ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.110.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
17 ta' April 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 110/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6870 – GE/Munich RE/Iberdrola Renovables France) ( 1 )

1

2013/C 110/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6746 – Mitsui/Severstal/Severstal-SSC-Vsevolozhsk JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 110/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2013/C 110/04

Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali Pan-Ewro-Mediterranji jew il-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 110/05

Proċedura nazzjonali tal-Polonja għall-allokazzjoni ta' drittijiet limitati tat-traffiku tal-ajru

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6870 – GE/Munich RE/Iberdrola Renovables France)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 110/01

Fid-9 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6870. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


17.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6746 – Mitsui/Severstal/Severstal-SSC-Vsevolozhsk JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 110/02

Fis-6 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6746. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ April 2013

2013/C 110/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3129

JPY

Yen Ġappuniż

128,37

DKK

Krona Daniża

7,4557

GBP

Lira Sterlina

0,85690

SEK

Krona Żvediża

8,3823

CHF

Frank Żvizzeru

1,2163

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5220

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,868

HUF

Forint Ungeriż

294,75

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7006

PLN

Zloty Pollakk

4,1161

RON

Leu Rumen

4,3763

TRY

Lira Turka

2,3524

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2654

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3411

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1909

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5468

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6220

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 463,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,0084

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1178

HRK

Kuna Kroata

7,6125

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 760,76

MYR

Ringgit Malażjan

3,9913

PHP

Peso Filippin

54,309

RUB

Rouble Russu

41,1253

THB

Baht Tajlandiż

38,035

BRL

Real Brażiljan

2,6084

MXN

Peso Messikan

15,9744

INR

Rupi Indjan

71,0340


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/3


Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali Pan-Ewro-Mediterranji jew il-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

2013/C 110/04

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali ta’ oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo (1), il-Libanu, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, l-Unjoni Ewropea u l-Partijiet ikkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, tar-regoli tal-oriġini fis-seħħ mal-Partijiet l-oħra.

Ibbażat fuq dawn in-notifiki, it-tabella mehmuża tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tidħol minflok dik ta' qabilha (ĠU C 156, 26.5.2011).

Id-dati msemmija fit-tabella jirreferu għal:

Id-data tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranji (2) (minn hawn’ il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), fejn il-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat jirreferi għall-Konvenzjoni. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’ “(C)”;

Id-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali mehmuża mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat, f’każijiet oħra.

Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus tal-oriġini, i.e. mal-Partijiet kollha li minnhom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjal li joriġina mill-pajjiż li ma jkunx għadu kkonkluda ftehim mal-Partijiet tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandu jiġi ttrattat bħala mhux tal-oriġini. Eżempji speċifiċi huma mogħtija fin-Noti ta' Spjegazzjoni rigward il-protokolli pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli tal-oriġini (3).

Il-parteċipanti kollha tal-UE fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ġew miżjuda mat-tabella mehmuża. Madankollu, it-tabella mehmuża mal-Avviż tal-Kummissjoni 2012/C 154/07 (4) tibqa’ valida għalissa. Id-dati għandhom ikunu progressivament miżjuda f’din it-tabella, kull darba referenza għall-Konvenzjoni hija inkluża fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ikkonċernat.

Huwa mfakkar ukoll li l-Isvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.

Il-Kodiċijiet għall-partijiet elenkati fit-tabella huma mogħtija hawnhekk.

L-Albanija

AL

L-Alġerija

DZ

Il-Bosnja-Ħerzegovina

BA

Il-Kroazja

HR

L-Eġittu

EG

Il-Gżejjer Faeroe

FO

L-Islanda

IS

L-Iżrael

IL

Il-Ġordan

JO

Il-Libanu

LB

Il-Kosovo

KO

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK (5)

Il-Montenegro

ME

Il-Marokk

MA

In-Norveġja

NO

Is-Serbja

RS

L-Isvizzera (inkluż Liechtenstein)

CH (+ LI)

is-Sirja

SY

It-Tuneżija

TN

It-Turkija

TR

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

PS

Data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja

 

 

l-Istati tal-EFTA

 

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona

 

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE (7)

 

UE

CH (+ LI)

IS

NO

FO

DZ

EG

IL

JO

LB

MA

PS

SY

TN

TR

AL

BA

KO

ME

MK

RS

HR

UE

 

1.1.2006

1.1.2006

1.1.2006

1.12.2005

1.11.2007

1.3.2006

1.1.2006

1.7.2006

 

1.12.2005

1.7.2009

 

1.8.2006

 (6)

 

 

 

 

 

 

 

CH (+ LI)

1.1.2006

 

1.8.2005

1.8.2005

1.1.2006

 

1.8.2007

1.7.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.3.2005

 

 

1.6.2005

1.9.2007

 

 

 

(C)

1.9.2012

 

 

 

IS

1.1.2006

1.8.2005

 

1.8.2005

1.11.2005

 

1.8.2007

1.7.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.3.2005

 

 

1.3.2006

1.9.2007

 

 

 

(C)

1.10.2012

 

 

 

NO

1.1.2006

1.8.2005

1.8.2005

 

1.12.2005

 

1.8.2007

1.7.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.3.2005

 

 

1.8.2005

1.9.2007

 

 

 

(C)

1.11.2012

 

 

 

FO

1.12.2005

1.1.2006

1.11.2005

1.12.2005

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DZ

1.11.2007

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EG

1.3.2006

1.8.2007

1.8.2007

1.8.2007

 

 

 

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

 

6.7.2006

1.3.2007

 

 

 

 

 

 

 

IL

1.1.2006

1.7.2005

1.7.2005

1.7.2005

 

 

 

 

9.2.2006

 

 

 

 

 

1.3.2006

 

 

 

 

 

 

 

JO

1.7.2006

17.7.2007

17.7.2007

17.7.2007

 

 

6.7.2006

9.2.2006

 

 

6.7.2006

 

 

6.7.2006

1.3.2011

 

 

 

 

 

 

 

LB

 

1.1.2007

1.1.2007

1.1.2007

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MA

1.12.2005

1.3.2005

1.3.2005

1.3.2005

 

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

 

 

 

6.7.2006

1.1.2006

 

 

 

 

 

 

 

PS

1.7.2009

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SY

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1.2007

 

 

 

 

 

 

 

TN

1.8.2006

1.6.2005

1.3.2006

1.8.2005

 

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

 

 

1.7.2005

 

 

 

 

 

 

 

TR

 (6)

1.9.2007

1.9.2007

1.9.2007

 

 

1.3.2007

1.3.2006

1.3.2011

 

1.1.2006

 

1.1.2007

1.7.2005

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

KO

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ME

 

(C)

1.9.2012

(C)

1.10.2012

(C)

1.11.2012

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni għall-Indipendenza tal-Kosovo.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(3)  ĠU C 83, 17.4.2007, p. 1.

(4)  ĠU C 154, 31.5.2012, p. 13.

(5)  Kodiċi ISO 3166. Kodiċi proviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun sar ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.

Għal prodotti agrikoli, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta’ Jannar 2007.

Għal prodotti tal-faħam u l-azzar, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta’ Marzu 2009.

(7)  Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tabella mehmuża ma’ Avviż tal-Kummissjoni ppubblikata fil-ĠU C 154, 31.5.2012, p. 13, dwar id-dati ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn il-parteċipanti tal-UE fil-proċess ta’ Stabbilità u Assoċjazzjoni, l-UE u t-Turkija.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/7


Proċedura nazzjonali tal-Polonja għall-allokazzjoni ta' drittijiet limitati tat-traffiku tal-ajru

2013/C 110/05

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (1), il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika l-proċedura nazzjonali li ġejja fil-Polonja għat-tqassim tad-drittijiet tat-traffiku tal-ajru, limitati skont ftehimiet tas-servizz tal-ajru ma' pajjiżi terzi, fost trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni li huma eliġibbli.

MINISTERU TAT-TRASPORT, KOSTRUZZJONI U AFFARIJIET MARITTIMI

Digriet Nru 16

tas-7 ta’ Jannar 2013

dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva li tiġbor fiha l-kundizzjonijiet iddettaljati għat-tqassim tad-drittijiet tat-traffiku limitati

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin qed jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 191(14) tal-Att tal-Liġi dwar l-Avjazzjoni tat-3 ta’ Lulju 2002 (il-punti nru 933, 951 u 1544 fil-Ġurnal tal-Liġijiet nru 2012):

IL-KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

§ 1.

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva li tiġbor fiha l-kundizzjonijiet iddettaljati għat-tqassim tad-drittijiet tat-traffiku limitati, u b’mod partikulari:

1)

it-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni;

2)

id-dokumenti meħtieġa biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni;

3)

il-kriterji ddettaljati għall-allokazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku limitati;

4)

ir-raġunijiet għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni.

§ 2.

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

1)

“l-Att” tfisser l-Att tal-Liġi dwar l-Avjazzjoni tat-3 ta’ Lulju 2002;

2)

“l-Awtorità” tfisser l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Pollakka;

3)

“drittijiet tat-traffiku limitati” tfisser limitazzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fi ftehim internazzjonali dwar l-użu tad-drittijiet tat-traffiku jew fl-Annessi tiegħu b’rabta mal-frekwenza tat-titjiriet jew mal-għadd ta’ trasportaturi eliġibbli li jinħatru biex jużaw id-drittijiet tat-traffiku li jinvolvu t-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru fuq rotot jew f’żoni bejn il-Polonja u l-pajjiż terz ikkonċernat;

4)

“trasportatur tal-ajru Komunitarju” tfisser trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja tal-operat għas-servizzi tal-ajru mogħtija mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minbarra l-Polonja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3);

5)

“trasportatur tal-ajru awtorizzat” tfisser trasportatur tal-ajru Pollakk jew trasportatur tal-ajru Komunitarju stabbilit fil-Polonja skont it-tifsira tal-Artikolu 192a(2) tal-Att.

IL-KAPITOLU 2

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI U SEJĦA GĦAT-TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

§ 3.1.

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex wieħed jopera servizzi skedati jew serje ta’ servizzi mhux skedati f’każijiet fejn japplikaw id-drittijiet tat-traffiku limitati jrid ikun fihom it-tagħrif li ġej:

1)

isem it-trasportatur tal-ajru;

2)

l-indirizz irreġistrat tiegħu;

3)

għat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji, l-isem, il-kunjom u l-indirizz tar-rappreżentant tat-trasportatur fil-Polonja li jkun awtorizzat jirrappreżentah jew it-trasportatur jew l-indirizz għas-servizz;

4)

ir-rotta (jew ir-rotot) jew iż-żoni li għalihom qed japplika t-trasportatur tal-ajru, u identifikazzjoni tal-ajruporti b’isimhom;

5)

id-data ppjanata għall-bidu tas-servizzi tal-ajru u l-perjodu ta’ tħaddim ippjanat;

6)

l-għadd ta’ servizzi fil-ġimgħa ppjanati u l-jiem u l-ħinijiet rilevanti, u indikazzjoni tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru u tal-kapaċità tagħhom;

7)

it-tip ta’ servizz (trasport tal-passiġġieri, trasport tal-merkanzija, trasport imħallat);

8)

il-marki ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru;

9)

lista tal-kuntratti konklużi ma’ kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor biex jingħata s-servizz fuq ir-rotta bl-użu ta’ inġenji tal-ajru mikrija bl-ekwipaġġ, fejn ikun hemm kuntratti ta’ dan it-tip, u speċifikazzjoni tal-perjodu ta’ validità tagħhom;

10)

għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, l-għadd ta’ sits tal-passiġġieri disponibbli u, għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija, il-kapaċità kummerċjali tal-inġenji tal-ajru; din id-dejta għandha tingħata għal rotta jew żona partikulari, għal ġimgħa waħda u għall-vjaġġi fiż-żewġ direzzjonijiet;

11)

it-tbassir għat-tħaddim tal-konnessjoni(jiet) ikkonċernata(/i) matul it-tliet staġuni tal-iskedar li jmiss, inklużi t-tbassir dwar l-għadd ta’ passiġġieri, ir-rata medja ta’ użu tas-sits tal-inġenju tal-ajru li mistenni jkun hemm fix-xahar, it-tbassir tal-ispejjeż kollha għall-għoti tas-servizz fuq dik il-konnessjoni u d-dħul totali mis-servizzi tal-ajru ppjanati;

12)

dettalji dwar kif il-passiġġieri jista’ jkollhom aċċess għas-servizzi offruti, b’mod partikulari l-metodu tad-distribuzzjoni tal-biljetti;

13)

l-istorja tat-tħaddim tas-servizzi, b’mod partikulari l-volum tat-traffiku tal-passiġġieri, ir-rata ta’ użu tas-sits u r-riżultati finanzjarji tal-konnessjoni, jekk din kienet titħaddem mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat;

14)

il-prezz medju aħħari tal-biljett għar-rotta tul l-iktar staġun riċenti tal-iskedar, inkluż dak għall-biljetti ta’ ritorn fejn dan ikun applikabbli, fis-sens tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità;

15)

l-ammont tal-infiq li jkun sar qabel biex tiġi żviluppata l-konnessjoni lejn il-pajjiż ikkonċernat, fejn dan ikun applikabbli.

2.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jehmżu l-affarijiet li ġejjin mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 t’hawn fuq:

1)

kopja tal-liċenzja tal-operat għas-servizzi tal-ajru maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tal-Unjoni Ewropea jew, għat-trasportaturi tal-ajru Pollakki, in-numru tal-liċenzja;

2)

kopja taċ-ċertifikat tat-trasportatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat rilevanti jew, għat-trasportaturi tal-ajru Pollakki, in-numru taċ-ċertifikat;

3)

il-lista ta’ tariffi li se jiġu applikati fuq ir-rotta kkonċernata, flimkien mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tagħhom;

4)

il-kontijiet interni attwali tal-immaniġġjar u, jekk ikunu disponibbli, il-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja flimkien mar-rapport tal-awditur, jekk ikun hemm rekwiżit, skont ir-regoli tal-kontabbiltà applikabbli, li l-kontijiet jitressqu biex jiġu eżaminati;

5)

pjan tan-negozju li jkopri mill-inqas sentejn tal-operazzjonijiet tal-impriża, inkluża karta tal-bilanċ, kont tal-qligħ u tat-telf u rapport tal-flussi tal-flus, jekk l-impriża kienet fil-fatt qed topera, u tagħrif dwar l-ispejjeż stmati tal-bidu tal-operazzjonijiet fuq ir-rotta kkonċernata jew tal-għoti ta’ servizz fuqha.

3.

It-trasportaturi tal-ajru Komunitarji jridu jehmżu wkoll l-affarijiet li ġejjin mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1: id-dokumenti indikati fl-Artikolu 192a(3) tal-Att u kopja tal-prokura tal-persuna li hija awtorizzata tirrappreżenta t-trasportatur jew il-prokura tal-persuna li tkun qed tipprovdi indirizz għas-servizz.

§ 4.1.

Jekk tasal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u l-ftehim internazzjonali li jirregola t-tħaddim tas-servizzi tal-ajru fuq ir-rotta kkonċernata jew fiż-żona kkonċernata jipprevedi drittijiet tat-traffiku limitati, il-President tal-Awtorità għandu, fi żmien sebat ijiem minn meta tasal l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, jippubblika tagħrif dwar l-applikazzjoni fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità. Dan it-tagħrif għandu jkun fih biss l-isem tat-trasportatur, ir-rotta li għaliha qed titressaq l-applikazzjoni u t-tip ta’ servizz (it-trasport tal-passiġġieri, tal-bagalji, tal-merkanzija jew tal-posta) u sejħa lil trasportaturi tal-ajru awtorizzati oħrajn biex iressqu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-awtorizzazzjoni biex iħaddmu servizzi tal-ajru fuq ir-rotta kkonċernata jew fiż-żona kkonċernata.

2.

Is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

1)

id-drittijiet tat-traffiku limitati koperti mill-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva;

2)

fejn għandhom jitressqu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u d-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet;

3)

il-lista ta’ dokumenti msemmija fit-Taqsima 3;

4)

tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva, inklużi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-offerti.

§ 5.1.

Fi żmien tletin jum minn meta tiġi ppubblikata s-sejħa biex jitressqu l-applikazzjonijiet fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità:

1)

it-trasportaturi msemmija fit-Taqsima 4(1) għandhom iressqu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-awtorizzazzjoni skont it-Taqsima 3;

2)

it-trasportatur tal-ajru li jkun ressaq applikazzjoni qabel is-sejħa għandu jissupplimenta l-applikazzjoni tiegħu bit-tagħrif u d-dokumenti msemmija fit-Taqsima 3.

2.

L-applikazzjonijiet li jitressqu wara d-data ta’ skadenza speċifikata fil-paragrafu 1 m’għandhomx jiġu aċċettati għall-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

3.

Wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 1, il-President tal-Awtorità għandu jivvaluta b’mod formali jekk it-trasportaturi tal-ajru ressqux it-tagħrif u d-dokumenti skont il-paragrafu 1.

§ 6.1.

Jekk l-ebda trasportatur tal-ajru awtorizzat ieħor ma jressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni fi żmien l-iskadenza msemmija fit-Taqsima 5(1), l-applikazzjoni mressqa mit-trasportatur tal-ajru awtorizzat li ressaq applikazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa għandha tiġi eżaminata skont l-Artikolu 191 tal-Att mingħajr ma ssir il-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

2.

Jekk, fi żmien l-iskadenza msemmija fit-Taqsima 5(1), trasportatur tal-ajru awtorizzat wieħed biss, kif imsemmi fit-taqsima 5(1)(1), iressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fit-Taqsima 3 u jekk it-trasportatur tal-ajru li ressaq applikazzjoni qabel ma ġiet ippubblikata s-sejħa jonqos milli jressaq id-dokumenti u t-tagħrif meħtieġa skont it-Taqsima 5(1)(2), l-applikazzjoni tat-trasportatur tal-ajru li ressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fit-Taqsima 3 għandha tiġi eżaminata skont l-Artikolu 191 tal-Att mingħajr ma ssir il-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

IL-KAPITOLU 3

PROĊEDURA TA’ APPLIKAZZJONI KOMPETITTIVA

§ 7.1.

Il-President tal-Awtorità għandu jħabbar li se ssir proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva:

1)

wara li jiskadi ż-żmien għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jekk, wara li tiġi ppubblikata s-sejħa, tal-anqas trasportatur awtorizzat wieħed kif imsemmi fit-Taqsima 5(1)(1) ikun ressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fit-Taqsima 3 u t-trasportatur tal-ajru li jkun ressaq applikazzjoni qabel ma ġiet ippubblikata s-sejħa jkun ressaq id-dokumenti u t-tagħrif meħtieġa skont it-Taqsima 5(1)(2);

2)

wara li jiskadi ż-żmien għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jekk, wara li tiġi ppubblikata s-sejħa, tal-anqas żewġ trasportaturi awtorizzati kif imsemmi fit-Taqsima 5(1)(1) ikunu ressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fit-Taqsima 3;

3)

f’każ li tiġi rtirata awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 191(8) tal-Att jekk, wara li tiġi ppubblikata s-sejħa, tal-anqas żewġ trasportaturi tal-ajru awtorizzati jkunu ressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fit-Taqsima 3.

2.

Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 1(3), għandhom japplikaw it-Taqsimiet 3 sa 5, skont kif ikun xieraq.

§ 8.1.

Il-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva għandha tibda dakinhar li l-President tal-Awtorità jippubblika l-avviż ta’ tnedija tagħha fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità.

2.

Il-President tal-Awtorità għandu jgħarraf lit-trasportaturi tal-ajru awtorizzati li jkunu ressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fit-Taqsima 3 li qed titnieda l-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

3.

L-avviż ta’ tnedija tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva għandu jispeċifika:

1)

id-drittijiet tat-traffiku limitati koperti mill-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva;

2)

l-ismijiet u l-indirizzi tat-trasportaturi awtorizzati msemmija fil-paragrafu 2;

3)

tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva, inklużi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-offerti;

4)

l-iskala ta’ punti għal kull wieħed mill-kriterji msemmija fit-Taqsima 15.

4.

Sa mhux aktar tard minn tletin jum minn meta jiġi ppubblikat l-avviż ta’ tnedija trid tittieħed deċiżjoni dwar ir-riżultat tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

§ 9.

Wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-riżultat tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva, il-President tal-Awtorità għandu jfassal rapport li fih jispeċifika:

1)

is-suġġett tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva u l-post fejn saret;

2)

l-applikazzjonijiet li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti formali;

3)

l-applikazzjonijiet li ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti formali, flimkien ma’ tagħrif dwar in-nuqqasijiet innutati;

4)

il-marki mogħtija lill-applikazzjonijiet li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti formali;

5)

it-trasportatur(i) awtorizzat(i) li se tinħariġlu (jew se tinħarġilhom) awtorizzazzjoni.

§ 10.1.

Il-President tal-Awtorità għandu jgħarraf lill-parteċipanti minnufih dwar l-eżitu tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

2.

Il-President tal-Awtorità għandu jippubblika minnufih it-tagħrif dwar l-eżitu tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva u r-rapport imsemmi fit-Taqsima 9 fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità.

§ 11.1.

Parteċipant fil-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva jista’ jappella lill-President tal-Awtorità jekk ma jaqbilx mal-eżitu tal-proċedura.

2.

Appell bħal dan għandu jsir bil-miktub fi żmien erbatax-il jum minn meta jiġi ppubblikat it-tagħrif dwar l-eżitu tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva, bid-data tat-tressiq titqies li hija d-data li fiha l-appell jasal għand l-Awtorità.

3.

Il-President tal-Awtorità għandu jippubblika t-tagħrif dwar it-tressiq ta’ appell fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità.

§ 12.1.

Il-President tal-Awtorità għandu jeżamina l-appell sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jasallu dan l-appell.

2.

Wara li jeżamina l-appell, il-President tal-Awtorità għandu jgħarraf lil min għamel l-appell u lit-trasportatur(i) tal-ajru awtorizzat(i) imsemmi(ja) fit-Taqsima 9(5) dwar l-eżitu tal-appell u r-raġunijiet għalih.

3.

Il-President tal-Awtorità għandu jippubblika t-tagħrif dwar l-eżitu tal-appell fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità.

§ 13.

Jekk l-appell jintlaqa’, il-President tal-Awtorità għandu jerġa’ jniedi l-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva.

§ 14.1.

Wara li jiskadi ż-żmien għat-tressiq tal-appelli, u jekk l-ebda trasportatur ma jkun ressaq appell jew jekk ma jkun intlaqa’ l-ebda appell imressaq, il-President tal-Awtorità għandu joħroġ awtorizzazzjoni lit-trasportatur(i) tal-ajru awtorizzat(i) li jkun irċieva (jew li jkunu rċevew) l-aktar punti, f’ordni li jibda mill-ogħla marka.

2.

Il-President tal-Awtorità għandu jippubblika t-tagħrif dwar l-awtorizzazzjoni mogħtija fil-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Awtorità.

IL-KAPITOLU 4

KRITERJI GĦALL-ALLOKAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAT-TRAFFIKU

§ 15.

Huwa u jagħżel it-trasportatur tal-ajru awtorizzat li għandha tinħariġlu awtorizzazzjoni, il-President tal-Awtorità jrid isegwi l-prinċipji tat-trasparenza u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u jrid iqis il-kriterji li ġejjin minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 191(7) tal-Att:

1)

l-iżvilupp ibbilanċjat tat-trasport bl-ajru, tat-turiżmu u tal-kummerċ fl-Unjoni Ewropea, inkluż l-iżgurar ta’ servizzi matul is-sena kollha, kif ukoll l-investiment fl-iżvilupp tal-konnessjoni li magħha għandha x’taqsam il-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva u r-rata medja ta’ użu tas-sits għal kull inġenju tal-ajru fl-aħħar staġun tal-iskedar;

2)

il-kompatibbiltà mal-għanijiet u l-prinċipji mniżżlin fid-dokumenti tal-politika tat-trasport, l-iktar b’rabta mal-iżvilupp reġjonali;

3)

l-aċċess tal-konsumaturi għas-servizzi u għall-infrastruttura tas-servizzi tal-passiġġieri, inkluż għan-netwerk tal-bejgħ tal-biljetti;

4)

l-iktar servizz vantaġġuż għall-konsumaturi, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-għadd ta’ titjiriet fil-ġimgħa fuq ir-rotta kkonċernata;

5)

standards għoljin tas-sikurezza u tal-ħarsien ambjentali, inkluż l-għoti ta’ servizzi mħaddmin billi jintużaw inġenji tal-ajru mniżżlin fuq iċ-ċertifikat tat-trasportatur tal-ajru li qed iressaq l-applikazzjoni;

6)

il-bżonn li titrawwem kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi pprovduti minn kumpaniji li daħlu ġodda fis-suq.

IL-KAPITOLU 5

IRTIRAR TAL-AWTORIZZAZZJONI

§ 16.

Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 191(8) u (9) tal-Att, il-President tal-Awtorità:

1)

għandu jirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa bħala riżultat tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva jekk:

(a)

it-trasportatur tal-ajru Komunitarju kkonċernat ma jibqax iħares ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 192a(2) u (3) tal-Att;

(b)

id-drittijiet tat-traffiku mogħtija lit-trasportatur tal-ajru awtorizzat skont il-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva jiġu ttrasferiti lil trasportatur tal-ajru ieħor;

2)

jista’ jirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa bħala riżultat tal-proċedura ta’ applikazzjoni kompetittiva jekk it-trasportatur ikkonċernat jikser ir-rekwiżiti imposti fuqu mill-awtorizzazzjoni jew jekk huwa ma jikkonformax mal-limitazzjonijiet stabbiliti fiha.

IL-KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

§ 17.

It-Taqsima 7(1)(3) u t-Taqsima 7(2) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2016.

§ 18.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu (2).

Il-Ministru tat-Trasport, il-Kostruzzjoni u l-Ekonomija Marittima

S. NOWAK


(1)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 7.

(2)  Qabel dan ir-Regolament kien hemm ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-13 ta’ Mejju 2004 dwar il-permessi biex wieħed jipprovdi servizzi tal-ajru (il-punt nru 1240 fil-Ġurnal tal-Liġijiet 2004/118). Abbażi tal-Artikolu 18 tal-Att tat-30 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-Att tal-Liġi dwar l-Avjazzjoni u ċerti Atti oħrajn (il-punt nru 1015 fil-Ġurnal tal-Liġijiet 2011/170), it-Taqsimiet 27 sa 30 ta’ dak ir-Regolament ta’ qabel għandhom jitħassru fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.