ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.138.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
17 ta' Mejju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 138/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 138/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 138/03

L-Erbatax-il Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti tas-SALW u l-Munizzjon tagħhom (2012/II)

7

2013/C 138/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2013 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

13

2013/C 138/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2013 li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

14

2013/C 138/06

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/219/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

16

2013/C 138/07

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

18

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 138/08

Rata tal-kambju tal-euro

19

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

2013/C 138/09

Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-kariga ta’ membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

20

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 138/10

Avviż dwar il-miżuri kontra s-sussidju fuq l-importazzjonijiet ta' polietilentereftalat li joriġina fost l-oħrajn mill-Pakistan u l-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni kontra s-sussidju rigward l-importazzjoni ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina fost l-oħrajn mill-Pakistan

32

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 138/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6939 – CVC/ISTA) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 138/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32825 (12/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Hungary

Artikolu 107(3)(a),Artikolu 107(3)(c)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Regionális Tőkebefektetési Alap program

Il-bażi legali

1.

281/2006. (XII. 23.) Korm. rendelet a 2007–2013 programozási időszakban az Európai Regionális Fejlesztési Alapból, az Európai Szociális Alapból és a Kohéziós Alapból származó támogatások fogadásához kapcsolódó pénzügyi lebonyolítási és ellenőrzési rendszerek kialakításáról.

2.

a 2001. évi CXX. törvény a tőkepiacról.

3.

19/2007. (VII. 30.) MeHVM rendelet az Új Magyarország Fejlesztési Tervben szereplő Regionális Fejlesztés Operatív Programokra meghatározott előirányzatok felhasználásának állami támogatási szempontú szabályairól.

4.

4/2011. (I. 28.) Korm. rendelet a 2007–2013 programozási időszakban az Európai Regionális Fejlesztési Alapból, az Európai Szociális Alapból és a Kohéziós Alapból származó támogatások felhasználásának rendjéről.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rizikos kapitalas, MVĮ

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: HUF 14 000 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nemzeti Fejlesztési Ügynökség

Budapest

Wesselényi u. 20–22.

1077

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

5.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33980 (12/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Local Television in the UK

Il-bażi legali

The Local Digital Television Programme Services Order 2012 (SI 2012/292) made in pursuant to primary powers under Section 244 of the Communications Act 2003 and the BBC Agreement

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: GBP 25 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Programmi tat-televixin u attivitajiet tax-xandir

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

BBC Trust

180 Great Portland Street

London

W1W 5QZ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34381 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Umstrukturierung der Nord/LB

Il-bażi legali

Gesetz über Kapitalmaßnahmen zugunsten der Nord/LB

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Garanzija, Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 3 298 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Land Niedersachsen, Niedersächsisches Finanzminsterium

Sparkassenverband Niedersachsen

Schiffgraben 10

30159 Hannover

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35489 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring of Caja3 — Spain

Il-bażi legali

Royal Decree-Law No 24/2012

It-tip tal-miżura

għajnuna individwali

Cajatres Banco

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 1 177 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerio de Economía y Competitividad FROB. Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria

Paseo de la Castellana, 162

28071 Madrid

ESPAÑA

José Ortega y Gasset, 22 5o

28006 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.4.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35955 (13/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Danish short-term export-credit scheme 2013

Il-bażi legali

Act on Eksport Kredit Fonden: Legislative Order No 913 of 9 December 1999

Communication from the Commission to the Member States on the application of Articles 107 and 108 of the Treaty on the Functioning of the European Union to short-term export-credit insurance

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Oħrajn

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn, Garanzija

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

16.4.2013-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

EKF

Lautrupsgade 11, 4.

2100 København Ø

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 138/02

Fit-8 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6913. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/7


L-Erbatax-il Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti tas-SALW u l-Munizzjon tagħhom (2012/II)

2013/C 138/03

I.   INTRODUZZJONI

L-erbatax-il rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-SALW ikopri l-attivitajiet tal-UE matul it-tieni nofs tal-2012 (mill-1 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012). Ir-rapport tħejja mid-Dipartiment tas-SEAE għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm, f'kooperazzjoni ma' servizzi rilevanti oħra tas-SEAE u tal-Kummissjoni Ewropea. Matul il-perijodu ta' rappurtar, l-UE kompliet tippromwovi l-kwistjoni tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SALW) fil-fora kollha multilaterali u fid-djalogu politiku tagħha ma' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, bħall-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu. B'mod partikolari, l-UE ħadet sehem attiv fin-negozjati tan-NU ta' Lulju 2012 dwar Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, u f'Awwissu 2012it-Tieni Konferenza ta' Reviżjoni dwar il-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f'Armi Żgħar u Armamenti Ħfief fl-Aspetti Kollha Tiegħu. Matul il-perijodu, l-UE kompliet ukoll bl-implimentazzjoni ta' diversi proġetti marbuta mal-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW, u bdiet l-elaborazzjoni ta' inizjattivi ġodda li għandhom jiġu żviluppati aktar fix-xhur li ġejjin.

II.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA' AZZJONI LI JINSAB FL-ISTRATEĠIJA TAL-UE DWAR IS-SALW

II.1.   Multilateraliżmu effettiv għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi universali, reġjonali u nazzjonali kontra l-provvista u t-tixrid destabbilizzanti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom

(a)   Implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-2001 tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu

L-UE ħadet sehem attiv fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti li Tirrevedi l-Progress Magħmul fl-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (PoA), li kellu s-sessjoni tiegħu mis-27 ta' Awwissu sas-7 ta' Settembru 2012 fi New York.

Abbażi ta' Dokument ta' Ħidma tal-UE, li ġie adottat fil-livell tal-Kunsill u ppreżentat lill-Konferenza ta' Reviżjoni (disponibbli fi http://www.poa-iss.org/RevCon2/documents/), l-UE ħadet parti attiva fin-negozjati dwar dikjarazzjoni, dwar il-pjani ta' implimentazzjoni għall-PoA u l-Istrument ta' Traċċar Internazzjonali kif ukoll dwar il-pjan għal-laqgħat tal-PoA fis-sitt snin li ġejjin. L-UE laqgħet il-fatt lil-Konferenza ta' Reviżjoni rnexxielha tilħaq kunsens dwar dawn id-dokumenti ta' eżitu u hi konvinta li r-riżultati tal-Konferenza ser jgħinu lill-atturi rilevanti kollha biex isaħħu l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-PoA fil-futur.

Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill f'appoġġ tal-attivitajiet biex l-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet tad-Diżarm jimplimenta l-PoA (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428 PESK tat-18 ta' Lulju 2011), l-attivitajiet komplew itejbu s-Sistema ta' Appoġġ tal-Implimentazzjoni online (http://www.poa-iss.org), b'mod partikolari fir-rigward tal-għodda tat-“tqabbil tal-ħtiġijiet mar-riżorsi” sabiex tgħin il-koordinazzjoni tal-isforzi internazzjonali biex jimplimentaw il-PoA b'mod effettiv. Fl-14-15 ta' Awwissu 2012, f'Nairobi, seħħ seminar reġjonali dwar l-implimentazzjoni tal-PoA għas-subreġjuni tal-Afrika sabiex tiġi avvanzata l-implimentazzjoni tal-PoA fil-livell reġjonali u tingħata assistenza fit-tħejjijiet għat-Tieni Konferenza ta' Reviżjoni dwar il-PoA. Fis-seminar, ġie adottat dokument ta' eżitu abbażi ta' diskussjonijiet profondi dwar it-temi tal-abbozz ta' dokumenti ta' eżitu tal-Konferenza ta' Reviżjoni.

Ir-raggruppamenti subreġjonali li jikkonsistu minn Stati Membri tal-ECOWAS, ir-RECSA, is-SADC u l-ECCAS ukoll żviluppaw l-eżitu tagħhom stess dwar prijoritajiet subreġjonali li ġie anness għad-dokument prinċipali. Il-pjani għal laqgħa reġjonali mal-Lega tal-Istati Għarab dwar l-implimentazzjoni reġjonali tal-PoA u r-riżultati tat-Tieni Konferenza ta' Reviżjoni huma kurrenti.

(b)   Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

L-UE kompliet tagħti prijorità għolja lill-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) fit-tieni nofs tal-2012. Il-proċess tal-ATT laħaq stadju kruċjali bit-tlaqqigħ f'Lulju 2012 tal-Konferenza tan-NU b'mandat li tinnegozja t-Trattat.

Matul il-perijodu tal-2011 u l-2012, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha appoġġaw u pparteċipaw mill-qrib fil-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi mmexxi min-NU. Bi tħejjija għall-Konferenza tan-NU ta' Lulju 2012, sottogrupp dedikat tal-gruppi ta' ħidma COARM u CODUN iltaqa' regolarment biex jikkondividi l-fehmiet u jikkoordina l-pożizzjonijiet, b'hekk l-UE tkun tista' tkompli tibqa' attur attiv u viżibbli ħafna fil-proċess tal-ATT. Abbażi tal-pożizzjonijiet koordinati tal-UE, l-UE u l-Istati Membri tagħha ħadu parti attiva fin-negozjati f'Lulju 2012 u kellhom konsultazzjonijiet estensivi ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari pajjiżi maġġuri ta' manifatturar, esportazzjoni u importazzjoni tal-armi, u mal-President tal-Konferenza tan-NU.

Waqt li tirrikonoxxi li ntlaħaq progress sinifikanti fil-Konferenza tan-NU, l-UE jiddispjaċiha li ma seta' jintlaħaq l-ebda qbil dwar test finali tat-Trattat. Ser ikomplu jsiru sforzi kbar biex tinkiseb konklużjoni bikrija u b'suċċess tal-proċess ta' negozjar fil-konferenza finali tan-NU f'Marzu 2013, li ser ittemm in-negozjati abbażi tal-abbozz tat-Trattat tas-26 ta' Lulju 2012.

B'segwitu tat-tlestija tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/336/PESK tal-14 ta' Ġunju 2010, li tippromwovi l-proċess tal-ATT permezz tal-organizzazzjoni ta' serje ta' seminars reġjonali fid-dinja kollha, l-UE bdiet taħdem fuq it-tħejjija ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ġdida li għandha tiġi adottata kmieni fl-2013 u li għandha l-għan li tiffaċilita t-tħejjija fost l-Istati Membri tan-NU għall-Konferenza ta' Marzu 2013 u tippromwovi l-implimentazzjoni u l-universalizzazjoni tal-ATT ladarba jkun intlaħaq qbil.

(c)   Implimentazzjoni tal-Protokoll kontra l-Kriminalità Organizzata Transkonfinali (UNTOC) kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi tan-Nar tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti

Permezz tal-komponent fit-tul tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), proġett ta' tliet snin (Marzu 2011-Frar 2014) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' armi tan-nar billi jiġu promossi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Ammunizzjoni tagħhom, li jissumplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transkonfinali, kompla fit-tieni nofs tal-2012. L-ambitu ġeografiku tal-proġett jinkludi l-Afrika tal-Punent (il-Benin, il-Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, il-Mali, il-Mawritanja, is-Senegal, it-Togo), l-Amerika t'Isfel (l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Paragwaj, l-Urugwaj) u l-Karibew (il-Ġamajka). Ingħatat assistenza teknika dwar l-armonizzazzjoni u l-bini ta' kapaċità leġislattivi dwar il-ġestjoni tas-SALW f'konformità mal-għan li jiġu promossi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll tal-Armi tan-Nar fl-Amerika Latina, il-Karibew u l-Afrika tal-Punent. Il-proġett iqajjem ukoll sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tas-SALW biex f'dan il-qasam tissaħħaħ il-parteċipazzjoni u s-sorveljanza tas-soċjetà ċivili. L-attivitajiet previsti jinkludu t-twettiq ta' studju dwar it-traffikar transreġjonali ta' armi tan-nar li ser jipprovdi lill-pajjiżi msieħba b'evidenza li tappoġġa t-tfassil tal-politika. Il-proġett jiġi implimentat mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC).

Fil-qafas tal-komponent fit-tul tal-IfS, l-UE qed tipprovdi wkoll assistenza finanzjarja lill-Interpol għall-iżvilupp u l-applikazzjoni (roll out) ta' bażi ta' data għall-insegwiment u t-traċċar ta' armi tan-nar mitlufa/misruqa (iARMS) permezz tas-sistema I24/7 tal-Interpol.

L-applikazzjoni (roll out) pilota (2011-2012) iffukat fuq l-istess reġjuni bħall-proġett tal-UNODC u inkludiet ukoll pajjiżi Ewropej addizzjonali (ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, il-Portugall, Spanja). Il-proġett għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar ta' armi tan-nar billi jitjieb l-iskambju tal-informazzjoni transreġjonali dwar armi tan-nar illeċiti. Kuntratt għal tieni fażi tal-appoġġ fit-tul tal-IfS għas-sistema iARMS tal-Interpol ġie maqbul f'Diċembru 2012 biex jibda f'Jannar 2013 (2013-2014) meta tkun intemmet l-ewwel fażi ta' appoġġ. It-tieni fażi għandha l-għan li ssaħħaħ il-funzjonalità tas-sistema u li tagħmel l-iARMS disponibbli għall-190 membru kollha tal-INTERPOL. Il-proġett jipprevedi wkoll servizzi relatati ta' bini ta' kapaċità, taħriġ u intelliġence kriminali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità relatata mal-armi tan-nar.

(d)   Kontrolli fuq l-esportazzjoni

B'segwitu tat-tlestija tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1012/PESK, fl-ewwel nofs tal-2012, twettqet valutazzjoni dettaljata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-impatt tagħha, bil-ħsieb tal-iżvilupp ta' serje ġdida ta' attivitajiet esterni u ta' assistenza. Dan il-proċess wassal għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK li tipprevedi serje ġdida ta' attivitajiet f'appoġġ ta' pajjiżi terzi, inklużi seminars reġjonali, żjajar ta' studju, skambji ta' persunal, u assistenza individwali. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tibda kmieni fl-2013.

(e)   Kummerċ illeċitu ta' SALW bl-ajru

Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/765/PESK dwar l-azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ SALW bl-ajru, li kellha l-għan li ttejjeb l-għodda u t-teknika għall-atturi internazzjonali u nazzjonali biex iwettqu kontrolli effettivi u mmirati fuq inġenji tal-ajru suspettużi li x'aktarx ikunu involuti f'kummerċ illeċitu ta' SALW, l-implimentazzjoni tal-proġett mill-Istitut Internazzjonali ta' Riċerka dwar il-Paċi ta' Stokkolma (SIPRI) tkompliet sat-30 ta' Diċembru 2012.

Seminar ta' esperti b'fokus fuq is-sanzjonijiet tan-NU u t-traffikar bl-ajru seħħ fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York fit-28 u d-29 ta' Awwissu 2012. L-avveniment laqqa' flimkien madwar 100 espert fl-oqsma tal-monitoraġġ tas-sanzjonijiet, l-avjazzjoni ċivili, iż-żamma tal-paċi, il-ġestjoni tal-kriżijiet, id-diżarm, l-intelligence tal-avjazzoni, il-proliferazzjoni, il-kontroll tal-esportazzjoni, id-difiża, l-infurzar tal-liġi, id-dwana u s-sigurtà. Seminar ta' esperti ieħor b'fokus fuq it-traffikar bl-ajru u ż-żamma tal-paċi seħħ f'Addis Ababa, fl-Etjopja fit-30 u l-31 ta' Ottubru 2012 bil-parteċipazzjoni ta' esperti internazzjonali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll rappreżentanti mill-Unjoni Afrikana (UA), organizzazzjonijiet reġjonali oħra u Stati miż-żoni milquta. Iż-żewġ seminars għenu biex jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki fil-qasam tal-kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni, għodod u tekniki għall-monitoraġġ aħjar u l-identifikazzjoni tal-atturi ta' merkanzija bl-ajru li jiddestabbilizzaw il-flussi ta' prodotti bażiċi kif ukoll il-monitoraġġ tas-sanzjonijiet u t-tekniki ta' investigazzjoni tat-traffikar fl-ambjenti taż-żamma tal-paċi. Ir-rakkomandazzjonijiet mis-serje ta' seminars ta' esperti inkludew il-provista lill-Gruppi jew Panels ta' Esperti li jappoġġaw il-ħidma tal-Kumitat għas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti b'għodod u riżorsi aktar permanenti.

Is-software u l-bażijiet tad-data tas-Sistema ta' Valutazzjoni tal-Monitoraġġ tal-Iġenji tal-Ajru ġew aġġornati biex jirriflettu s-sitwazzjoni ta' theddid marbuta mal-livelli dejjem jiżdiedu tal-konflitti fis-Saħel u s-Sirja lejn tmiem il-perijodu ta' implimentazzjoni tal-proġetti. Fl-aħħar nett, manwal dwar it-traffikar tal-armi permezz tal-identifikazzjoni bl-ajru ġie ppubblikat u mqassam matul il-laqgħat ta' informazzjoni u l-avvenimenti li saru fl-aħħar nofs tal-2012.

II.2.   Is-SALW fil-qafas ta' djalogu politiku ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, klawsoli tas-SALW

Kwistjonijiet tas-SALW ġew inklużi fl-aġenda ta' għadd ta' djalogi politiċi regolari tal-UE ma' pajjiżi terzi u fil-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet reġjonali. Laqgħat ta' djalogu politiku dwar kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi ġew organizzati fil-livell ta' Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill mar-Repubblika tal-Korea (Vjenna, it-18 ta' Settembru 2012) u l-Ukraina (Brussell, is-6 ta' Novembru 2012) u fuq bażi regolari saru konsultazzjonijiet informali ma' inter alia l-Indja, il-Ġappun, l-Afrika t'Isfel u pajjiżi oħra. Djalogu bejn l-UE-27 u l-Istati Uniti tal-Amerika li jkopri s-suġġetti importanti kollha tal-aġenda ta' nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi sar fi Brussell fis-17 ta' Diċembru 2012.

F'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni ta' element ta' SALW fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi adottati f'Diċembru 2008, attwalment qed jiġu diskussi elementi ta' SALW mal-Afganistan, l-Awstralja, il-Brunej, il-Kanada, il-Kazakistan, il-Malasja, il-Mercosur, New Zealand u s-Singapor għall-inklużjoni fil-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-UE.

II.3.   Assistenza speċifika tal-UE għal proġetti għal Pajjiżi Terzi u Organizzazzjonijiet Reġjonali

(a)   Balkani tal-Punent

I.

L-UE kompliet tiffinanzja l-isforzi ta' demilitarizzazzjoni fil-qasam tas-SALW, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/179/PESK f'appoġġ għall-attivtajiet tas-SEESAC fil-Balkani tal-Punent, li ġiet adottata f'Marzu 2010. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill twasslet għal konklużjoni b'suċċess permezz tat-tlestija tal-attivitajiet pendenti marbuta mat-titjib tal-ġestjoni tal-ħażniet u d-distruzzjoni tal-armi żejda fil-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kroazja u s-Serbja.

Fil-Bosnja u Ħerzegovina, it-tqegħid mill-ġdid tal-bibien f'erba' siti tas-SALW u ta' ħżin ta' munizzjoni tlesta b'suċċess f'Diċembru 2012. Total ta' 41 bieb inbidlu, b'hekk ġie assigurat l-aċċess għall-ħażniet. Flimkien mat-titjib għall-provedimenti ta' sigurtà tad-depot ċentrali tas-SALW u l-munizzjon tal-Ministeru tal-Intern Kroat (MURAT) u t-titjib tal-infrastruttura tas-sigurtà għall-ħżin tal-munizzjoni ta' Taras tal-Ministeru tad-Difiża tal-Montenegro, it-titjib irriżulta f'żieda sinifikanti fis-sigurtà tal-ħażniet fil-Balkani tal-Punent. It-titjib fl-infrastruttura kien ikkumplimentat bi żvilupp tal-kapaċità tal-ġestjoni tal-ħażniet permezz tat-tfassil u t-twettiq ta' kors ta' taħriġ komprensiv bi 3 moduli. Total ta' 58 persunal ta' livell operattiv mill-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Montenegro, is-Serbja u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tħarrġu fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-postijiet tal-ħażniet; il-ġestjoni tal-inventarju u l-proċeduri tal-kontabbiltà; u t-termini tekniċi tal-faċilitajiet tal-ħażniet u t-trasportazzjoni tas-SALW u l-munizzjoni assoċjata.

Il-ħażniet żejda tas-SALW miżmuma mill-Ministeri tal-Intern fil-Kroazja u s-Serbja tnaqqsu b'mod sinifikanti b'distruzzjoni ta' 78 205 arma. Fil-Kroazja, id-distruzzjoni ta' 4 620 SALW fil-perijodu Lulju-Diċembru 2012 wassal it-total distrutt taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill għal 32 920, b'hekk għadda n-numru mmirat b'2 982 arma. Fis-Serbja, id-distruzzjoni ta' 17 000 SALW f'Diċembru 2012 wassal in-numru totali ta' armi distrutti taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill għal 45 285. Fil-Kroazja, il-kampanja ta' sensibilizzazzjoni, li ntemmet f'Diċembru 2011, irriżultat fil-ġbir ta' 186 biċċa oħra ta' armi awtomatiċi illeċiti; 1 539 biċċa ta' armi ta' frammentazzjoni illeċiti; 201 biċċiet ta' armi legali; 679 463 biċċa ta' munizzjon u 96,79 kg ta' esplożivi matul l-ewwel xhur tal-2012.

Fit-termini ta' mmarkar u traċċar, titjib fis-software saħħaħ is-sistema ta' reġistrazzjoni u identifikazzjoni nazzjonali tal-armi f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslva tal-Maċedonja, li b'hekk saret kompletament funzjonali. Sistema ġdida ta' reġistrazzjoni elettronika tal-armi tfasslet u ġiet introdotta fil-Montenegro.

Inġenerali, l-attivitajiet taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill avvanzaw b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW fil-Balkani tal-Punent.

II.

L-UE qed tikkunsidra wkoll programm ta' segwitu biex permezz tal-komponent fil-qosor tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), ikompli jitjiebu il-perspettivi tas-sigurtà, is-sikurezza u l-iżvilupp għall-individwi u l-komunitajiet lokali li jkunu affettwat mill-isplużjonijiet inċidentali fis-siti tal-ħżin ta' munizzjoni fil-Bosnja u Ħerzegovina. Il-proġett implimentat tal-UNDP ser jikkonsisti f'kombinazzjoni tad-distruzzjoni ta' munizzjoni instabbli u ferm perikoluża u t-titjib fl-istandards ta' sigurtà tad-depots tal-ħżin ta' munizzjoni. Il-programm ser jipprovdi wkoll assistenza biex jitjiebu l-mekkaniżmi ta' spezzjoni u verifika ta' munizzjoni tal-Gvern tal-BiH u jissaħħu l-għarfien espert legali u amministrattiv u l-prattika tajba fl-awtoritajiet.

(b)   Reġjun tal-OSKE

F'Ottubru 2012, l-UE adottat Deċiżjoni tal-Kunsill b'appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqsu r-riskju tal-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW fir-reġjun tal-OSKE (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK). Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser twassal fost oħrajn, għal titjib tas-sigurtà tas-siti tal-ħażniet tas-SALW fil-Bjelorussja u l-Kirgiżistan, il-qerda tas-SALW żejda f'dawn iż-żewġ pajjiżi biex tiġi evitata d-devjazzjoni tagħhom lejn il-kummerċ illeċitu, u l-introduzzjoni ta' applikazzjoni ta' ġestjoni tal-inventarju tas-SALW biex jitjiebu l-ħażniet, iż-żamma ta' reġistri u t-traċċar tas-SALW f'diversi Stati tal-OSKE.

(c)   Afrika

I.

Fit-tieni nofs tal-2012, bdew l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/121/PESK f'appoġġ tal-attivitajiet biex jiġi promoss id-djalogu UE-Ċina-Afrika u l-kooperazzjoni dwar kontrolli tal-armi konvenzjonali. L-ewwel laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma ta' Esperti dwar l-Afrika-UE-Ċina saret fi Brussell fit-13 ta' Novembru 2012 u kienet segwita b'seminar tal-ATT fejn attendew il-membri tal-Grupp ta' Ħidma ta' Esperti, uffiċjali, akkademiċi u gruppi ta' esperti ta' riflessjoni mill-Afrika, iċ-Ċina u l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE fl-14 ta' Novembru 2012. Iż-żewġ avvenimenti ppermettew żieda fil-fehim reċiproku bejn l-interlokutori Afrikani, Ewropej u Ċiniżi dwar pożizzjonijiet rispettivi fil-proċess tal-ATT u dwar kwistjonijiet ta' armi konvenzjonali inġenerali. L-ewwel laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma ta' Esperti adotta wkoll pjan ta' ħidma għas-sitt xhur li ġejjin li ser jinkludi aktar avvenimenti ta' assistenza dwar l-ATT fiċ-Ċina u l-Afrika u l-istabbiliment ta' Ċentru ta' Riċerka konġunt bejn l-Afrika-UE-Ċina dwar l-armi konvenzjonali.

II.

Fil-qafas tal-komponent fit-tul tal-Istrument għall-Istabbiltà, l-UE kompliet bl-implimentazzjoni ta' proġett b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u l-kummerċ illeċiti ta' armi tan-nar u munizzjon fl-Afrika, permezz taċ-Ċentru Reġjonali għall-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (RECSA) li jinsab f'Najrobi. Dan il-proġett jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-komponent tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE. L-attivitajiet prinċipali jinkludu t-tisħiħ istituzzjonali ta' pajjiżi mmirati u r- RECSA, il-promozzjoni tal-ġestjoni effettiva tas-SALW (l-immarkar ta' armi, iż-żamma ta' rekords, il-ġestjoni u d-distruzzjoni ta' ħażniet) u l-ġenerazzjoni ta' informazzjoni dwar is-SALW.

L-appoġġ attwali għar-RECSA ser jintemm f'Ġunju 2013 wara t-tlestija ta' studju li jeżamina l-livell tal-implimentazzjoni tal-impenji tas-SALW reġjonali u internazzjonali tal-pajjiżi Sub-Saħarjani. It-tieni fażi tal-appoġġ tal-UE għar-RECSA ġie maqbul f'Diċembru 2012 u ser jibda f'Lulju 2013 kif jitlesta l-proġett attwali.

III.

Barra minn hekk, il-kwistjoni tat-tixrid illeċitu tas-SALW ġewwa u mil-Libja ġie diskuss f'serje ta' laqgħat f'diversi livelli u l-UE qed tħejji Deċiżjoni tal-Kunsill biex tappoġġa l-isforzi f'dan ir-rigward. F'Settembru 2012, proġett konġunt mid-DanChurchAid (DCA) u d-Danish Refugee Council (DRC), li hu ffinanzjat mill-komponent fil-qosor tal-Istrument għall-Istabbiltà, diġà beda billi qed jipprovdi edukazzjoni dwar ir-riskju tas-SALW lill-popolazzjoni ċivili fil-Libja biex jgħin fit-tnaqqis tan-numru ta' aċċidenti marbuta mas-SALW, u l-preżenza viżwali tagħhom. Id-DCA permezz tal-linji ta' politika tal-awtoritajiet lokali ser jippromwovi wkoll il-ġestjoni sikura tas-SALW biex tiġi evitata l-vjolenza bl-armi.

IV.

Żewġ proġetti oħra fl-Istati Afrikani li t-tnejn huma ffinanzjati mill-komponent fil-qosor tal-Istrument għall-Istabbiltà, jappoġġaw l-assistenza (1) għall-Gvern tas-Sudan t'Isfel dwar il-kontrolli tal-armi, b'mod partikolari permezz tal-miżuri ta' bini ta' kapaċità mmirati li b'mod paċifiku jitnaqqas in-numru ta' SALW mhux ikkontrollati f'idejn iċ-ċivili fis-Sudan t'Isfel; u (2) għall-Gvern tan-Niġer fl-implimentazzjoni effettiva tal-impenji tiegħu mill-Konvenzjoni tal-ECOWAS dwar is-SALW u l-PoA tan-NU. Iż-żewġ proġetti qed jiġu implimentati mill-UNDP.

(d)   Amerika Ċentrali

L-UE kompliet bl-implimentazzjoni ta' proġett li jappoġġa l-Programm għall-Kontroll tal-Armi Ħfif u ta' Kalibru Żgħir tal-Amerika Ċentrali (CASAC). Permezz tal-komponent fit-tul tal-Istrument għall-Istabbiltà, il-proġett, li preċedentement kien implimentat mill-UNDP, daħal fit-tieni fażi tiegħu ta' appoġġ f'Settembru 2012 bil-Kummissjoni ta' Sigurtà tas-Sistema ta' Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (SICA) bħala l-imsieħeb implimentattiv tagħha. Il-kontribut tal-proġett tal-UE għall-inizjattiva tal-CASAC għandu l-għan li tiġi stabbilita l-fundazzjoni għal struttura reġjonali u strateġija fit-tul għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi fl-Amerika Ċentrali, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali.

Il-proġett hu implimentat fl-Amerika Ċentrali u l-pajjiżi ġirien, inkluż ir-reġjun tal-Karibew (b'fokus partikolari fuq il-Beliże, il-Gwatemala, El Salvador, il-Ħonduras, in-Nikaragwa, il-Kosta Rika u l-Panama). L-attivitajiet prinċipali jinkludu kampanji u konferenzi reġjonali u nazzjonali għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni nazzjonali u s-sistemi ta' reġistrar, u proġetti transkonfinali kif ukoll taħriġ f'diversi oqsma.

Barra minn hekk, il-komponent fil-qosor tal-Istrument għall-Istabbiltà qed jappoġġa wkoll l-Instituto de Enseñanza para el Desarrollo Sostenible fl-implimentazzjoni tal-partijiet relatati tas-SALW tal-Istrateġija ta' Sigurtà tal-Amerika Ċentrali.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2013

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2013/C 138/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta' Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-17 ta' Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta' Tmexxija, inkluż wieħed mid-Danimarka.

(3)

Il-Gvern Daniż informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Daniż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Peter ØSTERGÅRD HAVE ta' nazzjonalità Daniża, imwieled fit-13 ta' Diċembru 1976, huwa b'dan maħtur membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Eskil Toft THUESEN għall-perijodu mit-13 ta' Mejju 2013 sal-31 ta' Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2013

li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2013/C 138/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta' sustanzi kimiċi filwaqt li jkun żgurat ukoll li l-kompetenza rilevanti tkun disponibbli fost il-membri tal-bord fl-oqsma ta' affarijiet ġenerali, finanzjarji u dawk legali.

(3)

It-tul ta' żmien tal-mandat għandu jkun ta' erba' snin. Għandu jkun possibbli li l-mandat jiġġedded darba.

(4)

B’Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija.

(5)

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija maħturin mir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja nħatru kollha għal perijodu li jispiċċa fil-31 ta' Mejju 2013. Għalhekk, Membri tal-Bord ta' Tmexxija minn dawn l-Istati Membri għandhom jiġu nominati u maħturin għal perijodu li jibda fl-1 ta' Ġunju 2013 u jibqa' għaddej sal-31 ta' Mejju 2017.

(6)

Mid-Deċiżjoni tad-7 ta' Ġunju 'l hawn, mill-membri maħtura għall-perijodu li jtemm fil-31 ta’ Mejju 2013, il-membri Franċiżi (3), Ungeriżi (4), Olandiżi (5), Sloveni (6), Finlandiżi (7), u Svediżi (8) tal-Bord ta’ Tmexxija ġew sostitwiti.

(7)

Il-Kunsill irċieva n-nominazzjonjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-persuni segwenti, għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2017 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

Is-Sur Karel BLÁHA, Ċek, 20 ta’ Diċembru 1953,

Is-Sinjura Ana FRESNO RUIZ, Spanjola, 31 ta’ Jannar 1952,

Is-Sur Martin LYNCH, Irlandiż, 13 ta’ Awwissu 1946,

Is-Sinjura Catherine MIR, Franċiża, 20 ta’ Frar 1955,

Is-Sur Antonello LAPALORCIA, Taljan, 13 ta’ Ġunju 1952,

Is-Sur Johannes Karel Barend Henri KWISTHOUT, Olandiż, 6 ta’ Ġunju 1964,

Is-Sur Thomas JAKL, Awstrijak, 13 ta’ Ġunju 1965,

Is-Sinjura Simona FAJFAR, Slovena, 17 ta’ Novembru 1970,

Is-Sinjura Pirkko Liisa KIVELÄ, Finlandiża, 23 ta’ Ottubru 1953,

Is-Sinjura Nina CROMNIER, Svediża, 14 ta’ Ottubru 1966.

Artikolu 2

Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2017 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

Is-Sur Paul RASQUÉ, Lussemburgiż, 8 ta’ Lulju 1981,

Is-Sinjura Ms Krisztina BIRÓ, Ungeriż, 5 ta’ April 1971.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 178, 31.7.2009, p. 12.

(4)  ĠU C 288, 25.9.2012, p. 4.

(5)  ĠU C 178, 31.7.2009, p. 13.

(6)  ĠU C 326, 3.12.2010, p. 4.

(7)  ĠU C 320, 16.12.2008, p. 4.

(8)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/16


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/219/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

2013/C 138/06

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/219/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2013 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' dik ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

Fis-16 u t-22 ta' April 2013, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda u aġġorna l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room TB-08045D

United Nations

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax +1 2129631300 / 3778

Posta elettronika: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/1988/index.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni nominati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C — Unit 1C (Horizontal Issues)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 133, 17.5.2013, p. 22.

(2)  ĠU L 133, 17.5.2013, p. 1.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/18


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

2013/C 138/07

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK (1) u fl-Anness IA għar-Regolament (KE) 560/2005 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire.

Wara rieżami tal-listi ta' persuni li jidhru fl-Annessi ta' hawn fuq, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni, jekk hija ġġustifikata, biex jużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew għal pagamenti speċifiċi (cf. l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Marzu 2014, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fuq il-lista msemmija għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG C — Unit 1C (Horizontal Issues)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-possibiltà għal kull persuna kkonċernata li tikkuntesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba' u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/19


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Mejju 2013

2013/C 138/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2890

JPY

Yen Ġappuniż

132,15

DKK

Krona Daniża

7,4529

GBP

Lira Sterlina

0,84550

SEK

Krona Żvediża

8,5893

CHF

Frank Żvizzeru

1,2444

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5360

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,980

HUF

Forint Ungeriż

290,51

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6992

PLN

Zloty Pollakk

4,1827

RON

Leu Rumen

4,3342

TRY

Lira Turka

2,3591

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3120

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3140

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0069

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5796

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6150

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 441,84

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,0720

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9263

HRK

Kuna Kroata

7,5695

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 578,24

MYR

Ringgit Malażjan

3,8818

PHP

Peso Filippin

53,231

RUB

Rouble Russu

40,4550

THB

Baht Tajlandiż

38,412

BRL

Real Brażiljan

2,6151

MXN

Peso Messikan

15,8096

INR

Rupi Indjan

70,6050


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/20


Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-kariga ta’ membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

2013/C 138/09

Dawk kollha interessati li jokkupaw il-karigi ta’ 7 minn 14-il membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel stabbilita mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1) huma mistiedna japplikaw. Is-sede tal-Awtorità tinsab f’Parma, l-Italja.

L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) hija l-element ċentrali tas-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-evalwazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf. L-Awtorità kienet stabbilita biex tipprovdi pariri u appoġġ xjentifiku għal-leġiżlazzjoni u għall-politiki tal-Unjoni fl-oqsma kollha li jista' jkollhom impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet li jorbtu mill-qrib ma' dan fil-qasam tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Hija tipprovdi informazzjoni indipendenti dwar dawn il-kwistjonijiet u tiżgura l-komunikazzjoni dwar ir-riskji. Il-missjoni tagħha tinkludi wkoll l-għoti ta' pariri xjentifiċi f'ħafna oqsma tal-liġi tal-ikel u l-għalf u kull meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni titlob hekk, inklużi teknoloġiji ġodda bħall-organiżmi ġenetikament modifikati. L-Awtorità hija rikonoxxuta b'mod wiesa' bħala r-referenza aċċettata, bis-saħħa tal-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika tal-opinjonijiet u l-informazzjoni pubblika tagħha, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u d-diliġenza fil-qadi tar-responsabbiltajiet li bihom ġiet fdata. Minbarra li għandha l-istaff speċjalizzat tagħha, l-Awtorità hija appoġġjata minn netwerks ta’ organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell tal-UE.

Il-qafas ġuridiku

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi hawn fuq, “il-membri tal-Bord għandhom jinħatru b’dak il-mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ ħila relevanti u, konsistenti ma’ dawn, l-akbar tqassim wiesa’ ġeografiku possibbli fl-Unjoni”. Barra minn hekk, erbgħa mill-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni “għandhom ikunu ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina tal-ikel”.

Barra minn hekk, il-Premessa 40 tar-Regolament imsemmi hawn fuq tistipula li “Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli” u l-Premessa 41 tiddikjara li “il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jinħatar b’dak il-mod li jiżgura l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ kompetenza relevanti, pereżempju fl-immaniġġar u l-amministrazzjoni pubblika, u tqassim ġeografiku l-aktar wiesa’ possibbli fl-Unjoni. Dan għandu jiġi ffaċilitat bir-rotazzjoni tal-pajjiżi differenti ta’ oriġini tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni mingħajr ma xi post ikun riżervat għal xi ċittadini ta’ xi Stat Membru speċifiku.”

Ir-rwol u t-tħaddim tal-Bord tal-Amministrazzjoni

Ir-responsabbilitajiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni jinkludu, b’mod partikolari:

il-monitoraġġ ġenerali tax-xogħol tal-Awtorità, biex jiġi żgurat li qed twettaq il-missjoni tagħha u l-ħidmiet mogħtija lilha skont il-mandat tagħha, fi spirtu ta' indipendenza u trasparenza;

il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati stabbilita mill-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, ir-revoka tal-ħatra;

il-ħatra ta’ membri tal-Kumitat Xjentifiku u l-Gruppi Xjentifiċi, li jkunu responsabbli biex jipprovdu l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità;

l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Awtorità u r-rapport ġenerali rigward l-attivitajiet annwali;

l-adozzjoni tar-regoli interni u finanzjarji tal-Awtorità.

Il-Bord jaħdem permezz ta’ laqgħat uffiċjali, seduti privati, kuntatti informali bejn il-membri u l-iskambju ta' korrispondenza. Id-dokumenti tal-EFSA, il-korrispondenza tal-Bord u s-seduti privati jew informali huma bl-Ingliż. Jekk il-Membri jkunu jeħtiġuha, l-interpretazzjoni tiġi żgurata waqt is-seduti formali. Il-Bord jiltaqa' bejn erbgħa u sitt darbiet fis-sena, l-iktar f'Parma.

Il-kompożizzjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni:

Il-Bord tal-Amministrazzjoni huwa magħmul minn 14-il membru u rappreżentant tal-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (2). Erbgħa mill-membri għandu jkollhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari. Il-mandat ta’ 7 membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni attwali jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/C 171/05 (3). Il-mandat għas-seba' membri l-oħra se jintemm fit-30 ta' Ġunju 2016, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/C 192/01 (4).

Il-lista tal-membri preżenti tal-Bord tingħata fis-sit tal-Internet tal-EFSA http://www.efsa.europa.eu/en/mb/mbmembers.htm

Din il-pubblikazzjoni tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' dawk is-seba' membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li l-mandat tagħhom jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014.

Il-kwalifiki għall-kariga u l-kriterji tal-għażla

Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jkollhom l-ogħla standards ta’ kompetenza, li jkopru firxa wiesgħa ta’ għarfien espert relevanti u impenn biex jaħdmu b’mod indipendenti.

Għal dan il-għan, l-applikanti huma meħtieġa li jimlew formola tal-applikazzjoni u formola tad-dikjarazzjoni tal-interess li jinkludu l-impenji speċifiċi u d-dikjarazzjonijiet magħmula fuq il-kelma tagħhom li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mis-sejħa jekk ma jkunux iffirmati (ara l-annessi). Ladarba maħtura mill-Kunsill, huma jridu jagħmlu dikjarazzjoni tal-interess annwali bil-miktub u jiddikjaraw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Amministrazzjoni kwalunkwe interess li jista’ jkun ikkunsidrat bħala preġudizzjarju għall-indipendenza tagħhom fir-rigward tas-suġġetti fuq l-aġenda.

L-għan tal-formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Interess hu li turi l-kapaċità tal-kandidat li jeżerċita l-funzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA skont ir-regoli interni tal-EFSA dwar l-indipendenza (http://www.efsa.europa.eu/en/values/independence.htm) u l-Kodiċi tal-Kondotta tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA (http://www.efsa.europa.eu/en/efsawho/mb.htm). Dawn ir-regoli jistipulaw li l-membri tal-Bord ma għandhomx ikunu involuti fi kwalunkwe attività li tista’ tirriżulta f’kunflitt tal-interess jew li x'aktarx tipprovoka l-perċezzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fost il-pubbliku ġenerali.

Is-sitwazzjoni partikolari ta’ kandidat li japplika bħala membru li jkun ġej minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari se tiġi kkunsidrata. Ara t-taqsima hawn taħt intitolata: “Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari”.

Biex jikkwalifikaw għall-kariga, il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE u jridu juru:

(1)

li jkollhom mill-anqas 15-il sena esperjenza f’wieħed jew aktar mill-5 oqsma ta’ kompetenza elenkati hawn taħt, inkluż mill-anqas 5 snin f’livell għoli:

provvista ta’ parir xjentifiku indipendenti u appoġġ xjentifiku u tekniku għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel u l-għalf;

maniġment u amministrazzjoni pubblika (inkluż ir-riżorsi umani, l-aspetti legali u finanzjarji);

żvilupp ta’ politiki li jiżguraw l-integrità, l-indipendenza, it-trasparenza, il-prattiki etiċi u l-parir ta’ kwalità xjentifiku għoli filwaqt li tinżamm l-affidabbiltà mal-partijiet interessati;

komunikazzjoni u informazzjoni effettivi lill-pubbliku dwar ix-xogħol xjentifiku;

żgurar tal-koerenza neċessarja bejn: il-valutazzjoni tar-riskju, il-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet tal-komunikazzjoni tar-riskju;

(2)

li jkollhom mill-anqas ħames snin esperjenza miksuba minn xogħol b’konnessjoni mas-sikurezza tal-ikel u l-għalf, jew oqsma oħra relatati mal-missjoni tal-Awtorità, notevolment fil-qasam tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa tal-pjanti u n-nutrizzjoni;

(3)

il-kapaċità tagħhom li jaħdmu f’ambjent ikkaratterizzat minn għadd ta' lingwi, kulturi u dixxipplini differenti;

(4)

l-impenn tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti:

Huma mistennija li josservaw l-ogħla standard ta’ mġiba etika, jaġixxu b’mod onest, indipendenti, imparzjali, b’diskrezzjoni u mingħajr interess personali, u jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess personali;

Il-kriterji li ġejjin se japplikaw għall-evalwazzjoni tal-kandidati, li se jkunu vvalutati fuq il-bażi ta’ eżami komparattiv tal-merti, u fuq l-impenn tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti:

kompetenza u kapaċità li jikkontribwixxu b’mod effettiv għal wieħed jew aktar mill-oqsma ta’ kompetenza msemmija hawn fuq;

kompetenza fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf, jew oqsma oħra relatati mal-missjoni tal-Awtorità;

kapaċità li jaħdmu f’ambjent ikkaratterizzat minn għadd ta' lingwi, kulturi u dixxipplini differenti.

Il-lista qasira ta’ kandidati se tkun eżaminata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti li ġejjin għall-kompożizzjoni tal-Bord:

kompetenza kollettiva tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni bbilanċjata b’mod tajjeb;

distribuzzjoni ġeografika wiesgħa bl-aktar mod possibbli bbażata fuq ir-rotazzjoni tan-nazzjonalitajiet differenti tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni.

Għal dan il-għan għandu jiġi nnutat li l-membri li l-mandat tagħhom jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2014 u fit-30 ta’ Ġunju 2016 rispettivament, diġà jinkludu membri ta’ nazzjonalità mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Isvezja u r-Renju Unit.Sal-lum il-ġurnata, il-Bord ma inkludiex membri ta’ nazzjonalità mill-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u Malta.

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord/Ir-rimborż u indennizzi

Il-membri jeħtiġilhom jimpenjaw irwieħhom li jieħdu sehem assidwu fil-laqgħat tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Huma mistiedna li, fil-formola tal-applikazzjoni, jindikaw id-disponibbilità tagħhom li jieħdu sehem attiv fil-Bord tal-Amministrazzjoni. Huwa stmat li l-Bord tal-Amministrazzjoni jitlaqqa’ minn erbgħa sa sitt darbiet fis-sena. Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni ma jitħallsux ta' xogħolhom. Madankollu, jingħataw rifużjonijiet tal-ispejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ tagħhom. Barra minn hekk, jistgħu jirċievu ħlasijiet kumpensatorji għal kull jum tal-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA, li jipprovdi li “il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni, ħlief ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u l-impjegati ta' istituzzjonijiet jew organizzazzjonjiet pubbliċi nazzjonali, jirċievu ħlas kumpensatorju ta' EUR 385 għal kull jum għal kull laqgħa tal-Bord tal-Amministrazzjoni li jieħdu sehem fiha”.

Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari

Il-kandidati huma mitluba li fl-applikazzjoni tagħhom jindikaw u jiġġustifikaw jekk jixtiqux jiġu kkunsidrati bħala membru wieħed mill-erba' Membri tal-Bord li jkollhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-esperjenza tagħhom f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari.

Il-ħatra u l-mandat tal-kariga

Minbarra r-rappreżentant tal-Kummissjoni, li jinħatar mill-Kummissjoni nnifisha, il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni jintgħażlu mill-Kunsill, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, mil-lista stabbilita mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin u jista' jiġġedded darba. L-applikanti għandhom jinnotaw li l-lista tal-Kummissjoni se tkun disponibbli għall-pubbliku u li għandhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni ta’ isimhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fid-dikjarazzjoni tal-privatezza speċifika għal din is-Sejħa (ara t-taqsima hawn taħt bit-titolu “Protezzjoni tad-dejta personali”). L-eżerċitar ta' dan id-dritt mhux se jippreġudika l-applikazzjoni tal-kandidat. L-individwi li ma jinħatrux, minkejja li isimhom jidher fil-lista tal-Kummissjoni, jistgħu jiġu mistiedna jitniżżlu f'lista ta’ riżervi biex tintuża fil-każ li jkun hemm bżonn li jiġu ssostitwiti xi membri li ma jkunux fil-qagħda li jtemmu l-mandat tagħhom.

Opportunitajiet Indaqs

Se tingħata attenzjoni kbira biex tiġi evitata kull għamla ta' diskriminazzjoni u l-applikazzjonijiet min-nisa huma mħeġġa.

Il-proċedura tal-applikazzjoni u d-data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt; inkella ma jitqisux:

(1)

Il-persuni interessati għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni u l-formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi hawn taħt; it-tnejn li huma jistgħu jitniżżlu biex jimtlew fuq il-kompjuter mis-sit tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

Wara li jimtlew, il-formola tal-applikazzjoni u l-formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi għandhom jiġu stampati (jekk tintuża l-verżjoni fuq il-kompjuter), iffirmati u mogħtija data mill-applikant.

(2)

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

il-formola tal-applikazzjoni, mimlija kif meħtieġ (u ffirmata);

(b)

il-formola mimlija tad-dikjarazzjoni tal-interessi (iffirmata);

(c)

CV b’minimu ta’ paġna u nofs tul u massimu ta’ tliet paġni.

(3)

Il-formola tal-applikazzjoni, il-formola tad-dikjarazzjoni ta' interess, is-CV, u kull dokument ta' sostenn għandhom jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, ikun apprezzat, mingħajr ma jkun obbligatorju, jekk ikun ipprovdut sommarju tal-esperjenza u informazzjoni oħra pertinenti bl-Ingliż sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għażla. Il-kandidati kollha jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Id-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu aktar tard, jekk jintalbu.

(4)

Id-data tal-għeluq finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija t-12 ta’ Lulju 2013.

(5)

L-applikazzjoni kompleta għandha tintbagħat:

(a)

jew bil-posta jew b'servizz tal-kurjer, mhux iktar tard mit-12 ta’ Lulju 2013, u f’dan il-każ l-evidenza tad-data meta ntbagħtet tkun it-timbru postali jew id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu, lill-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Health and Consumers

Unit 03

For the attention of Mr R. VANHOORDE (Application for the EFSA Management Board)

Office F-101 (Tour) 04/168

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(b)

jew titwassal bl-idejn fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Health and Consumers

Unit 03

For the attention of Mr R. VANHOORDE (Application for the EFSA Management Board)

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

mhux iktar tard mill-16.00 tat-12 ta’ Lulju 2013. Fil-każ ta' (b), għandha tinkiseb irċevuta bħala prova tal-preżentazzjoni, iffirmata u bid-data mill-uffiċjal fid-dipartiment ċentrali tal-posta tal-Kummissjoni li jkun ħa l-applikazzjoni. Id-dipartiment huwa miftuħ mit-08.00 sal-17.00 mit-Tnejn sal-Ħamis, u mit-08.00 sal-16.00 nhar ta’ Ġimgħa. Ikun magħluq is-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-btajjel tal-Kummissjoni.

La l-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta elettronika u bil-faks u lanqas dawk mibgħuta direttament lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel ma jiġu aċċettati.

(6)

Bl-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jkunu qegħdin jaċċettaw il-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f'din is-Sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom. Meta jagħmlu l-applikazzjonijiet tagħhom, il-kandidati ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jirreferu għal dokumenti ta’ kwalunkwe tip ippreżentati f'applikazzjonijiet preċedenti (pereżempju: fotokopji ta' applikazzjonijiet preċedenti ma jiġux aċċettati). Kwalunkwe dikjarazzjoni falza li ssir fl-għoti tal-informazzjoni mitluba tista' twassal għall-esklużjoni tal-kandidat minn din is-sejħa.

(7)

Il-kandidati kollha li japplikaw għal din is-sejħa għall-espressjonijiet ta' interess jiġu infurmati bir-riżultat tal-proċess tal-għażla.

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni se tiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). Dan japplika b'mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' din id-dejta. Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-kuntest ta' din is-Sejħa, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw id-dikjarazzjoni speċifika tal-privatezza ppubblikata fil-webpage ta' din is-Sejħa f'dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 13.

(3)  ĠU C 171, 30.6.2010, p. 3.

(4)  ĠU C 192, 30.6.2012, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/32


Avviż dwar il-miżuri kontra s-sussidju fuq l-importazzjonijiet ta' polietilentereftalat li joriġina fost l-oħrajn mill-Pakistan u l-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni kontra s-sussidju rigward l-importazzjoni ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina fost l-oħrajn mill-Pakistan

2013/C 138/10

Bis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-556/10, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annullat l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010 tas-27 ta’ Settembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda (1) (“ir-Regolament definittiv ta’ kontra s-sussidju” jew “ir-regolament ikkontestat”) sa fejn jikkonċerna il-produttur esportatur Pakistani Novatex Ltd. (“Novatex” jew “il-kumpanija ikkonċernata”), sa fejn id-dazju kumpensatorju definittiv għal importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polietilentereftalat fl-Unjoni Ewropea jaqbeż dak applikabbli fin-nuqqas ta’ żball fir-rigward tal-ammont indikat fil-linja 74 fil-prospett tat-taxxa tal-2008.

1.   Ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni kontra s-sussidji

Il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu kisru l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”) għax biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidju għal Novatex taħt is-Sistema tat-Taxxa Finali, kien imissu tqies il-fatt li l-linja 74 tal-prospett tat-taxxa tal-2008 tal-kumpanija kkonċernata kienet ġiet riveduta.

Il-Qrati (3) rrikonoxxew li, f'każijiet fejn proċediment ikun jikkonsisti f'għadd ta' stadji amministrattivi, l-annullament ta' wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu. Il-proċediment kontra s-sussidju huwa eżempju ta' proċediment magħmul minn diversi stadji. Għaldaqstant, l-annullament ta' partijiet tar-Regolament ta' kontra s-sussidju definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċedura kollha qabel l-adozzjoni tar-Regolament inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma obbligati jikkonformaw mas-sentenza tal-11 ta' Ottubru 2012 tal-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jikkonformaw mas-sentenza, għandhom il-possibilità li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament parzjali tiegħu, filwaqt li jħallu l-istess il-partijiet mhux ikkontestati li ma jintlaqtux mis-sentenza (4). Wieħed għandu jinnota li s-sejbiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kinux ikkontestati fiż-żmien determinat għar-rikuża u għalhekk ma kinux ikkunsidrati mill-Qrati u ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu validi.

Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina, fost l-oħrajn mill-Pakistan, li kienet infetħet skont ir-Regolament bażiku. Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sejba tal-Qorti Ġenerali sa fejn għandha x'taqsam Novatex.

2.   Proċedura

Wara li l-Kummissjoni ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni kontra s-sussidji huwa ġġustifikat, hija hawnhekk tiftaħ parzjalment mill-ġdid l-investigazzjoni kontra s-sussidji fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġinaw, fost l-oħrajn mill-Pakistan, li tniedet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5).

Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza msemmija hawn fuq għal dak li għandu x'jaqsam biex jiġi ddeterminat l-ammont tas-sussidju għal Novatex taħt ir-reġim tat-taxxa finali, u għal dak li għandu x'jaqsam mal-impatt konsegwenti tiegħu fuq ir-rata tad-dazju kompensatorju li japplika għal Novatex.

Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 3(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, kemm-il darba dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 3(b).

3.   Il-limiti ta’ żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom u jressqu t-tagħrif

Jekk iridu li r-rappreżentazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati kollha għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min jinnota li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq li l-parti tippreżenta lilha nnifisha matul il-perjodu msemmi qabel.

(b)   Seduti

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 20 jum.

4.   Sottomissjonijiet bil-miktub u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (6).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett”huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed biex b'mod raġonevoli tkun tista' tinftiehem is-sustanza tat-tagħrif ippreżentat kunfidenzjalment. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista' jitwarrab.

Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, u kull aġġornament tagħha, għandhom jitressqu fuq karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tippreżenta s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-PET-SUBSIDY@ec.europa.eu

Fax +32 22985748

5.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

6.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta’ smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

7.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (7).


(1)  ĠU L 254, 29.9.2010, p. 10.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill (1998) Ġabra II-3939.

(4)  Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill (2000) Ġabra I-08147.

(5)  ĠU C 208, 3.9.2009, p. 7.

(6)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6939 – CVC/ISTA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 138/11

1.

Fit-8 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (“CVC”, il-Lussemburgu) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku indirett fuq ISTA International GmbH (il-Ġermanja) kif ukoll l-azzjonist dirett kurrenti ta’ ISTA International GmbH ISTA Luxembourg GmbH (il-Lussemburgu) (kollettivament “ISTA”) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal CVC: konsulenza lil u ġestjoni ta' fondi tal-investiment,

għal ISTA: kejl ibbażat fuq il-konsum u l-fatturazzjoni tal-elettriku, tal-gass, tas-sħana u l-ilma.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6939 – CVC/ISTA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).