ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.057.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 57

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
27 ta' Frar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 057/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6787 – IHI Corporation/IHI Charging Systems International) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 057/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2013/C 057/03

Ir-Rapport Speċjali Nru 24/2012 Ir-reazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 f’Abruzzi: Ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 057/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6875 – TenneT Offshore/Mitsubishi Corporation/TenneT Offshore 8) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

4

2013/C 057/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6859 – Mitsubishi Corporation/Isuzu Motors/Isuzu Motors India Private Limited) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 057/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

6

2013/C 057/07

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50, paragrafu 2, punt a tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

11

2013/C 057/08

Ilment CHAP(2012) 1860 – rikonoxximent tal-irċevuta u informazzjoni dwar għeluq ippjanat

17

2013/C 057/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar is-sistemi tal-kwalità applikabbli għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel

19

2013/C 057/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

24

2013/C 057/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6787 – IHI Corporation/IHI Charging Systems International)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 57/01

Fid-19 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6787. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Frar 2013

2013/C 57/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3077

JPY

Yen Ġappuniż

120,20

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,86330

SEK

Krona Żvediża

8,4594

CHF

Frank Żvizzeru

1,2167

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4595

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,561

HUF

Forint Ungeriż

294,93

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6996

PLN

Zloty Pollakk

4,1678

RON

Leu Rumen

4,3780

TRY

Lira Turka

2,3637

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2763

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3418

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1467

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5805

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6209

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 425,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,5378

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1481

HRK

Kuna Kroata

7,5925

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 694,71

MYR

Ringgit Malażjan

4,0566

PHP

Peso Filippin

53,373

RUB

Rouble Russu

40,0105

THB

Baht Tajlandiż

39,009

BRL

Real Brażiljan

2,5922

MXN

Peso Messikan

16,7459

INR

Rupi Indjan

70,7400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/3


Ir-Rapport Speċjali Nru 24/2012 “Ir-reazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 f’Abruzzi: Ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet”

2013/C 57/03

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 24/2012 “Ir-reazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 f’Abruzzi: Ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Awditjar: Il-Produzzjoni tar-Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6875 – TenneT Offshore/Mitsubishi Corporation/TenneT Offshore 8)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 57/04

1.

Fid-19 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun) u TenneT Offshore GmbH (“TOG”, il-Ġermanja), proprjetà sħiħa ta’ TenneT Holding B.V., jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq TenneT Offshore 8. Beteiligungsgesellschaft mbH (“HoldCo I”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. TOG s’issa huwa l-uniku azzjonist tal-HoldCo I.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MC: attivitajiet ġenerali ta’ kummerċ f’diversi industriji, fosthom l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimika, l-ikel u prodotti ġenerali,

għal TOG: attiva fis-settur tat-trażmissjoni tal-elettriku offshore fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6875 – TenneT Offshore/Mitsubishi Corporation/TenneT Offshore 8, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6859 – Mitsubishi Corporation/Isuzu Motors/Isuzu Motors India Private Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 57/05

1.

Fl-20 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun) u Isuzu Motors Ltd (“Isuzu”, il-Ġappun), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Isuzu Motors India Private Ltd, (“Isuzu India”, l-Indja) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MC: il-provvista tal-enerġija, tal-metalli; tal-makkinarju, tal-kimiki, tal-ikel u tal-merkanzija ġenerali,

għal Isuzu: Il-manifattura u l-provvista ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll ta' komponenti tal-magni.

3.

Isuzu India se tkun attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ vetturi bil-mutur u l-ispare parts fl-Indja u possibilment fi swieq emerġenti ġirien oħra. Isuzu India mhux se tkun attiva fiż-ŻEE.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6859 – Mitsubishi Corporation/Isuzu Motors/Isuzu Motors India Private Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 57/06

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“POPERINGSE HOPSCHEUTEN”/“POPERINGSE HOPPESCHEUTEN”

Nru tal-KE: BE-PGI-0005-0968-22.02.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Belġju

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1:

“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” huma rimjiet li jikbru bil-mod fil-parti tal-pjanta tal-ħops li tinsab taħt il-ħamrija (Humulus Lupulus). Meta jikbru kompletament, għandhom dijametru ta’ bejn 3 u 5 mm u tul ta’ bejn 4 u 8 cm. “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” dejjem għandhom kulur attraenti abjad, ma fihomx ħamrija u huma ħielsa mill-mard u mill-parassiti. Għandhom struttura soda u li tqarmeċ (jiġifieri la tiġġebbed u lanqas iebsa), allura jitfarrku malajr mingħajr ma jiżżartu fit-trufijiet tagħhom. “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” juru traċċi ta’ nodi (b’differenza mir-rimjiet tas-soja, pereżempju).

It-togħma ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” hija speċifika ħafna, iżda hija deskritta fl-aħjar mod bħala “togħma tipikament ta' lewż” li tfakkrek fiċ-ċikwejra. L-unika mod biex wieħed jiddeskirvi l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom, minkejja diffiċli, huwa billi tqabbilhom ma' oħrajn. It-togħma ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” tfakkrek fil-burdlieqa, fin-nebbieta tal-fażola ħoxnin jew fit-togħma kremuża u tal-lewż ta’ leħjet il-bodbod. It-togħma hija friska u tal-prodotti agrikoli.

Minħabba l-fatt li “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” jikkonsistu l-aktar mill-proteini u ma fihomx xaħam, il-kontenut tagħhom tal-kaloriji huwa prattikament żero. “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” għandhom ukoll kontenut għoli ta’ mikronutrijenti u ta’ vitamini, b’mod partikolari l-vitamini tal-grupp B.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-passi li ġejjin fil-produzzjoni ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” iridu jseħħu fiż-żona ġeografika definita: il-kopertura tal-pjanti tal-ħops bil-ħamrija, it-tneħħija tar-rampil li fuqu jikbru “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” u l-ħsad. Dan japplika kemm għall-pjanti li jikbru barra kif ukoll għall-pjanti li jikbru fis-serer imsaħħnin.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Sabiex ikun hemm garanzija tal-awtentiċità u r-rabta tagħhom maż-żona lokali, “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” iridu jiġu magħżula, ippakkjati u ttikkettjati ġewwa ż-żona ġeografika. Hekk kif il-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” jiġu ppakkjati, dawn ikunu lesti biex jitqassmu bil-mezzi normali barra ż-żona ġeografika.

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika huwa intenzjonat biex jiżgura l-oriġini, it-traċċabbiltà, il-kwalità u r-reputazzjoni u huwa meħtieġ sabiex jiggarantixxi l-kwalità tal-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”. Dan iżomm il-katina tal-proċess bejn il-ħsad (fl-għelieqi jew fis-serer ġewwa ż-żona ġeografika) u l-imballaġġ qasira ħafna u jiffavorixxi l-kwalità finali. Jekk il-prodott jintmiss b’mod eċċessiv dan jaffettwa b’mod negattiv il-kwalità tal-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”, li dejjem jibqgħu prodott fraġli u li jitħassar faċilment.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-prodott, li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem, irid jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

tikketti li fuqhom ikun hemm miktub

“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”, l-isem tal-produttur + in-numru tal-identifikazzjoni individwali

l-indikazzjoni tat-traċċabbiltà tal-prodott, li għaliha l-produttur huwa responsabbli f’konsultazzjoni mal-grupp applikanti

is-simbolu IĠP tal-UE

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tikkonsisti mill-belt ta’ Poperinge (li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin flimkien maċ-ċentru tal-belt ta’ Poperinge: Krombeke, Proven, Reningelst, Roesbrugge-Haringe u Watou), il-belt ġara ta’ Ieper (li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin flimkien maċ-ċentru tal-belt ta’ Ieper: Boezinge, Brielen, Dikkebus, Elverdinge, Hollebeke, Sint-Jan, Vlamertinge, Voormezele, Zillebeke u Zuidschote) u l-muniċipalità ġara ta’ Vleteren (li tinkludi Westvleteren, Oostvleteren u Woesten).

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni u t-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ dan il-prodott fir-reġjun ta’ Poperinge.

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Hemm għadd ta’ raġunijiet għaliex “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” jikbru fir-reġjun ta’ Poperinge.

L-ewwel raġuni hija l-adattabbiltà ideali tal-ħamrija lokali u l-kundizzjonijiet tat-temp. Poperinge għandha ħamrija tat-tip Ldcz: ħamrija moderatament umda, ramlija tal-lom, bi struttura tal-orizzont B ppronunzjata ħafna u frammentata. Is-saffi tal-ħamrija tal-qiegħ huma aktar impermeabbli, u għalhekk jippermettu t-tisfija rapida tas-sottoħarmija.

Ħamrija li hija tajba, fonda, b’tisfija tajba u ramlija tal-lom, b’kontenut tajjeb ta’ ġir, hija ideali biex jitkabbru l-ħops fiha. Il-ħamrija għandu jkun fiha ammont tajjeb ta’ umdità li tista’ tiġi estratta mis-saffi iktar fondi.

Ir-reġjun ta’ Poperinge, bħall-bqija tal-Fjandri tal-Punent, għandu klima marittima moderata b’xitwa xotta u sajf sħun u umdu. Il-fatt li jinsab viċin il-baħar ifisser li dan itaffi l-effett tat-temperaturi estremi. Il-medja annwali tax-xita hija 825 mm. Dan it-tip ta’ klima jiffavorixxi t-tkabbir ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” .

Barra minn hekk, il-bdiewa lokali tul għexieren ta’ snin kisbu l-għarfien espert fit-tkabbir ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” .

Il-bdiewa jkabbru u jaħsdu r-rimjiet tal-ħops f’żewġ modi. Hemm il-metodu antik, tradizzjonali fejn r-rimjiet tal-ħops jitkabbru barra – proċess tal-produzzjoni li għadu jintuża sal-lum fir-reġjuni kollha fejn jikber il-ħops, inkluż Poperinge. Madankollu, fl-1983 ir-rimjiet tal-ħops tkabbru f’serra msaħħna bħala parti minn studju xjentifiku. Dan it-tieni metodu esklussiv jintuża biss fir-reġjun ta’ Poperinge, fejn terz tal-”Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” jitkabbru fis-serer imsaħħnin, u żewġ terzi barra. It-taħlita taż-żewġ sistemi ta’ kultivazzjoni hija speċifika għaż-żona ġeografika. Minħabba l-fatt li l-ħsad ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” fih ħafna xogħol u jrid isir b’ħafna kura u attenzjoni sabiex ma ssirx ħsara fir-rimjiet tal-ħops daqstant fraġli, il-produtturi għandhom l-aħjar għarfien u l-ħiliet meħtieġa.

Fl-1983 ġiet stabbilita l-Keurbroederschap De Witte Ranke (“Fraternità tal-Vinja tal-Ħop il-Bajda”), imsemmija għal varjetà ta’ ħops li kien komuni dak iż-żmien. L-iskop tal-Fraternità kien u għadu l-promozzjoni tal-interessi tal-Westhoek b’mod ġenerali u tar-reġjun ta’ Poperinge u l-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” tagħha b’mod partikolari.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Fil-firxa wiesgħa ta’ ‘rimjiet’ disponibbli, “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” huma prodott partikolari ħafna, l-ewwel nett minħabba l-istruttura speċjali tagħhom. Tittiekel biss il-parti li tqarmeċ tar-rimja tal-ħops – il-parti ta’ fuq li tinqata’ fit-tieni nodu tar-rimja, u tħalli r-rimja bajda li tqarmeċ li hija twila bejn 5 u 8 cm.

Barra minn hekk, “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” għandhom togħma speċifika ħafna li mhix faċli biex tiddeskriviha. L-eqreb deskrizzjoni għaliha hija “togħma tipikament kremuża u tal-lewż” li tfakkrek fiċ-ċikwejra. Din it-togħma distinta, friska u tal-art hija parzjalment ir-riżultat tal-ħamrija tipika u tal-klima fiż-żona ġeografika definita.

Minħabba l-fatt li “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” huma prodott staġonali tipiku li jista’ jinħasad biss mill-aħħar ta’ Diċembru sal-aħħar ta’ April, huma disponibbli biss għal perjodu limitat kull sena.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-ħops huma pjanta importanti fil-Belġju li huwa pajjiż li jipproduċi l-birra. Fil-Medjuevu l-birra kienet alternattiva popolari għall-ilma, li kien inqas pur. Mit-13-il seklu ’l hemm, il-ħops beda jintuża fil-birreriji u ħa post it-taħlitiet sigrieti tal-ħxejjex morri u aromatiċi (“gruut”). Il-pjanta inġiebet fil-Poperinge biex tieħu post l-industrija tat-tessuti. Skont ir-rakkont fl-istorja fis-seklu 15 Jan zonder Vrees ħeġġeġ lill-poplu ta’ Poperinge, li kienu tilfu d-dritt tagħhom li jipproduċu t-tessuti, biex ikabbru l-ħops.

L-istruttura tal-ħamrija u l-klima jagħmlu lir-reġjun ta’ Poperinge l-post ideali biex jitkabbar il-ħops. B’dan il-mod ir-reġjun ta' madwar Poperinge, flimkien ma' Asse-Aalst, sar il-maħżen tal-ħops tal-Ewropa.

Wieħed mill-passi kruċjali fit-tkabbir tal-ħops huwa t-tneħħija tar-rimjiet eċċessivi. Fuq kull pjanta jinżammu minn żewġ sa tliet rimjiet. Dawn jikbru f’vinji ġodda li fuqhom jistgħu jikbru l-koni tal-ħops.

Għalhekk, minkejja li r-rimjiet tal-ħops kienu primarjament prodott sekondarju tat-tkabbir tal-ħops, fil-bidu tar-rebbiegħa kienu jikkostitwixxu ikel delizzjuż imfittex ħafna, meta l-ħaxix frisk kien għadu skars.

Ir-referenzi għall-użu tal-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” bħala ħaxix frisk imorru lura għas-seklu 16, meta kienu jemmnu wkoll li r-rimjiet kellhom kwalitajiet mediċinali.

Għalhekk, fl-1554 Dott. Rembert Dodoens kiteb li “ir-rimjiet tal-ħops jintużaw fl-ikel u jservu biex itejbu t-togħma”. Doedens kien jemmen ukoll li “Poperingse hopscheuten” kellhom kwalitajiet mediċinali. “Saħħa u vitalità”. Ir-rimjiet jew in-nibbieta żgħar tal-ħops jintużaw fl-ikel. Għalkemm iservu iktar biex itejbu t-togħma milli biex jipprovdu sostenn lill-ġisem – għaliex il-valur nutrittiv tagħhom huwa ftit – għandhom effett ta’ benefiċċju fuq l-intestini, għaliex jgħinu lis-sistema diġestiva u jsaħħu l-istonku.

Fl-1581 Maarhias de Lovel (25), tabib u espert tal-ħxejjex aromatiċi, ippubblika l-ktieb tiegħu “Krudtboeck” (Il-Ktieb tal-Ħxejjex Aromatiċi) li fih irrefera għat-tradizzjoni li wieħed jiekol ir-rimjiet tal-għeruq bħala tip ta’ ħaxix.

“Ir-rimjiet żgħar, li ma jitfaċċawx qabel l-aħħar ta’ Marzu jew fil-bidu ta’ April, kemm tal-ħops selvaġġ kif ukoll dak ikkultivat jittieklu mir-raħħala minflok insalata. Għandhom togħma pjaċevoli bħal taċ-ċikwejra u huma kemxejn sħan.”

Fil-perjodi sussegwenti r-referenzi bil-miktub għal “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” saru aktar frekwenti. L-għarfien dwar it-tkabbir u l-użu ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” li nkiseb matul is-sekli fiż-żona ġeografika huwa tali li l-produtturi lokali jista’ jingħad li għandhom għarfien tekniku speċifiku u li għandhom diversi ħiliet li ma jinstabux f’reġjuni oħra (bħat-tkabbir fis-serer).

Il-fatt li għadd kbir ta’ testi (storiċi) jirreferu għall-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” u r-reġjun jista’ wkoll iservi ta’ evidenza ta' kemm huwa magħruf il-prodott minħabba l-prodott stess u minħabba t-tekniki tat-tkabbir tal-produtturi tiegħu u ż-żona ġeografika tagħhom. Il-fatt li għadhom jinvestu fil-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” jintwera mill-istudji xjentifiċi li għadhom isiru fit-tekniki użati biex jitkabbru varjetajiet differenti tal-pjanta. Għadd ta’ ristoranti fir-reġjun ta’ Poperinge ilhom iservu riċetti li fihom il-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” mit-tmiem tas-seklu 19. Uħud saħansitra inkludew il-prodott f’kull platt li għandhom fuq il-menu tagħhom. Ir-reputazzjoni ta’ “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” hija evidenti ħafna wkoll mill-għadd kbir ta’ kotba u artikli tal-gazzetti dwar l-użu tar-rimjiet mir-ristoranti lokali, li regolarment jirreferu għalihom bħala “id-deheb abjad ta’ Poperinge”.

“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” huma ingredjent versatili ħafna. Kull staġun il-pubblikazzjonijiet kulinari jkopru s-suġġett tal-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” , li huma meqjusa bħala ikel delizzjuż ġenwin. Għadd ta’ riċetti speċifiċi li fihom il-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” jinsabu kemm fuq l-internet kif ukoll f’firxa ta’ kotba tat-tisjir.

Kull rebbiegħa l-Fraternità tal-Vinja tal-Ħop il-Bajda u l-belt ta’ Poperinge jorganizzaw il-festival tar-rimjiet tal-ħops, li fih il-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” għandhom rwol ċentrali. L-aħjar ristoranti fiż-żona ta’ Poperinge joffru menu speċjali bi platti li fihom il-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”. Diversi produtturi jorganizzaw ukoll ġranet għall-pubbliku fejn il-konsumaturi jingħataw l-opportunità jiskopru direttament dwar it-tkabbir tal-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”. Fl-2008, il-Fraternità, biex tikkommemora l-25 anniversarju tagħha, ippubblikat ktieb iddedikat speċifikament lill-“Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”.

Kull sena r-ristoranti u l-konsumaturi jistennew bi ħġarhom il-wasla tal-ewwel “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten”, kif inhu rifless fil-bejgħ tal-ħsad inizjali f’Diċembru, meta x-xerrejja mill-Belġju u minn barra dejjem iħallsu prezzijiet ogħla għall-ewwel rimjiet.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

 

http://lv.vlaanderen.be/nlapps/data/docattachments/dossier%20met%20bijlagen.pdf

jew

 

http://www.vlaanderen.be/landbouw — beleid (politika) — kwaliteitssystemen (sistemi tal-kwalità) — Europese kwaliteitssystemen (sistemi tal-kwalità Ewropej) — vlaamse dossiers (fajls Fjammingi)


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50, paragrafu 2, punt a tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 57/07

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 (UE) Nru 1151/2012 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“PIMENT D'ESPELETTE”/“PIMENT D'ESPELETTE-EZPELETAKO BIPERRA”

Nru tal-KE: FR-PDO-0105-0131-04.04.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn

2.   Tip ta' emenda/i:

T Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

Ġew aġġornati r-referenzi fir-rigward tad-dipartiment responsabbli tal-Istat Membru;

Deskrizzjoni tal-prodott: issemmew xi kriterji olfattivi bi żball fl-ispeċifikazzjoni u issa huma kkanċellati. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni hija kkjarifikata u kkompletata b'elementi li jiddeskrivu l-prodott u li ġew iddefiniti fit-test nazzjonali dwar id-DKO (digriet tad-denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini, regolament tekniku ta' applikazzjoni u fir-regolament dwar l-approvazzjoni tal-prodott):

il-karattru lixx tal-qoxra għall-bżar sħiħ frisk u bżar f'faxx;

għat-trab: tħin fin (frak b'kejl ta’ inqas jew daqs 5 mm), karatterizzazzjoni organolettika, lewn oranġjo jagħti fl-aħmar fil-kannella, rata ta' umdità inqas minn 12 %;

Żona ġeografika: saru xi kjarifikazzjonijiet dwar il-lista tal-istadji li jridu jseħħu fiż-żona (il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-imballaġġ) u dwar il-proċedura ta' identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’. Dawn jikkostitwixxu sempliċi riproduzzjoni tal-abbozz li deher fid-digret dwar id-denominazzjoni;

Prova tal-oriġini: mal-intestatura żdiedu dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-garanzija tal-oriġini u t-traċċabilità tad-denominazzjoni, dispożizzjonijiet emendati wara r-riforma tas-sistema ta' kontrolli tad-denominazzjonijiet ikkontrollati tal-oriġini Franċiżi;

Metodu ta' produzzjoni: fuq il-bażi tat-testi nazzjonali li jiddefinixxu d-denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini, l-intestatura ġiet ikkompletata b'elementi dwar id-deskrizzjoni tal-varjetajiet, dwar il-kundizzjonijiet ta' tħawwil u kultivazzjoni fil-livell tal-ħabel tar-raba’ (ħabel tar-raba’ tal-għelejjel riżervat għall-kultivazzjoni tal-bżar magħżul għad-denominazzjoni, għata tal-plastik limitata għal żewġ fillieri konsekuttivi, spazju minimu bejn il-pjanti ta' 40 cm, projbizzjoni tal-ħama, kompost urban u residwi mill-impjanti tat-trattament), dwar il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni tal-irrigazzjoni wara l-15 ta' Lulju, l-użu ta' xbieki mhux minsuġa bħala protezzjoni kontra s-silġ, il-projbizzjoni tat-trattamenti fitosanitarji sistematiċi, modalitajiet ta' kalkolu tar-rendiment (il-piż medju tal-bżar huwa stabbilit għal 35 gramma, il-kwantità ta' bżar meħtieġa għall-produzzjoni ta' kilo trab hija stabbilita għal 8 kg), dwar il-ħsad, it-tqassim (bżar niexef, u minn kull tip ta' impuritajiet, l-esklużjoni ta’ bżar b'difetti, maqsumin jew b'nekrożi, dewmien massimu ta' 48 siegħa bejn il-ħsad u t-tqassim) u dwar it-tnixxif (projbizzjoni ta' kull tip ta' tnixxif fi fran jew deidratazzjoni kiefra, tnixxif naturali, ventilazzjoni waħda mingħajr sistema ta' tisħin hija awtorizzata). Huwa kkjarifikat li l-imballaġġi fil-ħġieġ huma awtorizzati kif ukoll l-imballaġġ f'vakwu għat-tqegħid is-suq tal-Piment d’Espelette mitħun;

Tikkettar: huwa kkanċellat il-kliem “appellation contrôlée d’origine” (denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini) u “AOC” (“DKO”) u ddaħħal l-obbligu li jintuża s-simbolu AOP (DPO) tal-Unjoni Ewropea;

Rekwiżiti nazzjonali: mar-rekwiżiti nazzjonali żdiedet it-tabella tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati u l-metodu ta' evalwazzjoni tagħhom, kif huwa stipulat fir-Regolament nazzjonali Franċiż.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“PIMENT D'ESPELETTE”/“PIMENT D'ESPELETTE-EZPELETAKO BIPERRA”

Nru tal-KE: FR-PDO-0105-0131-04.04.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Piment d'Espelette”/“Piment d'Espelette-Ezpeletako Biperra”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.8.

(ħwara.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1):

Id-DPO “Piment d'Espelette”/“Piment d'Espelette-Ezpeletako Biperra” tikkonċerna l-bżar ħelu tal-ispeċi “Capsicum annuum” fl-għamla ta' bżar ħelu sħiħ frisk, faxx bżar ħelu jew bżar ħelu mitħun. Il-bżar ħelu joriġina miż-żerriegħa tat-tip Gorria jew minn varjetà li tikkorrispondi għat-tip varjetali li ġej: pjanta erbaċea annwali li tista' tikber sa 80 cm. Weraq li jalterna, sħaħ u ovali. Fjuri bojod, waħedhom fl-axxella tal-weraq. Frott imlaħħam, imdendel, f'forma ta' konika, aħmar meta jimmatura. Il-frott huwa maqsum, fin-naħa ta' fuq u mhux kollu kemm hu, fi tliet partijiet li fihom ħafna żerriegħa. Il-produtturi jistgħu jużaw iż-żerriegħa li jġibu mir-razzett tagħhom.

Il-“Piment d'Espelette” huwa kkaratterizzat minn intensità olfattiva ddominata mill-aromi ta' frott u/jew xiwi, xi kultant flimkien ma' impatt aromatiku ta' tiben maqtugħ u assoċjati ma' sensazzjoni pikkanti qawwija iżda li ma taħraqx li tinħass mal-palat. Il-“Piment d'Espelette” huwa ta' kulur aħmar meta jimmatura u huwa ppreżentat fi tliet għamliet:

bħala bżar sħiħ frisk. Ma fih l-ebda kulur aħdar, is-sura tiegħu hija konsistenti u konika, il-qoxra tiegħu hija lixxa, b'tul ta' bejn 7 u 14-il cm mingħajr il-pedunkulu;

bħala bżar f'faxx: il-bżar jintrabat tnejn tnejn (imlaqqgħin flimkien f'xifer), jew tlieta tlieta (fi triangolu) jew erbgħa erbgħa (f'salib), huwa ta' kulur aħmar u b'sura konsistenti u konika b'qoxra lixxa, b'tul ta' bejn 7 u 14-il cm mingħajr il-pedunkulu. Faxxa fiha 20, 30, 40, 60, 80 jew 100 bżaru tal-istess tul. Is-sawra tal-faxx trid tkun ibbilanċjata sew u konsistenti mill-perspettiva tas-sħuħija tiegħu u fl-għamliet u t-tul tal-bżar. Din trid tippermetti li jkunu jistgħu jseħħu l-maturazzjoni u t-tnixxif tal-bżar;

mitħun: it-trab jinħareġ mill-ipproċessar tal-bżar li ġej b'mod esklussiv mill-istess razzett. It-tħin isir wara perjodu ta' maturazzjoni u tnixxif fil-forn; it-trab tal-“Piment d'Espelette” jiġi ppreżentat f'lewn oranġjo jagħti fl-aħmar fil-kannella. It-tħin irid ikun fin biżżejjed sabiex il-frak ma jabqiżx il-5 mm. It-trab tal-“Piment d'Espelette” huwa kkaratterizzat minn intensità olfattiva ddominata mill-aromi ta' frott, xiwi u/jew ta' tiben assoċjat ma' sensazzjoni pikkanti qawwija iżda li ma taħraqx, bejn wieħed u ieħor ġewwa l-ħalq kollu, li tinħass fil-palat mal-ħin u/jew b'sensazzjoni ta' sħana. Fil-ħalq, it-trab tal-“Piment d'Espelette”, jista' jħalli togħma zokkrija u/jew impatt ta’ qrusa. Ir-rata ta' umdità tat-trab ta' bżar hija inqas minn 12 %.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-bżar irid ikun ġie prodott u pproċessat fi ħdan iż-żona ġeografika.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-imballaġġ, eċċ.:

L-imballaġġ isir fiż-żona tal-produzzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu l-għan li minbarra li jiggarantixxi l-awtentiċità tal-prodott, jiżgura ż-żamma tal-kwalitajiet u l-karatteristiċi tiegħu u b'hekk, fl-istess ħin ikun qiegħed jipproteġi d-denominazzjoni tal-oriġini “Piment d'Espelette”.

Il-bżar jinqata' meta jkun ta' lewn aħmar (mingħajr aħdar) hekk kif jimmatura b'mod ottimali. Il-ħsad isir b'mod regolari. Minħabba l-maturità tiegħu, il-bżar ikun fraġli: ikun hemm bżonn li jittieħdu prekawzjonijiet serji fit-tqandil tiegħu wara l-ħsad. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni għandhom l-għan li jippreżervaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-bżar.

Fit-48 siegħa ta' wara l-ħsad, il-bżar jitqassam, u, jew jintbagħat frisk, jew jintrabat f'faxx, jew inkella jitħalla jimmatura iktar sabiex minnu jinħareġ it-trab.

Il-bżar li jkun ser jiġi pproċessat sħiħ frisk jew jitqiegħed f'faxx jitqassam b'mod individwali. Din il-fażi teħtieġ għarfien partikolari fir-rikonoxximent u l-apprezzament tal-prodott sabiex tiġi ggarantita l-aqwa kwalità tal-bżar (sura konsistenti u konika, qoxra lixxa u b'tul ta' bejn 7 u 14-il cm).

Qabel jintbagħat, il-bżar sħiħ frisk jinħażen f'post imħares mix-xemx u l-umdità. Jiġi ppakkjat f'kaxex imtaqqbin, magħżula u użati esklużivament għall-“Piment d'Espelette”. Il-kaxex jifilħu massimu ta' 15-il kilogramma, b'tul li ma jistax jaqbeż il-25 cm.

Il-bżar li jkun ser jinbigħ f'faxxa ta' 20, 30, 40, 60, 80, jew 100 bżaru jitqiegħed fil-faxxa b'mod manwali mill-prodottur bi spaga tal-qoton (kitchen twine). Din il-fażi teħtieġ tagħrif partikolari dwar l-għarfien u l-apprezzament tal-prodott. Dan it-tagħrif li għandhom l-operaturi tal-DPO iwassal għall-produzzjoni ta' faxx bżar li jaqbel mad-deskrizzjoni tal-prodott: sawra bbilanċjata u konsistenti mill-perspettiva tas-sħuħija tiegħu u fl-għamliet u t-tul tal-bżar.

Wara t-tqassim, il-bżar li jkun ser jinbigħ bħala trab ikun soġġett għal maturazzjoni ta' minimu ta' 15-il jum f'post sħun u arjuż. Meta tintemm il-maturazzjoni, il-bżar jitneħħilu z-zokk, jitnixxef u jintaħan. Dawn il-fażijiet ta' pproċessar ġejjin mill-għarfien perfett dwar il-karatteristiċi tal-bżar u l-kompetenza mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra.

L-imballaġġ tat-trab huwa fażi essenzjali li timmira li tippreżerva l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott.

It-trab miksub irid ikun fih rata ta' umdità inqas minn 12 %. Huwa kkaratterizzat minn lewn oranġjo jagħti fl-aħmar fil-kannella, intensità olfattiva ddominata mill-aromi ta' frott, ta' xiwi u/jew ta' tiben, assoċjat ma' sensazzjoni pikkanti qawwija iżda li ma taħraqx, bejn wieħed u ieħor ġewwa l-ħalq kollu, li tinħass fil-palat mal-ħin u/jew b'sensazzjoni ta' sħana. Fil-ħalq, it-trab jista' jħalli togħma zokkrija u/jew impatt ta’ qrusa.

Eżatt wara t-tħin, it-trab irid jiġi kkonservat f'pakkett issiġillat b'vakwu.

Dan il-proċess għandu jitwettaq malajr biex iżomm it-trab minn difetti organolettiċi bħall-qrusa li tinħass, aromi ta' tiben umdu, ta' faqqiegħ, jew ta' ħaxix immuffat. Trab mhux ippakkjat eżatt wara l-fabrikazzjoni jkun espost għal riumidifikazzjoni, kontaminazzjoni minn bosta impuritajiet u degradazzjoni rapida tal-karatteristiċi tiegħu.

Biex ikun lest għall-konsum, it-trab jista' jiġi ppakkjat f’pakketti b'vakwu ta' 250 gr, 500 gr, 1 kg, 5 kg jew f'vażetti tal-ħġieġ issiġillati. M’għandhomx jiżdiedu sustanzi koloranti, addittivi jew preżervattivi, bl-eċċezzjoni tal-gass inert.

Barra minn hekk, filwaqt li titqies in-natura mħallta tat-trab tal-bżar, ir-rekwiżit ta' imballaġġ f'vakwu għandu l-għan li jiggarantixxi t-traċċabilità u l-oriġini.

3.7.   Regoli speċifiċi tat-tikkettar:

It-tikkettar tal-bżar frisk, il-bżar f'faxx jew il-bżar mitħun li jibbenefika mid-denominazzjoni tal-oriġini “Piment d'Espelette”/“Piment d'Espelette-Ezpeletako Biperra” jinvolvi l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini “Piment d'Espelette”/“Piment d'Espelette-Ezpeletako Biperra” miktub f'karattri li jkunu tal-inqas 1,3 darbiet daqs l-ikbar karattri li jidhru fuq it-tikketti. It-tikkettar jinkludi s-simbolu “AOP” (“DPO”) tal-Unjoni Ewropea. Is-simbolu jingħata flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, mingħajr kliem bejniethom.

It-tikkettar jista' jinvolvi wkoll il-kliem “appellation d'origine protégée” (“denominazzjoni protetta tal-oriġini”) u “AOP” (“DPO”) miktub eżatt fuq jew wara isem id-denominazzjoni, mingħajr kliem bejniethom.

Minbarra t-tikkettar, id-dokumenti li jakkumpanjaw, il-fatturi, u l-marki juru isem id-denominazzjoni tal-oriġini u l-kliem “appellation d'origine protégée” (“denominazzjoni protetta tal-oriġini” u/jew “AOP” (“DPO”) u/jew is-simbolu “AOP” (“DPO”) tal-Unjoni Ewropea.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tinsab fi ħdan 10 distretti tad-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques, li, fosthom, dawk bit-territorju kollu użat huma: Larressore u Souraïde, u d-distretti li tintuża parti mit-territorju tagħhom huma: Aïnhoa, Cambo les Bains, Espelette, Halsou, Itxassou, Jatxou, Saint-Pée sur Nivelle u Ustaritz.

Dokument kartografiku li jiddefinixxi l-limiti taż-żona ġeografika ġie ddepożitat fil-kunsill tad-distretti li tintuża parti mit-territorju tagħhom. Għal dawk id-distretti, it-tqassim karografiku jinsab fuq is-sit tal-internet tal-awtorità nazzjonali kompetenti b'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva INSPIRE.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona żgħira ta' Espelette, li tinsab fil-Lbiċ ta' Franza, għandha klima tan-Nofsinhar u oċeanika: is-sajf sħun (25 °C mass. hija l-medja ta' Lulju) u x-xitwa hija ħafifa (12 °C hija l-medja ta' Jannar), il-borra hija rari (23 jum/sena bħala medja), il-jiem mingħajr taħlil huma saħansitra iktar rari (tmint ijiem f'20 sena).

Iż-żona ta' Espelette, għad li tinsab qrib l-oċean, ma tintlaqatx mir-riħ “taż-żiffa tal-baħar” li jiġi mill-kuntrast bejn it-temperatura tal-oċean u dik tal-art, għaliex hija protetta minn għoljiet ta' 100 m li għandhom ir-rwol li jilqgħu mir-riħ u jevitaw il-fenomeni ta' evapotraspirazzjoni u deidratazzjoni tal-pjanti.

Barra minn hekk, l-għoljiet u l-muntanji tal-Pyrénéens madwar Espelette donnhom jifformaw amfiteatru miftuħ fil-Majjistral. Il-flussi umdi oċeaniċi, jaħbtu mal-ewwel għoljiet, u jinfexxu f'xita abbundanti u regolari. F'Espelette, il-medja ta' xita, ikkalkolata fuq l-aħħar għoxrin sena, hija ta' 1 800 mm.

Bħala medja, tinżel ix-xita matul 180 jum fis-sena. Barra minn hekk, il-bilanċ idriku - li jirrappreżenta d-differenza bejn il-gwadann u t-telf ta' ilma - huwa l-ogħla wieħed fi Franza f'din l-altitudni. Fl-aħħar nett, l-għoljiet tal-madwar, li jġibu magħhom żieda fl-għata tas-sħab, jirregolaw it-temperatura u jnaqqsu l-qabża fit-temperatura bejn in-nhar u l-lejl.

L-għażla tal-ħbula tar-raba’ fejn jitħawwel il-bżar issir bil-għan li jissaħħu l-potenzjalitajiet permessi mill-klima. L-għażla tal-ħbula tar-raba’ issir bosta xhur qabel it-tħawwil u hija soġġetta għal proċedura partikolari. Il-ħbula tar-raba’ jridu jkunu fertili u għonja biżżejjed f'materja organika biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-pjanta, jippermettulha alimentazzjoni tajba f'ilma u possibilità tajba ta' tneħħija tal-ilma, jibbenefikaw mill-orjentazzjoni u l-esponiment favorevoli għax-xemx u jiġi evitat ir-riskju ta' erożjoni. Dawn il-ħbula tar-raba’ jippreżentaw sawriet ekwilibrati bejn tafal, ħama u ramel u jibbenefikaw kważi kull sena minn provvista ta' demel dekompost sew.

Fl-aħħar, il-preżenza tal-massa tal-Pyrénées iġġib magħha, minħabba l-hekk imsejjaħ effett foehn bejn l-inżul tat-Tramuntana u n-Nofsinhar, riħ min-Nofsinhar imlaqqam haïze hegoa. Dan ir-riħ sħun jippreżenta f'dan ir-reġjun il-partikolarità ta' konservazzjoni tal-istess intensità billejl u binhar; jonfoħ spiss fil-ħarifa u fix-xitwa u b'hekk jagħti sehmu għall-maturità tal-frott u t-tnixxif tagħhom.

Id-dejta meteoroloġika rreġistrata turi sew li r-reġjun żgħir ta' Espelette fih karatteristiċi klimatiċi uniċi li jirriżultaw mill-pożizzjoni tiegħu, kemm dik ġeografika kif ukoll ġeomorfoloġika.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-“Piment d'Espelette” huwa kkaratterizzat minn intensità olfattiva ddominata mill-aromi ta' frott u/jew xiwi, xi kultant flimkien ma' impatt aromatiku ta' tiben maqtugħ u assoċjati ma' sensazzjoni pikkanti qawwija iżda li ma taħraqx u li tinħass fil-palat. Il-“Piment d'Espelette” huwa ta' lewn aħmar meta jimmatura u huwa ppreżentat fi tliet għamliet: bħala bżar sħiħ frisk, mitħun u f'faxx.

Il-bżar ġie introdott fir-reġjun ta' Espelette mis-seklu sittax; wasal fil-provinċja ta' Labourd minn Spanja bħall-qamħirrun li daħal mill-widien tan-Nive. Fis-seklu sbatax beda jissemma l-bżar tal-ispeċi Capiscum, użat bħala ħwara. B'mod vantaġġuż, dan il-bżar ħa post il-bżar iswed fit-tħawwir u l-konservazzjoni tal-inbejjed, li sa dak iż-żmien kien jiġi importat bi prezz għoli.

Ġew attribwiti ċerti vantaġġi terapewtiċi għal dan il-bżar u dawn wasslu sabiex jidħol fl-ispiżeriji domestiċi. Fl-1745, id-dizzjunarju Bask tas-saċerdot Manuel de Larramendi jispeċifika l-użu tal-“Piment d'Espelette” bħala ħwara.

Il-kultivazzjoni ġiet żviluppata fil-ġonna kkultivati min-nisa, bil-għan ewlieni ta' użu domestiku u dak sekondarju ta' bejgħ lil tal-laħam jew lil-lukandiera taż-żmien li kienu bil-bosta f'Espelette wara l-awtorizzazzjoni kummerċjali mogħtija minn Louis XV.

Minkejja l-bidla profonda fil-kampanja matul is-seklu dsatax u mbagħad is-seklu għoxrin, il-kultivazzjoni tal-“Piment d'Espelette” baqgħet għaddejja, u saret direttament marbuta mal-gastronomija lokali u l-identità stabbilita ta' dan ir-reġjun.

Id-dħul iġġenerat mill-“Piment d'Espelette” serva, anki sa dan l-aħħar, bħala d-dħul personali tan-nisa li kkultivawh, u ssupplimenta d-dħul modest tal-irziezet ta' polikultura-trobbija ta' daqs żgħir.

Barra minn jekk, l-iżvilupp tal-kultivazzjoni ta' bżar huwa marbut maż-żamma tal-irziezet tradizzjonali ta' polikultura-trobbija.

It-tnixxif ta' bżar mal-faċċati tad-djar fil-ħarifa huwa element partikolari u karatteristiku tal-kultivazzjoni tar-reġjun.

Illum, il-“Piment d'Espelette” huwa l-uniku bżar tradizzjonali użat bħala ħwara li huwa prodott fi Franza. Fil-fatt, l-oriġini tropikali tal-ispeċi Capsicum annuum L. li jappartjeni għaliha mhijiex predisposta għal kultivazzjoni waħda u pproċessar wieħed fi ħwara fi ħdan il-klimi Franċiżi, ħlief għal kundizzjonijiet ferm partikolari u għal tip varjetali adattat għalihom.

Ta' min jinnota li l-ispeċi Capsicum annuum hija magħrufa sa mill-1930 mill-botaniċi għas-sensibilità tat-tkabbir tagħha b'modi differenti skont il-ħamrija u l-klima.

Din il-pjanta żammet ħtiġijiet klimatiċi kbar mill-oriġini tropikali tal-pjanti ta' qabilha. Trid tissaqqa bl-ilma b'mod partikolarment abbondanti u regolari, u la tiflaħ għal nuqqas ta' ilma u lanqas għal ilma żejjed. Ilma żejjed fil-livell tal-għeruq iġib miegħu t-twaqqif assolut tal-iżvilupp tal-pjanta. Bl-istess mod, il-pjanta ma tibdiex tiżviluppa sakemm ma jkunx hemm temperatura fil-livell tal-ħamrija li taqbeż it-12 °C, u tikber b'mod notevoli meta t-temperaturi medji jilħqu l-20 °C bi ftit li xejn varjazzjoni bejn it-temperatura ta' binhar u billejl.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

B'mod uniku, f'dawn il-latitudnijiet, il-klima tar-reġjun żgħir ta' Espelette ilaqqa' flimkien kemm il-kundizzjonijiet ta' temperatura kif ukoll l-umdità meħtieġa mill-pjanta u biex tiġi pproċessata fi ħwara. Il-karatteristiċi tat-temperaturi, ta' xita u regolamentazzjoni termika jippermettu li jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-pjanta.

It-tip varjetali lokali jinħareġ mill-għażla fost il-massa li ssir b'mod sekulari mill-produtturi, li fl-oriġini kienu biss nisa. Dawn il-karatteristiċi kollha jaqblu perfettament mal-kundizzjonijiet tal-post u jippermettu li l-pjanta tiġi pproċessata fi ħwara skont it-tipiċità stabbilita: aromatika u pikkanti mingħajr ma tkun taħraq.

It-tip varjetali lokali jirriżulta direttament mill-osservazzjonijiet u l-għarfien tal-produtturi lokali: huwa espressjoni tar-rabta magħrufa bejn il-produtturi u l-post u huwa partikolarment adattat sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona.

Mill-għażla taż-żerriegħa sal-konservazzjoni tal-ħwara bil-karatteristiċi organolettiċi kollha tagħha, kull fażi ssir skont l-għarfien lokali u adattat, li jeħtieġu taħriġ importanti. Il-kultivazzjoni u l-ipproċessar tal-“Piment d'Espelette” jeħtieġu kapaċitajiet ta' osservazzjoni kbar kif ukoll xogħol manwali frekwenti. Għal sekli sħaħ, l-irġiel u n-nisa tgħallmu kif jippreżervaw it-tip varjetali u t-tekniki tradizzjonali ta' kultivazzjoni, tniffix u elaborazzjoni li ppermettew li tinżamm l-oriġinalità tal-prodott.

Fil-gastronomija u l-kultivazzjoni lokali, il-“Piment d'Espelette” iżomm post prominenti: fi Franza, huma l-ħwara tal-pajjiż Bask. Tant hu hekk, li bosta espressjonijiet verbali lokali jużaw il-kelma “piment” (“bżar”) u l-festa tal-bżar f'Espelette hija żmien tajjeb għar-reġjun kollu peress li, dakinhar, madwar 20 000 ruħ jiffullaw il-villaġġ biex jixtru kif ukoll jiċċelebraw il–“Piment d'Espelette”.

Waqt li l-“Piment d'Espelette” ppermetta lin-nisa li jipproduċuh sabiex jibbenefikaw minn awtonomija finanzjarja, illum hemm xi sittin razzett agrikolu li jiksbu minnu sehem importanti tad-dħul tagħhom, u l-produzzjoni tal-“Piment d'Espelette” tippermetti li jinżammu impriżi agrikoli jew l-irziezet tal-familji ta' daqs żgħir.

Fiż-żona kkonċernata, bosta impriżi tal-laħam jew manifatturi ta' ikel li jissajjar id-dar kif ukoll ir-ristoranti għandhom attivitajiet marbutin b'mod dirett mal-“Piment d'Espelette”.

Barra minn hekk, fuq livell nazzjonali, il-koki tal-gastronomija Franċiża rinomata huma leali lejn il-“Piment d'Espelette”, li spiss jikkostitwixxi wieħed mis-sigrieti tar-riċetti tagħhom.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCBżarDEspelette.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.

(4)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/17


Ilment CHAP(2012) 1860 – rikonoxximent tal-irċevuta u informazzjoni dwar għeluq ippjanat

2013/C 57/08

Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet u rreġistrat, bin-numru CHAP(2012) 1860 għadd kbir ta’ lmenti kontra leġiżlazzjoni ġdida fil-Polonja fuq il-ġestjoni tal-art agrikola proprjetà tal-Istat li tillimita d-daqs ta’ art agrikola mikrija lill-bdiewa u obbligu fuq il-kerrejja li jixtru farms f’ċertu żmien.

Minħabba n-numru ta’ lmenti rċevuti dwar dan is-suġġett, u sabiex tkun żgurata reazzjoni rapida u informar ta’ dawk ikkonċernati, waqt li jsir l-aktar użu ekonomiku tar-riżorsi amministrattivi, il-Kummissjoni qed tippubblika din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet fuq: http://ec.europa.eu/eu_law/complaints/receipt/index_en.htm

Wara eżaminazzjoni tal-ilmenti, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li mhuwiex possibbli, f’dan l-istadju, li jiġi identifikat ksur tal-liġi tal-UE f’dan il-każ.

L-ilmenti jissuġġerixxu li l-leġiżlazzjoni Pollakka tmur kontra l-Artikoli 15, 17 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 2(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Fir-rigward tal-allegata vjolazzjoni tal-Artikolu 2(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li fih id-definizzjonijiet tat-termini “bidwi” u “impriża”, ma jidhirx li l-miżuri deskritti fl-ilment huma kuntrarji għal dan l-Artikolu, billi dawn id-definizzjonijiet ma jirreferux għad-daqs tal-art agrikola sabiex azjendi jirċievu pagamenti diretti. Dan ir-Regolament ma jirregolax r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-inkwilini u s-sidien tal-art relatati mad-daqs tal-azjendi tagħhom.

L-uniku rekwiżit li jirreferi għad-daqs ta’ art agrikola biex azjendi jirċievu pagamenti diretti huwa previst fl-Artikolu 124(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament, li jgħid:

“Id-daqs minimu ta’ erja eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti għandu jkun ta’ 0,3 ettaru. Madankollu, kwalunkwe Stat Membru ġdid jista’ jiddeċiedi, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi d-daqs minimu f’livell ogħla li ma jaqbiżx ettaru.”

Skont l-Artikolu 88 u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, il-Polonja stabbiliet għal ettaru d-daqs minimu ta’ erja eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti. Konsegwentement, il-bdiewa Pollakki b’azjenda b’erja minima ta’ ettaru huma intitolati li jirċievu pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku għall-erja, u l-miżuri nazzjonali applikabbli għal bdiewa b’azjendi ta’ aktar minn 300 ettaru, kif deskritt fl-ilment, mhumiex kuntrarji għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1121/2009.

Din l-interpretazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, li weħidha għandha l-kompetenza li toħroġ deċiżjonijiet legalment vinkolanti dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Rigward il-ksur allegat tal-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, wieħed jista’ jinnota li l-Karta ma tapplikax għal kull sitwazzjoni ta’ allegat ksur tad-drittijiet fundamentali. Skont l-Artikolu 51(1), il-Karta tapplika għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta u fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, ma jidhirx li l-kwistjoni li l-ilmenti jirreferu hija marbuta mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li, “[i]d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta m’għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi tal-Unjoni kif definiti mit-Trattati” u l-Artikolu 345 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li dan it-Trattat m‘għandux jippreġudika r-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà. Id-dispożizzjoni aħħarija tagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex jiddefinixxu s-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fit-territorji tagħhom, inkluż il-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ kerrejja biex jikru jew jixtru art agrikola, u l-Kummissjoni m’għandha l-ebda awtorità li taġixxi f’dan il-qasam.

B’kunsiderazzjoni tal-elementi preċedenti, is-servizzi tal-Kummissjoni se jipproponi lill-Kummissjoni li l-każ jingħalaq.

Jekk il-kwerelanti jikkunsidraw li għandhom informazzjoni ġdida li tista’ twassal lill-Kummissjoni biex mill-ġdid tikkunsidra l-proposta li tagħlaq il-każ, din għandha tkun ippreżentata lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tali informazzjoni ġdida, il-Kummissjoni tista’ tagħlaq il-każ.


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar is-sistemi tal-kwalità applikabbli għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel

2013/C 57/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (1)

“PRÉS-SALÉS DU MONT-SAINT-MICHEL”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-0813-25.06.2010

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   L-isem:

“Prés-salés du Mont-Saint-Michel”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott:

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’punt (1):

Il-laħam li jibbenefika mid-denominazzjoni tal-oriġini “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” ġej minn għabajjar iżgħar minn 12-il xahar u li l-karatteristiċi tiegħu huma konferiti lilu mir-ragħa marittimu. Dawn il-ħrief ġejjin minn muntuni ta’ dawn ir-razez: “Suffolk”, “Roussin”, “Rouge de l’Ouest”, “Vendéen”, “Cotentin”, “Avranchin”, “Charollais”, jew minn muntuni mwielda minn ommijiet li ġejjin minn azjenda agrikola bit-titlu ta' azjenda agrikola pastorali ta' bur salmastru. In-nisa li jirriproduċu jitwieldu minn nagħaġ li ġejjin minn azjenda agrikola pastorali ta' bur salmastru u mrobbija fiż-żona ġeografika.

Il-karkassi fihom il-karatteristiċi li ġejjin:

piż minimu ta' 14-il kg;

forma tal-karkassi ftit għat-tond: “profil rettilinju bil-parti ta’ taħt ġejja għat-tond” u “żvilupp muskolari medju sa kbir” (klassijiet U, R u O tal-grilja EUROP);

stat tas-simna “bejn dgħif imxamma’ u b’qoxra xaħam (‘cirées à couvertes’)” (klassijiet 2 u 3 tal-lista EUROP);

xaħam estern u intern sod u ta' lewn abjad sa abjad jagħti fil-krema, imqassam b'mod uniformi.

Il-laħam huwa ppreżentat kiesaħ. Il-laħam mill-friża mkessaħ huwa pprojbit.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

L-għalf tal-ħrief u n-nagħaġ huwa msawwar l-iktar minn ragħa fuq bur salmastru. It-tkabbir tal-ħrief isir f'perjodi suċċessivi li huma l-perjodu ta' wara t-twelid, il-perjodu ta' ragħa marittimu u eventwalment, il-perjodu tat-tismin.

Matul il-perjodu ta' wara t-twelid, li jdum tal-inqas 45 jum u mhux iktar minn 105 ijiem, l-ikel tal-ħrief ikun magħmul l-iktar minn ħalib tal-omm u jista' jiżdied miegħu ħalib f’għamla ta’ trab, għalf jew konċentrati.

Matul il-perjodu ta' ragħa marittimu li tal-inqas idum 70 jum, il-ħrief joqogħdu fuq il-bur salmastru, fuq setturi awtonomi ta' ragħa identifikati u f'każ li l-baħar jimla, fuq żoni ta' rtirar. Jieklu prinċipalment (tolleranza massima ta' 400 g ta’ konċentrati/kuljum imqassma filgħaxija apparti r-ragħha) jew esklussivament ħaxix.

Matul il-perjodu fakultattiv ta' tismin (għall-ħrief li jieklu esklussivament ħaxix matul il-perjodu ta' ragħa marittimu) b'perjodu massimu ta' 30 jew 40 jum skont l-istaġun, il-ħaruf jirċievi għalf u ikel ikkonċentrat u ma jibqax jirgħa fuq bur salmastru.

Fil-każijiet kollha, il-perjodu ta' ragħa marittimu, inkluż ir-ragħha fuq bur fil-jiem li matulhom il-bur salmastru jirkupra mill-marej bil-mili jew it-tifrigħ tal-baħar, jirrappreżenta tal-inqas nofs il-perjodu ta' ħajjet l-annimal.

L-għalf ikkunsmat f'fażijiet differenti tat-trobbija tal-annimali ġej miż-żona ġeografika u huwa msawwar minn ħaxix frisk, tar-ragħa u miżmum taħt forma ta' tiben jew taħlita ta' tiben u ħxejjex b'kontenut ta' materjal niexef ogħla minn 50 %, ta' għeruq, tuberi u ħaxix.

It-tqassim tal-għalf tal-qamħirrun huwa pprojbit mill-1 ta’ Ġunju 2013.

Il-konċentrati mqassma lil nagħaġ u ħrief skont il-każ fil-fażijiet differenti ta' trobbija tal-annimali huma msawra mill-ingredjenti li ġejjin:

żrieragħ taċ-ċereali, prodotti u prodotti sekondarji: xgħir, qamħirrun, qamħ, “triticale”, ħafur,

żrieragħ żejtnin, prodotti u prodotti sekondarji: espellent tas-soja, tal-ġirasol, tal-kolza, tal-kittien, żerriegħa tas-soja, qxur tas-soja,

prodotti tar-raba' li fihom il-proteini: piżelli, lupini, ful,

tuberi u għeruq, prodotti u prodotti sekondarji: polpa tal-pitravi,

għalf: xnien, tiben,

melassa: melassa tal-kannamieli,

addittivi,

minerali, vitamini.

L-għalf jiġi 100 % miż-żona ġeografika u l-konċentrati jiġu 50 % mill-istess żona.

Fl-għalf tal-ovini preżenti fl-azjenda agrikola huma permessi biss il-pjanti, koprodotti u għalf li ġejjin minn prodotti mhux transġeniċi. L-ebda prodott li ġej mill-annimali, minbarra l-prodotti tal-ħalib, ma għandu jidħol fil-kompożizzjoni tal-għalf użat fil-postijiet ta' trobbija b'witat salmastri mistgħadra tal-melħ.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

It-twelid, it-trobbija u l-qatla.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għat-tiħkik, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi tat-tikkettar:

L-identifikazzjoni u t-tikkettar tal-laħam bid-denominazzjoni tal-oriġini “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” jitwettqu fuq il-karkassa meta tinħareġ mill-perjodu ta' tkessiħ f’daqqa permezz ta' marka li ma tistax titbagħbas b'inka li ma titħassarx li biha tinkiteb “Prés-salés MSM” fuq il-partijiet ewlenin li huma l-ispalel, il-ġenbejn u s-saqajn.

Sa ma jaslu għand id-distributur aħħari, il-karkassa u l-biċċiet maqtugħin li jirriżultaw ikunu akkumpanjati minn tikketta li tal-inqas tispeċifika:

isem id-denominazzjoni,

il-kliem “DPO” (“AOP”) jew “denominazzjoni protetta tal-oriġini” (“appellation d'origine protégée”),

is-simbolu “DPO” (“AOP”) tal-Unjoni Ewropea,

isem ir-raħħal,

in-numru tat-trobbija,

in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni tal-ħaruf,

id-data tal-qatla,

il-post u n-numru tal-qatla,

il-kliem “il-perjodu ta' maturazzjoni fuq l-għadam bejn id-dati tal-qatla tal-ħrief u tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali huwa tal-inqas 4 ijiem sħaħ”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita:

Iż-żona ġeografika li fiha jseħħu t-twelid, it-trobbija u l-qatla tal-ħrief, hija ffurmata mit-42 distrett li ġejjin u li 6 minnhom huma f'parti mid-dipartimenti tal-Manche u l-Ille et Vilaine:

 

Id-Dipartiment tal-Manche:

 

Il-komuni kollha tad-distretti ta' Avranches, Barneville-Carteret, Beaumont-Hague, Bréhal, Bricquebec, Cherbourg-Octeville, Cherbourg-Octeville-Sud-Ouest, Coutances, Ducey, Equeurdreville-Hainneville, Granville, la Haye-Pesnel, Isigny-le-Buat, Jullouville, Lessay, Montmartin-sur-Mer, Les Pieux, Pontorson, Saint-Hilaire-du-Harcouët, Saint-James, Saint-Malo-de-la-Lande, Saint-Ovin, Saint-Sauveur-le-Vicomte, Sartilly, Tourlaville, Valognes, Vesly.

 

Il-komuni tad-distretti ta' Haye-du-Puits minbarra l-komuni ta' Appeville, Coigny, Cretteville, Houtteville, Prétot-Sainte-Suzanne, Vindefontaine.

 

Fid-distrett ta' Saint-Sauveur-Lendelin, il-komuni ta' Muneville-le-Bingard, La Ronde-Haye.

 

Id-Dipartiment tal-Ille et Vilaine:

 

Il-komuni kollha tad-distretti ta' Antrain, Dol-de-Bretagne, Fougères-Nord, Fougères-Sud, Louvigné-du-Désert, Pleine-Fougère, Saint-Aubin-du-Cormier, Saint-Brice-en-Coglès.

 

Fid-distrett ta' Cancale, il-komuni ta' La Fresnaie, Hirel, Saint-Benoit-des-Ondes.

 

Fid-distrett ta' Saint-Aubin d’Aubigné, il-komuni ta' Andouillé-Neuville, Gahard, Romazy, Saint-Aubin-d’Aubigné, Sens-de-Bretagne et Vieux-Vy-sur-Couesnon.

 

Fid-distretti ta' Vitré-est u Vitré-ouest, il-komuni ta' Balazé, Châtillon-en-Vendelais, Montautour, Princé, Saint-M'Hervé, Vitré.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona ġeografika tinsab fl-inħawi tal-golf Norman-Breton u testendi sal-parti li tmiss mad-dipartimenti tal-Manche u l-Ille-et-Vilaine. Hija partikolari minħabba l-importanza tax-xtut tagħha u l-influwenza marittima u oċeanika qawwija tal-klima tagħha. Fil-qalba ta' din iż-żona ġeografika, hemm bur regolarment mgħotti mill-baħar, imsejjaħ bur salmastru jew “herbus”, li joffri l-essenzjali għall-għalf tal-annimali. Dan il-bur salmastru jsawwar il-parti superjuri taż-żona tal-marej. Huwa żviluppat b'mod lokali f'qiegħ il-bajja ta' Mont-Saint-Michel u l-estwarji tal-Punent ta' Cotentin, hemm fejn tiġi prodotta sedimentazzjoni fina, milqugħ mill-mewġ u l-kurrenti qawwijin. Is-substrat tal-bur salmastru huwa r-ramel li huwa msawwar minn ħama u ramel fini ħafna, għanja fil-franka. Dawn l-ispeċijiet jinfdu fil-fond b'kanali li jiftħu f'kanali sekondarji li b'hekk jifformaw xibka ferm densa li taqsam dawn iż-żoni ta' bur f'bosta taqsimiet ta' funzjonament u b'hekk joħolqu xkiel għall-mogħdijiet tal-ovini.

Il-veġetazzjoni hija adatta għas-salinità tar-raba' u s-sommersjoni tal-pjanti msejħa alofiti. Numru mdaqqas minnhom, bħall-puccinellia maritima, it-triglochin maritima jew l-halimione portulacoides, b'mod partikolari meta jkunu ffriżati, huma ferm palatabbli u b'hekk jifformaw l-essenzjali tal-għalf tal-ħrief “Prés-salés du Mont-Saint-Michel”.

Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

Il-produzzjoni tal-ħrief ilha mill-għaxar seklu sseħħ fil-bajja ta' Mont-Saint-Michel, imsejħa “brebiage” (post fejn jirgħu n-nagħaġ) mill-patrijiet tal-Mont. Hemm evidenza tal-produzzjoni ovina mill-istess epoka fir-reġjun kenni ta' Cotentin fil-karta tat-twaqqif tal-Abbazija ta' Lessay, permezz ta' donazzjoni ta' żewġ postijiet ta' kenn għan-nagħaġ lill-Abbazija; iktar tard fl-1181, fost l-oħrajn, żewġ terzi mid-dieċma ta' din l-Abbazija kienu ikkostitwiti minn tas-suf tan-nagħaġ (Charte de Henri II Plantagenêt).

Sal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, bl-eċċezzjoni ta' ċerti biċċiet ta' art (imsejħa “polders”) ta' Mont-Saint-Michel fejn merħliet relattivament kbar kienu jittieħdu fuq il-bur salmastru mgħassin mir-rgħajja, in-nagħaġ kienu jittieħdu fi grupp ta' 2 sa 4, marbutin flimkien. Mit-tieni nofs tas-seklu għoxrin, bdew jiġu stabbiliti rziezet ta' trobbija iktar speċjalizzati u li kellhom anki nagħaġ.

Biex jegħlbu l-limitazzjonijiet fiżiċi tal-post, dawk li jrabbu dejjem għażlu n-nissiela tagħhom b'mod partikolari biex jivvalorizzaw il-kapaċità tat-tnissil tal-annimali nisa, il-kapaċità tal-annimali li jimxu fuq art mhux stabbli u t-tkabbir tal-ħrief adattat għaċ-ċiklu veġetattiv tal-pjanti tal-bur salmastru. B'hekk, in-nisa jinħarġu mill-merħla u l-irġiel jinxtraw minn barra, u jkunu jappartjenu għal razez adatti sew għall-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-bur salmastru u li l-iżvilupp muskolari tagħhom iseħħ relattivament iktar bil-mod.

It-trobbija ta' ħrief li jirgħu f'witat salmastri kompliet tiżviluppa grazzi għall-istabbiliment ta' postijiet ta' kenn għan-nagħaġ u għall-għarfien dwar il-bur li jinstab fl-inħawi qrib il-bur marittimu. L-eżistenza tagħhom hija indispensabbli sabiex l-annimali jingħataw kenn matul it-twelid u meta l-bur marittimu jispiċċa taħt l-ilma minħabba l-marej.

Biex jindirizzaw l-eteroġeneità kbira fit-tkabbir tal-individwi fi ħdan il-merħla u l-problemi klimatiċi, ir-raħħala żviluppaw strateġiji komplementari adatti għall-konfigurazzjoni tal-postijiet. Peress li l-postijiet ta' kenn għall-annimali huma qrib ix-xtut, id-distribuzzjoni tal-għalf komplementari tista' sseħħ matul il-lejla ta' wara r-ragħha. Meta l-postijiet ta' kenn ikunu mbiegħda, dawk li jrabbu jistgħu jirrikorru biss għat-tismin qabel il-qatla. Fil-parti l-kbira tiegħu, dan l-għalf huwa prodott fiż-żona, anki jekk xi parti, speċjalment is-sehem tan-nitroġenu, tista' tkun ġejja minn barra.

Din it-trobbija partikolari, matul ir-relazzjonijiet lokali bejn ir-raħħala, tal-laħam u l-biċċiera, wasslet għall-għażla kostanti ta' biċċeriji tal-inħawi fejn inżammu l-mezzi u l-għarfien dwar it-tbiċċir tal-ovini. Normalment, l-għarfien speċifiku fit-tbiċċir ifisser perjodu ta' stennija qasir f’kundizzjonijiet komdi bejn il-wasla sal-biċċerija jew il-qatla, it-tbiċċir, it-tqaxxir u t-tneħħija tal-ġewwieni li jsiru b'reqqa partikolari biex jiġi ppreservat ix-xaħam tal-wiċċ u matul dan il-proċess huwa pprojbit kull tip ta' kontaminazzjoni tal-karkassa. Huma stabbiliti wkoll il-kundizzjonijiet tat-tkessiħ f’daqqa u tal-maturazzjoni. Mat-tlestija ta' dawn l-operazzjonijiet tiġi vvalutata l-konformità tal-karkassi, l-iktar fir-rigward tal-kwalità tax-xaħam u tad-dehra tal-karkassi.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Il-karkassi jiddistigwu ruħhom minħabba x-xaħam abjad u sod li għandhom,, imqassam b'mod uniformi. Għandhom profil ftit fit-tond u b'saqajn kemxejn tawwalin u rqaq. Il-laħam jintgħaraf permezz ta' kulur intens li jagħti fir-roża, it-tul tal-fibri u x-xaħam intramuskolari preżenti. Wara li jissajjar, ikun mimli meraq b'togħma qawwija waqt li tomogħdu, aromi intensi u persistenti fil-ħalq, minbarra li ma tinħass l-ebda togħma ta' suf.

L-ispeċifiċità ta' dan il-laħam ilha magħrufa sew, hekk kif iddikjara Pierre Thomas du Fosse, akkademiku u kittieb minn Rouen, li mar f’Pontorson fis-sajf tal-1691: “Il-ħaxix tul ix-xtut huwa simili għas-sagħtar, jagħti lil-laħam tan-nagħaġ togħma li tant hi tajba li wieħed jinsa l-perniċi u l-faġani daqskemm jintiehem tajjeb dan il-laħam.”

Din il-fama li ilha żmien twil ġiet b’mod partikolari kkonfermata dan l-aħħar minn sentenza tal-Qorti tal-Appell ta' Caen tal-24 ta’ Jannar 1986 li tippreċiża li n-nagħaġ li b'mod perjodiku jirgħu fuq il-bwar li b'mod perjodiku jitgħattew mill-baħar, normalment jissejħu nagħaġ tal-witat salmastri (“moutons de prés-salés”) u li fl-annimali mrobbija hemm, tiġi rikonoxxuta kwalità partikolari fil-laħam tagħhom.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-rabta bejn il-laħam “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” u l-post ta' produzzjoni tiegħu sseħħ permezz tal-konsum tal-veġetazzjoni partikolari tal-bur salmastru u tal-eżerċizzju fiżiku li jwettqu l-ovini biex jirgħu minnha. Is-sehem ta' dan l-eżerċizzju fiżiku fir-rabta mat-territorju huwa notevoli fil-bur salmastru tal-Bajja ta' Mont-Saint-Michel li joffri spazji kbar fejn jirgħu u bl-istess mod, f'dawk il-postijiet kennija ta' Cotentin anki jekk il-meded taż-żoni tal-bur huma iktar modesti. Fil-fatt, il-valur tal-għalf tal-bur salmastru li huwa pjuttost dgħajjef, u r-rarità tal-ħaxix partikolari li jieklu l-ovini, jobbligawhom jimxu distanzi twal biex jirgħu kemm għandhom bżonn. Dan jirriżulta f'karkassi ftit għat-tond kif ukoll f’kulur intens tal-laħam.

Dawn il-karatteristiċi tal-laħam huma msaħħa minn dawn il-limitazzjonijiet l-oħrajn ta' din iż-żona ta' art mhux stabbli, maqtugħa permezz ta' xibka ta' kanali fondi, u esposta għall-ħruxija klimatika. Minħabba dawn il-kundizzjonijiet rigorużi, l-annimali ma jistgħux jaslu żgħar wisq fuq il-bur salmastru u jridu jibqgħu jirgħu f’dawn il-postijiet speċifiċi żmien twil biex il-laħam tagħhom ikun jista' jiggwadanja bis-sħiħ.

Għaldaqstant, dawn il-kundizzjonijiet ta' trobbija tal-annimali jippreżentaw konformazzjonijiet ftit fit-tond, xaħam sod u ftit abbundanti kif ukoll togħma partikolari mingħajr togħma ta' suf.

Dawn il-karatteristiċi jinżammu grazzi għall-qatla tal-annimali qrib il-postijiet tat-trobbija. Din il-qrubija tfisser żminijiet ta' trasport limitati, li jevitaw lill-annimali stress li potenzjalment jista’ jwassal għal tibdil fil-laħam u b'hekk ikunu jistgħu jinżammu l-kwalitajiet organolettiċi miksuba fil-postijiet tat-trobbija. Barra minn hekk, din it-trobbija ovina ppermettiet li jiġi żviluppat u jinżamm fil-biċċeriji taż-żona ġeografika għarfien speċifiku li jirrispetta l-kwalità ta' din il-materja prima, bħall-preżervazzjoni tax-xaħam ta' kopertura u l-projbizzjoni ta' ħasil filwaqt li jiġi ffaċilitat il-kontroll tal-konformità tal-karkassi.

B'hekk, is-sukkulenza tal-laħam prés-salés, rikonoxxuta mill-gastronomi, għamlet laħam li għandu fama kbira kkonfermata għal iktar minn seklu bi prezzijiet tal-bejgħ ogħla b'50 % sa 100 % meta mqabbla ma' dawk tal-ħaruf komuni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCPresSalesMontSaintMichel.pdf


(1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/24


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 57/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

LIETUVIŠKAS VARŠKĖS SŪRIS

Nru tal-KE: LT-PGI-0005-0853-28.01.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Lietuviškas varškės sūris”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Litwanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Il-“Lietuviškas varškės sūris” huwa ġobon moxx tal-baqta li għandu għamla ta’ priżma trijangulari b’kantunieri ttundjati u l-marka tal-borża ġobon man-naħa l-aktar iebsa tagħha. Jista’ jiġi kkunsmat frisk, affumikat, moħmi jew imnixxef. Il-ġobon isir b'mod tradizzjonali, fejn il-ħalib jitbaqqat biss bl-użu ta' kultura li tibda l-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu lattiku, mingħajr l-użu ta' fermenti. Il-ġobon jikseb l-għamla karatteristika tiegħu meta l-baqta tiddaħħal bl-idejn fil-boroż tal-ġobon trijangulari – li jingħalqu b'għoqda mal-usa' tarf – u jingħafsu. Ħxejjex aromatiċi u/jew melħ jista' jiġi jew ma jiġix miżjud mal-ġobnijiet. Il-qies tal-ġobnijiet jiddependi mill-użu maħsub tagħhom, u jista' jvarja minn ftit mijiet ta' grammi għal 5 kg jew aktar. Il-ġobon isir mingħajr addittivi, aromatizzanti jew koloranti.

Karatteristiċi

Kulur: Il-ġobnijiet friski u mnixxfa għandhom kulur abjad li jagħti fl-isfar. Il-ġobon moħmi għandu kulur safrani li jagħti fil-kannella, bil-parti ta' barra li tista' tkun koperta b’taħwir u/jew ħxejjex aromatiċi, u qatgħa trażversali bajda li tagħti fl-isfar. Il-parti ta’ barra tal-ġobon affumikat hija safra skura u tagħti fil-kannella, filwaqt li l-qatgħa trażversali hija bajda u tagħti fl-isfar.

Konsistenza: Il-ġobon frisk huwa artab, omoġenju, pjuttost sfiq u jista’ jitfarrak meta jinqata’, filwaqt li l-ġobon moħmi huwa omoġenju, sfiq u kemxejn jiġġebbed, u l-ġobon affumikat huwa omoġenju, sfiq u jitfarrak. Il-ġobon imnixxef huwa omoġenju fil-konsistenza, iebes, diffiċli biex jitqatta' u jitfarrak meta jinqasam. Jekk il-ġobon isir bit-taħwir, dan jista' jkun imqassam b'mod irregolari.

Aroma u togħma: aċidu lattiku karatteristiku bi ħjiel tat-togħma u l-aroma tat-taħwir użat (karwija, melħ, eċċ). Il-ġobon affumikat għandu wkoll aroma u togħma affumikata perċettibbli.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

skont il-kompożizzjoni tiegħu, il-“Lietuviškas varškės sūris” jista’ jkun fih minn 7 sa 25 % xaħam bil-piż jew xaħam baxx (li jilħaq iż-0,5 % ta' xaħam bil-piż),

il-kontenut ta' materja xotta jiddependi mill-kontenut ta' xaħam tal-ġobon u l-ipproċessar ulterjuri tiegħu. Għall-anqas għandu jkun f'31 % tal-ġobnijiet friski, moħmija u affumikati u għall-anqas f'67 % tal-ġobon imnixxef,

il-pH tal-aċidità attiva huwa tal-anqas 4,3 %.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

ħalib tal-baqar,

kultura mesofilika li tibda l-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu lattiku;

melħ;

ħxejjex aromatiċi li tradizzjonalment jitkabbru fil-Litwanja (karwija, tewm, nagħniegħ, eċċ).

Il-materja prima użata biex isir il-“Lietuviškas varškės sūris” tista’ tiġi wkoll minn barra ż-żona ġeografika speċfika.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Ma hemm l-ebda rekwiżit jew restrizzjoni ta' kwalità fir-rigward tal-oriġini.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Passi biex isir il-“Lietuviškas varškės sūris”:

standardizzazzjoni, pasturizzazzjoni, tkessiħ u fermentazzjoni tal-ħalib,

separazzjoni tax-xorrox,

għasir awtomatiku tal-baqtiet,

iffurmar u għasir tal-ġobon: il-massa tal-baqta titqiegħed bl-idejn ġo boroż żgħar trijangulari magħmula minn ċarruta rqiqa u meħjuta (ċarruta tal-ġobon). Dawn jingħalqu b’għoqda mal-usa' tarf. Jingħasru bi pressa jew klamp sakemm jintlaħaq il-kontenut ta’ umdità meħtieġ,

ipproċessar tal-ġobon: il-ġobon iffurmat jitkessaħ għal temperatura ta' 6 sa 12 °C u jitneħħa mill-borża tal-ġobon. Jekk ikun qed isir ġobon affumikat, moħmi jew imnixxef, il-ġobon jiġi affumikat, moħmi jew imnixxef wara t-tkessiħ, kif xieraq. Jekk ikun qed isir ġobon moħmi bit-taħwir, il-ġobon jinħakk b'taħlita ta' taħwir u melħ u jitħalla għal tal-anqas 12-il siegħa f'kamra miżmuma f'temperatura ta' bejn l-10 u l-20 °C qabel jinħema.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Il-“Lietuviškas varškės sūris” jiġi ppakkjat fis-sit tal-produzzjoni, minħabba li għandu konsistenza li titfarrak, partikolarment fil-każ tal-ġobon frisk, u diffiċli biex jinqata', u jekk wieħed jittrasportah lejn xi mkien ieħor ikun qed jirriskja li jagħmel ħsara lid-dehra jew il-kwalità tiegħu. Barra minn hekk, il-ħajja ta’ fuq l-ixkaffa tiegħu hija qasira, u hemm ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mill-batterji.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Il-produtturi li jagħmlu l-“Lietuviškas varškės sūris” skont l-ispeċifikazzjoni ppubblikata għal dan il-prodott jistgħu jużaw l-isem “Lietuviškas varškės sūris” għall-għanijiet tat-tikkettar, ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

It-tikketta trid turi:

l-isem tal-produttur speċifiku;

il-kontenut ta’ xaħam bħala perċentwal tal-piż tal-ġobon jew l-indikazzjoni “liesas” (kontenut baxx ta' xaħam);

il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew is-simbolu tal-UE.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika li tirreferi għaliha l-applikazzjoni tkopri r-Repubblika tal-Litwanja kollha. Il-“Lietuviškas varškės sūris” kien, u għadu, isir bil-mod tradizzjonali maż-żona ddefinita kollha, filwaqt li fir-reġjuni tal-madwar, tali ġobon isir biss fl-enklavi Litwani li jifdal fil-Belarus. Il-ħolqien ta’ dan il-prodott distintiv, li ilu jiġi prodott biss fil-Litwanja u huwa magħruf fil-pajjiż kollu, jista’ jiġi attribwit lill-pożizzjoni ġeografika u lill-istil ta’ ħajja tal-Litwanja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-Litwanja huwa pajjiż żgħir b'superfiċje ta' 65 300 km2, simili għal dik tar-reġjuni ta' ċerti Stati Membri. Minħabba li l-ġobon għandu tradizzjoni twila ta' konsum mal-Litwanja kollha, huwa magħruf bħala l-“Lietuviškas varškės sūris”.

Fil-Litwanja, l-agrikoltura ta' sussistenza kienet il-mod predominanti ta' ħajja (l-industrijalizzazzjoni ġiet tard), li jfisser li d-dieta ewlenija tal-popolazzjoni rurali kienet, u baqgħet, magħmula minn ċereali u prodotti magħmula mill-ħalib.

Il-ġobon tal-baqta kien diġà qed isir fil-Litwanja fiż-Żminijiet tan-Nofs, u f'sorsi miktuba, jissemma fl-inventarji ta' djar tan-nobbli li jmorru lura għas-seklu 16. Fejn l-ikel kien jissajjar f'forn tal-ħobż, kienet titqiegħed borma bil-ħalib qares ġewwa, ladarba l-forn ikun kesaħ xi ftit, u kienet titħalla hemm sakemm il-proteini sofor qishom sponża jitilgħu fil-wiċċ. Kif il-borma titneħħa minn ġol-forn, il-kontenut kien jitbattal f'borża trijangulari (borża tal-ġobon), u kien jiddendel biex jinxef. Il-baqta mnixxfa mbagħad kienet tingħasar fi preses speċjali jew titqiegħed fuq superfiċje iebsa (mejda, bank jew superfiċje orizzontali oħra), kienet titgħatta b'biċċa njama u tingħafas b'ġebla. Meta t-temp kien umdu fil-ħarifa u fir-rebbiegħa, il-wiċċ tal-ġobnijiet tal-baqta ġeneralment kien jinkesa b’"tebgħa" jew moffa bil-batterji, u għalhekk kienu jiġu ppreżervati billi jinħmew ftit f’forn bi sħana moderata jew bl-affumikar. Il-ġobnijiet tal-baqta maħsubin għal ħżin aktar fit-tul kienu jitnixxfu.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Minħabba l-proċess ta' produzzjoni karatteristiku iżda sempliċi tiegħu, li ma jeħtieġ l-ebda tames jew maturazzjoni iżda biss il-fermentazzjoni tal-ħalib u l-għasir tal-baqtiet, li meta jiġu ffurmati f'ġobnijiet, jistgħu jiġu mmelħin u mbagħad jitnixxfu, jiġu affumikati jew jinħmew, il-“Lietuviškas varškės sūris” għamilha possibbli wkoll għan-nies li jgħixu f'impriżi agrikoli li jżommu l-provvisti għax-xitwa, meta l-baqar ġeneralment kienu jkunu nixfu.

Huwa metodu ta' produzzjoni tradizzjonali u li jinvolvi xogħol intensiv, li sal-lum il-ġurnata baqa' ma nbidilx ħafna. Dan jagħti l-“Lietuviškas varškės sūris” il-karattru distint tiegħu. Il-materja prima bażika użata fil-produzzjoni tiegħu hija l-ħalib pasturizzat tal-baqar u kultura mesofilika li tibda l-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu lattiku, li tagħtih it-togħma ta' aċidu lattiku tiegħu. Il-massa tal-ġobon tiddaħħal bl-idejn fil-boroż tal-ġobon tradizzjonali li jkunu trijangulari, meħjutin u rqaq, bl-usa' tarf tagħhom jingħalaq b'għoqda, u b'hekk jagħtu lill-ġobon l-għamla speċifika tiegħu, jiġifieri priżma trijangulari b'kantunieri ttundjati filwaqt li s-superfiċje jkollha d-dehra taċ-ċarruta, bit-tikmix fejn iċ-ċarruta ntrabtet f’għoqda. L-għamla tal-borża tal-ġobon hija ddeterminata wkoll mill-fatt li l-“Lietuviškas varškės sūris” frisk jitfarrak, u huwa aktar faċli li jitneħħa sħiħ minn borża tal-ġobon trijangulari milli minn kull borża tal-ġobon oħra. Il-“Lietuviškas varškės sūris” huwa parti integrali mill-wirt u mill-immaġni kulturali u nazzjonali tal-Litwanja.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għal IĠP):

Ir-rabta bejn il-“Lietuviškas varškės sūris” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu, kif juru sorsi letterarji, kotba tar-riċetti u l-popolarità tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum, f’okkażjonijiet ta’ festi, u kif juri wkoll il-mod li jirrappreżenta l-Litwanja.

Fl-1690, meta kien qed jikteb dwar l-ikel u x-xorb tal-Litwanja, fil-ktieb tiegħu Der Preusche Littauer (Il-Litwan Prussjan), Theodor Lepner, saċerdot Protestant li ħadem il-Litwanja, inkluda d-deskrizzjoni li ġejja tal-“Lietuviškas varškės sūris”: “Huma jagħmlu l-ġobnijiet tagħhom kif ġej: ipoġġu l-baqtiet immellħa sew f’ċarruta, jagħlquhom fiha biex ix-xorrox ikun jista’ joqtor minnhom, u mbagħad idendluhom fil-matmura biex joqogħdu. Imbagħad jieklu l-ġobon, billi jqattgħuh f'diversi biċċiet żgħar u jqegħduh quddiem il-mistednin tagħhom. Għalihom għandu togħma tajba daqs l-aqwa ġobon Daniż.” Madwar 300 sena wara, Vilisu Puronas kiteb id-deskrizzjoni li ġejja fil-ktieb tiegħu Nuo mamutų iki cepelinų (Minn Mammuti għal Għaġniet tal-Patata (Potato Dumplings)) (1999): “Il-‘Lietuviškas varškės sūris’ kien jiġi prodott u jittiekel fil-Litwanja kollha (mhux biss f’żona etnografika waħda), filwaqt li l-ġirien tagħna kienu jixxenqu għalih u kienu jsaqsuna għar-riċetta. Il-‘Lietuviškas varškės sūris’ fit-twieqi tal-ħwienet tal-lum il-ġurnata – bil-karwija, frisk jew imnixxef – ftit li xejn inbidel minn dak iż-żmien 'l hawn.”

L-ewwel ktieb tar-riċetti bil-Litwan, Lietuvos gaspadinė arba pamokinimai kaip prigulinčiai suvartoti dievo dovanas (Il-mara tad-dar Litwana, jew lezzjonijiet dwar kif l-aħjar tikkonsma r-rigali ta' Alla), ippubblikat f'Tilžė (Tilsit) fl-1893, u Šeimininkėms vadovėlis (Il-Manwal għall-Mara tad-Dar), ippubblikat f’Sejny fl-1911, kienu jinkludu riċetti għall-“Lietuviškas varškės sūris”. Il-“Lietuviškas varškės sūris” issemma wkoll fil-letteratura għall-ispeċjalisti fl-industrija tal-ħalib, eż. f'Svarbesniais pieno produktų gamybos klausimais nurodymų ir instrukcijų rinkinys (Ġabra ta’ indikazzjonijiet u struzzjonijiet dwar l-aktar kwistjonijiet importanti fil-produzzjoni tal-prodotti magħmula mill-ħalib), ippublikat fl-1947 minn Pienocentras (l-Unjoni Ċentrali tal-Kooperattivi tal-Produtturi tal-Ħalib), u fil-ktieb Pieno produktų pardavimas ir vartojimas (Il-bejgħ u l-konsum tal-prodotti magħmula mill-ħalib), ippubblikat f’Vilnius fl-1958. Dan it-tip ta’ ġobon, magħruf bħala “il-ġobon tal-Litwanja” beda jiġi prodott b’mod industrijali minn tmiem is-seklu 19. Fl-impjanti għall-ipproċessar tal-ħalib, il-proċess għall-produzzjoni tal-ħalib huwa mekkanizzat, iżda l-baqtiet xorta waħda għadhom jiddaħħlu f'boroż tal-ġobon u l-boroż jingħalqu bl-idejn, bħalma ilu jsir għal sekli sħaħ. Anke llum il-ġurnata, fejn il-ġobon isir id-dar, għadhom jintużaw preses imfassla fuq il-mudell l-antik.

Fil-Litwanja, il-“Lietuviškas varškės sūris” għadu parti integrali mir-ritwal ta’ varjetà ta’ okkażjonijiet, magħmudijiet, tiġien u ċelebrazzjonijiet oħra tal-familja, u huwa rigal perfett. Huwa indispensabbli wkoll fil-ħajja ta’ kuljum. Fil-Litwanja, hija xi ħaġa normali li tiekol il-ġobon frisk waħdu, bil-ġamm jew bl-għasel, jew mas-sandwiċis, li tiekol il-“Lietuviškas varškės sūris” moħmi jew affumikat mal-birra jew mal-gira (xarba mill-ħobż iffermentat), u li tieħu l-ġobon imnixxef fuq vjaġġ qasir jew vjaġġi itwal. Huwa normali li tagħmel ġobna kbira tal-“Lietuviškas varškės sūris” għall-festi. Biċċa ġobon li tiżen 99 kg kienet saret fil-maħleb ta' Ukmergė għall-festival tal-għana fl-2007. L-akbar “Lietuviškas varškės sūris” affumikat, li kien jiżen 12-il kg, sar għall-Itwal Jum tas-Sajf fl-2009 fid-Distrett ta' Biržai. Kien magħmul minn 105 litri ta’ ħalib, u affumikat f’forn speċjali għal jumejn sħaħ. Il-matrona ta’ unur iġġib “Lietuviškas varškės sūris” frisk, delizzjuż u kbir it-tieġ biex iżżejjen il-mejda, u, bħala simbolu tal-intimità u l-perseveranza tal-koppja, l-għarusa tagħti “Lietuviškas varškės sūris” imnixxef lill-mużiċisti biex iqajmu lill-koppja b'serenata fl-għodwa tat-tieni jum tat-tieġ.

Programm edukattiv intitolat “Sūrio kelias” (ir-rotta tal-ġobon) ilu jiġi organizzat mill-2006, fil-mużew tad-Dar ta’ Rokiškis. Kull sena, madwar 6 000 viżitatur jitgħallmu dwar il-metodi l-antiki ta’ produzzjoni tal-“Lietuviškas varškės sūris”, jaraw l-għodda etnografiċi u jduqu varjetà ta’ ġobnijiet. Il-“Lietuviškas varškės sūris” kien popolari ħafna mal-viżitaturi fil-“Ġimgħa Ekoloġika 2009”, wirja internazzjonali li ssir f'Berlin.

L-esperjenza, l-għarfien u l-ħiliet tal-produtturi tal-ġobon, li żviluppaw matul is-sekli, ippermettew li l-proċess tal-produzzjoni jiġi adattat għall-kundizzjonijiet moderni, filwaqt li jżomm l-għamla speċifika tal-prodott u jiggarantixxi l-kwalità tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.zum.lt/index.php?-1085950496


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/28


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 57/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

PECORINO DI PICINISCO

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0859-28.02.2011

IĠP ( ) DOP ( X )

1.   Isem:

“Pecorino di Picinisco”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3.

Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Il-“Pecorino di Picinisco” huwa ġobon f’forma ċilindrika b’uċuħ ċatti, magħmul minn ħalib mhux ipproċessat u għaġina mhux ipproċessata.

Il-ġobon “Pecorino di Picinisco” DOP, li jinbiegħ fil-varjetajiet “Scamosciato” u “Stagionato”, għandu l-karatteristiki li ġejjin:

Scamosciato: Maturazzjoni: minn 30 sa 60 ġurnata; Dijametru tal-wiċċ ċatt: minn 12 ċm sa 25 ċm; Għoli tal-ġnub: minn 7 ċm sa 12 ċm; Piż: minn 0,7 kg sa 2,5 kg; Qoxra: irqiqa u mkemmxa, kulur it-tiben ċar; Għaġina: struttura kumpatta bi ftit toqob; kulur abjad jagħti f’kulur it-tiben ċar; Umdità: inqas minn 45 %; Xaħam fuq il-materja niexfa: inqas minn 55 %; Togħma: ħelu b’togħmiet qawwija tal-mergħat tal-muntanji. Nuqqas ta’ riħa tal-istalla.

Stagionato: Maturazzjoni: aktar minn 90 ġurnata; Dijametru tal-wiċċ ċatt: minn 12 ċm sa 25 ċm; Għoli tal-ġnub: minn 7 ċm sa 12 ċm; Piż: minn 0,5 kg sa 2 kg; Qoxra: irqiqa u mkemmxa, kulur it-tiben ċar; Għaġina: struttura kumpatta bi ftit toqob; kulur it-tiben ċar; Umdità: inqas minn 35 %; Xaħam fuq il-materja niexfa: inqas minn 55 %; Togħma: qawwi u rikk li jxaqleb lejn il-pikkanti bil-maturazzjoni, b’togħmiet qawwija tal-mergħat tal-muntanji. Nuqqas ta’ riħa tal-istalla.

Perjodu ta’ produzzjoni: matul is-sena kollha

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-ħalib li jintuża biex isir il-“Percorino di Picinisco” jiġi prodott esklussivament minn razez tipiċi taż-żona ta’ produzzjoni: Sopravissana, Comisana, Massese jew taħlitiet li fihom tal-anqas waħda minn dawn ir-razez. Huwa permess l-użu tal-ħalib tal-mogħża, li jiġi mill-popolazzjonijiet lokali tal-Mogħża griża ciociara, il-Mogħża bajda Monticellana u r-razez imħallta tagħhom f’perċentwal massimu ta’ 25 %. L-użanza li jintuża l-ħalib tal-mogħża mir-razez imsemmija hawn fuq ilha tiġi segwita minn dejjem, minħabba li hija tradizzjoni li wieħed ikollu numru minimu ta’ dawn ir-razez fil-merħla. Għall-produzzjoni tal-“Pecorino di Picinisco” DPO, huwa permess, b’mod esklussiv, l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat sħiħ li jkun inkiseb minn ħalba waħda jew minn iżjed minn ħalba waħda.

Anki l-materji primi l-oħra użati huma skont il-kriterji li jirrispettaw it-tradizzjoni lokali: fil-fatt, għat-tagħqid tal-ħalib jintuża tames tal-gidi jew tal-ħaruf minn annimali li għadhom jitreddgħu mrobbija fiż-żona ta’ produzzjoni msemmija fil-punt 4.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mill-inqas 70 % tal-għalf tan-nagħaġ u tal-mogħoż irid ikun ġej miż-żona ta’ produzzjoni.

Dan għandu jkun ibbażat fuq mergħat naturali u ħaxix frisk miksub biss miż-żona ta' produzzjoni.

Il-perjodu minimu ta’ ragħa hu ta’ 8 xhur fis-sena.

Huwa permess, matul is-sena kollha, li mal-materja prima jitħalltu ċereali, proteini u prodotti sekondarji tal-industrija tat-tħin u taż-żejt, miżjuda waħedhom jew f’taħlita lesta fl-istess stat għal massimu ta’ 30 % ir-ras li jiġi kkonsmat kuljum.

Huwa permess ukoll l-użu ta’ tiben erbaċi, tal-legumi u tal-art bil-ħaxix naturali, li jirrapreżentaw il-kwota prevalenti ta’ għalf matul il-perjodu tal-ħarifa u x-xitwa, filwaqt li matul il-perjodu tar-rebbiegħa u s-sajf ma għandhomx jaqbżu l-kwota ta’ 15 %/ras/ġurnata fl-istess stat.

Għall-animali li mhux qed ireddgħu huwa permess l-użu ta’ ħuxlief u ta’ ħaxix tal-għalf.

3.5.   Il-passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-proċess ta’ produzzjoni kollu (trobbija u produzzjoni ta’ ħalib, tagħqid, trattament tal-ħalib magħqud, l-iffurmar, tisfija, tmellieħ u maturazzjoni) irid jitwettaq fiż-żona speċifikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Fuq it-tikketta tal-forma sħiħa jew f’porzjonijiet għandu jkun hemm b’mod obbligatorju f’karattri stampati b’mod ċar u leġġibbli, flimkien mas-simbolu grafiku tal-UE u mal-informazzjoni li tikkorrispondi mar-rekwiżiti tal-liġi, l-indikazzjonijiet l-oħra li ġejjin:

l-isem “Pecorino di Picinisco” segwit bil-kliem Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew bl-akronomu tagħhom D.O.P.;

il-logo tal-prodott;

l-indikazzjoni tat-tip “Scamosciato” jew “Stagionato”;

l-isem, l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-kumpanija li tipproduċih u tippakkjah.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-ġobon “Pecorino di Picinisco” hija l-Valle di Comino kollha, li tinsab fil-provinċja ta’ Frosinone.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Dettalji dwar iż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni tal-ġobon “Pecorino di Picinisco” DOP ddedikata b’mod partikolari għar-ragħa u għall-produzzjoni tal-ġobon tan-nagħaġ u tal-mogħoż, tinsab fil-Valle di Comino (61,535 ha), baċin fin-Nofsinhar tal-Lazio, fil-provinċja ta’ Frosinone, ftit km lejn it-Tramuntata minn Cassino u fil-Lvant ta' Sora, fil-parti tal-Punent tal-katina ta’ muntanji ta’ Meta-Mainarde.

Iż-żona tinkludi 20 muniċipalità u fiha 61,535 ha. Parti minnha tinkludi l-Park Nazzjonali tal-Abruzzo, il-Lazio u l-Molise, u hija kkaratterizzata minn riljievi kalkarji ta’ importanza ambjentali kbira u minn superfiċje kbira li tintuża għar-ragħa, li huwa s-sors primarju ta’ ikel tal-mogħoż u n-nagħaġ imrobbija fit-territorju.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona huma l-aktar ta’ tip moderat: b'temperatura medja annwali li tvarja minn 14 °Ċ fil-qiegħ tal-widien, sa 5 °Ċ fiż-żoni l-aktar elevati tal-ktajjen muntanjużi. Ix-xita hija deċiżament abbondanti: il-valuri medji annwali, fil-fatt, ivarjaw minn 1 460 mm fl-istazzjonijiet tal-kejl tax-xita ta’ Atina (520 'l fuq mil-livell tal- baħar) u Picinisco (740 'l fuq mil-livell tal- baħar) sa aktar minn 1 600 mm fuq l-ogħla partijiet tal-muntanji.

Il-kanali tal-ilma taż-żona huma tributarji tax-Xmara Liri u għalhekk huma parti ta’ dan il-baċin tal-ilma. Mit-Tramuntana san-Nofsinhar hemm erba’ baċini: il-Pjan ta’ Sora bil-kurrent Lacerno u x-Xmara Fibreno, il-Valle di Comino bix-Xmara Melfa u l-affluwenti tagħha, il-Pjan ta’ Cassino bix-Xmara Rapido u fl-aħħar ir-Rio Chiara u r-Rava li għalkemm huma biss parti marġinali tat-territorju jingħaqdu max-Xmara Volturno. Dawn il-korpi kollha tal-ilma flimkien ġewwa ż-żona ma jaqbżux il-100 ettaru. Fil-fatt in-nuqqas ta’ nixfa tas-sajf, li jikkonferma l-karattru moderat tal-klima u jiddistingwiha minn dik Mediterranja, jippermetti li jintużaw b’mod ewlieni, bħala sors ta’ ikel għall-mogħoż u n-nagħaġ, l-artijiet tal-ħaxix naturali u l-mergħat taż-żona, mimlija speċijiet selvaġġi ta’ pjanti tipiċi tat-territorju, bħall-ħaxix erbaċju Bromus erectus, iż-żwien tal-mergħa komuni (Brachypodium pinnatum), is-Sesleria tenuifolia, il-cyperacee (bħal Carex kitaibeliana, Carex pairaei, Carex ovalis, Carex fusca, Carex hallerana, Carex pallescens) u l-legumi (bħal Anthyllis montana, l’Anthyllis vulneraria u Vicia hybrida), il-Polypodium cambricum, l-Asplenium onopteris, l-Asplenium fissum, id-Dryopteris pallida ssp., il-Cerastiun cerastioides, il-Lychnis flos-cuculi, is-Sedum cepaea, l-Aphanes arvensis, il-Mespilus germanica, l-Astrantia tenorei, is-Seseli montanum, il-Grafia golaka, l-Ammi visnaga, l-Aster alpinus, it-Taraxacum glaciale, ir-Reichardia picroides, il-Juncus compressus u l-ġinepru nanu (Juniperus nana).

Dawn il-kundizzjonijiet ambjentali partikolari tat-temperatura u x-xita jippermettu l-iżvilupp ta’ pjanti tipiċi erbaċji tal-muntanji u tal-ħaxix tal-mergħat.

F'dan il-kuntest ambjentali, element storiku-kulturali inerenti fl-għeruq soċjali lokali u fl-istess ħin ta’ importanza primarja għall-karatteristiċi tal-prodott huwa l-prattika tradizzjonali tar-ragħa tal-bhejjem. Din il-prattika tippermetti li l-annimali jużaw il-mergħat tal-muntanji taż-żona biex jaħarbu mis-sħana tas-sajf u mill-istress ambjentali u nutrizzjonali possibbli, li kieku jkollhom ibatu minnhom fil-widien matul is-sajf.

Il-kontribut tal-fattur uman lill-prodott huwa marbut essenzjalment mal-kapaċità tal-ħaddiem tal-maħleb matul l-istadju ta’ produzzjoni. Għall-produzzjoni tal-“Pecorino di Picinisco” trid tingħata attenzjoni partikolari mill-ħaddiem tal-maħleb matul l-ipproċessar tal-ħalib. Il-metodu ta’ produzzjoni fil-fatt jipprevedi l-preparazzjoni tal-ġobon ta’ ħalib mhux ipproċessat, mingħajr iż-żieda ta’ aċidi mill-ħalib għall-fermentazzjoni, u ż-żamma tat-temperaturi tat-tagħqid matul it-tiksir tal-baqta.

5.2.   Dettalji dwar il-prodott:

Il-ġobon “Pecorino di Picinisco” huwa tipiku minħabba t-togħma, li minn ħelwa ssir dejjem aktar qawwija u rikka, li xxaqleb lejn il-pikkanti wara maturazzjoni avvanzata, b’togħmiet veġetali tal-mergħat tal-muntanji qawwija u mingħajr riħa tal-istalel. L-għaġina hija kumpatta b’kulur it-tiben ċar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-“Pecorino di Picinisco” hu r-riżultat tat-taħlit flimkien tal-elementi speċifiċi marbuta mat-territorju ta’ oriġini relatati mal-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tat-territorju, il-kapaċità tar-rgħajja u tal-ħaddiema tal-maħleb, kif ukoll il-kapaċità li t-tradizzjoni tibqa’ tiġi ripetuta u li l-pajsaġġ jiġi ppreservat.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ tip moderat u l-prattika tar-ragħa tradizzjonalment adottata mir-rgħajja huma elementi li maż-żmien ippermettew l-użu tal-mergħat u l-konsolidament ta’ teknika ta’ trobbija tal-mogħoż u n-nagħaġ ibbażata fuq alimentazzjoni ta’ kwalità għolja li tikkonsisti l-aktar minn pjanti tal-għalf. It-tul ta’ żmien twil li l-annimali jgħaddu fil-mergħa jarrikkixxi l-ħalib b’sustanzi bħal karotenojdi, terpeni u aċidi xaħmija polyunsaturated li jikkontribwwixxu b’mod sinifikanti għall-kulur it-tiben ċar tal-għaġina tal-ġobon u għall-fwieħa qawwija ta’ żjut tal-ħxejjex li tinsab fil-“Pecorino di Picinisco”.

Importanti għall-finijiet tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-“Pecorino di Picinisco” huma ċerti aspetti marbuta mat-teknika ta’ produzzjoni bħall-użu tal-ħalib mhux ipproċessat, in-nuqqas ta’ aċidi xaħmija għall-fermentazzjoni u l-użu ta’ tames tal-ħaruf u tal-gidi, kif ukoll il-kapaċità konsolidata tal-ħaddiema tal-maħleb.

L-użu tal-ħalib mhux ipproċessat jippermetti l-ħarsien ta’ parti mill-komponenti aromatiċi u mikrobijoloġiċi li jġorru l-annimali li qed ireddgħu mitmugħin bi pjanti tal-għalf li jinsabu fil-mergħat taż-żona.

Il-kapaċità tal-ħaddiema tal-maħleb lokali fl-ipproċessar tal-ħalib mhux ipproċessat, in-nuqqas ta’ użu ta’ aċidi mill-ħalib għall-fermentazzjoni u ż-żamma korretta tat-temperaturi għat-tagħqid tal-ħalib matul l-istadju tat-tkissir tal-baqta jippermettu l-preservazzjoni tal-mikroflora speċifika tal-ħalib, u jwasslu biex it-togħmiet tipiċi tal-ġobon jitqawwew.

Minbarra li jippreserva l-komponenti aromatiċi, il-kontroll tat-temperatura tat-tagħqid matul l-istadju tat-tkissir tal-baqta jippermetti wkoll li titneħħa inqas fsada tat-tames. B’hekk, l-għaġina jkun fiha aktar umdità, u fl-aħħar tal-maturazzjoni tkun ratba u jkollha konsistenza kumpatta.

L-użu tradizzjonali tat-tames mill-ħaruf jew il-gidi, mrobbija fiż-żona ta’ produzzjoni delimitata, mitmugħin biss bil-ħalib tal-omm u maqtulin wara t-treddigħ, isaħħaħ aktar il-komponent aromatiku u mikrobijoloġiku tal-ambjent ta’ trobbija u ta’ pproċessar. Dan it-tip ta’ tames fil-fatt huwa differenti b’mod sinifikanti minn dak likwidu u f’forma ta’ trab tal-għoġol, minħabba l-kontenut ta’ enżimi lipolitiċi, li huma prattikament nieqsa fiż-żewġ tipi l-oħra ta’ tames.

Dawn l-elementi, flimkien mal-ambjent naturali u l-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali jiddistingwu l-ġobon Pecorino di Picinisco minn prodotti oħra lokali u reġjonali magħmula minn ħalib tal-mogħoż u tan-nagħaġ.

Dan l-isfond storiku tal-prodott Pecorino di Picinisco huwa ppruvat mis-sejba ta' serje ta' kitbiet (Castrucci tas-'600, l-Istatistica Murattiana tal-1811), kif ukoll id-dokumentazzjoni arkivjata abbondanti miżmuma għand il-Muniċipalità ta’ Picinisco: il-kontijiet li jakkumpanjaw il-prodotti, il-liċenzji tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa u l-kontijiet tal-imposti. In-numru kbir ta’ mogħoż u nagħaġ fil-muniċipalità taż-żona ta’ produzzjoni u b’mod partikolari f'Picinisco, kif juru ċ-ċensimenti tal-bhejjem għall-perjodu 1875-2000, jikkonferma r-rabta tat-territorju mal-attività tar-ragħa u mal-produzzjoni konsegwenti tal-ġobon. Għaldaqstant nistgħu nikkonfermaw li l-Muniċipalità ta’ Picinisco flimkien mal-irħula ta’ Fontitune u Valleporcina, hija gwardjan possessiv tat-tradizzjoni tar-ragħa u tal-produzzjoni tal-ġobon Pecorino li llum iġorr l-isem tagħha b’mod mistħoqq.

Il-ġobon Pecorino di Picinisco għandu influwenza kbira fuq il-gastronomija lokali, fejn huwa ingredjent ta’ bażi ta’ ħafna riċetti tradizzjonali taż-żona.

Fit-territorju kollu ta’ produzzjoni tal-“Pecorino di Picinisco” jseħħu numru kbir ta’ festivals, festi rurali u fieri dwar ir-ragħa u l-ġobon pecorino. Fost dawn hemm il-festival annuale della pastorizia f’Picinisco, il-festa della montagna, il-festival della storia, is-sagra della pecora u s-sagra dell’abbuoto e formaggio pecorino. F’dawn l-okkażjonijiet il-“Pecorino di Picinisco” jirrapreżenta l-prodott li huwa s-simbolu tat-territorju.

Il-prodott illum huwa magħruf u apprezzat sew mill-konsumaturi lokali u reġjonali, tant li rċieva rikonoxximenti u apprezzamenti importanti għall-karatteristiċi kkonfermati tiegħu ta’ kwalità u tradizzjoni. Insemmu pereżempju l-Premio San Giorgio Bianco ‘Il-Ġobon tal-2012’ mogħti lid-delegazzjoni ta’ Ruma u Lazio tal-akkademja ta’ S. Giorgio; il-parteċipazzjoni fil-konkors “Alma Ceseus per la sezione formaggi” – Parma u s-salone del gusto ta’ Torino. Il-“Pecorino di Picinisco” ġie msemmi wkoll f’diversi programmi televiżivi ta’ xandara pubbliċi u privati Taljani speċjalizzati fl-enogastronomija.

L-isem “Pecorino di Picinisco” issa huwa konsolidat maż-żmien, kif juru l-kontijiet, it-tikketti, il-materjal pubbliċitarju u l-pubblikazzjonijiet.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru. 510/2006 (3))

L-Amministrazzjoni attwali nediet il-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DOP “Pecorino di Picinisco” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 283 tat-3 Diċembru 2010.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli minn fuq din il-websajt:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew billi wieħed jikklikkja mill-ewwel fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it), u jidħol fuq “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit permezz tal-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.