries)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 157/01

Fit-2 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6898. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/2


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,50 % fl-1 ta’ Ġunju 2013

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-3 ta’ Ġunju 2013

2013/C 157/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3008

JPY

Yen Ġappuniż

130,37

DKK

Krona Daniża

7,4542

GBP

Lira Sterlina

0,85180

SEK

Krona Żvediża

8,5723

CHF

Frank Żvizzeru

1,2456

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5970

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,753

HUF

Forint Ungeriż

295,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7015

PLN

Zloty Pollakk

4,2666

RON

Leu Rumen

4,4080

TRY

Lira Turka

2,4605

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3457

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3455

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0989

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6268

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6367

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 467,09

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,9658

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9761

HRK

Kuna Kroata

7,5415

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 753,98

MYR

Ringgit Malażjan

4,0312

PHP

Peso Filippin

54,709

RUB

Rouble Russu

41,5710

THB

Baht Tajlandiż

39,622

BRL

Real Brażiljan

2,7752

MXN

Peso Messikan

16,5982

INR

Rupi Indjan

73,8140


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6942 – PAI Partners/R&R)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 157/03

1.

Fit-28 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PAI partners SAS (“PAI”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża R&R Ice Cream Sàrl (“il-Grupp R&R”, il-Lussemburgu) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PAI: ditta ta’ ekwità privata, iffukata fuq l-akkwist ta’ kumpaniji ta’ daqs medju u kbar, bil-kwartieri ġenerali jew ġestiti fl-Ewropa,

għall-Hrupp R&R: manifattura ta' prodotti tal-ġelat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6942 – PAI Partners/R&R, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/4


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50, il-paragrafu 2, il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 157/04

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni (oġġezzjoni) skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

DINDE DE BRESSE

Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0144-08-04-2010

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Titlu/Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat/a mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom ikunu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sinteżi

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP rreġistrati li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

3.1.   “Deskrizzjoni tal-prodott”

Mad-deskrizzjoni tal-prodott żdied it-tul ta’ żmien totali għat-tkabbir li huwa stabbilit għal minimu ta’ 28 ġimgħa

Ġie rtirat il-piż mas-simu tad-dundjan.

Id-“Dinde de Bresse” ma tistax tiġi kkumerċjalizzata barra l-festi tal-aħħar tas-sena, jiġifieri l-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar skont id-data meta jfaqqsu l-frieħ tad-dundjan.

Id-dundjani huma ppreżentati f’diversi modi: id-dundjani jistgħu jiġu kkumerċjalizzati fis-sura “effilée” (bir-ras u bil-kullar tar-rix, u bil-ġewwieni parzjalment imneħħija) “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) jew “éviscérée” (bir-ras u bil-kullar tar-rix u bil-ġewwieni mneħħija). Dawn għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: għandu jkollhom struttura tajba u kopertura tajba ta’ xaħam, imlaħħmin, bil-fillets żviluppati; il-ġilda tagħhom għandha tkun irqiqa, nadifa, u ma għandux ikun hemm rix li għadu qed jinbet minn taħt il-ġilda, tiċrit, tbenġil jew ilwien anormali;

3.2.   “Żona ġeografika”

L-istadji tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni huma ppreċiżati: id-dundjani koperti bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini, għandhom jitkabbru, jinqatlu u jiġu ppreparati fiż-żona ġeografika. Il-preparazzjoni tad-dundjani (ix-xogħol ta’ rfinar tat-tneħħija tar-rix u tat-tindif tal-kullari) għandhom ukoll iseħħu fiż-żona ġeografika mill-operaturi tal-azjenda tal-produzzjoni. Din il-fażi ta’ preparazzjoni li tifforma parti mill-klassifikazzjoni tad-dundjani tad-denominazzjoni tal-oriġini “Dinde de Bresse” hija importanti biex il-preżentazzjoni u l-kwalità tal-prodott ikunu ggarantiti.

Barra minn hekk, saru korrezzjonijiet fl-iżbalji materjali fil-lista tal-communes u ġiet mehmuża mappa taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

3.3.   “Metodu tal-produzzjoni”

Fir-regoli ġenerali dwar l-għalf tad-“Dinde de Bresse” saru dawn il-kjarifiki:

ġiet introdotta l-projbizzjoni tal-OĠM fl-għalf kollu tad-“Dinde de Bresse” inkluż għall-għalf li t-tjur jingħataw fil-perjodu inizjali, kif ukoll il-projbizzjoni tat-tħawwil ta’ speċijiet veġetali ġenetikament modifikati fl-azjendi agrikoli.

fil-każ ta’ kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali (sħana qawwija, tempesti) l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprevedi l-possibbiltà li d-dundjani jinżammu ġewwa fil-bini sabiex is-saħħa tagħhom matul il-perjodu tat-tkabbir tagħhom tkun protetta.

żdiedet il-possibbiltà tal-użu ta’ aċidifikanti u purifikanti (komplementari) fl-ilma tax-xorb tal-annimali dawn is-sustanzi komplementari għandhom l-għan tal-prevenzjoni tal-mard, u li jiggarantixxu iġjene aħjar fil-kwalità tal-ilma li tiġi ddistribwita lill-annimali.

Bl-istess mod ġew introdotti preċiżjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-għalf fil-perjodi differenti tat-tkabbir.

fil-perjodu inizjali: żdiedet lista pożittiva tal-kategoriji ta’ materja prima utilizzati fl-għalf inizjali kif ukoll xi preċiżjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-għalf inizjali li l-kwalità tiegħu hija superjuri għal dik ta’ għalf standard (% ta’ ċereali u prodotti sekondarji u l-użu tal-qamħirrun fit-tieni perjodu inizjali).

fir-rigward tal-prodotti tal-ħalib użati matul il-perjodu ta’ tkabbir, ġie stabbilit limitu minimu għall-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ trab (5 % tal-volum tal-porzjon kollu).

matul il-perjodu finali, l-għalf jiġi kkontrollat sabiex ikun żgurat li huwa xieraq għall-ikel tradizzjonali tad-“Dinde de Bresse”, jiġifieri l-għalf imsejjaħ “croissance” (tat-tkabbir) li miegħu jista’ jiġi miżjud ir-ross jew il-patata.

3.4.   “Rabta maż-żona ġeografika”

Din il-parti nkitbet mill-ġdid sabiex jintwerew il-karatteristiċi taż-żona ġeografika, il-karatteristiċi tal-prodott u r-rabta maż-żona ġeografika. Din l-intestatura ġiet miżjuda skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

3.5.   “Referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta’ kontroll”

Din il-parti ġiet aġġornata bid-dettalji tal-korp ta’ ċertifikazzjoni inkarigat mill-kontroll tad-DPO.

3.6.   “Tikkettar”

Saru xi preċiżazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut tal-marki ta’ identifikazzjoni, tal-proċeduri kif jinħarġu u kif jiġu ttikkettjati kif ukoll tal-użu tal-isem “Bresse” fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament u fuq il-fatturi u tal-indikazzjonijiet li jidhru fuq is-siġill u t-tikketta.

3.7.   “Rekwiżiti nazzjonali”

F’konformità mar-riforma nazzjonali fis-sistema ta’ kontroll, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott hija ssupplementata b’tabella li tippreżenta l-elementi prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati u l-metodu għall-evalwazzjoni tagħhom.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

DINDE DE BRESSE

Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0144-08-04-2010

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Dinde de Bresse”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-“Dinde de Bresse” tappartjeni għall-ġenus Meleagris u għall-ispeċi Meleagris. Id-dundjani adulti jippreżentaw il-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin: rix iswed, għalel ħomor, saqajn irqaq, totalment lixxi u suwed, ġilda u laħam bojod.

Id-denominazzjoni hija marbuta mad-dundjani u s-sriedaq ta' età minima ta’ 28 ġimgħa li huma kkumerċjalizzati esklussivament bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena skont id-data meta jfaqqsu l-frieħ.

Id-dundjani għandhom jiġu kkumerċjalizati fis-sura “effilée” u għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: għandu jkollhom struttura tajba u kopertura tajba ta’ xaħam, imlaħħmin, bil-fillets żviluppati; il-ġilda tagħhom għandha tkun irqiqa, nadifa, u ma għandux ikun hemm rix li għadu qed jinbet minn taħt il-ġilda, tiċrit, tbenġil jew ilwien anormali; ix-xaħam għandu jgħatti s-sinsla tad-dahar; il-forma naturali tal-isternum ma għandhiex tiġi mmodifikata. Is-saqajn u l-ġwienaħ ma għandhomx ikunu miksura. Il-kullar tar-rix fuq l-għonq (collerette) għandu jkun nadif. Is-saqajn għandu jitneħħilhom il-ħmieġ kollu.

Id-dundjani għandu jkollhom piż minimu ta’

 

3 kg fis-sura “effilé” għall-ġens femminili,

 

5.5 kg “effilé” għall-ġens maskili,

Il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fis-sura “prêt à cuire” jew “éviscérée” bir-ras u bil-kullar tar-rix hija permessa biss bil-kundizzjoni li s-saqajn, ħlief id-dwiefer, ma jkunux maqtugħin barra.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

It-tkabbir tad-dundjani ta’ Bresse jsir fi tliet perjodi suċċessivi li huma l-perjodu inizjali, dak tat-tkabbir u l-perjodu finali.

Waqt il-perjodu inizjali li jdum 10 ġimgħat massimu, l-għalf tad-dundjani huwa ikel ikkostitwit minn minimu ta’ 30 % f’ċereali u prodotti sekondarji taċ-ċereali għall-ewwel parti tal-perjodu inizjali (minn 0 sa 28 jum) u minimu ta’ 50 % f'’ċereali u prodotti sekondarji taċ-ċereali li minnhom 20 % f’qamħirrun għat-tieni parti tal-perjodu inizjali (minn 29 jum sa 70 jum).

Il-materja prima użata fl-għalf tal-perjodu inizjali tista’ tiġi minn barra ż-żona ġeografika. L-elementi li jikkostitwixxu l-materja prima huma materja prima li hija esklussivament ta’ oriġini veġetali, il-prodotti tal-ħalib u l-minerali:

iż-żrieragħ taċ-ċereali, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji tagħhom;

żrieragħ jew frott tal-kittien, il-prodotti jew il-prodotti sekondarji tagħhom (fil-każ taż-żjut veġetali, huma awtorizzati biss iż-żjut naturali u raffinati):

iż-żrieragħ leguminużi, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom;

tuberkuli u għeruq, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom; pitravi, patata;

żrieragħ u frott ieħor, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom: għeneb;

għalf, inkluż l-għalf mhux ipproċessat: alfalfa u d-derivati tiegħu;

pjanti oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom: ġulepp tal-kannamieli, zokkor, alka tal-baħar;

prodotti tal-ħalib: ħalib, xorrox tal-butir, xorrox;

minerali: fosfat tad-dikalċju, karbonat tal-kalċju, bikarbonat tas-sodju, melħ, manjeżju.

Il-livell ta’ xaħam totali fl-għalf huwa limitat għal 6 %

Matul il-perjodu inizjali kollu, l-addittivi awtorizzati huma dawk previsti fir-Regolamenti fis-seħħ bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

addittivi teknoloġiċi tal-gruppi funzjonali emulsifikanti, stabbilizzanti, sustanzi li jgħaqqdu u ġeli: ipprojbiti.

Matul il-perjodu tat-tkabbir, li jdum minimu 15-il ġimgħa, minbarra l-provvista tal-ħaxix fl-apert, l-ikel tat-“tkabbir” tad-dundjani huwa magħmul minn ċereali li jistgħu jkunu msajra, mfarrka jew mitħuna, mingħajr l-ebda forom oħra ta' pproċessar, u minn prodotti tal-ħalib. Il-qamħirrun jirrappreżenta minimu ta’ 50 % tal-porzjon sħiħ. Il-prodotti tal-ħalib jikkonsistu minn ħalib, u mill-prodott sekondarji tiegħu. Dawn jistgħu jiġu ddistribwiti f’forma ta’ likwidu jew ta’ trab u jistgħu jitħalltu maċ-ċereali. Fil-każ tad-distribuzzjoni esklussiva tal-għalf niexef, il-prodotti tal-ħalib fil-forma tat-trab għandhom jikkostitwixxu minimu ta’ 5 % tal-porzjon sħiħ. Matul dan il-perjodu, iċ-ċereali jiġu esklussivament miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini, filwaqt li l-prodotti tal-ħalib jistgħu jiġu minn barra ż-żona ġeografika.

Dan il-perjodu ta’ tkabbir huwa segwit minn perjodu ta’ rfinar li jdum minimu 3 ġimgħat li fih l-annimali jkunu ġewwa bini kopert u magħluq, kalm u b’cirkolazzjoni tal-arja. Matul dan il-perjodu, l-għalf li jiġi ddistribwit lid-dundjani jkun magħmul mill-għalf tat-tkabbir iddefinit hawn fuq li miegħu jista’ jiżdied ir-ross jew il-patata li jistgħu jkunu ġejjin miż-żona ġeografika jew le..

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Id-dundjani jitkabbru, jinqatlu u jiġu ppreparati (fażi finali fejn jitneħħa r-rix u jitnaddfu l-kullari) fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-ebda dundjan ma jista’ jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Dinde de Bresse” jekk ma jkollux, fl-istess ħin, iċ-ċurkett tal-produttur, is-siġill bil-marka u t-tikketta stabbilita mill-grupp.

Minbarra t-tikkettar fuq l-imballaġġ, id-dokumenti ta’ akkumpanjament kollha u l-fatturi għandu jkollhom l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Dinde de Bresse” u l-kliem “appellation d’origine protégée” jew “AOP” (DPO).

Mudelli tal-marki ta’ identifikazzjoni

Iċ-ċurkett mhux trasferibbli huwa anell tal-metall li jkollu fuqu, minbarra l-kelma “Bresse” in-numru ta’ identifikazzjoni tal-produttur.

Is-siġill mhux trasferibbli huwa klipp tal-metall bil-kelma “Bresse” li jkollu fuqu marka:

bid-denominazzjoni “Dinde de Bresse”,

bit-tismija “AOP”.

It-tikketta jkun fiha:

id-denominazzjoni “Dinde de Bresse” miktuba f’karattri bid-dimensjoni li tkun, tal-anqas, daqs l-akbar karattri li jidhru fuq it-tikketta.

is-simbolu “AOP” (DPO) tal-Unjoni Ewropea

il-kliem “appellation d'origine protégée ” jew “AOP”

Kundizzjonijiet marbuta mal-marki ta’ identifikazzjoni

Il-marki ta’ identifikazzjoni differenti previsti hawn fuq jinħarġu mill-grupp għal kull operatur li jirrispetta l-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-anell jitwaħħal mill-produttur li jrabbi t-tjur mas-sieq ix-xellugija qabel ma d-dundjani jitilqu mill-azjenda agrikola.

Is-siġill bil-marka jitqiegħed fuq in-naħa ta' quddiem tal-isternum waqt il-klassifikazzjoni bħala denominazzjoni protetta tal-oriġini tad-dundjani qabel ma jintbagħtu.

L-anell u s-siġill jistgħu jintużaw darba biss u għandhom jitwaħħlu b’attenzjoni sabiex ma jkunux jistgħu jitbagħbsu.

It-tikketta titqiegħed fuq l-isternum waqt il-klassifikazzjoni finali tad-dundjani bħala denominazzjoni protetta tal-oriġini.

L-anelli, is-siġilli bil-marka u t-tikketti mhux użati jingħataw lura lill-operaturi tal-grupp.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tkopri żona ġeografika definita bħala “Bresse”, li hija magħmula minn pjanura u li tinsab fil-lvant tal-baċin medju ta’ Saône, li tinkludi parti mid-dipartimenti ta’ Ain, ta’ Jura u ta’ Saône et Loire.

Id-dundjani tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini, għandhom jitkabbru, jinqatlu u jiġu ppreparati fiż-żona ġeografika li testendi sat-territorji tal-communes jew partijiet minn communes li ġejjin:

Id-Dipartiment ta’ Ain (01): Il-communes kollha tad-distretti awtonomi (cantons) ta’ Bâgé-le-Châtel, Bourg-en-Bresse-Est, Bourg-en-Bresse-Nord-Centre, Bourg-en-Bresse-Sud, Montrevel-en-Bresse, Péronnas, Pont-de-Vaux, Pont-de-Veyle, Saint-Trivier-de-Courtes, u Viriat.

Il-communes u partijiet mill-communes li ġejjin: l’Abergement-Clémenciat (parti Nord Châtillon), Beaupont, Bény, Biziat, Certines, Ceyzériat (parti fil-Punent ta’ D52), Chanoz-Châtenay, Châtillon-sur-Chalaronne (fil-Majjistral), Chaveyriat, Coligny (parti fil-Punent ta’ N83/D52), Condeissiat, Courmangoux (fil-Punent ta’ D52), Dompierre-sur-Chalaronne (parti Nord Chalaronne), Dompierre-sur-Veyle (parti), Domsure, Druillat (parti), Garnerans, Illiat, Jasseron (parti fil-Punent ta’ D52), Marboz, Meillonnas (parti fil-Punent ta’ D52), Mézériat, Neuville-les-Dames, Pirajoux, Pressiat (fil-Punent ta’ D52), Saint-Didier-sur-Chalaronne (parti Nord Chalaronne), Saint-Etienne-du-Bois, Saint-Etienne-sur-Chalaronne (parti Nord Chalaronne), Saint-Julien-sur-Veyle, Saint-Martin-du-Mont (parti fil-Punent ta’ D52), Salavre (parti fil-Punent ta’ N83), Sulignat, Thoissey, Tossiat (parti fil-Punent ta’ D52), La Tranclière, Treffort-Cuisiat (parti fil-Punent ta’ D52), Verjon (parti fil-Punent ta’ N83), Villemotier, Vonnas.

Id-Dipartiment ta’ Jura (39): Il-communes u partijiet mill-communes li ġejjin: Annoire (fin-Nofsinhar ta’ Doubs), Asnans-Beauvoisin (fil-Punent ta’ D468), Augea (fil-Punent ta’ N83), Balanod (fil-Punent ta’ N83), Beaufort (fil-Punent ta’ N83), Bletterans, Bois-de-Gand (fil-Punent), Bonnaud, Cezancey (fil-Punent ta’ N83), Chaînée-des-Coupis (fil-Lbiċ), Chapelle-Voland, La Chassagne (fin-Nofsinhar ta’ D468), Chaumergy (parti), Chaussin (fin-Nofsinhar ta’ D468), La Chaux-en-Bresse (fil-Punent ta’ D95), Chazelles, Chêne-Sec, Chilly-le-Vignoble, Commenailles, Condamine, Cosges, Courlans, Courlaoux, Cousance (fil-Punent ta’ N83), Cuisia (fil-Punent ta’ N83), Desnes (fil-Punent), Digna (fil-Punent ta’ N83), Les Essards-Taignevaux (fil-Punent ta’ D468), Fontainebrux, Foulenay (parti), Francheville (fil-Punent ta’ D95 + fit-Tramuntana ta’ D468), Frébuans, Froideville (parti), Gevingey (fil-Punent ta’ N83), Les Hays, Larnaud, Longwy-sur-le-Doubs (parti), Mallerey, Maynal (fil-Punent ta’ N83), Messia-sur-Sorne (fit-Tramuntana ta’ N83), Montmorot (fin-Nofsinhar ta’ N78+fil-Punent ta’ N83), Nanc-lès-Saint-Amour (fil-Punent ta’ N83), Nance, Neublans-Abergement, Orbagnia (fil-Punent ta’ N83), Petit-Noir (fil-Punent ta’ Doubs), Relans, Les Repôts, Ruffey-sur-Seille (parti), Rye (fil-Punent ta’ D468), Sainte-Agnès (fil-Punent ta’ N83), Saint-Amour (fil-Punent ta’ N83), Saint-Jean-d’Etreux (fil-Punent ta’ N83), Trenal, Vercia (fil-Punent ta’ N83), Villevieux, Vincelles (fil-Punent ta’ N83), Vincent (fil-Punent ta’ D95).

Id-Dipartiment ta’ Saône-et-Loire (71): Id-distretti awtonomi kollha ta’ Beaurepaire-en-Bresse, Cuisery, Louhans, Montpont-en-Bresse, Montret, Saint-Germain-du-Bois, Saint-Germain-du-Plain, Saint-Martin-en-Bresse.

Il-communes u partijiet mill-communes li ġejjin: Authumes, Beauvernois, Bellevesvre, Chalon-sur-Saône (in-naħa tax-xellug tax-xatt), Champagnat (fil-Punent ta’ N83), La Chapelle-Saint-Sauveur, Charrette-Varennes (parti), Châtenoy-en-Bresse, La Chaux, Ciel, Condal, Cuiseaux (parti), Dampierre-en-Bresse, Dommartin-les-Cuiseaux, Epervans, Flacey-en-Bresse, Fretterans (parti), Frontenard, Frontenaud, Joudes (fil-Punent ta’ N83), Lacrost, Lans, Lays-sur-le-Doubs (parti), Longepierre (fin-Nofsinhar), Le Miroir, Montjay, Mouthier-en-Bresse, Navilly (fin-Nofsinhar ta’ Doubs), Oslon, Pierre-de-Bresse, Pontoux, Préty, La Racineuse, Ratenelle, Romenay, Saint-Bonnet-en-Bresse, Saint-Marcel, Sermesse, Torpes, Tournus (parti), Toutenant, La Truchère, Varennes-Saint-Sauveur, Verdun-sur-le-Doubs, Verjux.

Għall-communes fejn hija inkluża parti biss fiż-żona ġeografika, il-fruntieri tagħha huma rrappurtati fid-dokumenti grafiċi ddepożitati fl-uffiċċju tas-sindku tal-communes ikkonċernati.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Dinde de Bresse” hija bbażata fuq l-istess żona li ġiet iddefinita mill-esperti fis-sentenza tal-1936 għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni tal-oriġini “Volaille de Bresse”. Iż-żona tikkonsisti minn territorju perfettament omoġenju magħmul minn pjanura msaġġra bl-għoljiet, ir-riżultat ta’ avvennimenti ġeoloġiċi periglaċjali Plijo-Kwaternarji li ffurmaw il-bażi ta’ ħamrija ferm taflija u impermeabbli. Il-ħamrija tal-wiċċ hija ffurmata prinċipalment minn tafal tas-silika b’karatteristiċi ramlija u skarsi ħafna l-aktar ta’ blat u ta’ ġir. Il-klima hija influwenzata ħafna mill-oċean b’xita regolari matul is-sena kollha. L-umdità hija prevalenti fil-maġġor parti tas-sena. Ix-xita u ċ-ċpar huma frekwenti fix-xitwa.

Din is-sitwazzjoni ġeomorfoloġika u tal-klima tiffavorixxi perfettament il-kultivazzjoniji tal-ħxejjex u taċ-ċereali li jirrikjedu ħafna ilma, bħall-qamħirrun li tfaċċa fil-Bress fil-bidu tas-seklu XVII (bejn wieħed u ieħor ftit aktar minn seklu wara l-wasla tiegħu fix-xtur tal-Andalusija). Dan tal-aħħar għandu rwol ċentrali fis-sistema agrikola tal-Bresse għaliex iservi bħala bażi għall-ikel tal-bniedem, iżda wkoll għall-ikel tal-annimali tar-razzett u prinċipalment tat-tjur. Il-qamħirrun jiżġura sors ta’ ikel rikk fl-enerġija li jippermetti l-produzzjoni ta’ tjur imsemmna li taw bidu għar-reputazzjoni tad-“Dinde de Bresse”. Id-dundjan ilu jitkabbar fi Bress mit-tmiem tas-seklu XVI.

L-azjendi agrikoli li mhumiex kbar ħafna, hum sparpaljati ferm, b’għelieqi ttraversati minn ħafna arbuxelli u boski żgħar (bocages). F’dan il-kuntest, matul is-sekli ġiet stabbilita biedja mħallta tradizzjonali bbażata fuq kultivazzjonijiet ta’ ħaxix u ta’ ċereali u fuq it-trobbija ta’ tjur u ta’ bovini (tal-ħalib kif ukoll dawk li jreddgħu). Fil-bidu tas-seklu għoxrin, it-trobbija tad-dundjani saret komuni ħafna u bosta rziezet kellhom merħliet ta’ dundjani bir-rix u s-saqajn suwed. Saħansitra sal-lum, l-iżolament u d-distribuzzjoni fuq firxa wiesgħa tal-irziezet ta’ Bresse, il-preżenza ta’ mergħat u ta’ arbuxelli jagħtu l-possibbiltà li jitkabbru ħafna dundjani fil-libertà u li tiġi ppreservata teknika ta’ trobbija tradizzjonali.

F’dawn l-azjendi agrikoli ta’ karattru familjali, il-produtturi li jrabbu l-annimali jikkonsakraw parti kbira mill-attività tagħhom għall-awtosuffiċjenza tal-azjenda. Fil-maġġoranza tal-azjendi, il-produtturi jipproduċu ċ-ċereali tagħhom stess (qamħ, xgħir, ħafur, qamħirrun …) li bihom jitimgħu lid-dundjani, notevolment fil-fażi tat-tkabbir u tal-irfinar tagħhom. Huma jieħdu ħsieb l-ispazji fl-arja aperta billi jissorveljaw l-iskular tal-ilma (jiżdiedu gandotti u raddi), billi jaqtgħu l-arbuxelli u l-buxx u billi jikkonsolidaw il-bini ta’ ċnut fuq perimetri kbar u b’hekk ikomplu jsostnu l-prattiki tat-trobbija fil-libertà.

It-trobbija tad-“Dinde de Bresse” trid tikkunsidra l-partikolaritajiet ta’ din it-tajra mdaqqsa li ttir ftit u li hija sensittiva għall-mard. Dan jirrikjedi sorveljanza importanti tal-merħla fl-istadji kolla tal-ħajja tal-annimal, mit-twelid tal-frieħ sal-qatla (miżuri li jikonċernaw l-iġjene għall-prevenzjoni tal-mard, il-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet klimatiċi, l-ekwilibriju fl-ikel bil-għan tat-tkabbir tal-annimal u f’dak li jsib x’jiekol fl-apert, l-iggruppjar tal-merħla, miżuri ta’ protezzjoni kontra predaturi …)

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Id-“Dinde de Bresse” titkabbar skont ir-ritmu tal-istaġuni, kemm jista’ jkun qrib l-ambjent naturali, sakemm tikseb il-maturità fiżjoloġika f'ħin tajjeb għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena. Hija distinta mid-dundjani tal-qatgħat minħħabba l-fiżjoloġija żgħira tagħha.

Id-dundjan huwa kkaratterizzat mil-laħam frisk u mhux iffriżat tiegħu b'ġilda u laħam partikolari: ġilda fina u bajda, laħam abjad, fillets żviluppati u kopertura tajba ta’ xaħam kif ukoll bi kwalitajiet organolettiċi wara t-tisjir: immerraq ħafna, laħma ratba, togħma tajba ħafna.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-biedja mħallta ta’ Bresse, li tirriżulta direttament mill-fiżjonomija tal-ambjent naturali tal-post, hija l-fattur determinanti tal-oriġini tat-trobbija tad-dundjani fi Bresse. L-arbixelli, il-buxxijiet u l-boski fil-viċinanza tar-razzet jipproteġu l-annimali mir-riħ u jikkostitwixxu riżerva ta’ bijodiversità għan-nutriment tagħhom. L-umdità tal-ħamrija tiffavorixxi l-iżvilupp ta' molluski, dud u larva oħrajn li jservu ta' nutriment għad-dundjani fl-ispazji fl-apert billi jagħtuhom il-proteini utli għat-tkabbir tagħhom li jieħu ż-żmien u għall-formazzjoni ta’ fillets żviluppati. Il-ħamrija mhux ikkalċifikata tiffavorixxi ċ-ċokon tal-iskeletru tad-dundjan u l-għadam fin tiegħu.

Il-prattiki tat-trobbija jserrħu fuq għażla ta' annimali b’karatteristiċi speċifiċi (laħam u ġilda bojod) u fuq dieta tal-ikel tradizzjonali bbażata fuq it-tmigħ awtonomu tad-dundjani fl-ispazji bil-ħaxix fil-ftuħ (dud tal-art, ħaxix …) Din id-dieta hija kkompletata biċ-ċereali taż-żona ġeografika u bil-prodotti tal-ħalib (ħalib dilwit, xorrox, ħalib tat-trab, xorrox tal-butir …) Dawn il-kundizzjonijiet ta’ għalf b’mod partikolari l-aċċess għall-ħaxix u l-eżerċizzju muskolari li huma possibbli minħabba l-ispazju li hemm għad-dispożizzjoni tal-annimal, jinfluwenzaw il-kwalitajiet ta’ kontrazzjoni tal-muskoli b’ċerti proteini u enżimi tagħhom. Il-metaoboliżmu enerġetiku tal-muskolu jaffettwa l-aktar il-konsistenza tal-laħam tad-“Dinde de Bresse”. Minbarra dan, il-kwalitajiet nutrizzjonali tal-qamħirrun li jifforma parti importanti mid-dieta jippermettu produzzjoni ta’ tjur “grasses” (imsemmna).

Waqt il-perjodu finali tat-tismin, id-dundjani jiddaħħlu fil-bini b’tali mod li t-tismin idum minimu ta’ 3 ġimgħat protetti mid-dawl. F’dan il-perjodu, il-produtturi jkunu partikolarment attenti għall-preparazzjoni tal-ikel, notevolment billi jalternaw iż-żrieragħ mhux ipproċessat biż-żrieragħ taċ-ċereali msajrin, ir-ross jew il-patata, li flimkien mal-prodotti tal-ħalib jipprovdu lid-dundjani b’ikel li jiftħilhom l-aptit.

Wara bosta ġimgħat b’din id-dieta partikolari u b’età tal-qatla avvanzata il-produtturi jiksbu dundjani ta’ maturità fiżjoliġika kompluta, li minbarra x-xaħam intramuskolari, ikollhom saff oħxon ta’ xaħam ta’ kopertura. Barra minn hekk, it-tnaqqis fl-attività muskolari tad-dundjani matul dan il-perjodu ta' qabel il-qatla għandu rwol importanti fl-abbiltà li l-muskoli jżommu l-ilma. It-tqassim tax-xaħam li jinfiltra l-muskolu kif ukoll il-kapaċità tal-muskolu li jżomm l-ilma jikkondizzjonaw il-konsistenza mmerrqa u ratba tal-laħam u dawn il-kwalitajiet partikolari joħorġu mill-ġdid wara t-tisjir. Barra minn hekk, il-presenza ta’ elementi li jinfluwenzaw it-togħma, jiġifieri l-komponenti idrosolubbli u l-lipidi, jiggarantixxu li waqt it-tisjir, permezz ta’ reazzjonijiet kimiċi, jinkiseb laħam ta’ togħma bnina.

Fil-ħin tal-qatla, biex il-ġilda ma titbenġilx u sabiex tinżamm id-dekorazzjoni ta’ rix fil-bażi tal-għonq, l-operatur juża kura delikata ħafna fl-operazzjonijiet tal-qatla u tat-tneħħija tar-rix (tneħħija totali tad-demm sabiex tinkiseb il-bjuda sabiħa tal-annimali, tneħħija tar-rix b’kawtela sabiex jiġi evitat il-qtugħ). Fl-aħħar nett, tingħata attenzjoni partikolari lill-preparazzjoni tad-dundjani li jinbiegħu bil-kullar tar-rix tagħhom. Uħud minnhom jiġu ddekorati skont it-tradizzjoni ta’ Bresse “mode bressanne” (saqajn u ġwienaħ imwaħħlin mal-ġisem) imdeffsa f’biċċa xoqqa meħjuta sabiex ix-xaħam tal-annimal jiġi ddistribwit b’mod tajjeb. Dawn huma prodotti ta’ kwalità li jinbiegħu wara l-erba' kompetizzjonijiet tat-tjur, imsejħa “glorieuses”, li ilhom jiġu organizzati f’Diċembru ta’ kull sena sa mill-1862. Dawn il-kompetizzjonijiet kemm huma kburin bil-prodotti tagħhom il-produtturi li jrabbu t-tjur u jixhdu kemm huma marbuta mal-attività prestiġġjuża tagħhom.

Id-“Dinde de Bresse” hija ankrata sew fil-gastronomija lokali, u tiġi msajra u promossa mill-ikbar chefs Franċiżi li japprezzaw it-togħma bnina tagħha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCDindeDeBresse.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 157/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“SLOVENSKI MED”

Nru tal-KE: SL-PGI-0005-0801-10.03.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Slovenski med”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4.

Prodotti oħra ta’ oriġini mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Slovenski med” jiġi prodott fir-Repubblika tas-Slovenja. Dawn li ġejjin jistgħu jinbiegħu bl-isem “Slovenski med”:

għasel tal-gazzija,

għasel tal-ixkomp,

għasel tal-qastan,

għasel taż-żnuber,

għasel tal-abit,

għasel tal-fjuri jew għasel tan-nektar,

għasel tal-foresta jew għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar.

Proprjetajiet organolettiċi tas-“Slovenski med”:

L-għasel tal-gazzija huwa prodott l-iktar min-nektar miġbur mis-siġra tar-robinja (Robinia pseudoacacia), magħrufa wkoll bħala l-gazzija falza. Dan l-għasel jista’ jkun prattikament bla kulur iżda jvarja sa kulur it-tiben. Is-“Slovenski med” għandu fwieħa ħafifa ħafna u newtrali, b’riħa ta’ nwar tal-gazzija. Għandu togħma li tvarja minn ħlewwa moderata sa ħlewwa qawwija li tippersisti għal tul ta' żmien moderat sa twil. L-aroma tiegħu, li tippersisti għal tul ta’ żmien qasir sa moderat, hi ta’ xehda verġni, xemgħa friska, nwar tal-gazzija, nwar tas-siġar tal-frott, aroma tat-tuffieħ u l-lanġas u possibilment vanilja, ħelu tal-krema, butir frisk u tiben frisk. Rari li jikkristallizza.

L-għasel tal-ixkomp huwa prodott min-nektar jew mill-qtar tal-għasel tas-siġar miġbur l-iktar mill-ixkomp tal-werqa wiesgħa jew l-ixkomp tal-werqa żgħira (Tilia platyphillos jew Tilia cordata). L-għasel tal-ixkomp għandu kulur li jvarja bejn l-isfar ċar u l-ambra ċar, bi ħjiel ta’ aħdar. Għandu riħa ta’ nwar tal-ixkomp u għandu fwieħa ta’ mentol frisk li hi ta’ intensità medja sa qawwija. Għandu togħma ta' mentol li tvarja minn moderata sa qawwija. L-aroma tiegħu hija distintiva ħafna u friska. Għandu aroma ta’ mentol, ġewż frisk, ħwawar u nwar tal-ixkomp imsajra u aroma ħafifa ta’ fjuri li tippersisiti fuq tul ta’ żmien moderat sa twil.

L-għasel tal-qastan huwa prodott l-iktar min-nektar jew mill-qtar tal-għasel tas-siġar miġbur mill-qastan ħelu (Castanea sativa). Għandu kulur kannella skur jew ambra, bi ħjiel ta' aħmar. Il-fwieħa, bħat-togħma, hija intensa ħafna. L-għasel tal-qastan huwa kkaratterizzat minn togħma morra ta’ intensità moderata sa qawwija ħafna. L-aroma tiegħu hi distintiva ħafna, u hi b’saħħitha u ħorra bħaz-zokkor maħruq, il-ġulepp taz-zokkor, id-duħħan, il-ħwawar u l-għobbejra u jibqa’ tajjeb għal żmien twil. Is-“Slovenski med” iħalli togħma morra fil-ħalq. Rari li jikkristallizza.

L-għasel taż-żnuber huwa prodott l-iktar mill-qtar tal-għasel tas-siġar miġbur miż-żnuber abjad (Abies alba). Għandu kulur kannella fil-griż, b’dija ħadra. Il-fwieħa tiegħu hi ta’ intensità minn medja sa qawwija. Għandu riħa ta’ ħalib tat-trab u reżina. It-togħma tiegħu iddum kemxejn, bħall-aroma tiegħu, li hi distintiva ħafna. L-aroma tfakkrek fil-ħalib tat-trab, il-karamel, iz-zokkor maħruq, ir-reżina, l-injam koniferu frisk, il-ġulepp tar-rimja tal-abit, id-duħħan, it-te iswed bil-ħalib u l-ħelu tal-ħwawar. Normalment jikkristallizza bil-mod.

L-għasel tal-abit huwa prodott l-iktar mill-qtar tal-għasel tas-siġar miġbur mill-abit (Picea abies). Għandu kulur kannella fl-oranġjo jew kannella ħamrani, b’kisja li tleqq. Normalment ileqq. Dan l-għasel hu kemxejn elastiku u jeħel mal-ilsien u s-saqaf tal-ħalq. Il-fwieħa tiegħu ddum kemxejn u t-togħma tiegħu tippersisti fuq tul ta’ żmien qasir sa moderat. L-aroma ddum kemxejn. L-aroma tfakkrek fil-ġulepp tar-rimja tal-abit, ir-reżina, il-ħwawar ħelwin, it-te tal-ħwawar, il-kafé inkaljat, il-frott imnixxef u l-ħelu tal-kafé.

L-għasel tal-fjuri jew l-għasel tan-nektar ikun aktarx prodott min-nektar minn iktar minn pjanta waħda u għaldaqstant huwa varjat. Il-kulur tiegħu jvarja minn isfar tat-tiben sa kannella. Il-fwieħa tippersisti fuq tul ta’ żmien kemxejn twil sa twil ħafna, bħat-togħma tiegħu. Iħalli togħma qawwija u ħelwa fil-ħalq. L-aroma friska ta' frott u fjuri tippersisti fuq tul ta’ żmien kemxejn twil sa twil ħafna. L-aroma tfakkrek fil-fjuri, il-frott frisk, il-frott ippreservat (compote), il-frott imsajjar, il-ħelu tal-karamel u l-ħalib, iz-zokkor ismar, il-karamel u l-melassa. Jikkristallizza malajr.

L-għasel tal-foresta u tal-qtar tal-għasel tas-siġar huwa prodott l-iktar mill-qtar tal-għasel tas-siġar miġbur min-numru ta’ pjanti. Għandu kulur minn kannella ċar sa kannella skur, bi ħjiel aħmar jew aħdar. Il-fwieħa tippersisti fuq tul ta’ żmien qasir sa moderat u t-togħma tiegħu tippersisti fuq tul ta’ żmien moderat sa twil. Bl-istess mod l-aroma tiegħu, li tfakkrek fir-reżina, il-ġewż, il-ġellewż, il-ħwawar, l-għobbejra, il-karamel, il-melassa, il-ħelu tal-ħwawar, il-frott imnixxef u l-lanġas imnixxef, tippersisti fuq tul ta’ żmien moderat sa twil.

Il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi tas-“Slovenski med”:

Tip ta’ għasel

Parametru

Gazzija

Xkomp

Qastan

Żnuber

Abit

Tal-Fjuri

Tal-Foresta

Kontenut ta’ ilma

< 18,6 %

< 18,6 %

< 18,6 %

< 18,6 %

< 18,6 %

< 18,6 %

< 18,6 %

Kontenut HMF

< 15 mg/kg

< 15 mg/kg

< 15 mg/kg

< 15 mg/kg

< 15 mg/kg

< 15 mg/kg

< 15 mg/kg

Konduttività elettrika

≤ 0,3 mS/cm

0,5-1,3 mS/cm

≥ 0,9 mS/cm

> 0,8 mS/cm

≥ 0,9 mS/cm

≤ 0,8 mS/cm

≥ 0,8 mS/cm

pH

3,5-4,6

4,1-6,1

4,7-6,2

4,7-5,8

4,3-5,6

3,8-5,3

4,3-5,6

Kontenut ta’ sukkrosju

< 10 g/100 g

< 5 g/100 g

< 5g/100 g

< 5 g/100 g

< 5 g/100 g

< 5 g/100 g

< 5 g/100 g


Kontenut ta' għabra tad-dakra fis-“Slovenski med”:

Tip ta’ għasel

Għabra tad-dakra

Gazzija

Xkomp

Qastan

Żnuber

Abit

Tal-Fjuri

Tal-Foresta

Proporzjon ta' varjetà speċifika ta' għabra tad-dakra

> 7 % għabra tad-dakra tar-robinja (Robinia pseudoacacia – gazzija falza)

> 1 % għabra tad-dakra tal-ixkomp (Tilia sp.)

> 86 % għabra tad-dakra tal-qastan ħelu (Castanea sativa)

Normalment ikun fih l-għabra tad-dakra tas-siġar tal-frott, Castanea sativa, Acer sp., Trifolium repens u pjanti tal-familja Asteraceae.

3.3.   Materja prima

3.4.   Għalf

In-naħal ma jiġix magħluf waqt jew eżatt wara t-tfittxija għall-ikel. Fix-xitwa, in-naħal jiġi magħluf zokkor jew għasel biss.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

L-istadji kollha fil-produzzjoni tas-“Slovenski med” għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata. Il-produzzjoni tas-“Slovenski med” tinkludi l-produzzjoni tal-għasel f’doqqajsijiet li ma jiċċaqalqux, jew bl-għajnuna ta’ doqqajsijiet li jitmexxew fiż-żona ġeografika, u l-estrazzjoni tiegħu issir permezz taċ-ċentrifugazzjoni. It-trobbija tan-naħal timxi fuq il-prinċipji tal-prattiċi tat-trobbija tajba tan-naħal (Linji gwida dwar il-prattiċi tajba tal-iġene fit-trobbija tan-naħal ibbażati fuq il-prinċipji tas-sistema HACCP). L-użu ta’ kimiċi li jkeċċu l-insetti biex jippaċifikaw lin-naħal mhux permess, minħabba r-riskju li r-residwi kimiċi jiġu transferiti fl-għasel. L-estrazzjoni minn xehdiet tad-duqqajs mhix permessa. L-għasel li jiġi estratt ikun fih inqas minn 18,6 % ilma. L-għasel estratt huwa magħsur u, ftit jiem wara l-estrazzjoni, jiġi miġbur ukoll. Jintużaw passaturi li ma jneħħux l-għabra tad-dakra kollha. It-tnixxif tal-għasel mhux permess. L-Għasel kristallizzat jiġi llikwidat permezz tat-tisħin, għalkemm f'temperatura li ma taqbiżx l-40 °C biex ma ssirx ħsara lill-partijiet mill-għasel li ssirilhom ħsara bis-sħana (l-enżimi, l-ormoni). Il-likwifazzjoni tal-għasel permezz tat-tisħin bil-majkrowejv mhix permessa peress li r-radjazzjoni teqred il-partijiet bijoloġikament attivi tiegħu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Is-“Slovenski med” jista’ jiġi bbottiljat u ppakkjat fiż-żona ġeografika identifikata biss. Hu b’dan il-mod biss li tista’ tiġi preservata l-kwalità għolja tal-għasel u evitati bidliet fil-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u organolettiċi li jistgħu jseħħu jekk dan jiġi ttrasportat fuq distanzi twal. Eżatt wara li l-għasel jiġi bbottiljat, l-għatu u l-vażett jiġu ssiġillati b’tikketta uniformi b’tali mod li l-vażett ma jkunx jista’ jinfetaħ mingħajr ma titqatta’ t-tikketta.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-ittikkettar tas-“Slovenski med” li jilħaq ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni għandu jinkludi l-isem protett u l-kliem 'indikazzjoni ġeografika protetta’ u indikazzjoni tat-tip ta’ għasel u l-lott.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn is-“Slovenski med” huwa prodott tinsab fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Is-Slovenja tinsab fl-Ewropa Ċentrali, fejn jiltaqgħu erba' żoni ġeografiċi Ewropej maġġuri, li huma l-Alpi, il-Baċir tal-Pannoja, il-Muntanji Dinariċi u l-Mediterran. Id-diversità ġeoloġika, il-varjazzjonijiet fir-riljiev u l-fatt li l-pajjiż imiss ma’ erba’ reġjuni bijoġeografiċi jwasslu għal diversità kbira fil-flora u l-fawna, li tfisser firxa wiesgħa fit-tipi ta’ għasel. L-interazzjoni bejn il-klima sub-Mediterranja, dik kontinentali u dik alpina u l-varjazzjoni fir-riljiev bejn l-artijiet baxxi u ż-żoni muntanjużi jwasslu biex, għal ċerti pjanti, in-naħal jirgħa fi żminijiet differenti f’partijiet differenti tas-Slovenja. Dawk il-karatteristiċi huma marbutin mad-diversità tal-flora tas-Slovenja.

Il-qastan ħelu (Castanea sativa Mill.) jikber fiż-żoni kollha tas-Slovenja li fihom l-għoljiet u li huma iktar sħan. Siġar ta’ din l-ispeċi jinsabu fis-Slovenja kollha, kemm meta jiffurmaw bosk kif ukoll bħala siġar individwali. Ħafna drabi jikbru qrib l-għelieqi, ġonna tas-siġar tal-frott, vinji u djar. Jikbru f’elevazzjonjiet sa madwar 800 m mil-livell tal-baħar. Minbarra l-injam u l-frott, dawn is-siġar huma importanti ħafna biex jirgħu n-naħal. Huma jarmu l-inwar f’Ġunju u Lulju, normalment fuq perjodu ta’ tliet ġimgħat. In-naħal jieħdu l-għabra tad-dakra tal-qastan lejn ix-xehba tagħhom, fejn din isservi bħala sors ta’ nutriment meta ma jsibux x’jirgħu, iktar tard matul is-sena.

Fuq perjodu ta' eluf ta' snin, in-naħla tal-Karnijola (Apis mellifera carnica), li hi indiġena għas-Slovenja, addattat għall-kundizzjonijiet tal-klima u tar-ragħa li huma tipiċi għas-Slovenja. Is-Slovenja huwa l-uniku Stat Membru tal-UE li fit-Trattat ta’ Adeżjoni, bil-għan li tħares il-materjal ġenetiku indiġenu tan-naħla tal-Karnijola u wara li qieset il-bżonn li tiġi mħarsa din il-popolazzjoni indiġena ta’ naħal, iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jkompli japplika l-miżuri xierqa kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-konservazzjoni ta' din in-naħla indiġena fis-Slovenja.

L-iktar li għandna tagħrif storiku dwar it-trobbija tan-naħal fis-Slovenja huwa mis-seklu 18 'il quddiem. F'dak il-perjodu, tlett personaġġi partikolari – Anton Janša, Peter Pavel Glavar u Janez Anton Scopoli – ħallew il-marka tagħhom fuq it-trobbija tan-naħal fis-Slovenja. Anton Janša (1734-1773) huwa magħruf bħala l-fundatur tat-trobbija moderna tan-naħal. Huwa kiteb żewġ kotba importanti bil-Ġermaniż: Abhandlung von Schwärmen der Bienen (Treatise on the Swarming of Bees) (1771) u Vollständige Lehre von der Bienenzucht (Gwida kompleta dwar it-trobbija tan-naħal) (1775). Kien l-ewwel għalliem dwar l-apikultura b'nomina imperjali għal ħafna mit-territorju Awstrijak. Fl-iskola tal-apikultura fi Vjenna huwa introduċa wkoll it-teknika li n-naħal jiġi mmexxi lejn il-mergħat, biex b'hekk jinkiseb ammont ikbar ta' għasel. Kien Peter Pavel Glavar (1721-1784) li skopra għall-ewwel darba li l-irġejjen verġni żgħar jitgħammru ma' bgħula differenti u mhux ma' wieħed biss, filwaqt li kien Janez Anton Scopoli (1723-1788) li xerred dan it-tagħrif fost dawk li jrabbu n-naħal. Fl-1763 deher artiklu illustrat dwar in-naħal f’Entomologia Carniolica, ktieb vast bil-Latin ippubblikat fi Vjenna.

Iktar tard, Anton Žnideršič (1874-1947) għaqqad l-esperjenza ta’ esperti barranin dwar it-trobbija tan-naħal u nies li jaħdmu fil-qasam, b’mod partikolari Albertti, Gerstung u Preuss, mal-esperjenza tiegħu u b'hekk wasal biex żviluppa d-doqqajs AŽ (id-doqqajs Albertti-Žnideršičev), li għadu s'issa l-iktar doqqajs użat fis-Slovenja.

It-tradizzjoni li n-naħal jiġi mmexxi minn post għal ieħor għadha tiġi prattikata fis-Slovenja. Dawk li jrabbu n-naħal u li jmexxu n-naħal lejn il-mergħat normalment jiġbru iktar għasel, u b'hekk jiżguraw iktar diversità fil-varjetajiet ta' għasel.

Għaqdiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal ilhom jeżistu fis-Slovenja minn żmien bikri; l-ewwel fratellanza ta’ dawk li jrabbu n-naħal twaqqfet f’Rodine pri Žirovnici fl-1781 u kienet il-predeċessur ta’ għaqdiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal li twaqqfu iktar tard. L-Għaqda Ċentrali Slovena għat-Trobbija tan-Naħal għall-Kranjska (il-Karnijola), Štajerska (L-Istirja), Koroška (il-Karintja) u l-Primorska ġiet mwaqqfa f’Ljubljana fl-1898 u bdiet tippubblika l-ġurnal tagħha, Slovenski čebelar, mill-ewwel. Il-ġurnal għadu jiġi ppubblikat.

L-għaqdiet dejjem kellhom l-għan li jedukaw lil dawk li jrabbu n-naħal u li jdaħħlu prattiċi tajbin fit-trobbija tan-naħal, peress li dawk li jrabbu n-naħal għandhom jimxu ma' proċessi speċifiċi ta' produzzjoni biex jiżguraw il-karatteristiċi speċifiċi tas-“Slovenski med”. Dan fisser li dawk li jrabbu n-naħal fis-Slovenja ġabru t-tagħrif u l-prattiċi speċifiċi relevanti, li jgħinu biex jinkiseb “Slovenski med” ta' kwalità għolja.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tas-“Slovenski med” hija riżultat tal-medda tal-għabra tad-dakra, li tixhed il-karatteristiċi tal-flora fiż-żona fejn is-“Slovenski med” huwa prodott, fejn fost l-oħrajn hija preżenti l-għabra tad-dakra tal-qastan ħelu (Castanea sativa), li tinsab fil-biċċa l-kbira tal-kampjuni tas-“Slovenski med”. Dawn il-proprjetajiet jiddistingwu s-“Slovenski med” minn għasel ieħor li huwa prodott barra mis-Slovenja.

Iktar min-nofs il-kampjuni tas-“Slovenski med” fihom ukoll l-għabra tad-dakra tat-Trifolium repens, Acer sp., Plantago sp., Fraxinus ornus, Salix sp., Tilia sp., li huma pjanti tal-familja Poaceae, Filipendula sp. u pjanti tal-familji Asteraceae u Apiaceae.

Żewġ proprjetajiet speċifiċi oħra tas-“Slovenski med” huma l-kontenut baxx ta’ ilma u livelli baxxi ta’ HMF. L-ispeċifiċità tas-“Slovenski med” hija li fih kontenut ta’ ilma ta’ inqas minn 18,6 % u kontenut ta’ HMF ta' inqas minn 15 mg/kg. Dawn iż-żewġ parametri ta’ kwalità jiddistingwu b’mod dimostrabbli s-“Slovenski med” minn għasel ieħor prodott fis-Slovenja.

Is-Slovenja hija r-reġjun minn fejn oriġinat in-naħla tal-Karnijola, u waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tas-“Slovenski med” hija li kollu jiġi prodott f'żona fejn it-trobbija tan-naħal tibbaża esklussivament fuq l-użu tan-naħla tal-Karnijola.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Is-Slovenja hija pajjiż bi tradizzjoni kbira ta' trobbija tan-naħal u l-produzzjoni ta' għasel ta' kwalità ogħla, kif inhu ċar mill-punt 5.1. Is-suċċess miksub fit-trobbija tan-naħal fis-Slovenja dejjem kien ibbażat fuq tagħrif tajjeb tan-naħal u tekniki immaġinattivi fit-trobbija tan-naħal. Kien jiddependi wkoll fuq il-mergħat disponibbli, li fis-Slovenja huma varjati minħabba d-diversità fil-flora. L-esperjenza li nbniet matul ħafna snin fit-trobbija tan-naħal u l-produzzjoni tal-għasel għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Peress li s-siġra tal-qastan ħelu (Castanea sativa) hija daqstant mifruxa fis-Slovenja, l-għabra tad-dakra tal-qastan ħelu tinsab fil-biċċa l-kbira tal-kampjuni tas-“Slovenski med”. Biex jisfruttaw il-varjetà ta’ mergħat fis-Slovenja, dawk li jrabbu n-naħal imexxuhom madwar il-pajjiż, u b'hekk iżidu l-possibbiltà li għabra tad-dakra tal-qastan ħelu ssib ruħha fl-għasel.

Fuq perjodu ta' eluf ta' snin, in-naħla tal-Karnijola (Apis mellifera carnica), li ngħatat dan l-isem minn August Pollmann fl-1879, addattat għall-kundizzjonijiet tal-klima u tar-ragħa li huma tipiċi għas-Slovenja. In-naħla tal-Karnijola hija indiġena għas-Slovenja u hija protetta taħt l-Att dwar it-Trobbija tal-Bhejjem (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 18/02), li fl-Artikolu 68 jiddefinixxi n-naħla tal-Karnijola bħala razza indiġena u li, fl-Artikolu 70, jistipula għall-ħarsien speċjali ta’ din ir-razza indiġena. Bħala riżultat tal-karatteristiċi eċċellenti tagħha kif ukoll għall-mod kif addattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi temperati, in-naħla tal-Karnijola dejjem kellha valur kummerċjali għoli. F’pajjiżi oħra, razez oħra ta' naħal jeżistu flimkien man-naħla tal-Karnijola, imma huwa biss fis-Slovenja li n-naħla tal-Karnijola weħidha tista’ tintuża fit-trobbija tan-naħal.

Ir-restrizzjonijiet li jeżistu għall-produzzjoni tas-“Slovenski med” jikkontribwixxu wkoll għall-proprjetajiet tiegħu. Il-ħiliet ta’ dawk li jrabbu n-naħal jidhru meta jiġu biex jiġġudikaw meta jkun wasal iż-żmien biex jiġi estratt l-għasel, peress li, abbażi tal-prattika u l-esperjenza mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra, dawk li jrabbu n-naħal jgħaddu għall-estrazzjoni meta l-għasel ikollu kontenut ta’ ilma ta’ inqas minn 18,6 %

L-għasel prodott fis-Slovenja dejjem kien igawdi minn stima għolja fost il-konsumaturi, peress li jipprovdihom b’ikel ta’ kwalità għolja minn sors magħruf. Kien propju minħabba x-xewqa li l-konsumaturi jiġu provduti b'għasel ta' kwalità tajba li dawk li jrabbu n-naħal fis-Slovenja introduċew il-produzzjoni kontrollata tal-għasel fl-1999. Din teħtieġ ammont mhux żgħir ta' għarfien espert min-naħa ta’ dawk li jrabbu n-naħal peress li huma ħolqa importanti fil-proċess tal-produzzjoni tal-għasel, u l-kwalità tal-għasel tista’ tonqos jekk xogħolhom ma jsirx sew.

Il-popolarità u r-reputazzjoni tajba tas-“Slovenski med” huma riżultat tal-preżenza tiegħu f’diversi kungressi nazzjonali u internazzjonali, wirjiet, fieri, ġranet dedikati għall-għasel u swieq għat-tfal, għall-fatt li jissemma’ f’xandiriet televiżivi u radjofoniċi u, l-aħħar iżda mhux l-inqas, il-fatt li jissemma' f’diversi artikli, partikolarment fl-okkażjoni tal-kungress Ruralia Gorizia li ġie organizzat fl-2002 fl-Italja minn tliet pajjiżi (is-Slovenja, l-Italja, l-Awstrija), kif ukoll fl-okkażjoni ta' Apimondia, l-ikbar avveniment internazzjonali li għandu x’jaqsam mat-trobbija tan-naħal (Ljubljana, 2003), u fl-okkażjoni tal-kungress internazzjonali dwar l-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar f’Chania (Kreta, 2009), u fil-forum Apimedica & Apiquality (Slovenia, 2010).

Il-kwalità għolja tas-“Slovenski med”, li hi magħrufa mad-dinja kollha, ġiet rikonoxxuta permezz ta’ diversi premji li dan l-għasel irċieva f'diversi kompetizzjonijiet globali, internazzjonali u nazzjonali; fost l-oħrajn ingħataw żewġ midalji u diversi premji ta’ distinzjoni fil-kompetizzjoni dinjija tal-għasel Apimedica & Apiquality. Is-“Slovenski med” irċieva wieħed mill-aktar premji riċenti tiegħu fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-għasel organiku BiolMiel 2011, fl-Italja. F’din il-kompetizzjoni s-“Slovenski med” tal-gazzija u tal-foresta rebaħ medalja tad-deheb filwaqt li l-għasel tal-qastan ġie r-raba' ex aequo minn fost 170 kampjun ta' għasel.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.mko.gov.si/fileadmin/mko.gov.si/pageuploads/podrocja/Varna_in_kakovostna_hrana_in_krma/zasciteni_kmetijski_pridelki/Specifikacije/SLOVENSKI_MED.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.