ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.049.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
20 ta' Frar 2013

Avviż Nru

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 049/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 049/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

3

2013/C 049/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

5

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

2013/C 049/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2013/89/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

7

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 049/05

Rata tal-kambju tal-euro

8

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 049/06

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis de Sénonais)  ( 1 )

9

2013/C 049/07

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis d’Auvernaux  ( 1 )

11

2013/C 049/08

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis d’Appoigny)  ( 1 )

13

2013/C 049/09

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis d’Chambrey)  ( 1 )

15

2013/C 049/10

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis de Chaumes-en-Brie)  ( 1 )

16

2013/C 049/11

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis d’Éauze)  ( 1 )

18

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 049/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6864 – DSE/INCJ/Solar Ventures/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2013/C 049/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6834 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Brookgate) ( 1 )

22

2013/C 049/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6832 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Ainscough) ( 1 )

23

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/1

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.28896 (N 388/09)

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Nopeita laajakaistayhteyksiä koskevat Suomen pilottihankkeet

Pilotprojekt för höghastighetsbredband i Finland

Il-bażi legali

Valtionavustuslaki 688/2001; Valtioneuvoston asetus laajakaistarakentamisen tuesta 451/2009; Laki julkisista hankinnoista 348/2007; Laki laajakaistarakentamisen tuesta haja-asutusalueilla; Laki maaseudun kehittämiseen myönnettävistä tuista 1443/2006; Valtioneuvoston asetus maaseudun hanketoiminnan tukemisesta 829/2007).

Statsunderstödslagen (688/2001), statsrådets förordning om stöd för byggande av bredband (451/2009), lagen om stöd för byggande av bredband i glesbygdsområden, lagen om offentlig upphandling (348/2007), lagen om stöd för utveckling av landsbygden (1443/2006) och statsrådets förordning om stödjande av projektverksamhet på landsbygden (829/2007).

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 10 miljun

L-intensità

67 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Viestintävirasto (Finnish Communications Regulatory Authority)/Kommunikationsverket

P.O. Box 313

FI-00181 Helsinki/Helsingfors

SUOMI/FINLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/3

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 49/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35377 (12/N)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Energy green tax, reduction for the glasshouse horticulture sector

Il-bażi legali

artikel 60, eerste lid, Wet belastingen op milieugrondslag

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa

L-estimi

Baġit globali: EUR 184 miljun

Baġit annwali: EUR 92 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerie van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

Bezuidenhoutseweg 50

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.1.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35750 (12/N)

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Tuki maataloustuotannon lopettamiseen

Il-bażi legali

1.

Laki maatalouden harjoittamisesta luopumisen tukemisesta (612/2006), sellaisena kuin se on viimeksi muutettuna lailla (1436/2011)

2.

Valtioneuvoston asetus asetus maatalouden harjoittamisesta luopumisen tukemisesta (25/2007)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Irtirar kmieni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 85,20 miljun

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

SUOMI/FINLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/5

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.30113 (N 715/09)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Alsace

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Projet de construction d'une chaufferie géothermique sur le site industriel de Beinheim

Il-bażi legali

Délibération no 09-5-12 du conseil d'administration de l'ADEME du 7 octobre 2009

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 25,3 miljun

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

2010-2020

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Agence de l’environnement et de la maîtrise de l’énergie

20 avenue du Grésillé

BP 90406

49004 Angers Cedex 01

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34885 (12/N)

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aid for newspapers — prolongation

Il-bażi legali

389/2008 Valtioneuvoston sanomalehdistön tuesta antama asetus; Statsrådets förordning om stöd för tidningspressen (Government Decree on granting subsidies to newspapers)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 0,5 miljun

L-intensità

40 %

It-tul ta' żmien

1.12.2013-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Liikenne- ja viestintäministeriö

Kommunikationsministeriet

Eteläesplanadi 16–18

Helsinki

SUOMI/FINLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/7

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2013/89/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

2013/C 49/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/89/PESK (1) u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 314/2004.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C — Unit 1C (Horizontal Issues)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġieb ukoll għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati l-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 46, 19.2.2013, p. 37.

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/8

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Frar 2013

2013/C 49/05

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3349

JPY

Yen Ġappuniż

124,81

DKK

Krona Daniża

7,4599

GBP

Lira Sterlina

0,86310

SEK

Krona Żvediża

8,4483

CHF

Frank Żvizzeru

1,2332

ISK

Krona Iżlandiża

NOK

Krona Norveġiża

7,4170

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,434

HUF

Forint Ungeriż

290,79

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6997

PLN

Zloty Pollakk

4,1679

RON

Leu Rumen

4,3786

TRY

Lira Turka

2,3720

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2905

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3504

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3517

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5803

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6530

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 442,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8713

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3356

HRK

Kuna Kroata

7,5890

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 956,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,1440

PHP

Peso Filippin

54,266

RUB

Rouble Russu

40,2100

THB

Baht Tajlandiż

39,873

BRL

Real Brażiljan

2,6169

MXN

Peso Messikan

16,9185

INR

Rupi Indjan

72,5450

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/9

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Sénonais”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/06

Fuq talba tas-26 ta' Ottubru 2011, l-impriżi ZaZa Energy France SAS, bis-sede tagħha fl-indirizz 5, rue Scribe, 75009 Pariġi, France, u Hess Oil France SAS, bis-sede tagħha fl-indirizz 16-18, rue du quatre-septembre, 75002 f'Pariġi 2e, France, applikaw b'mod konġunt għal liċenzja esklussiva ta’ erba' (4) snin għat-tiftix ta' depożiti ta' idrokarburi likwidi jew gassużi, imsejħa “Permis du Sénonais”, li tkopri parti mid-Dipartimenti ta' Aube (10) u ta' Marne (89).

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

IL-BLOKK TAL-PUNENT

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

1,10

53,60

B

1,20

53,60

C

1,20

53,50

D

1,10

53,50

BLOC EST

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

1,40

53,60

B

1,50

53,60

C

1,50

53,50

D

1,40

53,50

Skont din id-definizzjoni l-erja hija ta’ madwar 134 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, il-paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet emendat 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija (Direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France. Id-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi se jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla għand l-awtoritajiet Franċiżi tal-applikazzjoni inizjali, u mhux aktar tard mit-28 ta' Ottubru 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għal-liġi 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikati) dwar il-ftuħ ta’ xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, Direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown.: +33 140819527

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr

(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/11

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Auvernaux”

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/07

Fis-7 ta' Jannar 2011, il-kumpanija Concorde Energy LLC li l-uffiċċju reġistrat tagħha huwa 1537 Bull Lea Road, Suite 200, Lexington, KY 40511 United States of America talbet biex tinħarġilha liċenzja esklussiva għal ħames (5) snin, imsejħa “Permis d’Auvernaux”, għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, li tagħmel parti mid-Dipartiment ta' Loiret, ta' Seine-et-Marne u ta' Essonne.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

00,04

54,00

B

00,20

54,00

C

00,20

53,80

D

00,30

53,80

E

00,30

53,70

F

00,20

53,70

G

00,20

53,60

H

00,00

53,60

I

00,00

53,85

J

00,02

53,85

K

00,02

53,86

L

00,03

53,86

M

00,03

53,87

N

00,09

53,87

O

00,09

53,90

P

00,10

53,90

Q

00,10

53,92

R

00,05

53,92

S

00,05

53,95

T

00,02

53,95

U

00,02

53,96

V

00,04

53,96

Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 544 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jiġġustifikaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fil-qosor fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija (Direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għal-Liġi 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar il-ftuħ ta’ xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, Direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown.: +33 140819529.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr

(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/13

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Appoigny”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/08

Permezz ta' applikazzjoni li saret fl-14 ta' Ġunju 2011, l-impriża Bluebach Ressources Sarl, li għandha s-sede tagħha f'178, boulevard Haussman, 75008 f'Pariġi 8e, France, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Appoigny”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartiment ta' Yonne (89).

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

1,20

53,30

B

1,60

53,30

C

1,60

53,10

D

1,10

53,10

E

1,10

53,20

F

1,20

53,20

Skont din id-definizzjoni l-erja hija ta’ madwar 607 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fil-qosor fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn minn meta l-applikazzjoni inizjali tasal għand l-awtoritajiet Franċiżi, mhux aktar tard mill-24 ta' Ġunju 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-Ministère de l'écologie, du développement durable, (il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli):

Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l’énergie (id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u l-Klima, id-Direttorat tal-Enerġija), Sous-direction de la sécurité d’approvisionnement et nouveaux produits énergétiques (It-taqsima tas-sigurtà tal-provvista u tal-prodotti l-ġodda tal-enerġija), Grande Arche de la Défense — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France (numru tat-telefown: +33 140819529).

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr

(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/15

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Chambrey”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/09

Permezz ta' applikazzjoni li saret fil-25 ta' Ottubru 2011, l-impriża Elixir Petroleum (Moselle), li għandha s-sede tagħha f'8, The Courtyard, Eastern Road, Bracknell, Berks, ir-Renju Unit, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Chambrey”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartimenti ta' Meurthe-et-Moselle u tal-Moselle.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

4,60

54,20

B

4,50

54,20

C

4,50

54,30

D

4,60

54,30

Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 66 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (modifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fil-qosor fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti se jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla għand l-awtoritajiet Franċiżi tal-applikazzjoni inizjali, u mhux aktar tard mill-8 ta' Novembru 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għal-Liġi 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar il-ftuħ ta’ xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, Direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France Telefown.: +33 140819527.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr

(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/16

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Chaumes-en-Brie”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/10

Permezz ta' applikazzjoni li saret fit-8 ta' Novembru 2010, l-impriża Basgas Energia France SAS, li għandha s-sede tagħha f'Tour Pacific, 11 cours Valmy, 92977 Pariġi, La Défense (Franza) talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames (5) snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Chaumes-en-Brie”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartiment ta' Seine-et-Marne.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

0,50

54,10

B

0,59

54,10

C

0,59

54,08

D

0,57

54,08

E

0,57

54,07

F

0,55

54,07

G

0,55

54,06

H

0,54

54,06

I

0,54

54,05

J

0,52

54,05

K

0,52

54,04

L

0,50

54,04

Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 24 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jittieħdu fi żmien sentejn minn meta tasal l-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mill-5 ta' Novembru 2012.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u ż-żamma tal-ordni fil-minjieri u fil-ħżin taħt l-art (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-3 ta'Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, Direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown: +33 140819529.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr

(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/18

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Éauze”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/11

Permezz ta' applikazzjoni li saret fl-1 ta’ Ottubru 2010, l-impriża GAS2GRiD Ltd, li għandha s-sede tagħha fl-indirizz Level 3, 10 Bridge Str., Sydney, NSW 2000 (L-Awstralja), talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames (5) snin, għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi u fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Tartas”, f’parti mid-Dipartiment ta' Landes.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni tal-Punent

Latitudni Tramuntana

A

4,10

48,90

B

3,10

48,90

C

3,10

48,60

D

3,60

48,60

E

3,60

48,50

F

3,50

48,50

G

3,50

48,40

H

3,70

48,40

I

3,70

48,50

J

3,90

48,50

K

3,90

48,40

L

4,10

48,40

M

L-intersezzjoni tal-parallel 48,88,10gr Tramuntana mal-kosta Atlantika.

M sa A: Ix-xatt tal-kosta Atlantika.

Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 2 822 km2.

Permezz ta' applikazzjoni li saret fl-1 ta' Novembru 2010, l-impriża GAS2GRiD Ltd, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Éauze”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartimenti ta' Haute-Garonne, ta' Gers, ta' Landes, ta' Lot-et-Garonne u ta' Tarn-et-Garonne.

Il-perimetru tal-firxa ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni tal-Punent

Latitudni Tramuntana

A

3,10

49,00

B

2,30

49,00

C

2,30

48,70

D

1,50

48,70

E

1,50

48,60

F

1,30

48,60

G

1,30

48,50

H

2,60

48,50

I

2,60

48,70

J

2,70

48,70

K

2,70

48,80

L

3,10

48,80

Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 3 172 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjonijiet inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-permess, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jittieħdu fi żmien sentejn minn meta tasal l-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mit-18 ta' Ottubru 2012 għat-talba ta' Tartas u l-15 ta' Novembru għal dik ta' Éauze.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79(1) tal-Kodiċi Minerarju Franċiż kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u r-regolamenti fil-minjieri u fil-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-Ministère de l'écologie, du développement durable (il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli): Direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown: +33 140819529

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/20

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6864 – DSE/INCJ/Solar Ventures/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/12

1.

Fit-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Diamond Solar Europe Limited (“DSE” l-Italja), li tappartjeni totalment lil Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), Innovation Network Corporation of Japan (“INCJ”, il-Ġappun) u Solar Ventures S.r.l. (“Solar Ventures”, l-Italja), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq Solar Holding S.r.l. (“Solar Holding”, l-Italja), li bħalissa hi kkontrollata minn AME Ventures, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MC: attivitajiet ġenerali ta’ kummerċ f’diversi industriji inklużi l-enerġija, il-makkinarju, il-kimika, l-ikel u prodotti ġenerali,

għal INCJ: appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u maniġerjali lin-negozji tal-ġenerazzjoni li jmiss u għandha investiment fi proġetti ta’ innovazzjoni fl-oqsma tal-ambjent, l-enerġija, l-elettronika, l-IT, l-ispettakli, il-komunikazzjonijiet u l-bijoteknoloġija,

għal Solar Ventures: attiva fis-settur fotovoltajku fl-Italja u barra mill-Italja f’ attivitajiet ta’ żvilupp, investimenti diretti f’impjanti fotovoltajiċij operattivi, servizzi ta’ tranżazzjoni għal kumpanniji ta’ investiment, servizzi tal-ġestjoni tal-impjanti u servizzi amministrattivi,

għal Solar Holding: Produzzjoni u bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sors solari fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6864 – DSE/INCJ/Solar Ventures/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/22

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6834 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Brookgate)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/13

1.

Fit-13 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti) u TPG Lundy Co L.P. (“TPG Lundy”, il-Gżejjer Cayman) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt indirett ta' Brookgate Limited (“Brookgate”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Goldman Sachs: kumpanija globali ta' investiment li tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi madwar id-dinja lil bażi diversifikata ta' klijenti li tinkludi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi b'livell għoli ta' assi netti,

għal TPG Lundy: hija membru ta' TPG Group, kumpanija globali ta' investiment privat li tmexxi familja ta' fondi, li jinvestu f’firxa ta' kumpaniji permezz ta' akkwisti u ristrutturar korporattiv,

għal Brookgate: żvilupp u investiment fil-proprjetà fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6834 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Brookgate, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/23

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6832 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Ainscough)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/14

1.

Fit-13 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti) u TPG LundyCo L.P. (“TPG Lundy”, il-Gżejjer Cayman) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3 (1) (b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt indirett ta' Bradley Hall Holdings Limited (“Bradley Hall”, ir-Renju Unit), kumpanija Ingliża li taġixxi bħala kumpanija holding għall-grupp Ainscough Crane Hire permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Goldman Sachs: kumpanija globali ta' investiment li tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi madwar id-dinja lil bażi diversifikata ta' klijenti li tinkludi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi b'livell għoli ta' assi netti,

għal TPG Lundy: hija membru ta' TPG Group, kumpanija globali ta' investiment privat li tmexxi familja ta' fondi, li jinvestu f’firxa ta' kumpaniji permezz ta' akkwisti u ristrutturar korporattiv,

għal Bradley Hall: hija taġixxi bħala kumpanija holding għall-grupp Ainscough Crane Hire (“Ainscough”) li huwa attiv fil-kiri tal-krejnijiet, irfigħ b'kuntratt u servizzi anċillari mar-Renju Unit kollu, kif ukoll il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-isservisjar, l-adattament u t-tibdil ta' komponenti maġġuri għal turbini tar-riħ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6832 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Ainscough, fl-indirizz li ġej: