ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.081.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
20 ta' Marzu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 081/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2013 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross

1

2013/C 081/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2013/C 081/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

3

2013/C 081/04

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 081/05

Rata tal-kambju tal-euro

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 081/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6841 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Tulloch Homes Group Limited) ( 2 )

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 081/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar is-sistemi ta’ kwalità applikabbli għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel

14

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2013 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross

2013/C 81/01

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi u t-territoriji extra-Ewropej (OCT) (1). Ma ġewx imressqa applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni matul l-ewwel sebat ijiem ta’ Jannar 2013 għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4189 u 09.4190.

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma jitressqux applikazzjonijiet għandhom jiżdiedu ma' tas-subperjodu ta’ wara.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009, il-kwantitajiet disponibbli fis-subperjodu ta’ wara għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni sal-25 jum tal-aħħar xahar ta’ subperjodu partikolari.

B'konsegwenza ta’ dan, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2013 fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 u 09.4190, kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1274/2009, huma stabbiliti fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 3.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu li jmiss, skont ir-Regolament (UE) Nru 1274/2009

Oriġni

Numru tas-serje

Applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni milqugħa għas-subperjodu ta' Jannar 2013

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Mejju 2013 (f'kg)

L-Antilli Olandiżi u Aruba

09.4189

 (1)

16 667 000

OCTs l-inqas żviluppati

09.4190

 (1)

6 667 000


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 81/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35985 (12/N)

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Indemnisation des dommages agricoles causés par la sécheresse du printemps 2011

Il-bażi legali

Loi du 12 juillet 1976 relative à la réparation de certains dommages causés à des biens privés par des calamités naturelles

Arrêté du 7 avril 1978 fixant les taux variables par tranche du montant total net des dommages subis, de même que le montant de la franchise et de l'abattement pour le calcul de l'indemnité de réparation de certains dommages causés à des biens privés par des calamités agricoles

(projet) arrêté royal considérant comme une calamité agricole la sécheresse du printemps 2011, délimitant l'étendue géographique de cette calamité et déterminant l'indemnisation des dommages

(projet) arrêté ministériel déterminant les modalités d'introduction et le mode d'examen des demandes en exécution de l'arrêté royal du … considérant comme une calamité agricole la sécheresse du printemps 2011, délimitant l'étendue géographique de cette calamité et déterminant l'indemnisation des dommages

(projet) circulaire relative à la gestion des dommages causés par la sécheresse de 2011

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kundizzjonijeit ħżiena tat-temp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 3 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 3 (f'miljuni)

L-intensità

68 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Tkabbir ta' qmuħ (għajr ross), legumi u żrieragħ żejtnija, Tkabbir ta' ħxejjex u bettieħ u dulliegħ, ħxejjex ikkultivati għall-għeruq tagħhom (bħaz-zunnarija u l-pitravi) u tuberi, Tkabbir ta' għelejjel fibrużi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

SPF Économie, PME, classes moyennes et énergie

City Atrium rue du Progrès 50

1210 Bruxelles

BELGIQUE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 81/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.1.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.29367 (12/NN)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Service d'intérêt économique général (SIEG) d'accessibilité bancaire du Livret A de la banque postale

Il-bażi legali

Article L. 221-1 et L. 518-25-1 du code monétaire et financier en vertu de la Loi de modernisation de l'économie (Loi 2008-776 du 4 août 2008)

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Banque postale

L-għan

Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 1 505 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'économie et des finances

139 rue de Bercy

75572 Paris Cedex 12

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33337 (12/NN)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Potencjalna pomoc państwa dla Polskich Linii Lotniczych LOT

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

LOT Airlines

L-għan

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: PLN 400 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Trasport bl-ajru

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35033 (12/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sicilia, Calabria

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aiuto al salvataggio dell'impresa G.D.M. SpA in A.S.

Il-bażi legali

A.

D.L. 30.1.1979, n. 26 (convertito in L. 3.4.1979, n. 95), provvedimenti urgenti per l'amministrazione straordinaria di grandi imprese in crisi (cfr. articolo 2-bis);

B.

D.M. 23.12.2004, n. 319, regolamento recante le condizioni e le modalità di prestazione della garanzia statale sui finanziamenti a favore delle grandi imprese in stato di insolvenza, ai sensi dell'articolo 101 del D. Lgs. 8 luglio 1999, n. 270;

C.

D.L. 23.12.2003, n. 347 (convertito in L. 18.2.2004, n. 39), misure urgenti per la ristrutturazione industriale di grandi imprese in stato di insolvenza;

D.

D. LGS. 8.7.1999, n. 270, nuova disciplina delle grandi imprese in stato di insolvenza, a norma dell'articolo 1 della legge 30 luglio 1998, n. 274

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

G.D.M. SpA in A.S.

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà, Užimtumas, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 16,60 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

6 xhur

Setturi ekonomiċi

Bejgħ ieħor bl-imnut minn ħwienet mhux speċjalizzati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero dello Sviluppo Economico

Via Veneto 33

00187 Roma RM

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35697 (12/N)

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Thessalia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Κρατικός Αερολιμένας Σκιάθου (Επέκταση Δαπέδου Στάθμευσης Αεροσκαφών και Νέος Συνδετήριος Τροχόδρομος)

Il-bażi legali

Νόμοι 3669/2008, 3614/2007, Οδηγία 2004/18/ΕΚ, Α.Π. 4053/ΕΥΣ1749/27.3.2008 και Α.Π. 1079/Φ.95/31.5.2011.

It-tip tal-miżura

għajnuna individwali

Υπηρεσία Πολιτικής Αεροπορίας (ΥΠΑ), Hellenic Civil Aviation Authority

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 16,30 (f'miljuni)

L-intensità

79,62 %

It-tul ta' żmien

1.2.2013-13.12.2015

Setturi ekonomiċi

Trasport bl-ajru

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ενδιάμεση Διαχειριστική Αρχή Μεταφορών

Άγιας Σόφιας

Ν. ΨΥΧΙΚΟ

154 51 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35703 (12/N)

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Verlängerung der Beihilfenregelung „Übernahme von Haftungen für die Tourismus- und Freizeitwirtschaft 2011-2013“

Il-bażi legali

Richtlinie des Bundesministers für Wirtschaft und Arbeit für die Übernahme von Haftungen für die Tourismus- und Freizeitwirtschaft 2007-2013

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Sunkumus patiriančių įmonių restruktūrizavimas

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 12 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

10.10.2012-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Akkomodazzjoni u ikel attivitajiet ta' servizz

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft, Familie und Jugend

Stubenring 1

1010 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/8


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 81/04

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35744 (12/N)

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Eligible Liabilities Guarantee Scheme until 30 June 2013

Il-bażi legali

 

The Credit Institutions (Financial Support) Act 2008

 

The Credit Institutions (Eligible Liabilities Guarantee) Scheme 2009

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

[…] (1)

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2013-30.6.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister for Finance

Government Buildings

Upper Merrion St.

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.1.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35944 (12/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Siódme przedłużenie programu gwarancji na rzecz banków w Polsce

Il-bażi legali

 

Ustawa z dnia 12 lutego 2009 r. o udzielaniu przez Skarb Państwa wsparcia instytucjom finansowym (Dz.U. nr 39, poz. 308 ze zm.)

 

Ustawa z dnia 19 listopada 2009 r. o zmianie ustawy o udzielaniu przez Skarb Państwa wsparcia instytucjom finansowym (Dz.U. z 2010 r. nr 3, poz. 12)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Oħra, Garanzija – Apparti mill-garanziji tal-Istat għal kwistjonijiet marbuta ma’ dejn tal-banek, is-sostenn jista’ jingħata fil-forom li ġejjin: (i) self ta’ bonds tat-Teżor; (ii) bejgħ ta’' bonds tat-Teżor b’pagament differit; (iii) bejgħ ta’ bonds tat-Teżor b’pagament bin-nifs; u (iv) bejgħ ta’ bonds tat-Teżor b’offerta lil istituzzjonijiet finanzjarji speċifiċi.

L-estimi

Baġit globali: PLN 160 000 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

sat-30.6.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Finansów

ul. Świętokrzyska 12

00-916 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36051 (13/N)

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Burgenland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Verlängerung der staatlichen Beihilfe N 670/08 — Regelung für Rettungs- und Umstrukturierungsbeihilfen für KMU im Burgenland

Il-bażi legali

Gesetz vom 24. März 1994 über Maßnahmen zur Gewährleistung der wirtschaftlichen Entwicklung im Burgenland (Landes-Wirtschaftsförderungsgesetz 1994 — WiföG), LGBl. Nr. 33, in der Fassung des Gesetzes LBGL. Nr. 22/2008

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn

L-estimi

Baġit globali: EUR 3 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

10.10.2012-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Amt der Burgenländischen Landesregierung

Europaplatz 1

7000 Eisenstadt

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36063 (13/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Crédit d'impôt en faveur de la production phonographique

Il-bażi legali

 

Loi 2006-961 du 1er août 2006 relative au droit d’auteur et aux droits voisins dans la société de l’information

 

Loi 2012-1509 du 29 décembre 2012 de finances pour 2013 (article 28)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 48 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 12 (f'miljuni)

L-intensità

30 %

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Arti, divertiment u rikreazzjoni, Attivitajiet kreattivi, tal-arti u divertiment

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de la culture et de la communication

3 rue de Valois

75033 Paris Cedex 01

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


(1)  Informazzjoni kunfidenzjali.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Marzu 2013

2013/C 81/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2944

JPY

Yen Ġappuniż

123,49

DKK

Krona Daniża

7,4555

GBP

Lira Sterlina

0,85585

SEK

Krona Żvediża

8,3421

CHF

Frank Żvizzeru

1,2218

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5205

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,647

HUF

Forint Ungeriż

305,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7015

PLN

Zloty Pollakk

4,1548

RON

Leu Rumen

4,4060

TRY

Lira Turka

2,3509

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2475

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3265

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0455

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5712

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6179

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 440,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,9332

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0457

HRK

Kuna Kroata

7,5887

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 580,16

MYR

Ringgit Malażjan

4,0409

PHP

Peso Filippin

52,675

RUB

Rouble Russu

39,9325

THB

Baht Tajlandiż

37,900

BRL

Real Brażiljan

2,5637

MXN

Peso Messikan

16,0453

INR

Rupi Indjan

70,3830


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6841 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Tulloch Homes Group Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 81/06

1.

Fit-13 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti), u TPG LundyCo, L.P. (“TPG Lundy”, il-Gżejjer Cayman), li l-kontroll aħħari tagħha huwa f’idejn TPG Group (l-Istati Uniti), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Tulloch Homes Group Limited (“Tulloch Homes”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: il-forniment ta’ servizzi finanzjarji bħala azjenda globali ta’ servizzi bankarji ta’ investiment, sigurtajiet u ġestjoni ta’ investiment,

TPG Group: kumpanija globali ta’ investiment privat li tmexxi familja ta’ fondi, li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv,

Tulloch Homes: ¿vilupp u kostruzzjoni ta’ djar residenzjali u appartamenti fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6841 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Tulloch Homes Group Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/14


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar is-sistemi ta’ kwalità applikabbli għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel

2013/C 81/07

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“LONZO DE CORSE”/“LONZO DE CORSE — LONZU”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-0994-26.04.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.2.

Prodotti abbażi ta’ laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1):

Id-denominazzjoni tal-oriġini “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” ġejja mill-flett tal-majjal tar-razza lokali Nustrale, immellaħ, imnixxef u mmaturat.

Il-fażijiet ta’ tmelliħ, ta’ tnixxif u ta’ maturazzjoni idumu mill-inqas 3 xhur u jinkludu perjodu ta’ maturazzjoni ta’ aktar minn xahar (l-aħħar fażi ta’ żvilupp tal-prodott, li ssir esklussivament f’kundizzjonijiet ambjentali naturali u essenzjali għall-kisba tal-konsistenza tal-prodott u għall-iżvilupp tat-togħmiet).

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott huma dawn li ġejjin: għandu forma tawwalija, b’qatgħa li tvarja minn ċilindrika sa ovali u, li tikkonsisti minn flett tal-majjal maqtugħ b’kisja ta’ xaħam fuq barra. It-tul tiegħu jvarja bejn il-15 u t-30 ċentimetru u l-piż xott tiegħu jkun bejn 0,5 u 1,1 kg.

Huwa jiġi ppreżentat f’borża magħmula mill-intestin tal-majjal jew mix-xaħam tal-majjal, marbuta bl-ispag jew b’xibka.

Il-qatgħa, li xi drabi tkun tidher żejtnija, ikollha flett tond ta’ muskolu wieħed b'lewn omoġenju li jvarja minn aħmar fir-roża sa lewn ħamrani, xi ftit imraħħam jew imraħħam ħafna u bi strixxi ta’ xaħam bojod għal bojod fir-roża.

Il-proporzjon ta’ xaħam u dgħif fil-prodott xott huwa ta’ bejn il-25 % u l-35 %.

Ix-xaħam għandu konsistenza pjuttost ratba. Id-dgħif huwa sod u xi drabi flessibbli.

Huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ togħmiet (togħma ta’ perżut niexef jew ta’ ġellewż jew ta’ faqqiegħ jew ta’ njam), togħma mielħa karatteristika u l-preżenza sottili ta’ bżar.

Jista’ jkollu riħa ħafifa u togħma ta’ affumikazzjoni.

Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u bijokimiċi huma dawn li ġejjin (% tal-prodott imnixxef):

il-lipidi totali tax-xaħam huma ≥ 89 %;

il-perċentwal ta’ melħ huwa bejn 6,5 % u 10 %;

il-lipidi ġol-muskoli huma ≥ 5 %;

traċċi ta’ Nitrit/ Nitrat;

ir-rata ta’ umdità fid-dgħif hija bejn 35 u 50 %;

l-aċidu olejku huwa ≥ 45 %.

Il-prodott jista’ jinbiegħ bħala biċċa sħiħa, imqatta' f’pakketti mingħajr arja jew f’porzjonijiet f’pakketti mingħajr arja, ta’ mhux inqas minn 200 gramma.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Karatteristiċi tal-karkassi

Il-karkassi tal-majjali użati għall-manifattura tal-prodotti ġejjin minn majjali tar-razza Nustrale li jinqatlu meta jkollhom bejn it-12 u s-36 xahar u li l-piż tal-karkassa tagħhom ikun bejn il-85 u l-140 kg. Il-ħxuna tax-xaħam tkun bejn it-2,5 u s-6 cm.

Il-karatteristiċi tar-razza Nustrale, il-qatla f’età kbira, it-trobbija fil-beraħ u fażi finali essenzjalment ibbażata fuq il-qastan u/jew il-ġandar jagħtu lill-materja prima kwalità partikolari: lewn tal-laħam li jvarja minn aħmar sa aħmar skur, ammont kbir ta’ lipidi u kwalità ta’ xaħam speċifika.

Karatteristiċi tal-laħam frisk

Il-flett u l-kustilji biss.

4 biċċiet minn kull majjal.

Tirqim f'forma kubika.

Il-possibbiltà ta’ tneħħija ta’ parti mix-xaħam tal-kisja.

Piż frisk bejn 0,7 kg u 1,5 kg.

Kull proċess li jeħtieġ temperaturi taħt iż-żero (iffriżar jew iffriżar qawwi) huwa pprojbit.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Wara l-ftim, l-annimali jitrabbew fil-beraħ. Din is-sistema tikkonsisti fiċ-ċaqliq tal-merħliet fit-territorji tal-imsaġar u l-mergħat li l-elementi ta’ ġestjoni tagħha jiddependu fost oħrajn fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi għall-għalf u l-istaġuni.

Parti mill-ikel isibuh l-annimali stess f’dawn il-mergħat (ħxejjex, għeruq, tuberi…). Il-bidwi jipprovdi lill-merħla razzjonijiet ta’ ikel supplimentari fit-territorji tat-trobbija li ma jkunx fihom aktar minn 2 kilogrammi kuljum u għal kull ħanżir. Mill-inqas 90 % tal-ikel supplimentari huwa magħmul minn ċereali, żrieragħ li jipproduċu ż-żejt, legumi u l-prodotti derivati minnhom, f’piż tal-formula tal-ikel u b’medja ppeżata, b’minimu ta’ 60 % ta' ċereali u derivati tagħhom (qamħ, xgħir, qamħirrum). Il-qamħ huwa awtorizzat f’dan l-ikel supplimentari sa ħamsa u erbgħin jum qabel tibda l-fażi finali ta' smin.

Il-fażi finali sseħħ bejn ix-xhur ta’ Ottubru u Marzu għal mill-inqas 45 jum. Matul dan il-perjodu, l-annimali jieklu esklussivament ġandar u qastan li huma jieħdu waqt li jkunu qegħdin jirgħu fit-territorji tal-fażi finali (msaġar tal-ballut u tal-qastan) għal mill-inqas l-ewwel 30 jum. Wara huwa permess li jiġu ssupplimentati bix-xgħir. Ir-razzjon ta’ xgħir hija ta’ inqas minn 4 kg/kuljum/majjal. L-ammont totali ta’ razzjonijiet ta’ kuljum ta’ xgħir mogħtija mill-bidwi m’għandux jaqbeż it-30 % tal-għalf bil-qastan u/jew ġandar tul il-fażi finali.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

L-istadji kollha tal-produzzjoni (twelid, trobbija, fażi finali, il-qatla tal-ħnieżer, l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-biċċiet tal-laħam) isiru bilfors fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Il-qtugħ, it-tfettit u l-ippakkjar għandhom isiru bilfors fiż-żona ġeografika għar-raġunijiet li ġejjin:

telf tal-kontroll fuq il-kwalità organolettika waqt il-ħażna u l-immaniġġjar tal-prodotti,

telf tal-kontroll fuq il-monitoraġġ tal-prodotti, tal-intraċċar, u tat-tikkettjar mill-ġdid.

It-tqattigħ isir bl-idejn, bis-sikkina biss, sabiex jiġi evitat li l-laħam jisħon, u b’hekk jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara lill-kwalitajiet organolettiċi speċifiċi tal-prodott. L-għodda awtorizzata hija din li ġejja: sikkina tat-tqattigħ u fuqhiex tqatta'.

Il-borża (imsaren naturali jew kisja ta’ xaħam) titneħħa minn qabel għall-prodotti mqatta'.

Wara li jinqatgħu f’porzjonijiet jew f’biċċiet, il-prodotti jiġu minnufih ippakkjati f’pakketti mingħajr arja.

Id-dgħif huwa kkaratterizzat minn lewn li jvarja minn aħmar sa aħmar skur. In-nuqqas ta’ konservanti (li jillimita l-ossidazzjoni u b'hekk il-kulur tal-prodott jibqa’ stabbli) ħlief għall-melħ, jagħmilha essenzjali li l-prodotti jiġu ppakkjati mingħajr arja fl-iqsar żmien possibbli, sabiex jiġi evitat li l-laħam jiswied.

Ix-xaħam, li huwa kkaratterizzat minn togħma, riħa, kulur u tleqqija partikolari għalih, jitranġat malajr jekk ikun espost għall-arja; fatt li jikkonferma l-ħtieġa ta’ ppakkjar mingħajr arja fl-iqsar żmien.

Bl-istess mod, biċċa li tkun inbdiet, tiġi pproċessata għal kollox fi żmien 12-il siegħa.

Dawn it-termini għandhom l-għan li jevitaw kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi tal-prodott, speċjalment fir-rigward tal-karatteristiċi organolettiċi.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Minbarra l-informazzjoni li l-prodotti pproċessati tal-laħam irid ikollhom fuqhom bil-liġi, it-tikketta tal-prodotti bid-denominazzjoni tal-oriġini “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” tinkludi wkoll l-indikazzjonijiet li ġejjin:

l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu”;

is-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea, wara r-reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Il-kliem “finition châtaigne et/ou gland” jew “porcs finis à la châtaigne et/ou au gland” jew “100 % chataîgnes/glands” jista’ jidher biss fuq it-tikketta ta’ dawk il-prodotti li jkunu ġejjin minn annimali li matul il-fażi finali jkunu ngħataw esklussivament qastan u/jew ġandar.

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika:

Il-fruntieri taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu”, huma bbażati fuq il-communes li l-ambjent fiżiku tagħhom jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ trobbija u ta’ pproċessar tradizzjonali tal-“Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu”, li għalhekk jikkorrispondu għat-territorju kollu minbarra l-kosta, li mhijiex adattata għall-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-prodott.

Għaldaqstant, iż-żona ġeografika tinkludi partijiet minn dawn l-ibliet li ġejjin li jinsabu fid-dipartimenti ta’ Korsika tan-Nofsinhar u ta’ Korsika ta’ Fuq:

 

Dipartimenti ta’ Korsika tan-Nofsinhar: Afa, Ajaccio, Alata, Albitreccia, Ambiegna, Appietto, Arbellara, Arbori, Arro, Bastelicaccia, Belvédère-Campomoro, Bonifacio, Calcatoggio, Cannelle, Cargèse, Casaglione, Casalabriva, Cauro, Coggia, Cognocoli-Monticchi, Conca, Coti-Chiavari, Cuttoli-Corticchiato, Eccica-Suarella, Figari, Fozzano, Grosseto-Prugna, Lecci, Lopigna, Loreto-di-Tallano, Marignana, Monacia-d'Aullène, Olmeto, Olmiccia, Osani, Ota, Partinello, Piana, Pianottoli-Caldarello, Pietrosella, Pila-Canale, Porto-Vecchio, Propriano, Sainte-Lucie-de-Tallano, San-Gavino-di-Carbini, Sant'Andréa-d'Orcino, Sari-Solenzara, Sarrola-Carcopino, Sartène, Serra-di-Ferro, Serriera, Sollacaro, Sotta, Vico, Viggianello, Villanova, Zonza.

 

Dipartimenti ta’ Korsika ta’ Fuq: Aghione, Aléria, Algajola, Antisanti, Aregno, Barbaggio, Barrettali, Bastia, Belgodère, Biguglia, Borgo, Brando, Cagnano, Calenzana, Calvi, Canale-di-Verde, Canari, Castellare-di-Casinca, Centuri, Cervione, Chiatra, Corbara, Ersa, Farinole, Furiani, Galéria, Ghisonaccia, Giuncaggio, L'Ile-Rousse, Linguizzetta, Lucciana, Lugo-di-Nazza, Lumio, Luri, Meria, Monte, Montegrosso, Monticello, Morsiglia, Nonza, Novella, Occhiatana, Ogliastro, Oletta, Olmeta-di-Capocorso, Olmeta-di-Tuda, Olmo, Palasca, Pancheraccia, Patrimonio, Penta-di-Casinca, Pietracorbara, Pietroso, Piève, Pigna, Pino, Poggio-di-Nazza, Poggio-d'Oletta, Poggio-Mezzana, Prunelli-di-Casacconi, Prunelli-di-Fiumorbo, Pruno, Rapale, Rogliano, Rutali, Saint-Florent, San-Gavino-di-Tenda, San-Giuliano, San-Martino-di-Lota, San-Nicolao, Santa-Lucia-di-Moriani, Santa-Maria-di-Lota, Santa-Maria-Poggio, Santa-Reparata-di-Balagna, Santo-Pietro-di-Tenda, Serra-di-Fiumorbo, Sisco, Solaro, Sorbo-Ocagnano, Speloncato, Taglio-Isolaccio, Talasani, Tallone, Tomino, Tox, Urtaca, Vallecalle, Valle-di-Campoloro, Ventiseri, Venzolasca, Vescovato, Vignale, Ville-di-Paraso, Ville-di-Pietrabugno, Volpajola.

L-awtoritajiet tal-muniċipju ngħataw mappa taż-żona ġeografika li tiddefinixxi l-konfini taż-żona ġeografika għal dawk il-communes li partijiet minnhom biss jinsabu fiha. Għal dawn il-communes, it-tqassim f’żoni fuq il-mappa huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-awtorità nazzjonali kompetenti skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva INSPIRE.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Korsika għandha ambjent naturali partikolarment oriġinali, f'termini ta' klima, orografija u pedoloġija u mill-aspett tal-funzjonament tal-ekosistemi.

Ġeoloġikament, fin-naħa tal-punent, insibu Korsika Ersinjana fejn jiddominaw il-granit, il-granuliti u l-porfiri li jwasslu għal muntanji raffi ħafna, u fil-grigal, insibu Korsika Alpina fejn wieħed isib schist Bündner u art varja sedimentarja li mhijiex daqstant għolja u raffa. Flimkien mal-varjetà fil-klima, il-ħamrija tippermetti kisja vasta ta’ veġetazzjoni u l-impjantar tas-siġar u pjanti utli għat-tkabbir tal-majjal speċifiku.

Korsika għandha klima Mediterranja, iżda minħabba li hija gżira, kif ukoll minħabba l-varjazzjoni fl-altitudnijiet u fl-espożizzjonijiet li huma r-riżultat ta’ topografija kumplessa, din il-klima hija estremament varjata u minn dan jirriżultaw kuntrasti xi drabi impressjonanti bejn il-widien jew saħansitra għoljiet qrib ħafna ta’ xulxin.

Il-flora attwali ta’ Korsika hija essenzjalment Paleo-Mediterranja. L-iżolament iffavorixxa l-evoluzzjoni tal-ispeċijiet u l-flora ta’ Korsika hija kkaratterizzata minn proporzjon għoli ta’ speċijiet endemiċi.

Fost il-livelli differenti ta’ veġetazzjoni, wieħed isib il-livell Mediterranju subumdu, ikkaratterizzat mill-preżenza tal-ballut tas-sufra u tal-ballut. It-tip l-aktar mifrux f’dan il-livell huwa l-“maquis”.

Il-livell Mediterranju umdu huwa kkaratterizzat mis-siġar tal-qastan. Huwa f’dan il-livell li jispiċċaw l-imsaġar taż-żebbuġ, li l-ogħla limitu tagħhom jikkoinċidi mal-limitu l-aktar baxx tal-imsaġar tal-qastan.

Għalhekk, Korsika huwa ideali għall-foresti, il-kundizzjonijiet tal-art u tal-klima, b’mod ġenerali, jiffavorixxu ħafna l-foresti. Ir-riżorsi ta’ qastan u ta’ ballut huma partikolarment abbundanti fuq il-wiċċ tal-gżira kollha.

Il-prodotti tal-laħam huma antiki u għal żmien twil kienu jiffurmaw, flimkien mal-prodotti tal-ħalib, wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ proteini mill-annimali fid-dieta tradizzjonali tal-gżira.

Is-sistemi attwali ta’ trobbija ntirtu minn tradizzjoni pastorali antika li kienet tikkonsisti fiċ-ċaqliq tal-merħliet ta’ ħnieżer fuq it-territorji silvopastorali tal-muntanji jew fil-mergħat tal-muntanji fis-sajf (rangelands) skont ir-riżorsi tal-għalf naturali f’dak l-ambjent.

Il-majjal tar-razza lokali Nustrale huwa tat-tip Iberiku. Dan huwa annimal li jeħtieġ ftit li xejn kura, partikolarment adattat għal din it-tip ta’ trobbija. Huwa juża pjuttost tajjeb ir-riżorsi naturali li jsib. Huma l-ħnieżer nisa li jiggwidaw lill-merħliet fil-mergħat differenti, li għandhom ċerta diversità (boskijiet, mergħat tal-muntanji tas-sajf…). Iż-żoni fejn imorru jistgħu jinbidlu wkoll skont l-istaġuni u r-riżorsi ta’ ikel preżenti fl-ambjent.

Mill-ftim sakemm jieqfu jikbru, il-bidwi jieħu lill-annimali fil-mergħat, ir-razzjon ta’ għalf essenzjali għall-iżvilupp tagħhom. Il-majjali jieklu wkoll ir-riżorsi ta’ ikel li jsibu fit-territorju (ħxejjex, għeruq, tuberi…).

Matul il-fażi finali, l-annimali jirgħu mill-ballut u mis-siġar tal-qastan meta dawn ikunu qegħdin jipproduċu l-frott tagħhom. Huma jieklu l-aktar qastan u/jew ġandar tul il-perjodu kollu tal-ħarifa u tax-xitwa. Is-suppliment awtorizzat jista’ jkun biss xgħir.

Dan l-istadju jikkostitwixxi fażi fundamentali li għandha effett dirett fuq iż-żieda tal-piż u l-kwalità tax-xaħam (rata għolja ta’ aċidu xaħmi monoinsaturat u rata baxxa ta’ aċidu xaħmi saturat).

Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żoni tat-trobbija ħolqu l-ħtieġa li jinstabu proċessi ta’ preservazzjoni xierqa u dan wassal biex il-produzzjoni tal-laħam xott tiddomina fuq l-oħrajn. Din tuża t-tqaddid u t-tnixxif bħala proċeduri ta' preservazzjoni.

Fin-nuqqas tar-refriġerazzjoni, li tfaċċat biss fl-aħħar tas-seklu XIX, l-abitanti tal-gżira ħadu vantaġġ minn dak li kien joffri l-ambjent. B’hekk il-qatla u l-ipproċessar kienu, u għadhom, isiru skont l-istaġuni. Minħabba dan, il-konsum tal-“Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” jibda fi Frar u jieqaf f’Settembru. Huwa prodott minn “tal-ewwel” fil-kategorija ta’ biċċiet anatomiċi ta’ laħam xott, ikun l-ewwel wieħed li jżejjen il-mejda, bħala l-ewwel platt tal-ikla. Dan il-konsum, li jsir l-aktar fir-rebbiegħa, jagħmlu prodott ta’ kuljum u għal kulħadd.

L-ipproċessar huwa bbażat fuq proċessi naturali. L-uniċi ingredjenti storikament disponibbli u li sal-lum għadhom jintużaw fil-manifattura huma l-melħ, il-bżar jew il-bżar l-aħmar (l-ebda konservant). It-tnixxif isir permezz tal-użu tas-sħana tan-nar tal-injam tas-siġar deċidwi lokali.

It-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet tradizzjonali ta’ maturazzjoni (f’kantini naturali u f’temperatura ambjentali) jippermettu li jinkisbu kwalitajiet organolettiċi speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tat-togħmiet u tal-konsistenza.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” huma dawn li ġejjin:

Il-qatgħa għandha dgħif ta’ lewn omoġenju li jvarja minn roża għal ħamrani, skont ir-rata ta’ pigmenti preżenti fil-muskoli.

Id-dgħif huwa xi ftit imraħħam, minħabba rata ta’ lipidi fil-muskoli ta’ 5 % jew aktar.

Il-qatgħa xi drabi jkollha dehra żejtnija, minħabba rata għolja ta’ aċidu olejku.

Il-konsistenza tax-xaħam hija pjuttost ratba, minħabba lipolisi għolja.

Il-qatgħa għandha togħma rikka ħafifa (togħma ta’ perżut xott jew ta’ ġellewż jew ta’ faqqiegħ jew ta’ njam), togħma mielħa karatteristika marbuta ma’ kontenut ta’ melħ bejn is-6,5 u l-10 % u togħma ħafifa ta’ bżar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-użu tal-majjali tar-razza Nustrale huwa element essenzjali tal-lokal. Fil-fatt, ir-reżistenza ta’ din ir-razza lokali, b’kapaċità li tiflaħ għall-bidliet kbar fil-klima u fl-ikel u li takkumula malajr riżervi ta’ xaħam meta l-ikel ikun abbondanti, kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-trobbija tagħhom huma oriġinali u partikolarment adatti għat-territorju: żoni muntanjużi, trobbija fil-miftuħ, ċiklu twil ta’ produzzjoni (qatla f’età kbira għal piż tal-karkassa dejjem inqas minn 140 kg), dieta bbażata fuq ir-riżorsi naturali, b’mod partikolari waqt il-fażi finali.

B’hekk, fi kważi t-territorju kollu ta’ Korsika, l-irziezet estensivi tal-ħnieżer għandhom riżorsa abbundanti ta’ ikel disponibbli: il-qastan u l-ballut li jinsabu kemm fiż-żoni tal-foresti naturali ferm antropiċi, kif ukoll f’żoni li jistgħu jikkwalifikaw bħala agroforestali.

L-adattament tar-razza u tar-riżorsi naturali disponibbli flimkien jipprovdu prodott li l-kwalità tiegħu toħroġ fid-dieher permezz ta’ lewn li jvarja minn roża għal ħamrani, adipożità għolja (proporzjon għoli ta’ xaħam/dgħif u mraħħam ħafna) u piż tal-prodott xott ta’ inqas minn 1,1 kg.

Barra minn hekk, il-fażi finali għandha effett dirett fuq:

iż-żieda fil-piż tal-annimal, speċjalment b’żieda fil-piż tal-lipidi ta’ taħt il-ġilda (aktar minn 2,5 cm);

il-kwalità tax-xaħam (rata għolja ta’ aċidu xaħmi monoinsaturat u rata baxxa ta’ aċidu xaħmi saturat).

Il-laħam tal-majjal għaldaqstant huwa adattat ħafna għat-tmelliħ. Il-prattiki ta’ tmelliħ, inkluż l-użu esklussiv ta’ melħ tal-baħar bħala l-uniku konservant, jispjegaw it-togħma mielħa li tintiegħem sew fil-prodott lest. Bl-istess mod, it-tħejjija tal-prodott twassal għal aspett u forma speċifiċi (preżenza parzjali tax-xaħam tad-dahar).

Dan il-laħam tal-majjal jippermetti wkoll maturazzjoni twila f’kundizzjonijiet ambjentali naturali. Dan jirriżulta f’karatteristiċi organolettiċi speċifiċi bħal konsistenza xotta u xi drabi ratba u intensità aromatika ħafifa.

L-ammont relattivament għoli ta’ melħ u ċ-ċiklu twil tal-prodotti (tnixxif u maturazzjoni) joħolqu proteolisi baxxa u lipoliżi għolja u dan iwassal għall-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott, inkluża l-konsistenza pjuttost ratba tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://agriculture.gouv.fr/IMG/pdf/CDCLonzoDeCorse_cle0e6156.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.