ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.391.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 391

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
18 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Is-97 Sessjoni Plenarja tat-8, id-9 u l-10 ta’ Ottubru 2012

2012/C 391/01

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-iżvilupp ta’ strateġija marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku

1

2012/C 391/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar White Paper — aġenda għal pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli

7

2012/C 391/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-istrateġija riveduta tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku

11

2012/C 391/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan direzzjonali għall-Enerġija 2050

16

2012/C 391/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-adattament għat-tibdil fil-klima u r-reazzjoni fir-reġjuni: il-każ tar-reġjuni kostali

21

2012/C 391/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Approċċi speċifiċi skont ir-reġjun għat-tibdil fil-klima fl-UE bbażati fuq l-eżempju ta’ reġjuni muntanjużi

27

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Is-97 Sessjoni Plenarja tat-8, id-9 u l-10 ta’ Ottubru 2012

2012/C 391/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-perjodu ta’ wara l-2013

31

2012/C 391/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Programm għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)

37

2012/C 391/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-pakkett dwar l-akkwist pubbliku

49

2012/C 391/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS)

84

2012/C 391/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Ewropa fid-dinja: approċċ ġdid għall-iffinanzjar tal-azzjoni esterna tal-UE

110

2012/C 391/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u d-data miftuħa

120

2012/C 391/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-pakkett dwar il-protezzjoni tad-dejta

127

2012/C 391/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-pakkett dwar il-protezzjoni tal-ekonomija leċita

134

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Is-97 Sessjoni Plenarja tat-8, id-9 u l-10 ta’ Ottubru 2012

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-iżvilupp ta’ strateġija marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku”

2012/C 391/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għall-iżvilupp ta’ Strateġija Marittima għaż-Żona Atlantika u t-tfassil ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Atlantiku 2014-2020;

jisħaq li l-approvazzjoni ta’ Strateġija Atlantika min-naħa tal-Kumitat hi kkundizjonata minn jekk tadottax approċċ usa’, li jinkludi bis-sħiħ id-dimensjoni territorjali, l-iżvilupp ta’ rabtiet ċari bejn il-baħar u l-art u kontribuzzjoni għall-kisba ta’ għanijiet ewlenin oħra tal-politika tal-UE u għalhekk jitlob biex il-Kummissjoni Ewropea tibdel it-tilu tal-istrateġija għal “Strateġija Integrata għaż-Żona Atlantika”;

jirrikonoxxi li proġetti taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Atlantiku ser ikollhom jużaw sorsi eżistenti ta’ finanzjament, fil-livell tal-UE (fondi fi ħdan u barra mill-Qafas Strateġiku Komuni (QSF) u fondi oħrajn mil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali u s-settur privat;

ma jaqbilx mat-tneħħija proposta tal-Forum Atlantiku ladarba l-Pjan ta’ Azzjoni jiġi adottat u jissuġġerixxi li l-Forum Atlantiku jibqa’ stabbilit, sal-2020, sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni, jagħmel reviżjoni tal-progress u jmexxi t-twassil tal-għanijiet tal-Istrateġija;

jissuġġerixxi li l-istruttura governattiva għandha żżid il-kontribut tal-bosta partijiet interessati u l-atturi potenzjali fl-Istrateġija Atlantika u jitlob li jiġi applikat approċċ governattiv f’diversi livelli, fl-elaborazzjoni, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Relatur

is-Sur O’DONOGHUE (IE/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Kerry u l-Awtorità Reġjonali tal-Lbiċ

Dokument ta’ Referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Iżvilupp ta’ Strateġija Marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku – COM(2011) 782 final

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-proposta għall-Iżvilupp ta’ Strateġija Marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku u l-elaborazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Atlantiku 2014-2020;

2.

iqis li sa llum il-ġurnata ż-Żona Atlantika sofriet minn nuqqas ta’ viżjoni strateġika li kien hemm qbil dwarha għall-iżvilupp futur tagħha u jqis li din il-proposta tipprovdi opportunità ġenwina sabiex tiġi stabbilita viżjoni strateġika li għandu jkollha l-koeżjoni territorjali u l-prosperità fil-qalb tagħha;

3.

jappoġġa l-bażi loġika għal strateġija Ewropea, hekk kif l-isfidi u l-opportunitajiet taż-Żona Atlantika jmorru lil hinn mill-konfini nazzjonali u jeħtieġu approċċ iktar olistiku u integrat; madankollu, jenfasizza li l-Istrateġija għandha turi wkoll il-valur miżjud reali f’dawk li għandhom x’jaqsmu t-twassil u l-implimentazzjoni;

4.

jifhem li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tfassal din il-proposta bħala ‘strateġija tal-baċiri tal-baħar’ skont il-qasam tal-Politika Marittima Integrata (minflok ‘strateġija makro reġjonali’); madankollu jisħaq li l-approvazzjoni ta’ Strateġija Atlantika min-naħa tal-Kumitat hi kkundizjonata minn jekk tadottax approċċ usa’ , li jinkludi bis-sħiħ id-dimensjoni territorjali, l-iżvilupp ta’ rabtiet ċari bejn il-baħar u l-art u kontribuzzjoni għall-kisba ta’ għanijiet ewlenin oħra tal-politika tal-UE;

5.

għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tbiddel it-titolu tal-Istrateġija għal “Strateġija Integrata għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku” u jqis li għandhom jiġu żviluppati strateġiji oħra simili għal żoni marittimi Ewropej oħra, abbażi tal-esperjenzi miksuba miż-Żona Atlantika (pereżempju r-reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana);

6.

jirrikonoxxi r-rekwiżiti speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Atlantiku u jqis li l-istrateġija tista’ tipprovdi opportunitajiet sabiex l-oqfsa ta’ politika tal-UE fir-reġjuni jkunu aktar effettivi u koerenti;

7.

jitlob li l-Strateġija Atlantika u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għandu jkollhom enfasi kbira fuq l-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli u l-investiment u fl-istess ħin jikkontribwixxu għat-titjib tal-ambjent marittimu;

8.

iħoss li fir-rigward tal-ambitu ġeografiku tagħha l-Istrateġija għandha tadotta approċċ pragmatiku sabiex tippermetti lill-konfini taż-żona l-flessibbiltà li jindirizzaw kwistjonijiet mingħajr ma jimponu limiti artifiċjali iżda jitlob li għandu jitqies mill-ġdid l-ambitu ġeografiku lejn it-tramuntana sabiex ikun possibbli li l-Islanda tiġi assoċjata mal-Istrateġija;

9.

jinsab imħasseb li l-għarfien ta’ valur miġmugħ mill-iżvilupp ta’ strateġiji makroreġjonali u transnazzjoni oħra eżistenti (1) mhux qiegħed jitqies fil-proċess tal-Istrateġija Atlantika, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet bħall-governanza, l-iżvilupp tal-politika, komunikazzjoni u sjieda, il-miri u l-valutazzjoni;

10.

jenfasizza li hemm responsabbiltà kbira fuq il-Forum Atlantiku sabiex jieħu ħsieb l-aspettattivi tal-partijiet interessati, jipprovdi proċess inklussiv għall-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni u jwaqqaf oqfsa koerenti għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri u proġetti prijoritarji;

II.   SFIDI U OPPORTUNITAJIET

11.

ma jaqbilx mal-isfidi u l-opportunitajiet li l-Kummissjoni Ewropea identifikat iżda jħoss li l-Pjan ta’ Azzjoni għandu jikkonċentra fuq il-ksib ta’ eżiti tanġibbli u jindirizza sfidi fejn l-approċċ ta’ sħubija jwassal għal risposti iktar effikaċi;

12.

jenfasizza li t-temi tal-Pjan ta’ Azzjoni għandhom ikunu allinjati iktar mill-qrib ma’ dawk tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha iżda għandhom ikunu konsistenti wkoll mat-temi fi ħdan il-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) u r-riformi proposti għall-Fondi CSF;

13.

japprova b’mod ġenerali l-intestaturi tematiċi identifikati mill-Kummissjoni tal-Arka Atlantika (CPMR) (2) kif ġej: (1) Aċċessibbiltà u Trasport fiż-Żona Atlantika; (2) Industriji Ekonomiċi u Marittimi; (3) Il-Klima u l-Ambjent; (4) Riċerka u Innovazzjoni; u (5) l-Attrazzjoni tat-Territorji;

14.

jenfasizza l-importanza tas-sajd, il-ġbir tal-frott tal-baħar u l-akkwakultura kif ukoll tal-katina tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-baħar fir-reġjun Atlantiku u n-numru ta’ impjegati li jiddependu fuqu. Strateġija għat-tkabbir u l-impjiegi f’dan ir-reġjun għandha taħdem bilfors għall-konsolidazzjoni u għat-tisħiħ ta’ dan il-qasam professjonali;

15.

iqis li l-Pjan ta’ Azzjoni għandu jindirizza l-ħtieġa ta’ approċċ immexxi minn pjan għall-ambjent marittimu fiż-Żona Atlantika; jissuġġerixxi li dan jeħtieġ koordinazzjoni miftiehma tal-Ippjanar Spazjali Marittimu (MSP) u proċessi tal-ġestjoni marittima fiż-żona kollha, kif ukoll koordinazzjoni aħjar bejn l-oqfsa għall-ippjanar marittimu u terrestru;

16.

iqis li ż-żoni tal-kosta tar-reġjuni taż-żona Atlantika huma attraenti ħafna fir-rigward tal-akkoljenza ta’ popolazzjonijiet permanenti ġodda u attivitajiet staġunali li huma marbuta b’mod partikolari ma’ prattiki nawtiċi, ta’ rikreazzjoni, tat-turiżmu u sportivi. Huwa importanti li t-territorji jħejju ruħhom għall-akkoljenza ta’ dawn il-movimenti tal-popolazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal pressjonijiet fuq l-art, l-ekonomija, l-ambjent u pressjonijiet oħra fuq iż-żoni kostali;

17.

jisħaq dwar il-ħtieġa li l-Istrateġija tibbenefika mill-kisbiet ta’ proġetti preċedenti u attwali ffinanzjati mill-UE fiż-Żona Atlantika, inkluża valutazzjoni ta’ x’ġie ffinanzjat sa llum il-ġurnata u x’jista’ jiġi bbażat iktar fuq il-Pjan ta’ Azzjoni; jenfasizza li dan jista’ jkollu implikazzjonijiet għal xi programmi, bil-ħtieġa li jiżdiedu l-proġetti sabiex ikun hemm impatt ikbar u iktar tanġibbli;

18.

jitlob għal dimensjoni esterna għall-Pjan ta’ Azzjoni sabiex jiġu żviluppati għanijiet strateġiċi mal-partijiet interessati fl-Oċean Atlantiku kollu;

III.   FINANZJAR TAL-ISTRATEĠIJA ATLANTIKA

19.

jirrikonoxxi li l-proġetti fi ħdan il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Atlantiku għandhom jużaw sorsi eżistenti ta’ finanzjament, fil-livell tal-UE (fondi fi ħdan u barra l-Qafas Strateġiku Komuni (QSK)) u fondi oħra minn livelli nazzjonali, reġjonali u lokali u s-settur privat; jenfasizza li dan iqajjem numru ta’ mistoqsijiet dwar kif ezattament l-Istrateġija se tiġbed appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari hekk kif l-elaborazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni timxi b’mod parallel mal-proċess ta’ programmazzjoni għal bosta programmi ta’ finanzjament tal-UE;

20.

jenasizza li sabiex il-Pjan ta’ Azzjoni jikseb ir-riżultati jrid ikun hemm allinjament ċar bejnu u bejn il-finanzjament disponibbli; jenfasizza li dan isaħħaħ mill-ġdid il-ħtieġa għall-Istrateġija li tadotta approċċ territorjali iktar integrat u l-ħtieġa għall-Pjan ta’ Azzjoni li jaqbel iktar b’mod dirett mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jkun kompatibbli mar-rekwiżiti regolatorji tal-bosta fondi tal-UE;

Finanzjament taħt il-Qafas Strateġiku Komuni

21.

jissuġġerixxi li l-Forum Atlantiku jipparteċipa mal-Awtoritajiet Responsabbli rilevanti fil-ħames Stati Membri sabiex jiġi żgurat li l-ftehimiet ta’ sħubija nazzjonali jirriflettu b’mod adegwat il-prijoritajiet tal-Istrateġija Atlantika u li jkun hemm biżżejjed kumplimentarjetà bejn il-Programmi Operattivi u l-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni; madankollu, jinsab imħasseb li Strateġija mwaqqfa fi ħdan il-qasam tal-Politika Marittima Integrata tħalli ambitu limitat għall-allinjament mal-programmi ffinanzjati mill-QSK, bl-eċċezzjoni tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS);

22.

jindika li l-elaborazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għaldaqstant se jkollu jkun konformi mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Fondi, b’mod partikolari dawk fi ħdan il-Qafas Strateġiku Komuni;

23.

ma jaqbilx mal-allokazzjoni tar-riżorsi għall-Pjan ta’ Azzjoni Atlantiku fi ħdan kull programm operattiv , minħabba li diġà teżisti proposta għall-konċentrazzjoni tematika stretta fuq l-Awtoritajiet Responsabbli;

24.

madankollu jissuġġerixxi li l-Forum Atlantiku jaħdem mal-Awtoritajiet Responsabbli waqt il-proċess ta’ programmazzjoni sabiex jidentifika kif il-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati, permezz ta’ allinjament ċar mal-prijoritajiet tematiċi magħżula fil-programmi kkonċernati u kriterji speċifiċi għall-għażla tal-proġetti;

25.

jenfasizza l-potenzjal li xi elementi tar-Regolamenti tal-QSK jistgħu jippreżentaw għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija Atlantika, b’mod partikolari l-approċċ b’bosta fondi ; jissuġġerixxi b’mod ulterjuri li l-kisba ta’ koerenza bejn l-Istrateġija u wħud mill-approċċi integrati fil-QSK (bħad-dimensjoni urbana, l-Investimenti Territorjali Integrati, il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Konġunta) għandha l-potenzjal, jekk titfassal kif suppost, li tkun lieva fuq l-esperjenza u l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali sabiex jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet Atlantiċi ewlenin;

26.

jipproponi b’mod ulterjuri li rapporti ta’ implimentazzjoni annwali għall-programmi rilevanti għandhom jinkludu valutazzjoni ta’ kif programmi fil-QSK qed jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Istrateġija Atlantika u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni;

Programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali

27.

iqis li programmi futuri dwar il-kooperazzjoni territorjali se jkunu kruċjali sabiex jinkisbu l-aspetti ewlenin tal-Istrateġija Atlantika u jenfasizza li hemm iktar minn 10 programmi dwar il-kooperazzjoni territorajli (transkonfinali, transnazzjonali u intereġjonali) li attwalment huma operattivi fiż-żona Strateġika proposta;

28.

japprova l-kontinwazzjoni tal- programm (transnazzjonali) għaż-Żona Atlantika , b’allokazzjoni finanzjarja miżjuda sabiex tkun fuq l-istess livell tal-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Atlantika; jenfasizza wkoll li l-Programm għaż-Żona Atlantika huwa l-mod xieraq kif għandhom jinħarġu s-sejħiet speċifiċi għal ‘Inizjattivi Strateġiċi’ tal-Istrateġija Atlantika (proġetti ewlenin), kif ukoll jiffinanzja l-Pjattaforma ta’ Implimentazzjoni (ara l-Punti 40-41);

29.

jipproponi li l-Forum Atlantiku għandu jinvolvi l-programm INTERACT sabiex jappoġġa l-miżuri għas-sensibilizzazzjoni u minn kmieni jinvolvi lill-Awtoritajiet Responsabbli eżistenti għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali fil-proċess tal-elaborazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Atlantiku;

30.

jenfasizza li dan l-involviment se jgħin:

(a)

waqt l-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni billi jidentifika: lezzjonijiet għall-Istrateġija mill-ġestjoni tal-programm INTERREG; kif l-Istrateġija se tħalli impatt fuq l-implimentazzjoni tal-programm, inklużi sinerġiji u kooperazzjoni bejn il-programmi; u kif il-proġetti tal-Istrateġija Atlantika jistgħu jitmexxew b’mod effiċjenti fil-programmi;

(b)

waqt il-proċess ta’ programmazzjoni billi: jissensibilizza dwar l-Istrateġija qalb programmi ta’ kooperazzjoni territorjali; jidentifika l-proġetti rilevanti sabiex jinkisbu l-għanijiet Strateġiċi; juża l-programmi ta’ kooperazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tematiċi u jiffaċilita l-iskambju bejn il-programmi;

Finanzjament minn Programmi oħra tal-UE

31.

jinsab imħasseb li mhemmx biżżejjed koerenza fil-programmi l-oħra tal-UE, fejn l-għanijiet tal-Istrateġija Atlantika u r-rekwiżiti tagħha għall-iffinanzjar tal-Pjan ta’ Azzjoni mhux se jitqiesu kemm meħtieġ fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

32.

jenfasizza, bħala eżempju, il-‘proġetti integrati’ ġodda skont il-programm LIFE+ (2014-2020), li huma proġetti itwal li jkopru żoni territorjali ikbar sabiex tiġi implimentata aħjar il-politika ambjentali u klimatika, iżda mhux se jqisu proġetti fl-ambjent marittimu (3); iqis li din hi opportunità moħlija sabiex isir xi ħaġa fir-rigward tal-għanijiet ewlenin tal-IMP u tal-Istrateġija Atlantika;

33.

jiddispjaċih l-istess li ż-Żona Atlantika ġiet injorata fl-identifikazzjoni ta’ netwerks ċentrali fin-netwerks trans-Ewropej u jitlob li tingħata prijorità lill-użu tal-‘Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa’ sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar l-aċċessibbiltà u l-periferalità li huma fundamentali (fit-trasport, l-enerġija u l-ICT) fiż-Żona Atlantika;

34.

jistaqsi kif il-Forum Atlantiku jipproponi li jimmira u juża aħjar il-fondi l-oħra disponibbli tal-UE u kif se jżid il-ġibda tar-riżorsi sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija; jissuġġerixxi pereżempju li l-Pjan ta’ Azzjoni jkollu jippromwovi sħubiji ta’ riċerka fiż-Żona Atlantika kollha sabiex jiżdied l-appoġġ mill-Programm Orizzont 2020;

Sorsi oħra ta’ finanzjament

35.

jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ enfasi fuq l-attirar ta’ finanzjament mis-settur privat u involviment tas-settur privat sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija; iqis li din hi sfida li l-Forum Atlantiku għandu jindirizza waqt il-proċessi ta’ konsultazzjoni u permezz ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni mfassla apposta;

36.

jindika li l-kriżi attwali fil-baġits pubbliċi teħtieġ li ż-Żona Atlantika tattira investiment internazzjonali sabiex jinħatfu l-opportunitajiet eżistenti (fis-setturi bħall-enerġiji marittimi rinnovabbli; frott tal-baħar u l-akkwakultura; ir-riżorsi marittimi; l-iżvilupp tat-tbaħħir u tal-portijiet); jissuġġerixxi li l-irriklamar taż-Żona Atlantika bħala post għall-investiment u l-kummerċ ikun element ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni;

37.

jissuġġerixxi li l-Forum Atlantiku jaħdem ukoll mal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew għall-Investiment sabiex jivvaluta l-potenzjal tat-twaqqif ta’ strument finanzjarju ddedikat għall-iffaċilitar tat-tħejjija ta’ ‘proġetti ta’ li jagħmlu qligħ’ billi jgħaqqad l-għotjiet mas-self, l-ekwità u strumenti għall-garanzija tar-riskju u l-iżvilupp ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti iktar konsistenti;

IV.   GOVERNANZA U IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA

38.

jisħaq li sabiex l-Istrateġija Atlantika tkun suċċess din għandha tiġi inkorporata fl-istrutturi politiċi u amministrattivi u jenfasizza li din teħtieġ:

(a)

impenn, involviment u sjieda politika;

(b)

approċċ ta’ governanza f’diversi livelli (UE, nazzjonali, reġjonali u lokali); u

(c)

riżorsi għal għajnuna umana u teknika biżżejjed;

Aspetti ta’ governanza

39.

jissuġġerixxi li l-istruttura governattiva għandha żżid il-kontribut tal-bosta partijiet interessati u l-atturi potenzjali fl-Istrateġija Atlantika u jitlob li jiġi applikat approċċ governattiv f’diversi livelli, fl-elaborazzjoni, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni;

40.

madankollu jirrikonoxxi li mingħajr impenn politiku kbir mill-Istati Membri, fl-ogħla livelli, b’konġunzjoni mal-proċessi ta’ koordinazzjoni nazzjonali fl-oqsma ta’ politika rilevanti, l-Istrateġija Atlantika mhux se tilħaq l-aspettattivi u taqdi l-għanijiet tagħha; jissuġġerixxi wkoll li l-Pjan ta’ Azzjoni mhux se jirnexxi mingħajr l-involviment sħiħ tal-partijiet interessati lokali u reġjonali u s-sjieda tal-Istrateġija;

41.

ma jaqbilx mat-tneħħija proposta tal-Forum Atlantiku ladarba l-Pjan ta’ Azzjoni jiġi adottat u jissuġġerixxi li l-Forum Atlantiku jibqa’ stabbilit, sal-2020, sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni (permezz tal-Pjattaforma ta’ Implimentazzjoni (ara l-Punti 27, 41)), jagħmel reviżjoni tal-progress u jmexxi t-twassil tal-għanijiet tal-Istrateġija;

42.

jipproponi li dan il-mudell ta’ governanza jiġi żviluppat għall-Istrateġija Atlantika: (a) il- Forum Atlantiku – sabiex jissorvelja mil-lat politiku fil-livell tal-UE u jinkorpora Pjattaforma ta’ Implimentazzjoni – sabiex jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-Istrateġija, iniedi miżuri għall-bini tal-kapaċità, jipprovdi gwida dwar it-tfassil u l-promozzjoni tal-proġetti u jieħu ħsieb l-attwazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni; (b) Punti ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali u Reġjonali – sabiex jippromwovi l-koerenza politika u jinkuraġġixxi l-involviment tal-partijiet interessati u l-promoturi potenzjali tal-proġetti fl-introduzzjoni tal-Istrateġija Atlantika;

Aspetti ta’ implimentazzjoni

43.

jenfasizza li ż-Żona Atlantika hija spazju ġeografiku kumpless, b’karatteristiċi, kulturi u perspettivi differenti; iqis li, sabiex l-Istrateġija tkun ta’ suċċess, irid isir iktar sabiex jitwessgħu u jissaħħu l-livell u n-natura tal-kooperazzjoni fiż-Żona Atlantika; jistenna wkoll li l-Istrateġija Atlantika se: (a) tipprovdi punt ta’ referenza komuni sabiex dan jista’ jsir; iżda (b) għandha tinkludi wkoll miżura għall-bini tal-kapaċità sabiex titħaddan etika dwar kooperazzjoni iktar b’saħħitha;

44.

jemmen li l-Pjan ta’ Azzjoni Atlantiku, ladarba adottat, se jeħtieġ modulu ta’ informazzjoni u komunikazzjoni: li jkabbar il-viżibbiltà, jippromwovi l-komprensjoni tal-għanijiet, jattira parteċipazzjoni usa’ (b’mod partikolari mis-settur privat) u maż-żmien jilħaq il-kisbiet tal-Istrateġija;

45.

jenfasizza l-benefiċċji potenzjali li r-Regolament REKT jista’ jipprovdi bħala għodda għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija;

46.

jipproponi li titwaqqaf taskforce għall-interservizzi tal-Istrateġija Atlantika fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi żgurata koerenza fl-oqsma tal-politika rilevanti u kompatibbiltà bejn l-għanijiet tal-Istrateġija Atlantika u l-programmi tal-UE u s-sejħiet għal finanzjament; jissuġġerixxi wkoll li, minħabba n-natura orizzontali tal-Istrateġija, din it-taskforce għandha tkun preseduta mis-Segretarju Ġenerali;

V.   PJAN TA’ AZZJONI ATLANTIKU - Il-PROĊESS

47.

jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ sens ikbar ta’ urġenza fil-proċess ta’ adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u jipproponi laqgħat iktar spissi tal-Forum Atlantiku (Kumitati ta’ Governanza u Tmexxija) sabiex jiġu stabbiliti punti ta’ referenza tal-proċess u tiġi żgurata azzjoni f’waqtha;

48.

jistenna bil-ħerqa l-Karta ta’ Konsultazzjoni mistennija li għandha tifforma l-bażi għal proċess usa’ u iktar strutturat ta’ mobilizzazzjoni u konsultazzjoni tal-partijiet interessati fl-2012 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twessa’ u ssaħħaħ malajr kemm jista’ jkun l-involviment sabiex il-partijiet interessati, inklużi l-livell lokali u reġjonali, iħossu li għandhom biżżejjed sjieda tal-Pjan ta’ Azzjoni u jiżgura li hemm aspetti ġenwini ‘minn isfel għal fuq’ u ċċentrati fuq iċ-ċittadini ta’ dan il-proċess;

49.

jinsab imħasseb li s-seminars tematiċi proposti, wieħed f’kull Stat Membru, mhux se jkunu biżżejjed sabiex jinvolvu l-partijiet interessati u jagħtuhom sjieda tal-Istrateġija; jipproponi attivitajiet addizzjonali tal-Istrateġija Atlantika sabiex tintlaħaq viżjoni strateġika, jiġu diskussi l-aspetti governattivi u jitwaqqfu miri u indikaturi ta’ suċċess li jistgħu jiġu vverifikati u tiġi ċċarata l-implikazzjoni tal-iffinanzjar; jissuġġerixxi wkoll li l-Kummissjoni Ewropea għandha timmobilizza r-rappreżentazzjonijiet nazzjonali tagħha sabiex tippermetti parteċipazzjoni usa’ fil-proċess tal-Pjan ta’ Azzjoni;

50.

jenfasizza li ż-żmien propost għall-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għandu jitmexxa ’l quddiem sabiex ikun allinjat ma’ prijoritajiet rilevanti għall-programm ta’ finanzjament 2014-2020;

51.

jissuġġerixxi li l-proċess tal-Istrateġija Atlantika l-ewwel irid jaqbel dwar Viżjoni Strateġika għaż-Żona Atlantika , li tipprovdi r-referenza għall-Pjan ta’ Azzjoni Atlantiku 2014-2020; jipproponi wkoll li dan il-Pjan ta’ Azzjoni għandu:

jistabbilixxi prijoritajiet ewlenin, miżuri u jidentifika proġetti ewlenin – inklużi azzjonijiet għal perjodu qasir, medju jew fit-tul;

iwaqqaf rwoli definiti u responsabbiltajiet ċari għall-partijiet interessati kollha tal-politika u tal-implimentazzjoni fi struttura governattiva b’diversi livelli, b’katina tal-provvista ċara u stabbilita sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija;

jinkludi miżura għall-bini tal-kapaċità sabiex titħaddan etika dwar iktar kooperazzjoni b’saħħitha fil-qasam kollu;

iwaqqaf miri ewlenin u varjetà ta’ indikaturi - sabiex titkejjel il-provvista u jiġi adottat approċċ ibbażat fuq ir-riżultati;

jintlaħaq ftehim dwar proċess ta’ valutazzjoni u reviżjoni ta’ nofs it-term tal-kisbiet;

jiġi inkorporat mudell ta’ informazzjoni u komunikazzjoni sabiex tiżdied il-viżibbiltà, tiġi promossa l-komprensjoni tal-għanijiet u tiġi attirata parteċipazzjoni usa’ fl-Istrateġija;

jidentifika r-riżorsi meħtieġa , kemm riżorsi finanzjarji kif ukoll umani, sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni.

52.

jitlob li l-Istrateġija Atlantika u l-proċess għall-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għandhom jagħmlu parti mill-valutazzjoni proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-valur miżjud tal-approċċ makroreġjonali fl-2013, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew;

53.

jipproponi li l-Pjan ta’ Azzjoni jiġi adottat mill-Forum Atlantiku u jitlob lill-Presidenza Irlandiża li ġejja sabiex tagħti prijorità lill-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew tal-Pjan ta’ Azzjoni waqt il-Presidenza tagħha, b’enfasi fuq il-kunsinna, proċess kredibbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni attwali u reviżjoni skedata ta’ nofs it-term.

Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  B’mod partikolari r-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (EUSBSR), Ġunju 2011 (COM(2011) 381 final).

(2)  Pożizzjoni u proposti tal-Kummissjoni tal-Arka Atlantika dwar il-Komunikazzjoni tal-KE li tistabbilixxi Strateġija għall-Atlantiku, Adottata mill-Bureau tal-Politika, 22 ta’ Marzu 2012

(3)  Ara l-Abbozz ta’ Opinjoni dwar Regolament dwar il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) CdR 86/2012.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/7


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “White Paper — aġenda għal pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli”

2012/C 391/02

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jindika li l-atturi kollha ewlenin, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li joperaw skemi tal-pensjoni addizzjonali għall-maġġoranza tal-impjegati pubbliċi, għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tas-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali;

jenfasizza li diversi aspetti tal-politika tal-pensjonijiet tal-UE u tal-Istrateġija Ewropa 2020 jsaħħu lil xulxin. Jekk fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 tinkiseb rata ogħla ta’ impjieg, dan itejjeb ukoll is-sostenibbiltà ġenerali tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tal-pensjonijiet. Benefiċċji tal-pensjonijiet adegwati huma prerekwiżit essenzjali għat-twettiq tal-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 li tnaqqas il-faqar, billi l-anzjani fl-UE għadhom grupp dgħajjef mil-lat soċjoekonomiku. Apparti riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, hemm bżonn ukoll għadd ta’ miżuri ta’ akkumpanjament fil-politika tas-suq tax-xogħol bil-għan li jiġi żgurat li l-anzjani jibqa’ jkollhom dħul adatt fil-futur;

fid-dawl tat-tħassib dwar it-trasparenza kif ukoll il-livell tat-tariffi u l-imposti assoċjati mal-forom differenti ta’ arranġamenti ta’ pensjonijiet privati, jilqa’ analiżi komparattiva sabiex tiġi applikata l-aħjar prattika madwar l-UE kollha.

Relatur

Is-Sur LINDQUIST (SE/PPE), President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Lidingö

Dokument ta’ referenza

White Paper - Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli

COM(2012) 55 final

I.   IL-POŻIZZJONI TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni sabiex tindirizza l-isfidi serji li qed jiffaċċjaw is-sistemi tal-pensjonijiet ta’ bosta Stati Membri;

2.

jaħseb li l-iżgurar ta’ pensjonijiet sostenibbli u adegwati huwa importanti ħafna mhux biss fid-dawl tal-prospetti Ewropej ta’ tkabbir iżda anki għall-għajnuna soċjali taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-benesseri tagħhom;

3.

huwa tal-fehma li s-sostenibbiltà ekonomika fit-tul tas-sistemi tal-pensjonijiet hija prerekwiżit prinċipali għal pensjonijiet sikuri u adegwati;

4.

jenfasizza li l-pensjonijiet pubbliċi ġenerali ser ikomplu jaqdu rwol importanti fil-futur f’li jagħtu sigurtà bażika adegwata lil kull pensjonant;

5.

iqis li sistema tal-pensjonijiet ibbażata fuq il-qligħ adegwat tul il-ħajja tikkontrobwixxi sabiex tkun tista’ tiġi żgurata pensjoni sostenibbli fuq perjodu twil;

6.

jenfasizza li s-sistemi tal-pensjonijiet żviluppaw tul iż-żmien skont il-kundizzjonijiet ta’ kull Stat Membru. L-organizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet statutorji, għalhekk, hija kompitu tal-Istati Membri individwali;

7.

jindika li l-atturi kollha ewlenin, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li joperaw skemi tal-pensjoni addizzjonali għall-maġġoranza tal-impjegati pubbliċi, għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tas-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali;

8.

jiġbed l-attenzjoni li f’bosta Stati Membri l-imsieħba soċjali huma responsabbli għat-tfassil tal-pensjonijiet okkupazzjonali. F’każijiet bħal dawn, hija ħaġa naturali li kwalunkwe tibdil għandu jsir mill-imsieħba soċjali;

9.

jinnota li l-White Paper hija bbażata fuq l-Artikolu 153 tat-TFUE, u li huma l-Istati Membri li għandhom ir-responsabbiltà prinċipali fit-tiswir tas-sistemi tal-pensjoni tagħhom. Madankollu, l-UE għandha tappoġġja u tikkomplementa l-attivitajiet tagħhom fil-qasam tal-protezzjoni soċjali. Il-White Paper ma fiha l-ebda proposta leġislattiva konkreta, u għalhekk huwa kkunsidrat li ma tqajjem l-ebda problema f’termini tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Madankollu, il-Kumitat jixtieq jenfasizza li kwalunkwe proposta leġislattiva futura fil-qasam tal-pensjonijiet għandha tiġi analizzata bir-reqqa fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

10.

jenfasizza li diversi aspetti tal-politika tal-pensjonijiet tal-UE u tal-Istrateġija Ewropa 2020 jsaħħu lil xulxin. Jekk fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 tinkiseb rata ogħla ta’ impjieg, dan itejjeb ukoll is-sostenibbiltà ġenerali tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tal-pensjonijiet. Benefiċċji tal-pensjonijiet adegwati huma prerekwiżit essenzjali għat-twettiq tal-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 li tnaqqas il-faqar, billi l-anzjani fl-UE għadhom grupp dgħajjef mil-lat soċjoekonomiku (1). Apparti riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, hemm bżonn ukoll għadd ta’ miżuri ta’ akkumpanjament fil-politika tas-suq tax-xogħol bil-għan li jiġi żgurat li l-anzjani jibqa’ jkollhom dħul adatt fil-futur;

Relazzjoni bilanċjata bejn il-ħajja tax-xogħol u l-irtirar

11.

jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li żżid l-età tal-irtirar skont iż-żieda fl-għomor mistenni tal-persuna, fejn dan ikun adatt. Dan jista’ jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjonijiet. Dan ser jeħtieġ soluzzjonijiet prattiċi differenti fl-Istati Membri differenti;

12.

huwa tal-fehma li, bis-saħħa ta’ età tal-irtirar flessibbli, ċerti individwi jistgħu jagħżlu li jieqfu jaħdmu iżjed tard milli kieku kien possibbli b’età tal-irtirar fissa. B’hekk, ikun possibbli li l-ħajja tax-xogħol tiġi estiża abbażi ta’ fatturi individwali;

13.

jenfasizza l-importanza ta’ parteċipazzjoni ogħla tal-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien (bejn 55 u 64 sena) fis-suq tax-xogħol. Żieda sinifikanti fir-rata tal-impjieg (2) ser ikollha aspetti pożittivi kbar kemm fid-dawl tat-tkabbir ekonomiku kif ukoll f’termini ta’ sostenibbiltà mtejba tas-sistemi tal-pensjonijiet;

14.

jinnota li jeżisti potenzjal kbir biex jiżdied l-impjieg tan-nisa, iż-żgħażagħ u l-immigranti u għalhekk jixtieq jenfasizza kemm huwa importanti li tiżdied ir-rata tal-impjieg fost l-etajiet kollha. Huwa importanti wkoll li jkun hemm kundizzjonijiet imtejba għal dħul iktar kmieni fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ u l-immigranti;

15.

jistieden lill-Istati Membri u lil dawk li jħaddmu biex jimplimentaw miżuri li jagħmluha iktar faċli għall-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien li jibqgħu fis-suq tax-xogħol u jinċentivawhom biex jagħmlu dan;

16.

fejn applikabbli, jilqa’ użu ikbar tal-irtirar gradwali, tranżizzjoni gradwali minn impjieg full-time għal irtirar sħiħ;

17.

jinnota li biż-żieda fl-età tiżdied ukoll b’mod konsiderevoli l-possibbiltà ta’ kapaċità limitata tax-xogħol minħabba problemi kontinwi relatati mas-saħħa jew diżabbiltà (3). Għalhekk huwa partikolarment importanti li jkun hemm miżuri effettivi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ adattament għal tibdil fil-karriera u l-impjiegi tul il-ħajja tax-xogħol kollha u li s-soċjetà tappoġġja t-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll it-tixjiħ b’saħħtu u attiv;

18.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet u l-imsieħba soċjali għandhom ifasslu u jimplimentaw iktar miżuri sabiex jippromovu u jappoġġjaw l-impjieg fost il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien sabiex tintaqqas u tiġi eliminata d-diskrepanza bejn l-età tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol u l-età legali tal-irtirar;

Pensjonijiet supplimentari

19.

huwa tal-fehma li l-pensjonijiet okkupazzjonali jistgħu jkunu suppliment importanti għall-pensjoni statutorja. Għalhekk l-UE għandha tħeġġeġ il-prattika tajba bil-għan li tgħin l-iżvilupp ta’ skemi ta’ pensjonijiet okkupazzjonali fl-Istati Membri u li żżid il-kontribut tagħha għal sistemi ta’ pensjonijiet bbażati fuq diversi pilastri;

20.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jagħtu aktar attenzjoni lill-impjegati fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SME) u l-ħaddiema bi ftit kwalifiki, atipiċi jew strutturalment prekarji li ħafna drabi ma jibbenefikawx minn skemi ta’ pensjonijiet okkupazzjonali bl-istess mod bħal ħaddiema oħra;

21.

jinnota li l-pensjoni okkupazzjonali hija differenti minn dik privata. Bejn il-pensjonijiet okkupazzjonali u l-prodotti tal-assigurazzjoni hemm differenza kbira. Jekk ikun hemm aktar regoli dwar is-solvenza, dan jista’ jwassal għal spejjeż ogħla għas-sistemi ta’ pensjonijiet okkupazzjonali mingħajr ma jtejbu l-kundizzjonijiet tal-pensjonijiet tal-impjegati;

22.

huwa tal-fehma li l-pensjonijiet statutorji, flimkien ma’ pensjonijiet okkupazzjonali għandhom jitfasslu b’mod li meta jirtiraw iċ-ċittadini kemm jista’ jkun ikunu jistgħu jżommu livell ta’ għajxien adegwat iżda li għandhom jiġu inkoraġġuti t-tfaddil privat u l-pensjonijiet tat-tielet pilastru;

23.

jenfasizza l-possibbiltà li jitħeġġeġ tnaqqis fl-ostakli għal żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-pensjonijiet okkupazzjonali bbażati fuq l-età, bħas-sistemi bbażati fuq il-prestazzjoni, irendu r-reklutaġġ u ż-żamma ta’ ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien relattivament għaljin;

24.

jiġbed l-attenzjoni li l-pensjonijiet okkupazzjonali ħafna drabi jitolbu ċertu perjodu ta’ impjieg sabiex ikunu jistgħu jintirtu l-kontributi. Madanakollu bosta ħaddiema żgħażagħ spiss ibiddlu l-post tax-xogħol u anki l-pajjiż tax-xogħol tagħhom. Il-Kumitat jemmen li huwa importanti li dawn il-ħaddiema jingħataw id-drittijiet tal-pensjoni li għaliha taw kontribut;

25.

fil-prinċipju, jaqbel li d-drittijiet tal-pensjoni jkunu jistgħu jiġu trasferiti u jistenna bil-ħerqa l-proposti tal-Kummissjoni. Madankollu, il-kwistjoni hija kumplessa ħafna. Għandha tiġi kkunsidrata l-varjetà kbira tas-sistemi ta’ pensjonijiet okkupazzjonali fl-Istati Membri individwali. B’mod partikolari, m’għandhiex titnaqqas ir-rieda ta’ dawk li jħaddmu li jiffinanzjaw il-pensjonijiet okkupazzjonali. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet fiskali, il-liġijiet dwar il-kondiviżjoni tal-beni u aspetti oħra;

26.

fid-dawl tat-tħassib dwar it-trasparenza kif ukoll il-livell tat-tariffi u l-imposti assoċjati mal-forom differenti ta’ arranġamenti ta’ pensjonijiet privati, jilqa’ analiżi komparattiva sabiex tiġi applikata l-aħjar prattika madwar l-UE kollha;

L-ugwaljanza bejn is-sessi

27.

ifaħħar lill-Kummissjoni li laqgħet ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat (4) li tagħti iktar attenzjoni lill-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Dan l-aspett huwa ta’ importanza partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali billi n-nisa jinsabu f’maġġoranza f’bosta oqsma tax-xogħol fis-settur pubbliku (5);

28.

jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jintroduċu l-istess età tal-irtirar għan-nisa u l-irġiel sabiex jintaqqsu d-differenzi bejn is-sessi u sabiex in-nisa jkunu jistgħu jingħataw pensjonijiet aħjar;

29.

huwa tal-fehma li d-differenzi kbar fir-rati ta’ impjieg tan-nisa u l-irġiel ta’ bejn il-55 u l-64 sena jitolbu li tingħata attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet ta’ ugwaljanza b’relazzjoni ma’ ħajja tax-xogħol iktar twila u t-tixjiħ attiv pereżempju permezz ta’ miżuri ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u r-responsabbiltajiet tal-familja;

30.

jindika li n-nuqqas ta’ faċilitajiet ta’ kura joħloq piżijiet addizzjonali f’bosta Stati Membri, b’mod partikolari għan-nisa, u dan ħafna drabi jwassal għall-irtirar kmieni;

31.

jenfasizza li rata ogħla ta’ parteċipazzjoni tan-nisa ser tagħmel l-aċċess għal kura ta’ kwalità tat-tfal u tax-xjuħ iktar diffiċli. Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom biżżejjed mezzi biex iwettqu dan il-kompitu;

32.

jistqarr li f’xi Stati Membri, in-nisa jintlaqtu iktar mill-irġiel minn diżabbiltà jew mard kroniku kontinwu u dan iwassal għal kapaċità limitata tax-xogħol mentri huwa iktar probabbli li fi Stati Membri oħra l-irġiel jintlaqtu iktar. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għaldaqstant għandhom responsabbiltà partikolari li jiżguraw ambjent tax-xogħol tajjeb lill-persunal tagħhom;

33.

jiġbed l-attenzjoni li l-possibbiltà ta’ xogħol part-time, pereżempju meta jkunu qed jieħdu ħsieb it-tfal żgħar, hija prerekwiżit importanti għal ħafna, u mhux l-inqas fosthom in-nisa, sabiex huma jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Fl-istess waqt jeħtieġ li jiġi żgurat li ħadd ma jispiċċa blukkat f’sitwazzjoni mhux mixtieqa ta’ xogħol part-time, peress li jkollha impatt negattiv fuq il-futur tal-pensjonijiet tal-irtirar;

34.

sabiex jiġi evitat li l-leave statutorju tal-ġenituri jwassal għal pensjonijiet iktar baxxi, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jfittxu possibbiltajiet ta’ kif dan iż-żmien jista’ jiġi kkunsidrat fid-drittijiet pensjonijiet. Dan għandu japplika wkoll għas-servizz militari;

Informazzjoni

35.

huwa tal-fehma li r-riformi għandu jkollhom l-għan li jistabbilixxu sistema ta’ pensjonijiet li, fuq perjodu twil ta’ żmien, tiggarantixxi l-istabbiltà. Jinnota li r-riformi ser ikunu ta’ suċċess biss jekk jitqiesu bħala ġusti. Dan jitlob li l-pubbliku jkun informat tajjeb dwar il-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli relatati;

36.

jenfasizza li informazzjoni sħiħa dwar il-pensjonijiet hija importanti sabiex tkun iktar faċli għaċ-ċittadini li jieħdu deċiżjonjiet dwar l-ippjanar tal-pensjoni. Il-moviment ħieles fl-UE jfisser li fil-futur ħafna iktar ċittadini tal-Unjoni ser jakkwistaw id-drittijiet tal-pensjoni f’pajjiżi differenti tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom u dan iżid il-bżonn ta’ informazzjoni komprensiva;

37.

għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis l-iżvilupp ta’ pjattaforma komuni onlajn ta’ informazzjoni komprensiva dwar il-pensjonijiet;

Kwistjonijiet oħra

38.

jenfasizza li sistemi ta’ pensjonijiet adegwati huma importanti għall-benesseri taċ-ċittadini u għandhom importanza partikolari sabiex jiġi evitat piż finanzjarju eċċessiv fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

39.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-miżuri futuri tagħha fil-qasam jiġu akkumpanjati minn valutazzjonijiet adatti tal-impatt li jistudjaw b’mod partikolari l-impatt fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

40.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hemmx bżonn ta’ koordinazzjoni f’dan il-qasam, permezz tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, biex jiġi promoss kemm il-moviment liberu tal-persuni kif ukoll is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet.

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 319/2010 fin.

(2)  Skont il-Eurostat, din iċ-ċifra, hekk kif kwotata fil-White Paper, hija ta’ inqas minn 40 % f’diversi pajjiżi.

(3)  Applica & CESEP & Alphametrics (2007): Men and women with disabilities in the EU: Statistical analysis of the LFS ad hoc module and the EU-SILC.

(4)  CdR 319/2010 fin.

(5)  Eurostat (2008): Il-ħajja tan-nisa u l-irġiel fl-Ewropa: is-sitwazzjoni statistika.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/11


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-istrateġija riveduta tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku”

2012/C 391/03

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza li l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku toffri bażi soda biex jiġi ttestjat sa liema punt strateġija speċifika għal makroreġjun ġeografiku usa’ tista ġenwinament isaħħaħ il-kompetittività tal-UE u tirfed it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

jilqa’ l-isforzi li qed isiru sabiex l-għanijiet riveduti tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku sabiex insalvaw il-baħar, nikkollegaw ir-reġjun u nżidu l-prosperità ikunu iktar konformi mal-għanijiet l-Istrateġija tal-Ewropa 2020;

josserva li għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u l-kompetittività reġjonali hemm bżonn ta’ rabtiet iktar sodi bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-partijiet interessati. Ir-reġjuni u l-universitajiet għandhom jikkooperaw fi ħdan il-makroreġjun kollu tal-Baħar Baltiku biex jagħmluh mudell għan-netwerks tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti;

iqis li għandha tkompli tingħata attenzjoni lill-appoġġ tal-inizjattivi tal-iżvilupp sostenibbli u li jinġiebu ’l quddiem iktar miżuri li jżidu l-impjieg u l-ħiliet kif ukoll it-tisħiħ tal-prosperità u l-inklużjoni;

jenfasizza li minkejja li l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku hija strateġija interna tal-UE, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux membri fl-UE b’mod partikolari r-Russja hija element prinċipali tas-suċċess tal-Istrateġija;

jenfasizza li l-istrutturi tad-Dimensjoni tat-Tramuntana għandhom jintużaw kemm jista’ jkun fil-kuntest ta’ kooperazzjoni iżjed mill-qrib bejn l-UE u r-Russja fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku;

huwa mħasseb dwar il-muniċipalitajiet u n-nuqqas ta’ viżibbiltà tar-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija u jipproponi li, kemm fl-istrateġija kif ukoll fil-pjan rivedut ta’ azzjoni, jissemma b’mod espliċitu li l-implimentazzjoni jkollha fil-qalba tagħha l-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli;

jenfasizza li l-partijiet politiċi interessati għandhom juru impenn ċar u jieħdu pożizzjoni ta’ tmexxija jekk nixtiequ li naraw progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija fil-pajjiżi parteċipanti kollha;

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandu jiġi ċċarat il-kontribut tal-programmi nazzjonali fi ħdan il-Fondi Strutturali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn ir-reġjuni fi ħdan l-Istati Membri u l-ħtiġijiet tagħhom relatati mal-iżvilupp.

Relatur

Is-Sinjura Pauliina HAIJANEN (FI/PPE), Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Belt ta’ Laitila

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku

COM(2012) 128 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2012 u huwa tal-fehma li l-miżuri li tressaq huma pass fid-direzzjoni t-tajba, għat-titjib tal-għan prinċipali tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, għall-allinjament tal-politiki u l-fondi, il-kjarifika tar-responsabbiltajiet tal-atturi differenti u t-titjib tal-komunikazzjoni;

2.

josserva li l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tfittex li ttejjeb il-koordinazzjoni u l-koeżjoni tal-politika bejn ir-reġjuni taż-żona bil-għan li jissolvew il-problemi komuni li jiffaċċja r-Reġjun tal-Baħar Baltiku u tissaħħaħ il-prosperità tar-reġjun fuq bażi sostenibbli. L-istrateġija tittratta kwistjonijiet li r-reġjuni u l-Istati Membri individwali ma jistgħux isolvu waħidhom. Fattur prinċipali huwa l-kooperazzjoni u l-azzjoni kkoordinata fost l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet tal-makroreġjun, l-UE, l-organizzazzjonijiet pan-Baltiċi, l-istituzzjonijiet tal-finanzjament u l-korpi mhux governattivi;

3.

josserva li l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020” (CdR 72/2011 fin) tenfasizza l-potenzjal tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku li jwitti t-triq għall-Ewropa;

4.

jenfasizza li, bħala l-ewwel strateġija makroreġjonali integrata, l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku toffri bażi soda biex jiġi ttestjat sa liema punt strateġija speċifika għal makroreġjun ġeografiku usa’ tista ġenwinament isaħħaħ il-kompetittività tal-UE u tirfed it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn l-esperjenzi għandhom jaqdu rwol attiv fid-dibattitu dwar il-politika Ewropea ta’ koeżjoni b’mod partikolari, bi tħejjija għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

5.

jiġbed l-attenzjoni għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali m’għandhiex tfisser il-ħolqien ta’ regoli ġodda, it-twaqqif ta’ korpi ġodda, jew l-approvazzjoni ta’ finanzjament ġdid; jemmen madanakollu li għandu jkun hemm ukoll “tliet affermazzjonijiet”: l-applikazzjoni u l-monitoraġġ konġunti tar-regoli li jeżistu fil-makroreġjuni; il-ħolqien ta’ pjattaforma, netwerk jew cluster territorjali ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali u Stati Membri bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u taħt ir-responsabbiltà tal-korpi tal-UE; l-użu miftiehem tal-fondi eżistenti tal-Unjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali;

Rabtiet bejn approċċ imsejjes fuq strateġija makroreġjonali u l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma li qed issir biex l-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku jixbhu iżjed lil dawk tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020. It-tliet għanijiet prinċipali għall-istrateġija ppreżentati fil-Komunikazzjoni – insalvaw il-baħar, nikkolegaw ir-reġjun u nżidu l-prosperità – jorbtu tajjeb mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Barra minn hekk, mill-perspettiva tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, huwa importanti ħafna li nenfasizzaw kooperazzjoni reġjonali iżjed mill-qrib fl-attività relatata mal-innovazzjoni;

7.

josserva li l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 f’attivitajiet konkreti hija importanti għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku. Minn fost l-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Aġenda Diġitali u l-inizjattivi relatati mal-Unjoni tal-Innovazzjoni, u lill-pjan ta’ azzjoni aġġornat li jagħmel enfasi akbar fuq il-promozzjoni tal-għanijiet tagħhom fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku. L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u n-netwerks ta’ kooperazzjoni li joperaw f’dak ir-reġjun jipprovdu bażi eċċellenti għall-iżvilupp ta’ strateġiji reġjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni għal speċjalizzazzjoni intelliġenti;

8.

jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u l-atturi fil-livell lokali u reġjonali biex jirriflettu dwar il-mod li bih l-għan aġġornat li tikber il-prosperità fl-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tal-UE, jista’ jiġi trasformat b’mod kollaborattiv f’miżuri konkreti. Fil-ġejjieni, il-pjan ta’ azzjoni ser ikollu jindika b’mod ċar miżuri li ġew imfassla biex jiżdiedu l-impjieg u l-ħiliet kif ukoll jissaħħu l-prosperità u l-inklużjoni. Fil-preżent, il-pjan ta’ azzjoni m’għandux rabta qawwija mal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 f’dan il-qasam.

9.

iqis li l-prijorità tal-Istrateġija Ewropa 2020, Tkabbir inklużiv: it-tħeġġiġ ta’ ekonomija b’rata għolja ta’ okkupazzjoni li ġġib il-koeżjoni soċjali u territorjali, għandha tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku, peress li għad hemm differenzi notevoli fil-prosperità u l-potenzjal ekonomiku bejn il-partijiet differenti tal-Baħar Baltiku. Għandha tkompli tingħata attenzjoni lill-promozzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-ambjent u l-appoġġ għall-inizjattivi ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli;

10.

jenfasizza li fil-futur ser ikun iktar importanti li jiġu kkunsidrati s-sinerġiji bejn id-diversi programmi ta’ finanzjament bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. B’rabta mal-programm futur Orizzont 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni, għandu jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u integrata mal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni, li jintużaw mill-Istati Membri fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, sabiex tiġi enfasizzata l-perspettiva reġjonali u r-reġjuni jitħeġġu jżidu l-attività tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni;

11.

jixtieq josserva li l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku pprovdiet il-livell lokali u reġjonali b’opportunitajiet ġodda għat-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali u l-potenzjal innovattiv tagħhom, u għall-promozzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni reġjonali intelliġenti. Għalhekk, ir-reġjuni u l-universitajiet għandhom jikkooperaw fi ħdan il-makroreġjun kollu tal-Baħar Baltiku biex jagħmluh mudell għan-netwerks tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, b’enfasi fuq il-kwistjonijiet ewlenin u l-attivitajiet ta’ kull reġjun u l-ksib tal-eċċellenza u l-massa kritika permezz tan-netwerking. Huma kruċjali l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-sistemi għall-innovazzjoni tat-tliet spirali (triple helix) u l-erba’ spirali (quadruple helix) bil-kooperazzjoni tal-qasam akkademiku, is-settur pubbliku, is-settur privat u ċ-ċittadini tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku f’dan ir-rigward;

12.

jipproponi li l-Istati Membri tal-UE fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku jħeġġu liċ-ċentri ta’ riċerka jiffokaw fuq l-oqsma ta’ riċerka li jappoġġjaw l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fir-reġjun tagħhom stess u biex jaqsmu l-kompetenzi tagħhom bħala parti minn netwerk ta’ kooperazzjoni fir-reġjun Baltiku. Ikun importanti li pajjiżi li m’humiex fl-UE li għandhom il-fruntiera mar-reġjun tal-baħar Baltiku jitħeġġu jieħdu sehem f’din il-kooperazzjoni ta’ riċerka wkoll, pereżempju dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ambjent u l-enerġija li jolqtu l-baċir tal-baħar komuni;

13.

jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li biex tissaħħaħ il-kompetittività u l-koeżjoni ekonomika jinħtieġu rabtiet iżjed b’saħħithom bejn il-partijiet interessati involuti fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-industrija. In-negozju u l-industrija, kif ukoll l-universitajiet, għandhom jingħataw l-opportunità jaqdu rwol iżjed attiv fi kwalunkwe ħidma li ssir dwar l-istrateġija;

14.

jirrakkomanda li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi mhux imsieħba fl-UE fil-qasam tal-innovazzjoni u l-clusters, kif ukoll li tiġi promossa l-kooperazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku bil-għan li tingħata spinta lill-investiment u t-turiżmu lil hinn mill-UE. Dawn il-miżuri, flimkien mad-dimensjoni ambjentali qawwija tal-istrateġija, jirrappreżentaw pass effettiv lejn l-ilħiq tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku;

15.

jenfasizza li, fid-dawl ta’ dan kollu, il-pajjiżi fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku għandhom jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti mill-qrib f’din il-ħidma preparatorja;

16.

jinnota li l-għan primarju tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku hija li jiġi mnaddaf l-aktar baħar imniġġes tal-Ewropa u li l-istat tiegħu jitjieb, dan ifisser ukoll l-iżgurar ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku armonjuż fir-reġjuni ġirien kemm tal-UE kif ukoll dawk barra mill-UE;

L-importanza tad-dimensjoni esterna tal-Istrateġija u l-kooperazzjoni

17.

jenfasizza li, għalkemm din hija strateġija interna tal-UE, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux imsieħba fl-UE, ir-Russja b’mod partikolari, hija ta’ importanza ewlenija għas-suċċess tal-istrateġija;

18.

jixtieq jenfasizza li, fl-2011, ir-Russja approvat f’livell federali l-Istrateġija għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tad-Distrett tal-Majjistral tar-Russja sal-2020. L-istrateġija għall-Majjistral tar-Russja tistabbilixxi għanijiet għall-ekonomija, l-infrastruttura u l-loġistika tar-reġjun. Huwa ttamat li din l-istrateġija tippromovi kooperazzjoni strateġika iżjed mill-qrib bejn ir-Reġjun tal-UE tal-Baħar Baltiku u r-Russja, b’mod partikolari dwar l-ambjent, l-ekonomija, it-trasport, l-enerġija, it-turiżmu u l-protezzjoni ċivili;

19.

jenfasizza li l-istrutturi tad-Dimensjoni tat-Tramuntana għandhom jintużaw kemm jista’ jkun fil-kuntest ta’ kooperazzjoni iżjed mill-qrib bejn l-UE u r-Russja fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku. Il-politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana tikkunsidra r-reġjun tat-Tramuntana bħala entità waħda, bil-għan li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-mekkaniżmi differenti ta’ kooperazzjoni fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Barents;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon u jappoġġja l-passi konkreti li ħa l-livell lokali u reġjonali biex jiżviluppa kooperazzjoni prattika, l-iżjed fil-belt ta’ St. Petersburg u r-reġjun ta’ Leningrad. Eżempju tajjeb ta’ approċċ minn isfel għal fuq ta’ din ix-xorta huwa l-hekk imsejjaħ Proċess ta’ Turku, li huwa inizjattiva kondiviża bejn il-belt ta’ Turku, ir-reġjun tal-Lbiċ tal-Finlandja u l-bliet ta’ Hamburg u St. Petersburg;

Governanza f’diversi livelli u r-rwol tal-muniċipalitajiet u r-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tikkunsidra l-fehmiet dwar it-tisħiħ ta’ implimentazzjoni u governanza flessibbli iżda determinanti tal-istrateġija, kif stabbilit fl-Opinjoni tal-KtR dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (CdR 255/2009 fin), meta tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet interessati prinċipali (punti ta’ kuntatt nazzjonali, il-koordinaturi tal-oqsma ta’ prijorità, il-mexxejja ta’ azzjoni orizzontali u l-mexxejja ta’ proġetti ewlenin);

22.

jikkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni biex tiġi ċċarata l-istruttura ta’ governanza tal-istrateġija u ssir iżjed effettiva bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda huwa mħasseb dwar il-muniċipalitajiet u n-nuqqas ta’ viżibbiltà tar-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. Għalhekk, il-Kumitat jipproponi li, kemm fl-istrateġija kif ukoll fil-pjan rivedut ta’ azzjoni, jissemma b’mod espliċitu li l-implimentazzjoni tkun tħaddan il-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli;

23.

jenfasizza li s-suċċess tal-istrateġiji makroreġjonali fl-Ewropa jiddependi ħafna mill-impenn u l-kontribut tal-partijiet interessati fil-livell lokali u reġjonali biex jilħqu l-għanijiet. Huwa kruċjali wkoll li jiġi involut is-settur privat. Il-partijiet politiċi interessati għandhom juru impenn ċar u jieħdu pożizzjoni ta’ tmexxija jekk nixtiequ li naraw progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija fil-pajjiżi parteċipanti kollha;

24.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għadu meħtieġ sehem ikbar min-naħa tal-partijiet interessati fil-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku. Dan għandu jiġi kkunsidrat mhux biss meta jiġi aġġornat il-pjan ta’ azzjoni relatat mal-istrateġija iżda wkoll meta jiġi definit ir-rwol tal-partijiet interessati differenti. Pereżempju, attwalment, għadd kbir ta’ koordinaturi tal-oqsma ta’ prijorità ġejjin mill-ministeri settorjali jew korpi oħra tal-gvern ċentrali. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali, b’mod partikolari, għandhom jinħtieġu jkunu f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali;

Finanzjament; sistema għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

25.

josserva li, għalkemm l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku ġiet approvata biss wara li kien diġà beda l-perjodu ta’ programmazzjoni attwali tal-UE, għadd ta’ programmi differenti fi ħdan il-Fondi Strutturali għamluha possibbli li jitwettqu bosta proġetti li jappoġġjaw l-istrateġija. Il-programmi Ewropej implimentati fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku relatati mal-kooperazzjoni territorjali kienu għodda prinċipali ta’ finanzjament biex jiġu xprunati l-miżuri, b’mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali;

26.

jiġbed l-attenzjoni għall-iskarsezza tal-istrumenti ta’ finanzjament disponibbli għall-proġetti transnazzjonali u dawk immexxija minn partijiet interessati differenti. Il-fatt li d-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament għal kull imsieħeb jittieħdu fi żminijiet differenti joħloq problema meta jintużaw sorsi differenti ta’ finanzjament, peress li dan inaqqas ferm il-pass tal-implimentazzjoni. Mhux bilfors hemm koordinazzjoni bejn id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament, u ċerti msieħba jibqgħu mingħajr appoġġ, li jista’ jxekkel it-tnedija ta’ proġett partikolari;

27.

jaħseb li huwa importanti li l-proposti għal regolamenti maħruġa mill-Kummissjoni f’Ottubru 2011 jobbligaw l-Istati Membri jqisu strateġija makroreġjonali potenzjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda tal-Fondi Strutturali, u jenfasizza li l-Programm transnazzjonali l-ġdid għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, b’mod partikolari, għandu jkun konformi mal-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku. Jeħtieġ li l-programmazzjoni għall-perjodu li jmiss tibda fil-bidu nett tal-2014 sabiex jiġi evitat dewmien bla bżonn fil-kontinwazzjoni tal-proġetti;

28.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandu jiġi ċċarat il-kontribut tal-programmi nazzjonali fi ħdan il-Fondi Strutturali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn ir-reġjuni fi ħdan l-Istati Membri u l-ħtiġijiet tagħhom relatati mal-iżvilupp. Jekk tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni ta’ speċjalizzazzjoni reġjonali intelliġenti fl-attivitajiet nazzjonali relatati mal-programm, ikun hemm opportunitajiet kbar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija. Bl-istess mod, il-Kuntratt ta’ Sħubija bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni Ewropea għandu jinkludi wkoll referenza għall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku;

29.

huwa tal-fehma li huwa importanti li jiġi żgurat il-kapital inizjali (fund seeding), kif propost fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, bħala mezz għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-proġetti, għax b’hekk kemm il-partijiet interessati lokali u reġjonali kif ukoll ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet u s-soċjetà ċivili jiġu involuti iżjed fl-attivitajiet relatati mal-proġetti;

30.

jenfasizza li, fil-ġejjieni, ser ikun importanti li l-finanzjament jingħadda b’mod dirett lejn il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji, u li jkun possibbli li jiġu kkombinati forom differenti ta’ finanzjament. Minbarra l-fondi pubbliċi, għandu jiġi promoss l-użu ta’ servizzi pprovduti minn istituzzjonijiet differenti ta’ finanzjament filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-fondi privati. Għandhom jiġu żviluppati t-tekniki li jagħmluha possibbli li jiġu inklużi iżjed miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali fi proġetti ffinanzjati mill-programmi tal-Fondi Strutturali;

31.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, iżda jenfasizza li s-sistema tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni għandha tkun sempliċi kemm jista’ jkun u tkun ibbażata fuq indikaturi li jistgħu jiddeskrivu b’mod realistiku r-riżultati miksuba permezz tal-kooperazzjoni abbażi tal-istrateġija. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa lest jipparteċipa fil-ħolqien ta’ indikaturi u diskussjonijiet dwar dawk magħżula;

Il-promozzjoni tal-komunikazzjoni u s-sehem tal-partijiet interessati

32.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali titlob proċess trasparenti relatat mat-teħid tad-deċiżjonijiet, skambju komprensiv ta’ informazzjoni u l-iżvilupp ta’ prattiki komuni fil-livelli kollha. B’mod partikolari, jeħtieġ li jitjieb il-fluss tal-informazzjoni, kemm bejn l-Istati Membri tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, kif ukoll fi ħdan dawk il-pajjiżi. Dan jippromovi impenn iżjed wiesa’ fil-konfront tal-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija;

33.

jenfasizza li ż-żieda fil-komunikazzjoni dwar l-istrateġija tiġġenera wkoll għarfien ikbar dwar l-attivitajiet tal-UE fost il-pubbliku ġenerali. Il-paġni tal-internet iddedikati għall-istrateġija u l-konsultazzjoni pubblika dwar l-aġġornament tal-pjan ta’ azzjoni tal-istrateġija huma pass fid-direzzjoni t-tajba;

34.

jipproponi li l-Kummissjoni tiġbor u tippubblika b’mod sistematiku l-informazzjoni dwar il-programmi ta’ finanzjament biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti pariri finanzjarji b’mod ċentrali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak lokali. Il-kwistjoni bħalissa hija li l-partijiet interessati li jmexxu l-proġett m’għandhomx aċċess adegwat għall-informazzjoni. L-għarfien dwar l-istrumenti adatti ta’ finanzjament għandu jinfirex b’mod iżjed effettiv biex il-partijiet interessati ma jsibux problema jagħżlu l-istrumenti adatti għall-ħtiġijiet tagħhom;

Konklużjonijiet

35.

josserva li l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku provdiet lill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet b’opportunitajiet ġodda għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-innovazzjoni reġjonali kif ukoll speċjalizzazzjoni reġjonali intelliġenti. L-istrateġija żiedet ukoll l-interess ġenerali fost il-partijiet interessati fil-livell lokali u reġjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kooperazzjoni tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, u saħħet u żiedet tipi ġodda ta’ kooperazzjoni;

36.

jipproponi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkompli jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku fuq il-bażi tal-pjan ta’ azzjoni aġġornat li ser jiġi ppublikat lejn l-aħħar tal-2012, u jkompli jressaq l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu fid-dibattitu usa’ dwar l-istrateġiji makroreġjonali, partikolarment fid-dawl tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (2014-2020).

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/16


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Pjan direzzjonali għall-Enerġija 2050”

2012/C 391/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġi rikonoxxut b’mod adegwat u jiġi akkumpanjat minn riżorsi u ħiliet adegwati barra minn strumenti ta’ governanza adatti, mill-mument li dawn l-awtoritajiet jaqdu funzjoni ewlenija, b’mod dirett bħala msieħba ta’ proġetti tal-enerġija lokali sostenibbli jew relattiva għall-ippjanar tal-infrastrutturi l-ġodda, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet, l-investimenti, l-akkwist pubbliku, il-produzzjoni u t-trażżin tal-konsum tal-enerġija;

itenni li għandha tingħata prijorità lill-integrazzjoni fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli prodotta fil-livell lokali minn riżorsi deċentralizzati u differenti, fosthom l-enerġija mir-riħ, mill-ilma, ġeotermali, mix-xemx u mill-bijomassa, biex b’hekk l-infrastrutturi tat-trasport tal-enerġija u tad-distribuzzjoni jkunu iżjed intelliġenti (smart grid) u kapaċi jikkompetu b’mod effettiv, jiġiferi jkun hemm benefiċċji reali għall-konsumatur aħħari;

jenfasizza li sabiex jiġi garantit il-bżonn dejjem akbar ta’ flessibbiltà fis-sistema tal-enerġija, hemm bżonn ta’ teknoloġiji adatti tal-ħżin fil-livelli kollha ta’ vultaġġ li, bħall-impjanti ta’ ħżin permezz tal-pompi u li jippermettu l-ħżin tas-surplus u l-konverżjoni mill-ġdid sussegwenti fuq skala industrijali. Għal dan il-għan għandhom jiġu żviluppati u implimentati strumenti strateġiċi għar-riċerka u l-promozzjoni tat-teknoloġija;

jirrakkomanda li jissaħħaħ ir-rwol tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjon (ICT) bħala faċilitaturi tal-assorbiment tal-innovazzjoni, multiplikaturi tal-informazzjoni u soluzzjonijiet għall-konsum tal-enerġija għal setturi strateġiċi bħas-“smart cities”, li jinkludu politiki marbutin mal-mobilità sostenibbli, l-infrastrutturi intelliġenti ta’ distribuzzjoni u l-bini sostenibbli;

jenfasizza l-urġenza biex sal-2014 ikun hemm twettiq komplet tas-suq intern tal-enerġija li jikkontribwixxi biex tiġi ggarantita l-provvista enerġetika bi prezz aċċessibbli kif ukoll biex sal-2015 jiġi rettifikat l-iżolament tal-enerġija f’xi Stati Membri individwali, ikun hemm bilanċ ġust tar-riżorsi fost ir-reġjuni u jiġu stabbilizzati u jittejbu l-kundizzjonijiet qafas tas-settur tal-enerġija Ewropew, bil-għan li jkunu jistgħu jiġu limitati l-ispejjeż addizzjonali tat-tranżizzjoni tal-enerġija.

Relatur

Is-Sur Ugo CAPPELLACCI (IT/PPE), President tar-Reġjun Awtonomu ta’ Sardenja

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050

COM(2011) 885 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Strateġija Ewropea għat-trasformazzjoni tas-sistemi enerġetiċi

1.

jaqbel li hemm bżonn urġenti li tiġi definita strateġija Ewropea fit-tul għas-settur tal-enerġija li tkun tista’ tikkontribwixxi b’mod tanġibbli għall-objettiv tad-dekarbonizzazzjoni sal-2050 tal-Unjoni Ewropea. It-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija hija responsabbiltà li għandna quddiem il-ġenerazzjonijiet futuri, u fl-istess waqt tirrappreżenta wkoll opportunità reali ta’ tkabbir, żvilupp, impjieg, kompetittività u tisħiħ tal-indipendenza tal-enerġija għall-Ewropa;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 iżda huwa tal-fehma li dan mhux iddettaljat u ċar biżżejjed biex jagħti gwida mil-lum ’il quddiem u lil hinn mill-2020 għall-għażliet tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-investituri lejn mudell enerġetiku ġdid u biex joħloq ċertezza suffiċjenti fl-ippjanar, filwaqt li jiġi enfasizzat li, bħala segwitu, issa għandhom jiġu adottati miżuri konkreti. Pereżempju, ikun tajjeb li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tiġi introdotta projbizzjoni fuq is-sussidji tal-Istat għall-karburanti fossili;

3.

jinnota li l-Pjan Direzzjonali ma jinkludix valutazzjoni tas-sitwazzjoni inizjali rigward l-għanijiet stabbiliti għal dawn l-għaxar snin għall-Istrateġija tal-Enerġija għall-2020, u għalhekk fin-nuqqas tagħha għandu jiġi kkunsidrat dan qabel ma jiġu stabbiliti l-għanijiet u l-qafas politiku għall-2030 li għalih issir referenza fl-aħħar konklużjoni tal-Pjan Direzzjonali. Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġu definiti fażijiet intermedjarji tal-proċess ta’ trasformazzjoni tas-sistema enerġetika fl-2030 u fl-2040, b’mod koerenti mal-objettivi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet previsti fil-‘Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050’ (1). Triq li timxi minn stadju għal stadju tista’ timplika l-użu tal-karburanti/sorsi tal-enerġija ta’ tranżizzjoni li huma kapaċi jakkumpanjaw b’mod gradwali t-trasformazzjoni, u jiżguraw fl-istess ħin l-indipendenza u sigurtà tal-enerġija. Barra minn hekk, tippermetti li jiġi faċilitat it-tilħiq ta’ riżultati konkreti, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress tal-miżuri;

4.

jinsab konvint li l-approċċ “newtrali mil-lat teknoloġiku” adottat fid-dokument mhux adatt u għandu jerġa' jitqies biex tingħata prijorità fuq medda twila ta’ żmien lil dawk l-approċċi, lit-teknoloġiji u lill-karburanti li r-riżultati tagħhom huma ċerti u li jistgħu jintużaw b’mod sostenibbli u sikur, billi jitqiesu l-esperjenzi u l-għarfien disponibbli dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u dwar it-teknoloġiji innovattivi. Barra minn hekk, it-trasformazzjoni tas-sistema enerġetika biex tkun sostenibbli ma tistax ma tqisx id-disponibbilità li tinbidel kontinwament tar-riżorsi, minħabba l-kriżi ekonomika, u lanqas l-impatti ambjentali u soċjali possibbli li jistgħu jiġu minnha;

5.

jinsab konvint fil-valur tal-interdipendenza bejn il-politiki ambjentali u dawk soċjali, u tal-ħtieġa konsegwenti li jiġi żgurat fuq medda medja u twila ta’ żmien aċċess ugwali għal kulħadd għall-enerġija sikura u sostenibbli u għall-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent bi prezz raġjonevoli. Għandu jiġi żgurat ukoll l-aċċess għal kulħadd għall-mezzi biex jikkontrollaw il-konsum domestiku u l-produzzjoni lokali ta’ enerġija rinnovabbli bi prezzijiet raġonevoli;

6.

jitlob il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tad-definizzjoni tal-politiki bħall-politika tad-dekarbonizzazzjoni tal-enerġija f’termini tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, it-trażżin tal-konsum, il-produzzjoni u t-teknoloġiji ġodda; ir-reviżjoni tal-pjan direzzjonali f’konformità mal-potenzjal u l-bżonnijiet tal-korpi territorjali; u l-assoċjazzjoni ta’ riżorsi adegwati, kapaċitajiet u strumenti ta’ governanza mar-rwol importanti tal-awtoritajiet territorjali;

B.   Valutazzjoni tal-impatt fuq it-territorju u l-implikazzjonijiet soċjali

7.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-trasformazzjoni tas-sistemi enerġetiċi se timplika sforzi u konsegwenzi varjabbli għar-reġjuni diversi, abbażi tal-vokazzjoni enerġetika u d-disponibbiltà tar-riżorsi ta’ kull wieħed minnhom, u li l-ispejjeż ekonomiċi, finanzjarji u amministrattivi eventwali ta’ azzjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija jridu jiġu ġustifikati skont valutazzjoni tal-impatt dettaljata li tqis b’mod adegwat ir-realtajiet speċifiċi fil-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari aspetti tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija;

8.

jaqbel li t-tibdil strutturali tas-sistemi tal-enerġija jinvolvi t-twettiq u/jew il-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi, u jinnota nuqqas ta’ uniformità fl-ispejjeż ta’ din it-trasformazzjoni fid-diversi reġjuni tal-Ewropa, li konsegwentement jista’ joħloqperiklu għall-koeżjoni soċjali;

9.

jirrakkomanda t-twaqqif ta’ strumenti li jistgħu jivvalutaw l-effetti tat-trasformazzjoni tas-sistemi enerġetiċi fil-livell territorjali, kemm f’termini ekonomiċi kif ukoll dawk soċjali u ambjentali. Għaldaqstant, ifakkar fl-importanza li tiżdied il-kwalità u l-iskala tal-indikaturi makroekonomiċi l-iżjed komuni użati għall-valutazzjoni tal-effikaċja tal-politiki, u li b’hekk tiġi introdotta, minn naħa, it-tema tal-enerġija mill-perspettiva tas-sostenibilità u, min-naħa l-oħra, dimensjoni soċjali u ambjentali kapaċi tirrifletti l-varjazzjonijiet tal-koeżjoni soċjali, ta’ aċċess bi prezz raġjonevoli għall-oġġetti u s-servizzi primarji, il-qagħda tas-saħħa, tal-faqar, inkluż il-faqar eneġetiku, tar-riżorsi naturali u tal-kwalità tal-ħajja inġenerali;

C.   Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

10.

huwa konvint li t-tilħiq tal-objettivi ta’ skala globali fis-settur enerġetiku jesiġi inizjattivi li jitwettqu fil-livell lokali. Għalhekk, jenfasizza li l-eżistenza ta’ miri territorjali diġà tat prova li hija effikaċi f’realtajiet diversi lokali u reġjonali, bħala espressjoni ta’ governanza f’diversi livelli tat-trasformazzjoni tas-sistema enerġetika;

11.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza fis-sistema enerġetika ġdida tal-kooperazzjoni u tas-solidarjetà transkonfinali u għaldaqstant tal-bżonn ta’ koordinazzjoni fil-livell Ewropew. Sabiex isir l-isforz meħtieġ fil-livelli kollha ta’ governanza, hija indispensabbli kooperazzjoni stretta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jtenni t-talba tiegħu għal definizzjoni ċara tar-rwoli u l-mekkaniżmi ta’ interazzjoni;

12.

jitlob li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġi rikonoxxut b’mod adegwat u jiġi akkumpanjat minn riżorsi u ħiliet adegwati barra minn strumenti ta’ governanza adatti, mill-mument li dawn l-awtoritajiet jaqdu funzjoni ewlenija, b’mod dirett bħala msieħba ta’ proġetti tal-enerġija lokali sostenibbli jew relattiva għall-ippjanar tal-infrastrutturi l-ġodda, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet, investimenti, l-akkwist pubbliku, il-produzzjoni u t-trażżin tal-konsum tal-enerġija. Barra minn hekk, id-djalogu soċjali u l-parteċipazzjoni tal-entitajiet soċjali mixtieqa fil-pjan direzzjonali għall-ġestjoni tat-tibdil jesiġu l-kapaċità ta’ informazzjoni mifruxa u ta’ intermedjar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għaldaqstant iridu jkunu mhux biss rikonoxxuti b’mod ċar iżda anke appoġġjati b’mod effettiv;

13.

jirrakkomanda li jkun hemm kontinwità fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u mġieba tajba li diġà huma pprattikati fil-livell lokali, b’hekk jissaħħaħ il-livell ta’ adeżjoni u inklużjoni f’kull tip ta’ kooperazzjoni, pereżempju fil-qafas tal-Patt tas-Sindki jew ta’ strutturi interreġjonali, nazzjonali jew internazzjonali oħra, u jiġi appoġġjat ir-rwol ta’ xprun fil-promozzjoni tat-tibdil, l-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku tat-territorju, u jinħolqu netwerks ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni;

D.   L-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli

14.

jaqbel dwar il-prijorità li jiġi promoss l-iffrankar tal-enerġija sabiex titnaqqas id-domanda għall-enerġija, permezz tas-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u t-tibdil fl-imġiba taċ-ċittadini, iżda anke permezz tal-appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda li huma kapaċi jiggarantixxu konsum iżjed effiċjenti tar-riżorsi u tkabbir ikbar tal-ekonomija, tal-kompetittività u tal-impjieg u billi l-Istati Membri jħeġġu sistemi ta’ awtokonsum tal-enerġija sabiex jiġi promoss l-aktar użu razzjonali possibbli tal-enerġija, sistema tal-enerġija distribwita u sehem aktar ġenwin taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar it-tip u l-użu tal-enerġija. Mil-lat tar-rilaxx tat-tkabbir ekonomiku mill-konsum tal-enerġija, jinnota kif it-tnaqqis fil-konsum, fil-każ li dan it-tnaqqis jiġi ikkawżat minn iżjed effiċjenza fil-proċessi u minn iffrankar enerġetiku, jista’ jiġi kkunsidrat bħala indikatur tal-iżvilupp u mhux ta’ riċessjoni, u li jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija;

15.

itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar l-appoġġ tal-effiċjenza enerġetika bħala waħda mill-miżuri li jiddeterminaw jekk jintlaħqux jew le l-objettivi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti għall-2050. Jaqbel dwar il-bżonn li jiġu identifikati miżuri ta’ effiċjenza enerġetika iżjed ambizzjużi u strateġiji li jiggarantixxu bilanċ mill-aqwa bejn l-ispejjeż u l-effiċjenza u jemmen li f’dan il-kuntest ikun tajjeb li jkun hemm qafas vinkolanti fil-livell Ewropew. Fl-istess ħin, jara l-urġenza li tittieħed azzjoni rigward l-aspetti li jistgħu minn issa stess jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iffrankar, permezz ta’ aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini u ta’ mobilità aktar sostenibbli;

16.

fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri urġenti meħtieġa għat-trasformazzjoni tal-enerġija, għandha f’kull każ tiġi garantita l-koerenza bejn il-miżuri individwali fid-dawl tas-sostenibbiltà. B’mod partikolari, għandu jiġi evalwat ir-riskju li l-progress f’qasam wieħed jista’ jikkawża impatt negattiv fuq oqsma oħra;

17.

huwa favur il-ħolqien ta’ valur għall-iffrankar tal-enerġija permezz ta’ mekkaniżmi sostenibbli tas-suq, kif ġie analizzat fil-‘Pjan Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika 2011’ (2);

18.

japprezza l-evidenza li żieda fil-kwota tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli hija karatteristika komuni fix-xenarji kollha tad-dekarbonizzazzjoni, anke fl-2030, u li sal-2050 tkun laħqet livell ta’ kontribut qawwi ħafna meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra. Madankollu, jiddispjaċih li l-ebda wieħed mix-xenarji tal-pjan direzzjonali ma jqis soluzzjonijiet integrati ta’ sorsi rinnovabbli u effiċjenza enerġetika, bil-għan li tiżdied is-sostenibilità tat-trasformazzjoni lejn xenarju mingħajr enerġija fossili fis-sistema enerġetika u li jsir progress lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur. Barra minn hekk, filwaqt li jirrimarka li fil-Pjan Direzzjonali l-enerġija rinnovabbli hija rikonoxxuta bħala essenzjali għas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, il-Kumitat jiddispjaċih li ma jinkludix analiżi ddettaljata tar-rwol ewlieni li dan is-settur għandu jaqdi, minħabba l-impatt sinifikanti tiegħu fuq il-konsum globali tal-enerġija, (i) tul il-proċess tad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija Ewropea sal-2050 u konsegwentement anke (ii) fit-tfassil ta’ politiki tal-enerġija attwali u futuri;

19.

itenni l-osservazzjonijiet inklużi fir-riżoluzzjoni CdR 7/2011 tat-30 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju 2011 dwar il-‘Prijoritajiet tal-Infrastruttura tal-Enerġija għall-2020 u wara’, u l-prijoritajiet relatati mal-promozzjoni tan-netwerks tat-trasport tal-enerġija u tal-integrazzjoni fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli prodotta fil-livell lokali minn riżorsi deċentalizzati u differenti, fosthom l-enerġija mir-riħ, mill-ilma, ġeotermali, mix-xemx u mill-bijomassa, biex b’hekk l-infrastrutturi tat-trasport tal-enerġija u tad-distribuzzjoni jkunu iżjed intelliġenti (smart grid) u kapaċi jikkompetu b’mod effettiv, jiġiferi jkun hemm benefiċċji reali għall-konsumatur aħħari. Sabiex jiġi garantit il-bżonn dejjem akbar ta’ flessibbiltà fis-sistema tal-enerġija, hemm bżonn ta’ teknoloġiji adatti tal-ħżin fil-livelli kollha ta’ vultaġġ li, bħall-impjanti ta’ ħżin permezz tal-pompi, jippermettu l-ħżin tas-surplus u l-konverżjoni mill-ġdid sussegwenti fuq skala industrijali. Għal dan il-għan għandhom jiġu żviluppati u implimentati strumenti strateġiċi għar-riċerka u l-promozzjoni tat-teknoloġija;

E.   Sorsi ta’ enerġija konvenzjonali (gass, karbonju, żejt), mhux konvenzjonali, u nukleari

20.

jaqbel dwar il-ħtieġa li tiġi assigurata diversifikazzjoni tal-provvista sabiex tiġi garantita l-protezzjoni tas-sikurezza enerġetika. Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jkun hemm disponibbli linji gwida preċiżi għal fażi ta’ tranżizzjoni li fiha s-sorsi ta’ enerġija konvenzjonali (gass, karbonju, żejt) – fl-aktar forom sostenibbli u effiċjenti tagħhom mil-lat tas-CO2 u b’enfasi speċjali fuq it-teknoloġiji għall-ġbir u l-ħżin tiegħu – ikunu jistgħu jaqdu rwol ta’ akkumpanjar tul it-triq lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema enerġetika, filwaqt li jiġu żviluppati t-teknoloġiji, l-infrastrutturi u l-imġiba meħtieġa għat-tibdil;

21.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-importanza li qed tingħata fl-istrateġija lit-teknoloġiji li għadhom mhumiex disponibbli fuq skala kummerċjali, u jirrakkomanda li kull użu ta’ sorsi mhux konvenzjonali ta’ gass, (jiġifieri l-gass mix-shale) u kull użu ta’ teknoloġiji li fihom riskji li s’issa ma ma tteħidx kont tagħhom u ma ġewx ikkontrollati għal kollox u li jista’ jkollhom aspett transkonfinali, ikunu soġġetti, fil-livell Ewropew, għal studju u diskussjoni tal-konsegwenzi ambjentali u soċjali possibbli fuq żmien qasir jew twil, b’konformità mar-regolament fis-seħħ, u bħal fil-każ tal-gass mix-shale, billi titqies il-ħtieġa eventwali ta’ regolamentazzjoni. Għaldaqstant jilqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromovi r-riċerka ta’ teknoloġiji li jistgħu jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi fit-trasformazzjoni tal-enerġija u jipproponi li jiġu inklużi analiżijiet taċ-ċiklu tal-ħajja fost l-elementi essenzjali ta’ evalwazzjoni li jridu jitqiesu fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

22.

jikkritika r-rabta kawżali bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-enerġija nukleari fil-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, kif ukoll is-suppożizzjoni li l-enerġija nukleari tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż tas-sistema u l-prezzijiet tal-elettriku, meta fil-fatt huwa magħruf li “wisq probabbli se jiżdiedu l-ispejjeż għas-sikurezza, l-iżmantellar tal-impjanti li diġà jeżistu u t-tneħħija tal-iskart”. Għaldaqstant, il-KtR jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lil xenarji fuq perjodu fit-tul ibbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhux konvenzjonali, u fuq il-fatt li ż-żieda fit-tħassib tal-opinjoni pubblika f’termini ta’ sikurezza tas-settur nukleari tista’ twassal għal inqas investiment privat fis-settur u għalhekk toħloq il-bżonn ta’ aktar sussidji mill-gvern jew żidiet fil-prezz tal-elettriku, li jolqtu l-iktar lill-ifqar parti tal-popolazzjoni;

F.   Investimenti u aċċess għall-fondi

23.

jaħseb li d-definizzjoni ta’ qafas ta’ referenza għall-investimenti, talinqas sal-2030, tista’ żżid l-effikaċja tal-pjan direzzjonali u toħloq kundizzjonijiet ta’ iżjed ċertezza fis-suq, kemm għall-atturi privati kif ukoll dawk istituzzjonali, speċjalment jekk din tirreferi wkoll għall-objettivi nazzjonali ta’ investiment li jqisu l-pjani ta’ azzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Barra minn hekk, ċertezza ikbar f’termini ta’ investimenti tista’ tikkontribwixxi għat-tilħiq tal-objettivi tal-2020, b’mod partikolari tal-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, u biex dan isir iridu jissaħħu l-isforzi preżenti.Għaldaqstant, il-qafas ta’ referenza għandu jgawdi mit-twettiq ta’ ppjanar Ewropew tal-kompetenzi tal-katini tal-effiċjenza tal-enerġija u tas-sorsi rinnovabbli, li permezz tiegħu jiġu indirizzati l-investimenti, sabiex jissaħħu d-dinamiċi tat-tkabbir u l-operaturi ta’ dawn il-katini;

24.

jitlob b’mod partikolari li jiġu identifikati b’mod ċar ir-riżorsi għall-promozzjoni ta’ investimenti deċentralizzati għall-enerġija sostenibbli (trażżin tal-konsum u produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli) li jikkontribwixxu għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u għall-iżvilupp ta’ ekonomija ekoloġika u impjiegi ekoloġiċi fil-livell lokali u reġjonali; l-identifikar ta’ strument finanzjarju ulterjuri ġestit f’livell deċentralizzat sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli (SEAP); u l-appoġġ (ekonomiku u leġislattiv) tal-produtturi żgħar deċentralizzati tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fin-netwerk;

25.

jirrakkomanda li tittawwal u tiġi estiża l-esperjenza pożittiva tal-programm “Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa” u li jiġu identifikat b’mod ċar il-modalitajiet sabiex tintuża kwota sinifikanti tal-fondi disponibbli fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni. Fost affarijiet oħra jqis neċessarju li fil-Fondi Strutturali jiġu attribwiti riżorsi għall-faċilitar tal-istabbilizzar ta’ kollaborazzjonijiet lokali għall-iżvilupp deċentralizzat ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenza enerġetika għolja, u b’mod speċifiku fil-Fond Soċjali sabiex jinħoloq kapital uman kapaċi jippjana, jiġġestixxi u jagħti għajnuna teknika f’dak li jirrigwarda l-qasam tal-enerġija, kemm f’termini ta’ soluzzjonijiet kif ukoll ukoll teknoloġiji u sħubijiet ta’ implimentazzjoni;

26.

jaħseb li l-awtoritajiet lokali għandhom ikomplu jibbenefikaw minn aċċess semplifikat għall-fondi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għall-enerġija sostenibbli. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-proġetti li jintegraw l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli għal żvilupp sostenibbli tat-territorju, billi jiġu ssemplifikati l-proċeduri u ffaċilitat l-aċċess għal finanzjament għall-entitajiet iżgħar;

27.

jiġbed l-attenzjoni li l-miżuri nazzjonali waħidhom mhumiex suffiċjenti għall-finanzjament effettiv tal-infrastrutturi tal-enerġija, u għalhekk jipproponi appoġġ finanzjarju ikbar għall-proġetti tas-settur tal-enerġija, b’mod partikolari biex jinxtered l-użu ta’ soluzzjonijiet miksuba minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli anke fil-każ tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini;

28.

jipproponi li tinxtered strateġija ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ clusters u sħubijiet reġjonali kif ukoll għall-koooperazzjoni bejn dawk li jeżistu diġà, billi jitqies li f’xi realtajiet territorjali, dawn diġà taw xhieda li huma strumenti validi għall-iżvilupp ta’ swieq ekoloġiċi tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, għall-mobilizzazzjoni ta’ investimenti u l-ħolqien ta’ kompetenzi professjonali u impjiegi;

G.   Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-applikazzjoni

29.

jaqbel li hemm bżonn li jiġi promoss impenn qawwi fil-livell Ewropew f’termini ta’ innovazzjoni u riċerka, konvint li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi, iktar effiċjenti u inqas għoljin, ikun jista’ jikkontribwixxi biex jinħolqu ċertezzi iżjed qawwija fis-settur u biex jinġibed il-kapital, anke permezz ta’ allokazzjoni raġjonata tar-riżorsi fi ħdan il-programm ġdid “Orizzont 2020”;

30.

jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa għal koerenza, f’termini tal-għanijiet u l-prioritajiet bejn il-programm il-ġdid ta’ riċerka Orizzont 2020 u l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050

31.

huwa tal-fehma li għandhom jiġu promossi iżjed l-innovazzjoni u r-riċerka relatati mal-mikroproduzzjoni tal-enerġija, bħal pereżempju fir-rigward tal-enerġija idroelettrika fornuta min-nixxigħat, tal-enerġija mir-riħ maħsuba għal nukleji familjari ewlenin jew għal gruppi ta’ familji, tal-enerġija mix-xemx lokalizzata jew inkella, fejn jeżistu, tal-produzzjoni tas-sħana minn sorsi tal-ilma termali;

32.

iħeġġeġ li fir-riċerka u l-iżvilupp ikun hemm attenzjoni akbar għall-potenzjal tal-enerġija tal-oċeani (mewġ u marea) li joffri possibbiltajiet kbar għall-provvista ta’ enerġija mhux perikoluża, sigura u sostenibbli;

33.

jipproponi li jitwaqqfu mekkaniżmi li jistgħu jiġu rreplikati, abbażi tal-aqwa prattiki eżistenti f’diversi reġjuni, sabiex jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ clusters tal-innovazzjoni, ta’ pjattaformi territorjali tal-innovazzjoni għall-enerġija u tipi oħra ta’ sħubija bejn il-pubbliku u l-privat bejn awtoritajiet territorjali, il-qasam akkademiku u l-industrija. Dawn it-tipi ta’ sħubija jistgħu jirrappreżentaw strumenti importanti ta’ żvilupp reġjonali u tal-ekonomiji lokali sabiex tiġi garantita adattabilità, aċċessibilità u ekonomija aħjar tal-innovazzjonijiet u t-teknoloġija fil-livell lokali;

34.

huwa tal-fehma li l-politiki agrikoli u tal-forestrija ser ikunu influwenzati ferm mill-pjan direzzjonali u li, għalhekk, ser ikun hemm bżonn li jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta' riċerka li jagħmlu possibbli l-adattament u l-iżvilupp ta’ dawn is-setturi biex iwasslu għal livell ogħla ta’ sostenibilità;

35.

jirrakkomanda li jissaħħaħ ir-rwol tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjon (ICT) bħala faċilitaturi tal-assorbiment tal-innovazzjoni, multiplikaturi tal-informazzjoni u soluzzjonijiet għall-konsum tal-enerġija għal setturi strateġiċi bħas-“smart cities”, li jinkludu politiki marbutin mal-mobilità sostenibbli, l-infrastrutturi intelliġenti ta’ distribuzzjoni u l-bini sostenibbli;

36.

jipproponi li tiġi enfasizzata l-importanza tar-riċerka u t-taħriġ tal-ispeċjalisti, b’mod partikolari min-naħa tal-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn riżorsi kwalifikati u l-programmi ta’ studju adatti biex ikun hemm teknoloġiji futuri effikaċi, bil-għan li tkun tista’ tiġi introdotta l-innovazzjoni u jitwettqu l-pjani strateġiċi;

H.   Suq intern u globali

37.

jenfasizza l-urġenza biex sal-2014 ikun hemm twettiq komplet tas-suq intern tal-enerġija li jikkontribwixxi biex tiġi ggarantita l-provvista enerġetika bi prezz aċċessibbli kif ukoll biex sal-2015 jiġi rettifikat l-iżolament tal-enerġija f’xi Stati Membri individwali, ikun hemm bilanċ ġust tar-riżorsi fost ir-reġjuni u jiġu stabbilizzati u jittejbu l-kundizzjonijiet qafas tas-settur tal-enerġija Ewropew, bil-għan li jkunu jistgħu jiġu limitati l-ispejjeż addizzjonali tat-tranżizzjoni tal-enerġija;

38.

jirrakkomanda li tkompli tiġi żviluppata s-sistema ta’ skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-karbonju b’bidla radikali fil-proċedura tal-allokazzjoni b’xejn tal-kwoti, liema proċedura bħalissa qed ixxekkel l-għan regolatorju tal-ETS peress li żżomm il-prezz tal-kwoti baxx wisq. Hawnhekk għandna titqies is-sitwazzjoni tal-intrapriżi li joperaw fis-swieq internazzjonali u li l-kompetittività tagħhom tista’ tiġi kompromessa mill-fenomenu tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (carbon leakage) lejn pajjiżi terzi.

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  COM(2011) 112 final.

(2)  COM(2011) 109 final.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/21


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-adattament għat-tibdil fil-klima u r-reazzjoni fir-reġjuni: il-każ tar-reġjuni kostali”

2012/C 391/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa konvint dwar l-urġenza ekonomika u soċjali li jiġi promoss l-adattament fir-reġjuni kostali, mhux l-inqas fid-dawl tal-piż ikbar li jiġi min-nuqqas ta’ azzjoni u minkejja l-kriżi tad-dejn sovran li għada għaddejja f’xi pajjiżi taż-żona tal-euro; madankollu jaħseb li l-istrateġija Ewropea ta’ adattament futura jrid ikollha livell ta’ dettall suffiċjenti li tinkludi d-diversità reġjonali;

jirrikonoxxi kif l-istrument tal-istrateġija integrata għall-immaniġġjar tal-ilmijiet kostali (ICZM) fundamentalment qiegħed hemm biex jiffaċilita l-integrazzjoni tal-politiki fiż-żoni kostali, fuq kollox minħabba kwistjonijiet li s’issa għadhom ma ġewx indirizzati għal kollox, bħat-tgħawwir, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-infrastruttura ekoloġika; u biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali bejn atturi lokali, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħas-Sardinia Charter fil-baċir tal-Mediterran;

jinnota li t-twaqqqif ta’ strumenti kapaċi jivvalutaw kemm l-ispejjeż kif ukoll il-benefiċċji tal-adattament jista’ jimbotta b’mod effettiv dawk il-proċessi politiċi lokali u reġjonali li huma l-bażi tal-ippjanar u tal-intervent fit-territorju u joħloq il-kundizzjonijiet għad-definizzjoni tal-istrateġiji li huma l-iżjed effiċjenti mil-lat ekonomiku;

itenni li jkun opportun li jiġi kkonsultat b’mod regolari dwar in-negozjati Ewropej u internazzjonali fil-qasam tal-klima, u għaldaqstant jittama li: (i) jipparteċipa fi grupp ta’ ħidma Ewropew dwar l-adattament li jimmira l-attenzjoni tiegħu fuq żoni bi żvantaġġi permanenti, fosthom dak ikkawżat mill-effetti tat-tibdil fil-klima, u għaldaqstant ikopri ż-żoni kostali, il-ġżejjer u r-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi; u (ii) jiġi akkredikat bħala osservatur fi ħdan il-Kumitat ta’ Adattament.

Relatur

Ugo CAPPELLACCI (IT/PPE), President tar-Reġjun Awtonomu tas-Sardenja

Dokument ta’ referenza

Konsultazzjoni mill-Presidenza Ċiprijotta

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   L-adattament għat-tibdil fil-klima u d-dimensjonijiet lokali tiegħu

1.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jridu jkunu involuti b’mod proattiv fl-adattament għat-tibdil fil-klima u l-proċess tal-identifikar tal-għażliet disponibbli għall-adattament (valutazzjoni tal-adattament) (1)  (2) kemm fl-ippjanar kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjani. Għaldaqstant, il-Kumitat itenni (3) r-rwol essenzjali tal-awtoritajiet reġjonali fl-indirizzar tal-effetti tat-tibdil fil-klima, japprezza l-fatt li dan ir-rwol huwa rikonoxxut fil-livell Ewropew (4) u globali (5), u jsejjaħ biex dan l-għarfien jiġi inkorporat b’mod espliċitu fl-istrateġija futura Ewropea ta’ adattament;

2.

ifakkar li t-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu huma fost l-isfidi ewlenin li ser ikollhom quddiemhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. F’dan il-kuntest, l-ewwel prijorità trid tkun li jittieħdu l-passi meħtieġa biex isir sforz ħalli ż-żjieda tat-temperatura medja globali tiġi limitata kemm jista’ jkun (mitigazzjoni), iżda wkoll biex ikun hemm tħejjija fil-livelli differenti għat-tibdil li huwa inevitabbli (adattament);

3.

jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Konferenza Rio+20, li jistqarru li l-adattament għat-tibdil fil-klima huwa prijorità globali immedjata u urġenti u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskji li joriġinaw minn diżastri naturali u għall-adattament għat-tibdil fil-klima jridu jiġu integrati u kkoordinati aħjar (6). Madankollu, il-Kumitat jinnota li l-piż ta’ din il-prijorità globali taqa’ fuq il-livell lokali f’termini tar-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tar-riskju, kif ukoll il-ħsara lill-ambjent, l-ekonomija u s-soċjetà u l-identità kulturali tal-komunitajiet milquta;

4.

jaħseb li l-adattament fil-livell lokali għandu jitqies mhux bħala reazzjoni temporanja għal sejħa waħdanija iżda bħala aġġustament gradwali u sostenibbli għal għad ta’ fatturi marbutin flimkien. Għaldaqstant il-Kumitat jaqbel mal-proposta leġislattiva tal-Kummissjoni għall-perjodu 2014-2020 li l-adattament għat-tibdil fil-klima għandu jkun parti ewlenija tal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operattivi relatati mal-ħames fondi tal-qafas strateġiku komuni, f’konformità mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u fuq livell ugwali mal-protezzjoni ambjentali, l-effiċjenza tar-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, ir-reżistenza għad-diżastri u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju (7);

5.

jirrimarka li l-impatt tat-tibdil fil-klima mhuwiex l-istess f’kull post u f’kull ħin, u li soluzzjonijiet komuni rari jirnexxu. Għaldaqstant jemmen li strateġiji komuni u miżuri “mingħajr dispjaċir” maqsuma bejn diversi Stati Membri għandhom jiżdiedu magħhom strateġiji msejsa fuq valutazzjonijiet imwettqa fil-livell lokali u reġjonali, speċifiċi għal kull tip ta’ azzjoni, l-iskala (proporzjon) u l-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji;

6.

jieħu nota tal-prezz għoli ħafna tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u jinnota wkoll li bejn l-1998 u l-2015 l-awtoritajiet reġjonali refgħu l-piż ta’ madwar terz tal-ispejjeż għall-ħarsien taż-żoni kostali Ewropej (8). Il-Kumitat jaħseb (9) li l-adattament tal-finanzjamenti jibqa’ punt kritiku u kruċjali tal-implimentazzjoni fil-livell lokali.

B.   Rilevanza u l-fatturi speċifiċi tal-adattament fir-reġjuni kostali

7.

Jenfasizza l-vulnerabilità tar-reġjuni kostali għat-tibdil fil-klima  (10); dawn ir-reġjuni diġà huma soġġetti għal pressjoni qawwija minħabba l-konċentrazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi, infrastruttura u ċentri urbani. 12 % tar-reġjuni kostali Ewropej, li jinsabu mill-inqas 10 km mil-linja tal-kosta, huma inqas minn 5 metri ’l fuq mil-livell tal-baħar u għaldaqstant vulnerabbli ħafna għal għargħar, filwaqt li 20 % tar-reġjuni kostali huma soġġetti għal problemi serji ta’ tgħawwir b’telfien stmat ta’ madwar 15 km2 tal-art fis-sena (11); it-tgħawwir huwa meqjus il-kawża ewlenija tat-telfien ta’ ekosistemi kostali bejn l-2000 u l-2006 (65 % tat-telfien totali) (12), filwaqt li xi stimi qed jgħidu li sa l-2100 jista’ jintilef 35 % tal-artijiet mistagħdra tal-UE meta mqabbel mal-livell tal-1995 (13);

8.

jinnota li t-tip ta’ impatt huwa differenti skont ir-reġjun. Fil-Baħar Baltiku hija l-fawna marina li aktarx tista’ tiġi affettwata miż-żieda prevista fit-temperatura tal-baħar; reġjuni tal-Baħar tat-Tramuntana u r-reġjuni kostali tal-Atlantiku huma iktar esposti għar-riskju ta’ għargħar minħabba li jogħla l-livell tal-baħar; fil-Mediterran l-ikbar riskju huwa t-tgħawwir u l-iskarsezza tal-ilma ħelu minħabba l-intrużjoni tal-ilma mielaħ u l-perjodi twal ta’ nixfa; it-tgħawwir huwa problema wkoll fil-Baħar Iswed, filwaqt li żoni periferiċi ġeneralment huma vulnerabbli għat-tipi kollha ta’ impatt, mill-għargħar san-nixfiet kif ukoll avvenimenti estremi bħaċ-ċikluni (14). L-impatt se jvarja wkoll skont il-livell ta’ vulnerabilità u l-kapaċità naturali ta’ reazzjoni tas-sistemi, u l-istruttura ta’ sistemi tal-bniedem bħall-organizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew mekkaniżmi għall-waqfien (jew it-twissija) tar-riskji ta’ diżastri naturali, inklużi tsunamis;

9.

jenfasizza d-dimensjonijiet tal-problema fil-livell Ewropew, b’447 reġjun kostali fi 22 Stat Membru u 6 baċiri marittimi ewlenin. 41 % tal-popolazzjoni Ewropea tgħix f’dawn ir-reġjuni, proporzjon li jikkorrispondi għal 41 % tal-popolazzjoni attiva tal-UE (15). 3,5 % tal-PDG tat-22 pajjiż b’reġjuni kostali, ekwivalenti għal EUR 3,5 triljun, jinħoloq sa 50 km mill-kosta, u l-valur tal-assi ekonomiċi li jinsabu sa 500 metru mil-linja tal-kosta huwa stmat bejn EUR 500-1 000 biljun (16). Dan kollu jenfasizza l-importanza tar-reġjuni kostali f’termini produttivi u l-valur ekonomiku u soċjali tagħhom għall-iżvilupp tal-koeżjoni territorjali, valuri li huwa neċessarju li jitħarsu u jissaħħu fil-proċess ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

10.

għaldaqstant huwa konvint dwar l-urġenza ekonomika u soċjali li jiġi promoss l-adattament fir-reġjuni kostali, mhux l-inqas fid-dawl tal-piż ikbar li jiġi min-nuqqas ta’ azzjoni u minkejja l-kriżi tad-dejn sovran li għada għaddejja f’xi pajjiżi taż-żona tal-euro. Studji reċenti (17) jindikaw li n-nuqqas li jingħata ħarsien addizzjonali meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-1995 se jiswa lill-UE medja ta’ EUR 11,7 biljun fis-sena mill-2041 sal-2070 u EUR 17,4 biljun fis-sena mill-2071 sal-2100; l-għadd ta’ nies esposti għar-riskju tal-għargħar kull sena jista’ jiżdied minn madwar 40 000 u 80 000 tul l-istess perjodi ta’ referenza. Min-naħa l-oħra, il-prezz annwali ta’ adattament huwa stmat li jilħaq madwar EUR 1 biljun fil-perjodu 2041-2070 u EUR 0,7 biljun fil-perjodu 2071-2100, u b’hekk jidher li l-benefiċċji ta’ adattament jeċċedu bil-kbir l-piż li jinħoloq jekk “ma titeħħidx azzjoni”. Barra minn hekk, il-Kumitat josserva li l-istess riċerka tissuġġerixxi l-bżonn ta’ adattament indipendenti mit-tibdil fil-klima, bħala konsegwenza tal-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni kostali u b’hekk taż-żieda fil-valur tal-prodotti u investimenti li għandhom jitħarsu;

11.

jenfasizza wkoll li l-ispejjeż, kemm tal-ħsara li ssir u ta’ adattament, ivarjaw b’mod ċar bejn l-Istati Membri f’proporzjon mal-PDG u li l-gżejjer b’mod partikolari jridu jiffaċċjaw spejjeż ogħla meta jimplimentaw miżuri reġjonali minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tagħhom;

12.

jirrimarka li r-reġjuni kostali jospitaw ħabitats naturali importanti u jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni tal-bijodiversità  (18) , il-pajsaġġ, ekosistemi delikati bħal, pereżempju, iż-żoni ta’ artijiet mistagħdra, u l-użu ta’ servizzi tal-ekosistemi, li s-salvagwardja tagħhom hija l-bażi tal-attrazzjoni u s-sostenibilità ekonomika ta’ dawn ir-reġjuni kif ukoll l-identità kulturali tagħhom; jinnota barra minn hekk kif in-netwerk NATURA 2000 jipproteġi proporzjon sinifikanti taż-żoni kostali (19) u marittimi;

13.

jenfasizza l-kumplessità u l-multidixxiplinarjetà tal-adattament fir-reġjuni kostali. Dawn ir-reġjuni, fil-fatt, huma fl-interfaċċja bejn sistemi terrestri (ċentri urbani, industriji, agrikoltura, foresti, xmajjar) u marittimi (sajd, akwakultura, attivitajiet portwarji, trasport marittimu, turiżmu); barra minn hekk, għandhom kompetenzi ta’ ġestjoni (pereżempju r-riskji ta’ għargħar, il-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb jew għall-użu tal-art) li ta’ sikwit huma distribwiti fuq diversi livelli ta’ governanza (20).

C.   Approċċ Ewropew, sussidjarjetà u proporzjonalità

14.

jilqa’ b’sodisfazzjon ix-xewqa tal-Kummissjoni li tiddefinixxi strateġija integrata fil-livell Ewropew u strumenti komuni ta’ adattament u huwa konvint li approċċ Ewropew ta’ adattament għat-tibdil fil-klima li diġà qed iseħħ u dak fil-ġejjieni jista’ jżid valur lill-intervent tal-Istati Membri jew tal-awtoritajiet territorjali mingħajr ma jmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà, anke meta wieħed iqis il-fatt li l-effetti tat-tibdil fil-klima huma ta’ natura transkonfinali;

15.

madankollu jaħseb li l-istrateġija Ewropea ta’ adattament futura jrid ikollha livell ta’ dettall suffiċjenti li tinkludi d-diversità reġjonali f’termini ta’: (i) it-tip ta’ impatt; (ii) il-livell ta’ riskju u ta’ effetti fit-tul; (iii) il-kundizzjonijiet ekonomiċi (pereżempju l-assi u r-riżorsi fir-riskju); (iv) l-istruttura soċjali (pereżempju d-densità tal-popolazzjoni u l-kapaċitajiet tas-sistemi tal-bniedem); u (v) il-karatteristiċi strutturali (pereżempju, sitwazzjoni periferika jew żvantaġġi bħal vulnerabilità kbira għat-tibdil fil-klima taż-żoni kostali u l-gżejjer, barra mir-reġjuni muntanjużi (21) u r-reġjuni ultraperiferiċi);

16.

barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni li jkun opportun li l-istrateġija futura tidentifika miżuri ta’ adattament, fuq livell ugwali mal-istrumenti ta’ finanzjament, li jkunu flessibbli biżżejjed biex jadattaw għad-diversità reġjonali minn naħa, u min-naħa l-oħra għall-iżvilupp kontinwu tal-proċess ta’ adattament; barra minn hekk, dawn il-miżuri għandhom ikunu allinjati mal-interventi ta’ mitigazzjoni sabiex ma jwasslux għal adattament żbaljat li jista’ jżid il-produzzjoni ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew iwassal għal iktar vulnerabilità;

17.

jaħseb li r-rwol Ewropew f’dak li jirrigwarda l-adattament tar-reġjuni kostali jrid jimmira fuq inizjattivi ta’: (i) koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza fejn l-impatt jew il-miżuri għandhom dimensjoni transkonfinali; (ii) taħriġ; (iii) tqajjim ta’ koxjenza sabiex jimtlew il-lakuni, li fil-każ taż-żoni kostali ta’ spiss jimplika dinamiki kumplessi u l-bżonn ta’ approċċi multidixxiplinarji; (iv) tixrid tal-għarfien, ta’ prattiki tajba u ta’ xempji ta’ suċċess; (v) appoġġ tekniku u finanzjarju għat-tfassil ta’ strateġiji integrati ta’ adattament lokali u reġjonali, u għall-implimentazzjoni tagħhom; (vi) riċerka u żvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ adattament; (vii) definizzjoni u appoġġ tekniku-finanzjarju ta’ programm ta’ kooperazzjoni transnazzjonali għall-adattament fil-livell makroreġjonali;

18.

jaħseb ukoll li l-Kummissjoni jrid ikollha rwol determinanti fil-koordinazzjoni u l-valutazzjoni tal-għadd imdaqqas ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ investiment kofinanzjati mill-fondi Ewropej, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, u jintuża l-potenzjal ta’ sinerġiji, u jiġu favoriti t-tixrid u l-applikazzjoni fuq skala kbira tal-aqwa soluzzjonijiet u strumenti; f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura l-koordinazzjoni ta’ miżuri konġunti tal-pajjiżi ġirien jew tar-reġjuni kostali kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ proġetti konġunti ta’ riċerka u ta’ investiment;

19.

itenni (22) l-bżonn li tiġi segwita koerenza ikbar bejn il-politiki Ewropej, b’mod partikolari ma’ dik ambjentali; jinnota, pereżempju, li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (92/43/KEE) u l-Għasafar (79/409/KEE) tista’ tkun fil-periklu mill-interventi ta’ adattament, fuq kollox jekk ikunu ta’ natura infrastrutturali, u kemm huwa importanti, f’dan il-kuntest, li jitwaqqfu mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni lokali effikaċi u trasparenti sabiex jiġu determinati l-interventi ta’ rkupru u/jew kumpens għal dawk is-siti ta’ interess Komunitarju li se jintlaqtu minn impatti negattivi jew isirilhom ħsara minħabba interventi ta’ adattament;

20.

jirrikonoxxi kif l-istrument tal-istrateġija integrata għall-immaniġġjar tal-ilmijiet kostali (ICZM) fundamentalment qiegħed hemm biex jiffaċilita l-integrazzjoni tal-politiki fiż-żoni kostali, fuq kollox minħabba kwistjonijiet li s’issa għadhom ma ġewx indirizzati għal kollox, bħat-tgħawwir, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-infrastruttura ekoloġika; u biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali bejn atturi lokali, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħas-Sardinia Charter fil-baċir tal-Mediterran (23). Għaldaqstant, jilqa’ b’sodisfazzjon il-proċess ta’ reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2002 li jqis il-qafas politiku Ewropew l-iżjed strutturat definit f’dawn l-aħħar snin għall-ġestjoni taż-żoni marittimi u kostali (24). F’dan ir-rigward, jittama li din ir-reviżjoni tkun l-okkażjoni biex ssir enfasi akbar fuq l-istrument ICZM dwar il-proċessi ta’ adattament;

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-prospettiva li l-appoġġ finanzjarju Ewropew jiżdied b’mod sinifikanti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss għall-perjodu 2014-2020, b’mill-inqas 20 % tal-ispiża totali ddedikata għall-azzjoni fuq il-klima, iżda jenfasizza l-bżonn li: tiġi żgurata proporzjonalità ugwali u realistika fit-tqassim tal-kompetenzi ta’ finanzjament bejn il-livelli differenti ta’ governanza, anke filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet ekonomiċi attwali tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, kif ukoll b’rispett għall-prinċipji tal-komplementarjetà u tal-addizzjonalità; u li tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ riżorsi alternattivi;

22.

f’dan ir-rigward jipproponi mill-ġdid (25) li parti mid-dħul ġej mill-Iskema ta’ Skambji ta’ Emissjonijiet tal-UE jrid ikun disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ adattament (u mitigazzjoni); jittama wkoll li l-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet għall-involviment tas-settur privat, inklużi l-kumpaniji tal-assikurazzjoni, fil-valutazzjoni u t-tqassim tar-riskji u t-tqajjim ta’ koxjenza.

D.   Kundizzjonijiet għall-indirizzar tal-isfidi u proposti għal soluzzjonijiet ta’ adattament

23.

Jenfasizza kemm huwa importanti li l-proċess ta’ adattament ma jitqiesx biss mil-lat tal-ispejjeż iżda fuq kollox mill-aspett tal-opportunitajiet u l-benefiċċji li jġib miegħu meta mqabbel man-nuqqas ta’ azzjoni, u jinsisti (26) li għandu jitqies bħala wieħed mill-istrumenti ta’ żvilupp potenzjali tal-ekonomiji reġjonali kompetittivi u ekoloġiċi; madankollu jenfasizza li l-premessa hija li jkun hemm governanza lokali li taf bir-riskji u l-effetti tat-tibdil fil-klima, u li hija kompetenti fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati, kif ukoll kapaċi li timplimenta fil-livell lokali l-integrazzjoni ta’ politiki u interventi sabiex ikollha aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli;

24.

filwaqt li jinnota r-rwol attiv ta’ diversi reġjuni fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima, jirrimarka li hemm periklu ġenerali ta’ nuqqas ta’ għarfien dwar kemm hi gravi l-problema. Għaldaqstant isostni li huwa importanti li jiġu organizzati kampanji ta’ informazzjoni li juru r-rabta bejn il-kawża u l-effetti fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-problemi li qed jiġu affaċċjati fit-territorju, pereżempju nuqqas ta’ ilma, tnaqqis fit-tul tax-xatt, mewġiet ta’ sħana, għargħar u valangi; u li fl-istess waqt tista’ tingħata informazzjoni kif ukoll eżempji prattiċi ta’ suċċess fl-applikazzjoni tal-istrumenti disponibbli għal proċess ta’ adattament, u mitigazzjoni (27);

25.

iqis fundamentali l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew għall-ħolqien fil-livell territorjali tal-kapaċità u l-flessibilità neċessarja sabiex jiġi ġestit l-adattament, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat. Pereżempju, ikun f’waqtu li tissaħħaħ il-governanza lokali sabiex jiġu integrati l-istrateġiji ta’ adattament fil-politiki settorjali ta’ kompetenza jew sabiex jiġi vantaġġjat l-iżvilupp ta’ leġislazzjoni territorjali adegwata. Min-naħa l-oħra, il-kompetenzi fil-qasam tal-proġetti u tal-bini tas-settur privat iridu jinbidlu skont il-bżonnijiet ġodda li jinħolqu mill-politiki integrati u multidixxiplinarji (28);

26.

jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi aħjar u tiżviluppa iżjed, anke abbażi ta’ esperjenzi ta’ proġetti waħdanin: (i) strumenti ta’ mmappjar sabiex ikunu disponibbli data u informazzjoni fuq bażi ġeografika u fuq skala li hija utli għall-appoġġ tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali; (ii) qafas ċar u komuni ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-vulnerabilità, tal-impatti u tar-riskji; u (iii) linji gwida għat-tfassil ta’ strateġiji lokali ta’ adattament fir-reġjuni kostali li jqisu l-ħtieġa għal interventi multidixxiplinarji u l-aspetti marbuta ma’ governanza fuq diversi livelli f’dawn l-oqsma;

27.

iqis adatt b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ vulnerabilità għar-reġjuni kostali u ta’ strumenti, ibbażati fuqhom, għall-analiżi tal-vulnerabilità. Dawn l-indikaturi, flimkien mal-previżjoni taż-żmien mistenni tal-avvenimenti u l-indikazzjoni tal-kapaċità ta’ adattament, jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-identifikar u d-definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ intervent fit-territorju, b’mod li r-riżorsi jkunu jistgħu jiġu kkonċentrati fejn hemm l-ikbar bżonn;

28.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp ta’ pjattaformi informattivi bħal CLIMATE-ADAPT, iżda jenfasizza li jkun opportun li titjieb l-aċċessibilità tal-kontenut għall-utenti aħħarin fir-rispett tal-prinċipji ta’ Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (29), pereżempju billi l-informazzjoni tiġi tradotta f’għadd biżżejjed ta’ lingwi; barra minn hekk, iqis adatt li jiġi kkunsidrat fil-pjattaforma l-iżvilupp ta’ sezzjoni ddedikata għall-finanzjament tal-adattament fil-livell lokali u reġjonali u ta’ bażi tad-data tal-investimenti;

29.

jirrimarka l-importanza li r-riċerka tiġi kapitalizzata iżjed: sabiex tkun tista’ tirreaġixxi aħjar skont il-bżonnijiet tal-politika territorjali, pereżempju permezz tat-twaqqif ta’ strateġiji ta’ adattament u ta’ miżuri effiċjenti mil-lat ekonomiku għaliex mibnija fuq realtajiet lokali u reġjonali speċifiċi; u tgħin fil-ħolqien jew it-tisħiħ, fejn diġà jeżistu, ta’ mekkaniżmi ta’ djalogu u/jew sħubija bejn ix-xjenza, il-politika u, safejn huwa possibbli, is-soċjetà ċivili, pereżempju permezz tal-parteċipazzjoni konġunta fi proġetti Ewropej;

30.

itenni (30) li għar-reġjuni kostali hija fundamentali l-koordinazzjoni tal-politiki adottati, bħalma hi l-eżistenza tar-riċerka mmirata u l-valutazzjoni tal-effetti f’żoni konfinali jew transkonfinali, sabiex il-problema ma tiġix trasferita sempliċiment minn unità territorjali għal oħra. Approċċ parteċipattiv fl-identifikazzjoni ta’ dawn il-miżuri u l-parteċipazzjoni tal-atturi sinifikanti kollha jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ interventi koerenti mil-lat territorjali;

31.

jaħseb li l-prezz tal-adattament u n-nuqqas ta’ kapaċità li wieħed jifhem l-opportunitajiet u l-benefiċċji potenzjali jirrappreżentaw ostaklu ewlieni għall-preparazzjoni ta’ strateġiji lokali u iktar minn hekk, l-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant jinnota li t-twaqqqif ta’ strumenti kapaċi jivvalutaw kemm l-ispejjeż kif ukoll il-benefiċċji tal-adattament jista’ jimbotta b’mod effettiv dawk il-proċessi politiċi lokali u reġjonali li huma l-bażi tal-ippjanar u tal-intervent fit-territorju u joħloq il-kundizzjonijiet għad-definizzjoni tal-istrateġiji li huma l-iżjed effiċjenti mil-lat ekonomiku;

32.

huwa konvint li anke b’kapaċitajiet, għarfien u appoġġ xjentifiku adegwati, in-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji fil-livell lokali u reġjonali qed jostakola azzjonijiet effettivi; b’hekk jaħseb li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti metodi ta’ finanzjament dirett tal-interventi fit-territorju permezz ta’ strumenti ta’ sħubija, pereżempju LIFE+ u l-programm Orizzont 2020; strumenti tas-suq bħall-ħlas għas-servizzi tal-ekosistemi jew il-profitt li jista’ jinkiseb mill-Iskema ta’ Skambji ta’ Emissjonijiet; u strumenti fiskali bħall-inċentivi;

33.

josserva li huwa neċessarju li jsir rimedju għan-nuqqas ta’ flessibilità tal-interventi ta’ adattament, pereżempju billi jiġu preferuti strateġiji riversibbli, b’miżuri “rotba” minflok “ebsin” (pereżempju sistema ta’ twissija iżjed effiċjenti minflok xogħlijiet infrastrutturali kbar), jew billi jiġi promoss l-iżvilupp ta’ “infrastrutturi ekoloġiċi” li l-għan tagħhom li l-ħabitats naturali jerġgħu lura għal li kienu huwa l-bażi ta’ approċċ ta’ ekosistema ta’ adattament;

34.

b’rabta ma’ dan, jinnota li l-ICZM saret obbligatorja għall-Istati Membri tal-baċir tal-Mediterran bid-dħul fis-seħħ, f’Marzu 2011, tal-Protokoll dwar ICZM tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, u li l-protokoll jagħmel referenza speċifika għall-użu ta’ approċċ ta’ ekosistema sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli tal-ixtut (31); jinnota li l-istrateġija tal-UE tal-bijodiversità (32) tqis l-approċċi ta’ ekosistema bħala alternattivi effikaċi mil-lat ekonomiku għal soluzzjonijiet teknoloġiċi ta’ adattament u mitigazzjoni u jistenna bil-ħerqa l-kontribuzzjonijiet li jistgħu jiġu inklużi fi strateġija Ewropea futura għall-infrastrutturi ekoloġiċi fi proċess ta’ adattament fil-livell tar-reġjuni kostali.

E.   Kontribuzzjoni istituzzjonali tal-korpi lokali u reġjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali

35.

Jitlob li min-naħa tal-Kummissjoni ssir konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikun hemm iċ-ċertezza li l-proposta ta’ strateġija Ewropea ta’ adattament tkun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u li jkun fiha enfasi qawwija biżżejjed u biżżejjed dettalji dwar il-livell lokali, b’mod speċjali fir-rigward taż-żoni l-iżjed vulnerabbli, jiġifieri dawk kostali, il-gżejjer u r-reġjuni muntanjużi;

36.

huwa konvint li jista’ jkollu rwol attiv fl-iżvilupp ta’ pjattaformi informattivi pereżempju CLIMATE-ADAPT u OURCOAST, b’mod partikolari sabiex jikkontribwixxi u jiffokalizza l-kontenut ta’ dawn il-pjattaformi lejn il-ħtiġijeit u l-ispeċifiċitajiet lokali, u b’hekk jiżdiedu l-benefiċċji pubbliċitarji għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

37.

itenni (33) li jkun opportun li jiġi kkonsultat b’mod regolari dwar in-negozjati Ewropej u internazzjonali fil-qasam tal-klima, u għaldaqstant jittama li: (i) jipparteċipa fi grupp ta’ ħidma Ewropew dwar l-adattament li jimmira l-attenzjoni tiegħu fuq żoni bi żvantaġġi permanenti, fosthom dak ikkawżat mill-effetti tat-tibdil fil-klima, u għaldaqstant ikopri ż-żoni kostali, il-ġżejjer u r-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi; u (ii) jiġi akkredikat bħala osservatur fi ħdan il-Kumitat ta’ Adattament (34);

38.

huwa konvint li huma meħtieġa aktar solidarjetà u interazzjoni bejn ir-reġjuni, sabiex jintużaw l-għarfien u l-esperjenzi miksuba mill-awtoritajiet lokali u reġjonali rigward il-proċess ta’ adattament, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak internazzjonali. Għaldaqstant, jilqa’ b’sodisfazzjon dawk l-inizjattivi li jistabbilixxu impenji komuni għall-gvernijiet lokali, bħad-Durban Adaptation Charter, li jippromovu sħubijiet innovattivi, bħall-Approċċ Territorjali għat-Tibdil fil-Klima (35); jew li jimmiraw lejn il-ħolqien ta’ network ta’ skambju, kooperazzjoni u qsim ta’ teknoloġiji li huma ekokompatibbli, bħall-Climate Technology Centre and Network (36).

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  IPCC, 2012: Managing the Risks of Extreme Events and Disasters to Advance Climate Change Adaptation. A Special Report of Working Groups I and II of the Intergovernmental Panel on Climate Change.

(2)  :‘The practice of identifying options to adapt to climate change and evaluating them in terms of criteria such as availability, benefits, costs, effectiveness, efficiency, and feasibility’; : ‘In human systems, the process of adjustment to actual or expected climate and its effects, in order to moderate harm or exploit beneficial opportunities. In natural systems, the process of adjustment to actual climate and its effects; human intervention may facilitate adjustment to expected climate’ (definizzjonijiet mill-glossarju inkluż fid-dokument imsemmi fin-nota nru 1 ta’ qiegħ il-paġna).

(3)  CdR 118/2007 fin, CdR 72/2009 fin.

(4)  COM(2007) 354 final; COM(2009) 147 fin; Memorandum of Understanding bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-UNEP, 21 ta’ Ġunju 2012.

(5)  Ftehim ta’ Cancún, 2010: http://cancun.unfccc.int/.

(6)  : dokument adottat waqt Rio+20 fid-19 ta’ Ġunju 2012.

(7)  COM(2011) 615 final/2 tal-14.03.2012.

(8)  Policy Research Corporation (2009), The economics of climate change adaptation in EU coastal areas.

(9)  CdR 72/2009 fin.

(10)  Ir-reġjuni kostali huma definiti bħala unitajiet territorjali tat-tielet livell (NUTS3) b’linja kostali u b’minimu ta’ nofs il-popolazzjoni li tgħix mill-inqas ħamsin kilometru mill-baħar. Anke l-belt ta’ Hamburg hija reġjun kostali, minkejja li ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet, għaliex titqies li hija influwenzata b’mod qawwi mill-preżenza tal-baħar.

(11)  Data tal-EEA u l-proġett Eurrosion in Policy Research Corporation (2009), The economics of climate change adaptation in EU coastal areas.

(12)  EEA (2010), 10 Messages for 2010 – Coastal ecosystems.

(13)  Brown S., Nicholls R.J., Vafeidis A., Hinkel J., u Watkiss P. (2011). Il-European Science Foundation jestima t-telfien ta’ artijiet mistagħdra minħabba t-tibdil fil-klima fuq livell ta’ madwar 17 % mal-kosta tal-Atlantiku, 31-100 % mal-kosta tal-Mediterran u 84-98 % mal-kosta tal-Baltiku (sors: Kummissjoni Ewropea, DĠ ENV (2012), LIFE u ġestjoni tal-kosta).

(14)  Policy Research Corporation (2009), The economics of climate change adaptation in EU coastal areas.

(15)  , Chapter 13 – coastal regions.

(16)  Policy Research Corporation (2009), The economics of climate change adaptation in EU coastal areas.

(17)  ClimateCost (the Full Costs of Climate Change): http://www.climatecost.cc/home.html. In Brown S., Nicholls R.J., Vafeidis A., Hinkel J., and Watkiss P. (2011). Id-data tirriferi għax-xenarju ta’ “stabilizzazzjoni” ENSEMBLES E1 (van der Linden and Mitchell, 2009: Lowe et al., 2009a), li jassumi żieda fil-livell tal-baħar ta’ 18 cm fl-2050 u 26 cm fl-2080 u jassumi li t-temperaturi jogħlew b’inqas minn 2 °C meta mqabbla mal-livelli preindustrijali, jiġifieri li jkunu effikaċi l-politiki globali attwali implimentati biex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima. Dan ix-xenarju jippermetti li jintlaħaq bilanċ iktar favorevoli bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji.

(18)  Id-Direttiva dwar il-Ħabitat telenka fl-annessi tagħha 50 tip ta’ ħabitat kostali u 150 speċi (barra mill-għasafar) li jippreferixxu ekosistemi kostali (sors: EEA (2010), 10 Messages for 2010 – Coastal ecosystems).

(19)  Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2010), 10 Messages for 2010 – Coastal ecosystems.

(20)  Policy Research Corporation (2009), The economics of climate change adaptation in EU coastal areas.

(21)  CdR 89/2012 fin.

(22)  CdR 118/2007 fin.

(23)  Miftiehma f’Alghero, Sardenja, f’Lulju 2008, il-Karta tiddefinixxi l-prinċipji u l-objettivi ta’ netwerk ta’ djalogu u l-kondiviżjoni fil-Mediterran tal-inizjattivi tal-ICZM Mediterranean Dialogue.

(24)  B’mod partikolari, il-Politika Marittima Integrata (COM(2007) 575) u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE).

(25)  CdR 269/2011 fin; CdR 5/2011 fin; CdR 245/2010 fin; CdR 72/2009 fin.

(26)  CdR 118/2007 fin.

(27)  Eżempju ta’ prodott dedikat għall-kampanja globali “Making Cities Resilient – My City is Getting Ready” www.unisdr.org/campaign huwa l-fuljett “How To Make Cities More Resilient”, li huwa indirizzat speċifikament lill-kapijiet tal-gvern lokali u li joffri introduzzjoni strutturata għat-tnaqqis tar-riskju u għall-kapaċitajiet ta’ reazzjoni, iżda li jinkludi wkoll eżempji ta’ prattika tajba u indikazzjonijiet tal-strumenti li huma disponibbli fil-preżent.

(28)  CdR 72/2009 fin.

(29)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitar Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS), COM(2008) 46 final.

(30)  CdR 118/2007 fin.

(31)  Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2010), 10 Messages for 2010 – Coastal ecosystems.

(32)  COM(2011) 244 final.

(33)  CdR 269/2011 fin.

(34)  Il-Kumitat ta’ Adattament inħoloq fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ Cancún sabiex joffri lill-partijiet tal-konvenzjoni UNFCCC appoġġ tekniku, servizzi ta’ gwida, skambju ta’ għarfien u prattiki tajba, u sinerġiji.

(35)  Territorial Approach to Climate Change – TACC.

(36)  Climate Technology Centre and Network: http://unfccc.int/ttclear/jsp/CTCN.jsp.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/27


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Approċċi speċifiċi skont ir-reġjun għat-tibdil fil-klima fl-UE bbażati fuq l-eżempju ta’ reġjuni muntanjużi”

2012/C 391/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinnota li r-reġjuni muntanjużi huma suxxettibbli ħafna għat-tibdil fil-klima u jisħaq li l-adattament għat-tibdil fil-klima għandu jagħmel parti minn proġett usa’ sabiex tissaħħaħ ir-reżistenza individwali u kollettiva, waqt li jitqies t-theddid ambjentali, tal-enerġija u soċjali kollu, li b’mod inevitabbli huma marbutin flimkien;

jinnota li fl-2013 l-Unjoni Ewropea ser tadotta strateġija ta’ adattament u huwa tal-fehma li huwa kruċjali li din l-istrateġija ġenerali tħaddan fiha dimensjoni reġjonali u lokali, kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-TFUE. Din l-istrateġija Ewropea ta’ adattament għandha tinkludi kapitolu dwar ir-reġjuni muntanjużi;

jenfasizza l-fatt li hekk kif huwa mistenni li ż-żoni muntanjużi jsiru iżjed vulnerabbli fid-deċennji li ġejjin, huma meħtieġa aktar riċerka xjentifika u sistema tajba għall-iskambju ta’ informazzjoni. Huwa importanti li l-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 jalloka fondi għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Hemm bżonn li jiġu previsti politiki għat-titjib tal-aċċess u l-provvista ta’ servizzi ta’ interess ġenerali fiż-żoni li huma partikolarment vulnerabbli;

jenfasizza li ħafna reġjuni muntanjużi diġà bdew jiżviluppaw strateġiji ta’ adattament; l-objettivi tagħhom iridu jiġu kkoordinati u r-riżultati analizzati b’sens ta’ urġenza. Jenħtieġ l-armonizzazzjoni tal-inizjattivi li llum huma mxerrda bejn bosta assoċjazzjonijiet, korpi ta’ riċerka u amministrazzjonijiet tar-reġjuni muntanjużi;

Relatur

Is-Sur Luciano CAVERI (IT/ALDE), Membru tal-Kunsill tar-Reġjun Awtonomu ta’ Valle d’Aosta

Dokument ta’ referenza

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ħsibijiet ġenerali

1.

jinnota li f’dawn l-aħħar snin inkitbet ħafna litteratura xjentifika kif ukoll tfasslu ħafna dokumenti politiċi u proġetti xjentifiċi fl-Unjoni Ewropea, li juru kif ir-reġjuni muntanjużi huma suxxettibbli ħafna għat-tibdil fil-klima, billi jagħqqdu flimkien f’żona ristretta ambjenti differenti li huma esposti u jiġu influwenzati miċ-ċirkolazzjonijiet atmosferiċi. L-IPCC jinkludi wkoll ir-reġjuni muntanjużi fost ir-reġjuni b’riskju għoli minħabba t-tibdil fil-klima (climate hot spot). Barra minn hekk, il-Kapitolu 13 tal-Aġenda 21 (Summit Dinji ta’ Rio, 1992), li jiffoka fuq ir-reġjuni muntanjużi, jgħid fil-punt 4 tiegħu li dawn ir-reġjuni huma l-iżjed sensittivi għat-tibdil fil-klima, kwistjoni li għadha attwali sal-lum u li ser tiġi diskussa matul il-konferenza ta’ Rio+20 f’Ġunju 2012. Ir-reġjuni muntanjużi huma l-aktar żoni li fihom foresti fl-Ewropa kollha. Għalhekk huma għandhom effett ta’ bir li fih jinġabar ammont konsiderevoli ta’ CO2. Barra minn hekk, huma jtejbu l-kwalità tal-arja billi jtaffu l-fenomeni dannużi tat-tniġġis u jipprovdu riżorsi importanti tal-ilma u tal-pajsaġġi, iżda fl-istess waqt huma żoni suxxettibbli għat-tibdil fil-klima. Ir-reġjuni muntanjużi, flimkien mal-kosti marittimi, huma l-aktar żoni importanti għat-turiżmu minħabba l-klima, il-bijodiversità, ir-rikkezza tal-pajsaġġi, ir-riżorsi tal-ilma, l-aspetti kulturali, il-bini, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet tagħhom;

2.

jenfasizza li t-tibdil fil-klima jaffettwa l-partijiet kollha tal-Unjoni Ewropea, u anke d-dinja kollha, iżda li l-effetti konkreti fuq territorju speċifiku, u konsegwentement il-preparazzjonijiet neċessarji għal dawn l-effetti u r-reazzjonijiet għalihom, jiddependu fuq firxa wiesgħa ta’ fatturi. Kwalunkwe miżura li hija reazzjoni għat-tibdil fil-klima għalhekk trid tkun sensittiva għas-sitwazzjoni speċifika tat-territorji differenti. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali rrappreżentati fil-KtR huma msieħba kruċjali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet adatti;

3.

ifakkar li t-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu huma fost l-isfidi ewlenin li ser ikollhom quddiemhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. F’dan il-kuntest, l-ewwel prijorità trid tkun li jittieħdu l-passi meħtieġa biex isir sforz ħalli ż-żjieda tat-temperatura medja globali tiġi limitata kemm jista’ jkun (mitigazzjoni), iżda wkoll biex ikun hemm tħejjija fil-livelli differenti għat-tibdil li huwa inevitabbli (adattament);

4.

jenfasizza li ż-żoni muntanjużi jservu biex jaħżnu l-bijodiversità iżda qed jiġu mhedda minn tibdil fil-klima mgħaġġel ħafna: 43 % tas-siti ta’ Natura 2000 huma żoni muntanjużi u 118 mill-1 148 speċi mniżżla fl-Annessi II u IV tad-Direttiva tal-Ħabitats għandhom rabta ma’ ambjent muntanjuż (1);

5.

jirrimarka li varjazzjonijiet klimatiċi li ftit li xejn jinħassu fiż-żoni ta’ pjanura jiġu amplifikati fiż-żoni muntanjużi u jsiru valur li jgħin biex issir dijanjosi bikrija tal-evoluzzjoni klimatika fuq skala makro, u għaldaqstant huma sors eċċezzjonali ta’ osservazzjonijiet għar-riċerka xjentifika u opportunità ta’ testjar għall-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-politiki ta’ adattament;

6.

jisħaq li t-tibdil fil-klima diġà qed iseħħ u qed jikkawża: żieda fir-riskju idroġeoloġiku (għargħar, ċediment tal-art) u sitwazzjoni fejn persuni u infrastrutturi huma iżjed vulnerabbli, tonqos id-disponibbilità tal-ilma, speċjalment fis-sajf (anke fir-territorji mhux muntanjużi li huma biswit dawk muntanjużi), tibdil fl-“imġieba” tax-xmajjar (fir-reġjuni Alpini il-frekwenza tal-għargħar fix-xitwa u n-nixfiet fis-sajf hija mistennija tiżdied), il-glaċieri ser jiċkienu (mill-1850 ’l hawn il-glaċieri tal-Alpi ċkienu b’madwar żewġ terzi tal-volum tagħhom, u l-pass żdied b’mod sinifikanti wara l-1985), id-dewbien tal-permafrost, il-borra qed tinħall iżjed malajr (b’mod partikolari taħt l-1 500 metru), il-frekwenza tal-valangi qed tinbidel, qed jiġu mhedda l-bijodiversità u l-migrazzjoni tal-pjanti u l-annimali, qed ikun hemm tibdil fl-ekonomija tat-turiżmu tax-xitwa u tas-sajf u fil-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika, qed jiġu kkawżati inċertezzi fil-produzzjoni agrikola, u qed issir ħsara lill-forestrija. L-ambjent tal-Alpi huwa suxxettibbli għal dan it-tibdil fil-klima mgħaġġel ħafna u dan ifisser li issa jitqies bħala żona bi żvantaġġi permanenti. Iż-żieda fit-temperatura fl-aħħar 150 sena fl-Alpi (+ 1,5 °C) hija d-doppju meta mqabbla mal-medja dinjija ta’ + 0,7 °C (2). Fl-2009 l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent studjat il-vulnerabilità tar-riżorsi tal-ilma taż-żona tal-Alpi (3);

7.

jenfasizza li t-tradizzjonijiet u l-kulturi taż-żoni muntanjużi huma msejsa fuq il-kunċett importanti tal-għarfien tal-limiti u l-opportunitajiet ambjentali. Ir-relazzjoni mal-limiti fiżiċi stretti tat-territorju ppermettiet li mal-mogħdija taż-żmien jiġu stabbiliti kriterji ta’ sostenibilità delikati u l-użu razzjonali tar-riżorsi. Dawn il-valuri ta’ bażi jistgħu jiġu integrati f’ moderna permezz tal-għajnuna ta’ teknoloġiji ġodda, biex b’hekk tinħoloq sensibilizzazzjoni u jiġu żviluppati mudelli ta’ żvilupp li huma utli mhux biss għall-istess żoni muntanjużi iżda wkoll għaż-żoni periferiċi, u f’ħafna każi jistgħu jassumu valur universali. (bħall-mudell ta’ sħubija Rurali/Urban, RURBAN – TCUM/Eu DG REGIO);

8.

jenfasizza li t-tibdil fil-klima ser joħloq l-ikbar sfida għall-kapaċitajiet ta’ adattament li qatt kellha quddiemha l-ispeċi tagħna, iżda fl-aħħar mill-aħħar huwa biss indikatur parzjali ta’ kriżi ambjentali iktar kumplessa kif ukoll kriżi tal-umanità, li tinvolvi wkoll:

disponibilità tar-riżorsi naturali rinnovabbli (l-ilma, il-foresti, ir-riżorsi ta’ ħut, bijomassa li tittieħed);

it-tnaqqis fil-kwalità u l-kwantità tal-prodotti u s-servizzi tal-ekosistemi;

tnaqqis tal-bijodiversità;

fraġilità tal-produzzjoni tal-ikel (l-ispiża ikbar fl-enerġija fossili tal-ikel, it-tnaqqis ta’ ħamrija li tintuża għall-koltivazzjoni, in-nuqqas ta’ ekwilibriju taċ-ċikli tal-karbonju, tan-nitroġenu u tal-fosforu);

tnaqqis tad-disponibilità ta’ riżorsi minerali;

tnaqqis tad-disponibilità tal-enerġija fossili bi prezz baxx (peak oil – produzzjoni massima taż-żejt);

it-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija u l-akkumulazzjoni tal-iskart mhux bijodegradabbli;

iż-żieda demografika u l-flussi migratorji (anke dawk minħabba t-tibdil fil-klima);

9.

jenfasizza li dawn il-problemi ser iħallu impatti varji ekonomiċi u soċjali fuq kull reġjun u għalhekk jiddispjaċih li wieħed mill-ftit proġetti li qed jistudja l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-ekonomija Ewropea, il-proġett PESETA (2009) immexxi miċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-UE (JRC), mhux qed jinkludi r-reġjuni muntanjużi;

10.

jinnota li fil-White Paper dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM(2009) 147 final), il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet il-varjazzjonijiet reġjonali tal-impatt tal-klima u l-fatt li kull strateġija ta’ adattament tista’ taħdem biss jekk tinkludi l-kooperazzjoni tal-livelli kollha ta’ governanza. L-adattament huwa proċess dinamiku fit-tul li jitlob relazzjoni mill-qrib bejn dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, it-tekniki, l-imprendituri u l-amministraturi lokali;

11.

jilqa’ l-fatt li fir-Rebbiegħa tal-2012 infetħet konsultazzjoni pubblika bħala preparazzjoni tal-istrateġija Ewropea ta’ adattament skedata għall-2013, u twaqqfet il-pjattaforma CLIMATE-ADAPT; din l-għodda sservi għall-ġbir tal-prattika tajba u għall-ippjanar reġjonali u urban u tinkludi taqsima dwar iż-żoni muntanjużi;

Objettivi

12.

jisħaq li l-adattament għat-tibdil fil-klima għandu jagħmel parti minn proġett usa’ sabiex tissaħħaħ ir-reżistenza individwali u kollettiva, waqt li jitqies t-theddid ambjentali, tal-enerġija u soċjali kollu, li b’mod inevitabbli huma marbutin flimkien;

13.

jinnota li fl-2013 l-Unjoni Ewropea ser tadotta strateġija ta’ adattament u huwa tal-fehma li huwa kruċjali li din l-istrateġija ġenerali tħaddan fiha dimensjoni reġjonali u lokali, kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-TFUE. Din l-istrateġija Ewropea ta’ adattament għandha tinkludi kapitolu dwar ir-reġjuni muntanjużi;

14.

huwa daqstant ieħor importanti li l-istrateġiji Ewropej ta’ adattament ikollhom kapitolu li jiffoka fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, li l-limitazzjonijiet u l-karatteristiċi partikolari tagħhom huma rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-TFUE;

15.

jenfasizza l-fatt li hekk kif huwa mistenni li ż-żoni muntanjużi jsiru iżjed vulnerabbli fid-deċennji li ġejjin, huma meħtieġa aktar riċerka xjentifika u sistema tajba għall-iskambju ta’ informazzjoni. Huwa importanti li l-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 jalloka fondi għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

16.

jitlob li fid-dawl tal-kritikalitajiet ġodda maħluqa mit-tibdil fil-klima jiġu previsti politiki għat-titjib tal-aċċess u l-provvista ta’ servizzi ta’ interess ġenerali fiż-żoni li huma partikolarment vulnerabbli;

17.

jenfasizza li l-mitigazzjoni u r-riżorsi allokati għal dan il-għan għandhom jingħataw prijorità ikbar minn dik li tingħata lill-adattament. Jekk ma niksbux tnaqqis globali sostanzjali – kif identifikat mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tibdil fil-Klima – fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, ser ikun impossibbli nwaqqfu ż-żieda fit-temperaturi, it-tibdil fil-klima u l-avvenimenti estremi marbuta mat-temp li fil-ġejjieni ser jolqtu l-komunitajiet lokali fil-livell dinji;

18.

jinnota li hemm bżonn li jiġu definiti azzjonijiet interkonnessi ħafna biex jiġu solvuti l-problemi attwali u biex jiġu ġestiti dawk futuri fis-setturi li diġà huma parti mill-programmazzjoni tal-UE, kif ukoll li jiġi definit kemm minn dawn l-għażliet iridu jkunu soġġetti għas-sistema ta’ demokrazija lokali Ewropea skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, bħal:

a)

it-tilħiq tal-effiċjenza massima fl-użu tal-enerġija fil-bini ġdid u t-tiġdid u l-aġġornament ta’ dawk preżenti;

b)

iż-żamma u l-appoġġ tal-mudelli tal-bini għar-reġjuni muntanjużi u ż-żoni rurali, bit-tfassil ta’ Pjani għall-Ġestjoni tat-Territorju u tar-Riżorsi Naturali li jippermettu żvilupp urban li ma jwassalx għall-ispekulazzjoni tal-art. B’dan il-mod jiġu evitati d-degradazzjoni tal-pajsaġġi, tal-ekosistemi, tal-ħabitats u tal-ispazji protetti attwali kif ukoll it-tniġġis tar-riżorsi tal-ilma u tal-ħamrija, u tingħata l-għajnuna għall-iżvilupp ta’ turiżmu responsabbli u b’hekk il-popolazzjoni tibqa’ b’mod fiss fir-reġjuni muntanjużi;

c)

l-introduzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli skont il-karatteristiċi tat-territorju (enerġija solari termika u fotovoltajka, enerġija mir-riħ, idroelettriku u mill-bijomassa), sakemm jintlaħaq livell kemm jista’ jkun possibbli ta’ awtosuffiċjenza enerġetika. Il-ħtieġa li jitfasslu pjani integrati tal-enerġija reġjonali, u riżervi idroelettriċi użati biex jaħżnu l-enerġija fotovoltajka;

d)

il-promozzjoni ta’ verifiki tal-enerġija fuq livell lokali u reġjonali;

e)

it-tnaqqis fil-flussi ta’ enerġija u materjal fil-komunitajiet lokali sabiex ikun hemm qbil mal-livell tal-għajxien (pereżempju, Società 2000 W, ETH Zürich);

f)

it-tnaqqis fil-produzzjoni ta’ skart u riċiklar massimu, inċentiv għall-produzzjoni tal-kompost domestiku mill-iskart organiku;

g)

il-qawmien mill-ġdid tas-setturi lokali tal-ikel: l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem ta’ kwalità sabiex prinċipalment jiġi sostnut il-konsum fil-post u l-kummerċ għat-turisti filwaqt li jiġu appoġġjati b’mod speċifiku l-agrikoltura tal-konservazzjoni (mingħajr ma tinħadem il-ħamrija jew tinħadem mill-inqas) u l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem b’mod ekoloġiku;

h)

il-ġestjoni tal-foresti tistabbilixxi regoli stretti dwar il-ħsad tal-bijomassa tal-injam għall-finijiet tal-enerġija u l-bini, u huwa konxju bis-sħiħ tal-pressjoni li qed joħloq it-tibdil fil-klima; jiżgura li l-impjanti li joħolqu s-sħana mill-bijomassa mhumiex daqstant kbar li jaqbżu l-livelli ta’ produzzjoni anwwali tal-forestrija, iż-żamma tal-foresti ta’ protezzjoni, appoġġ għal forestrija sostenibbli sabiex jiġu prodotti l-injam u l-bijomassa bħala riżorsa ekonomika ta’ dawn iż-żoni;

i)

il-limitu strett fuq il-konsum tal-ħamrija għall-bini u l-infrastruttura;

j)

it-tnaqqis tal-esiġenzi ta’ mobilità permezz tal-isfruttar tal-potenzjal tan-netwerks tal-IT u l-ICT, is-servizzi elettroniċi u t-teleworking (li jippermettu li anke ż-żoni muntanjużi abbandunati jerġa’ jkollhom popolazzjoni ta’ nies tgħix fihom u terġa’ tieħu l-ħajja l-industrija tat-turiżmu);

k)

il-promozzjoni tat-turiżmu ekoloġikament responsabbli u sostenibbli, il-ħolqien ta’ osservatorju Ewropew tat-turiżmu, l-iżvilupp tal-agrituriżmu;

l)

il-promozzjoni ta’ ekonomija ekoloġika u ta’ innovazzjoni fiż-żoni muntanjużi: sistemi tal-enerġija, tal-elettronika, ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ, ir-riċerka xjentifika u ċentri tat-taħriġ universitarji.

m)

taħriġ u kultura: hija kruċjali s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-ħtieġa urġenti li ssir azzjoni immedjatament fir-rigward tat-tibdil fil-klima, kemm sabiex tiġi applikata prattika tajba f’dan il-qasam kif ukoll għall-istrateġija ta’ adattament. Għaldaqstant, kwistjonijet ambjentali jridu jiġu inklużi fil-kurrikulu tal-iskola u jsiru l-enfasi ċentrali ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni pubblika, pereżempju l-ftuħ ta’ uffiċċji ta’ adattament reġjonali li jistgħu jfasslu strateġiji mmirati lejn il-kuntest lokali u jagħtu informazzjoni lill-popolazzjoni lokali. Pereżempju: il-Victorian Centre for Climate Change Adaptation Research (VCCCAR - www.vcccar.org.au) fl-Awstralja li jadatta politika nazzjonali wiesgħa pprovduta min-National Climate Change Adaptation Research Facility (NCCARF - www.nccarf.edu.au) għall-kuntest lokali.

n)

programmi tal-protezzjoni ċivili u l-prevenzjoni tar-riskji tal-klima, permezz ta’ infrastruttura, tbassir meteoidroloġiku u sistemi ta’ twissija, skambju ta’ informazzjoni interattiv u rapidu, u eżerċizzji ta’ prevenzjoni ta’ ħsara u ta’ salvataġġ;

19.

jenfasizza li ħafna reġjuni muntanjużi diġà bdew jiżviluppaw strateġiji ta’ adattament u l-objettivi jridu jiġu kkoordinati u r-riżultati analiżżati b’sens ta’ urġenza. Jenħtieġ l-armonizzazzjoni tal-inizjattivi ambjentali li llum huma mxerrda bejn bosta assoċjazzjonijiet, korpi ta’ riċerka u amministrazzjonijiet tar-reġjuni muntanjużi;

20.

jitlob li jsir monitoraġġ tar-riżultati miksuba, permezz tat-tfassil ta’ indiċi ta’ effikaċja tal-interventi, il-prestazzjonijiet milħuqa, bażi tad-data globali li tista’ tiġi kkonsultata dwar proġetti u reġistru tal-enerġija;

21.

jenfasizza fl-aħħar nett, li jeħtieġ li l-kawżi u l-effetti tat-tibdil fil-klima jiġu indirizzati fil-livelli kollha, f’bosta komunitajiet ġeografiċi diversi u fuq skala dinjija. B’mod partikolari, huma ta’ spiss l-ifqar komunitajiet tal-pjaneta l-ewwel li jintlaqtu ħażin mit-tibdil fil-klima u jkollhom bżonn għajnuna speċjali. Għandhom jiġu allokati r-riżorsi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għall-mitigazzjoni u l-adattament skont il-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji u t-trattati internazzjonali li ntlaħaq ftehim dwarhom, u għandhom jintuzaw fil-livell li fih ikollhom l-ikbar effett. Għaldaqstant, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti fit-tfassil ta’ azzjonijiet għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, sabiex isir l-aqwa użu possibbli mill-għarfien speċjalizzat u l-esperjenza tagħhom u mill-qrubija tagħhom għaċ-ċittadini.

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), “Europe's ecological backbone: Recognising the true value of our mountains”, Rapport 6/2010.

(2)  JRC/WHO, “Impacts of Europe’s changing climate”, rapport 4/2008: http://www.eea.europa.eu/publications/eea_report_2008_4.

(3)  EEA, “Regional climate change and adaptation. The Alps facing the challenge of changing water resources”, rapport 8/2009.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Is-97 Sessjoni Plenarja tat-8, id-9 u l-10 ta’ Ottubru 2012

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/31


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-perjodu ta’ wara l-2013”

2012/C 391/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jwwissi kontra x-xenarju li jwassal li l-qbil dwar il-Qafas iseħħ wara l-bidu tal-2013;

jinsisti fuq il-fatt li parti kbira ħafna mill-investimenti pubbliċi fl-Istati Membri jiddependu mill-fondi strutturali u jfakkar l-impenji li ħadu l-Istati Membri fil-qafas tal-Patt għat-tkabbir u l-impjiegi konkluż mill-Kunsill Ewropew fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012;

jappoġġja t-talba tal-Parlament Ewropew li l-baġit li jmiss jirrappreżenta somma minima ta’ 1,14 % tad-DNG tal-UE (inkluża s-sħubija tal-Kroazja) fuq il-bażi tal-aġġornament tal-proposta tal-Kummissjoni tad-6 ta’ Lulju 2012;

jiddispjaċih li l-maġġoranza l-kbira tas-suġġetti koperti mill-qafas tan-negozjati tal-Kunsill fosthom kull forma ta’ kondizzjonalità makroekonomika, jiffurmaw suġġetti li jridu jiġu adottati b'kodeċiżjoni u mhux bi proċedura ta’ approvazzjoni;

jikkundanna l-fatt li l-metodu ta’ tqassim tal-allokazzjonijiet nazzjonali u r-rati limiti tal-Politika ta’ Koeżjoni u ta’ Żvilupp Rurali ġew inklużi fil-qafas tan-negozjati tal-Kunsill; iqis li dan huwa l-ambitu tal-kodeċiżjoni u tal-konsultazzjoni obbligatorja tal-KtR, u jżomm il-possibbiltà li jmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tippreżentax proposta leġislattiva li dwarha l-KtR jintalab l-opinjoni tiegħu;

jinsab sodisfatt bil-mudell attwali ta’ negozjati fil-Kunsill li jwasslu biex il-komponenti tal-infiq u tar-riżorsi jiġu trattati flimkien fil-qafas tan-negozjati u jtenni l-appoġġ tiegħu għaż-żewġ riżorsi proprji proposti mill-Kummissjoni, dak ibbażat fuq il-VAT u t-taxxa l-ġdida fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF);

jappoġġja kompletament il-proposta tal-Kunsill biex il-Politika ta’ Koeżjoni tiġi mibdula għal sottointestatura aktar minn sottolimitu; it-talba tiegħu ta’ tkabbir tal-baġits allokati lill-Politika (livell tal-anqas daqs l-2007-2013), u l-appoġġ tiegħu għal fatt li tiġi maħluqa kategorija ġdida ta’ reġjuni msejħa “fi tranżizzjoni”;

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kunsill li jintegra l-programmi Galileo, ITER, u GMES fl-intestatura u jtenni t-talba tiegħu li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) jkun integrat ukoll fil-QFP.

Relatur Ġenerali

Mercedes BRESSO (IT/PSE), Membru tal-Kunsill tar-Reġjun ta’ Piemonte

Dokumenti ta’ referenza

Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020

COM(2012) 388 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Aġenda ta’ Simplifikazzjoni għall-QFM 2014-2020

COM(2012) 42 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li fis-6 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020, li tikkonsidra l-adeżjoni tal-Kroazja u l-kalkoli bbażati fuq l-aktar statistika reċenti (2007-2009);

2.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li fit-13 ta’ Ġunju 2012, is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew adottat riżoluzzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali u r-riżorsi proprji u jinsab sodisfatt bl-enfasi li tpoġġiet fuq il-fatt li 94 % tal-baġit tal-UE huwa effettivament baġit ta’ investiment u li l-ispiża amministrattiva hija proporzjonalment estrememament baxxa; jenfasizza l-effetti multiplikaturi u l-effetti ta’ lieva ta’ dawn l-investimenti permezz tal-kofinanzjamenti privati u pubbliċi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; u jinsisti fuq ir-rwol uniku tal-baġit tal-UE bħala riżorsa pubblika stabbli pluriennali għall-appoġġ tat-tkabbir u l-impjiegi;

Negozjati interistituzzjonali li għaddejjin

3.

jesprimi l-inkwetudni kbira tiegħu fir-rigward tal-iżviluppi attwali fin-negozjati fil-Kunsill dwar is-somma totali tal-qafas finanzjarju pluriennali, il-kontenut tal-politiki u r-riżorsi, li b’mod partikolari jistgħu jikkompromettu ż-żamma tal-fondi għat-tliet kategoriji ta’ reġjuni fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni. Għalhekk jispera li jkun possibbli li jintlaħaq riżultat pożittiv sas-summit straordinarju tal-UE tat-22 u t-23 ta’ Novembru 2012; dan jista’ jġib fi tmiem l-imblokk bejn iż-żewġ koleġislaturi u b’hekk ikun jista’ jiġi evitat dewmien li jkun ta’ ħsara għall-Unjoni Ewropea u tkun tista’ tiġi implimentata mingħajr dewmien l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

4.

jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-inkoerenza li tidher bejn l-impenji li ħadu l-Istati Membri fil-qafas tal-Patt għat-tkabbir u l-impjiegi konkluż mill-Kunsill Ewropew fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012 u wħud mill-pożizzjonijiet li qed jittieħdu waqt in-negozjati;

5.

ifakkar li l-gravità tal-kriżi ekonomika u soċjali li qed tolqot lill-UE toħloq urġenza partikolari biex il-programm jitnieda fl-2014 peress li dan biss iwassal il-fondi Ewropej meħtieġa biex isiru l-investimenti fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet;

6.

jiġbed l-attenzjoni għat-tnaqqis fid-daqs tal-baġit tal-UE b’rabta mal-baġits nazzjonali filwaqt li fl-istess ħin ġew estiżi l-kompetenzi u l-kompiti mogħtija lill-Unjoni mit-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari fl-oqsma tal-azzjoni esterna (Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea), it-tibdil fil-klima (Artikolu 191 tat-TFUE), l-enerġija (Artikolu 194 tat-TFUE), l-isport (Artikolu 165 tat-TFUE), l-ispazju (Artikolu 189 tat-TFUE), it-turiżmu (Artikolu 195 tat-TFUE) u l-protezzjoni ċivili (Artikolu 196 tat-TFUE);

7.

jinsisti fuq il-fatt li parti kbira ħafna mill-investimenti pubbliċi fl-Istati Membri jiddependu mill-fondi strutturali, li jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-investimenti pubbliċi fi 13-il Stat Membru u aktar minn 60 % f’sitt Stati Membri;

8.

jirrikonoxxi li t-Trattati (Artikolu 312 TFUE) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi jekk il-Qafas ma jiġix adottat qabel ma jiskadu l-bażijiet legali tal-programmi kollha ta’ nfiq pluriennali tal-UE fl-aħħar tal-2013, ħlief fil-każ tal-ewwel pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Jiġbed l-attenzjoni li fost id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat hemm l-obbligu legali li l-fergħat tal-awtorità baġitarja jkomplu jinnegozjaw. Madankollu, jinsisti fuq il-fatt li l-għażliet li jew jiġu adottati programmi settorjali ġodda mingħajr regolament tal-QFP jew li jiġi estiż iż-żmien tal-programmi eżistenti huma estremament komplikati;

9.

iwwissi kontra x-xenarju li jwassal li l-qbil dwar il-Qafas iseħħ wara l-bidu tal-2013 peress li dan jagħmel impossibbli l-programmazzjoni u l-allokazzjoni tal-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni wara l-2014, u dan ikollu impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali Ewropea; jemmen li l-posponiment tal-qbil dwar il-QFP għal wara l-bidu tal-2013 jerġa' joħloq dubju wkoll fuq il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 ippjanat s'issa mill-Kummissjoni, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u ser jirrikjedi li terġa' tiġi kkunsidrata b’mod partikolari l-għażla inizjalment rakkomandata mill-KtR, jiġifieri perjodu ta’ programmazzjoni ta’ 5+5 snin wara perjodu tranżitorju ta’ sena jew sentejn;

10.

itenni l-pożizzjoni preċedenti tiegħu li l-UE għandu jkollha baġit kredibbli ta’ mill-anqas 1 % b’tali mod li tkun tista' tikseb l-għanijiet ewlenin tal-Unjoni b’konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u mal-bżonnijiet tal-livelli lokali u reġjonali; ifakkar li fl-2000, il-Kunsill stabbilixxa l-livell limitu tar-riżorsi proprji bħala 1,29 % tad-DNG għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u 1,23 % għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament; jenfasizza li minn dak iż-żmien 'l hawn, id-distakk tal-livell limitu tar-riżorsi proprji meta mqabbel mal-livelli limiti tal-QFP baqa' jitwessa' kontinwament u jirrappreżenta distakk ta’ 25 %. Barra minn hekk jinsisti fuq il-fatt li l-QFP jistabbilixxi biss il-livelli massimi tal-infiq filwaqt li l-baġit annwali tal-UE dejjem baqa' taħt dawn il-livelli kemm bħala approprjazzjonijiet ta’ impenji kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament. Għalhekk, fuq il-bażi tal-aġġornament tal-proposta tal-Kummissjoni tad-6 ta’ Lulju 2012, jappoġġja t-talba tal-Parlament Ewropew li l-baġit li jmiss għandu jirrappreżenta somma minima ta’ 1,14 % tad-DNG tal-UE (inkluża s-sħubija tal-Kroazja);

11.

jilqa' b’sodisfazzjon il-fatt li fin-negozjati tat-18 ta’ Settembru 2012 tneħħiet il-proposta li jintemm il-programm ta’ għajnuna alimentari għal dawk l-aktar żvantaġġati; madankollu jiddispjaċih li l-kwistjoni tal-baġit għalih għadha waħda vaga u jtenni l-pożizzjoni tiegħu favur iż-żamma tiegħu taħt l-intestatura 2 tal-QFP;

12.

jilqa' xi aspetti tad-Dokument dwar Kwistjonijiet Prinċipali tal-Presidenza Ċiprijotta (30 ta’ Awwissu 2012), iżda għandu xi tħassib partikolari dwar il-proposti għad-diskussjoni fil-Politika ta’ Koeżjoni, l-iktar dwar l-eliġibbiltà, l-ambitu u l-kopertura tax-xbieki tas-sigurtà għar-reġjuni u l-Istati Membri; u jirrifjuta l-aġġustamenti sproporzjonati għar-reġjuni fi tranżizzjoni u dawk iktar żviluppati;

Oqsma ta’ kodeċiżjoni

13.

jiddispjaċih li l-maġġoranza l-kbira tas-suġġetti koperti mill-qafas tan-negozjati tal-Kunsill (verżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012), u b’mod partikolari l-punti 21 sa 47 u 53 sa 78, jiffurmaw suġġetti li jridu jiġu adottati b’kodeċiżjoni u mhux bi proċedura ta’ approvazzjoni u jenfasizza li l-PE jrid jipparteċipa b’mod sħiħ fin-negozjati li jkunu għaddejjin;

14.

jikkundanna l-fatt li l-metodu ta’ tqassim tal-allokazzjonijiet nazzjonali u r-rati limiti tal-Politika ta’ Koeżjoni u ta’ Żvilupp Rurali ġew inklużi fil-qafas tan-negozjati tal-Kunsill (punti 30 sa 45) iżda ma jidhrux fl-abbozz ta’ regolament dwar dispożizzjonijiet komuni għall-ħames fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni; barra minn hekk, huwa sorpriż li l-punt 35 tan-negozjati tat-18 ta’ Settembru 2012 jagħti rwol lill-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fit-tqassim tal-fondi strutturali bejn l-Istati Membri. Dan joħloq il-kwistjoni ta’ jekk dawn l-għanijiet jirrappreżentawx verament il-bżonnijiet ta’ żvilupp tar-reġjuni, u jqajjem ukoll mistoqsijiet sostanzjali dwar il-governanza u l-metodoloġija peress li ċertament dan ir-rwol fit-tqassim tal-fondi ma kienx previst meta ġew stabbiliti fl-2010;

15.

iqis li dan il-qasam m'huwiex biss l-ambitu tal-kodeċiżjoni iżda wkoll l-ambitu ta’ konsultazzjoni obbligatorja tal-KtR, u għalhekk, sabiex jiddefendi l-prerogattivi tiegħu hekk kif inhuma definiti fl-Artikolu 263(3) tat-TFUE, il-KtR ser ikompli jistħarreġ l-isfond legali ta’ din il-kwistjoni u jżomm il-possibbiltà li jmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tippreżentax proposta leġislattiva li dwarha l-KtR jintalab l-opinjoni tiegħu;

16.

itenni dak li kien diġà stqarr fl-opinjonijiet adottati mill-bidu tal-2012 dwar il-proposti leġislattivi differenti tal-Kummissjoni Ewropea:

a.

F'dak li jirrigwarda s-sottointestatura 1b u l-fondi relevanti tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK): jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta li tiġi maħluqa kategorija ġdida ta’ reġjuni msejħa “fi tranżizzjoni” kif ukoll għall-bżonn li titqies il-qagħda speċifika u unika tar-reġjuni ultraperiferiċi f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-finanzjament, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-TFUE (punt 25 fil-qafas tan-negozjati), il-limitu ta’ 300 km għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi li għalihom ma japplikax il-kriterju tad-distanza (punt 27, ibid.), il-ħolqien ta’ “xibka ta’ sigurtà” għar-reġjuni li ma jkunux għadhom jikkwalifikaw għall-għan ta’ konverġenza ugwali għal tal-anqas żewġ terzi tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu 2007-2013 (punt 44, ibid.), il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-livell ta’ kofinanzjament barra minn żjieda ta’ 85 % għall-programmi marbutin mal-għan “tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea”, iż-żieda tar-rata ta’ finanzjament applikata għall-kooperazzjoni interreġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi minn 50 għal 85 % (punt 46, ibid.), iż-żamma ta’ programm ta’ għajnuna alimentari għal dawk l-aktar żvantaġġjati taħt l-intestatura 2 tal-QFP, aktar milli jiddaħħal fl-ambitu tal-Fondi Soċjali Ewropew fi ħdan l-intestatura 1 (punt 48, ibid.), l-istabbiliment ta’ rata ta’ kofinanzjament ogħla b’10 punti perċentwali għall-Istati Membri li għandhom diffikultajiet baġitarji temporanji (punt 47, għażla a, ibid.), il-ħolqien ta’ QSK għat-tliet fondi strutturali u ta’ koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS (punt 65, ibid.), kif ukoll l-eliġibbiltà tal-VAT mhux rekuperabbli għal kontribut tal-Fondi relevanti tal-QSK (punt 78, għażla c, ibid);

b.

F'dak li jirrigwarda l-intestatura 2: jesprimi l-appoġġ tiegħu għal konverġenza aktar mgħaġġla u kalendarju preċiż għall-konverġenza bejn l-Istati Membri (punt 53, ibid.), il-limitu tal-għajnuniet diretti ta’ Euro 200 000 minflok Euro 300 000 li fiha komponent ekoloġiku u tnaqqis progressiv li jibda minn Euro 100 000 minflok Euro 200 000 (punt 54, ibid.), ir-rata ta’ 30 % għall-komponent ekoloġiku (punt 56, ibid.), l-għażla ta’ trasferimenti baġitarji mill-ewwel lejn it-tieni pilastru (punt 57, ibid.), iżda jesprimi r-rifjut tiegħu ta’ kull trasferiment fid-direzzjoni opposta minħabba fil-ħtieġa ta’ bilanċjar mill-ġdid tal-baġit bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK (punt 58, ibid.), l-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni tar-reġjuni fi tranżizzjoni fir-regolament dwar l-iżvilupp rurali (punt 62, ibid.), l-oppożizzjoni tiegħu għall-ħolqien ta’ riżerva ġdida, kif propost, għall-kriżijiet fis-settur agrikolu (punt 64, ibid.).

17.

fir-rigward tal-fondi allokati għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, itenni l-proposta tiegħu li dawn il-fondi jitqassmu skont il-programmi ta’ kooperazzjoni u mhux skont l-Istati Membri; għalhekk jappella li jiġi rivedut il-punt 40 tan-negozjati tat-18 ta’ Settembru 2012 għaliex, fl-istat attwali, in-negozjati dwar it-tqassim tal-komponenti tal-kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali biss ser twassal biex il-kooperazzjoni interreġjonali tiġi kkunsidrata biss bħala l-fdal taż-żewġ komponenti l-oħra;

18.

jappoġġja l-proposta li jiżdied l-użu tas-self minflok ma jintużaw l-iktar is-sussidji li ma jiġux rimborżati, sabiex jiżdied l-involviment tal-benefiċjarji. Jemmen ukoll li s-self rimborżat għandu mbagħad jerġa' jsir disponibbli permezz ta’ mekkaniżmi ta’ fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw;

Riżorsi proprji ġodda

19.

itenni l-appoġġ tiegħu għal riforma tas-sistema attwali tar-riżorsi proprji, sabiex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet diretti tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE filwaqt li jiżdiedu r-riżorsi proprji tal-UE disponibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-futur (1), u tingħata risposta għall-bżonn li jitneħħew il-korrezzjonijiet finanzjarji attwali u l-eżenzjonijiet u għaldaqstant, iqis li biex ikun hemm trasparenza, bilanċ u sostenibbiltà, il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid irid, kif iddikjara l-Parlament Ewropew, jistrieħ bilfors fuq ftehim dwar riżorsi proprji ġodda;

20.

jinsab sodisfatt bil-mudell attwali ta’ negozjati fil-Kunsill li jwasslu biex il-komponenti tal-infiq u tar-riżorsi jiġu trattati flimkien fil-qafas tan-negozjati u jtenni l-appoġġ tiegħu għaż-żewġ riżorsi proprji proposti mill-Kummissjoni, dak ibbażat fuq il-VAT u t-taxxa l-ġdida fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF);

21.

f'dan ir-rigward jappella lil xi Stati Membri biex ma jippenalizzawx il-popolazzjonijiet tagħhom, l-intrapriżi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom billi jirrifjutaw li jieħdu impenn fuq it-taxxa l-ġdida dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, peress li r-rifjut tagħhom iwassal għal implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa u l-ħolqien ta’ Ewropa baġitarja b’żewġ veloċitajiet;

22.

Iqis li TTF b’kooperazzjoni msaħħa legalment tista' sservi bħala bażi għal riżorsa proprja ġdida tal-UE u li l-pajjiżi parteċipanti jkunu jistgħu jittrasferixxu fil-baġit tal-UE parti mid-dħul kollettiv tagħhom. Fl-istess waqt, dan it-trasferiment jitnaqqas bl-istess ammont mill-kontribut tagħhom għall-baġit fuq il-bażi tal-DNG mingħajr ma jaffettwa r-regoli applikati għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-pajjiżi mhux parteċipanti;

23.

itenni l-appoġġ tiegħu għas-semplifikazzjoni ta’ sistema kumplessa ħafna ta’ skontijiet u miżuri korrettivi u biex is-sistema attwali ta’ skontijiet jieħu postha mekkaniżmu korrettiv ġenerali;

Kondizzjonalità makroekonomika

24.

huwa sorpriż li l-modifika hekk imsejħa “teknika” tar-regolament tal-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea fiha element fundamentali daqs l-estensjoni tal-kondizzjonalità makroekonomika minn Fond uniku ta’ koeżjoni għal totalità ta’ ħames fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni (ara l-Artikolu 8 tal-proġett ta’ regolament modifikat);

25.

itenni l-oppożizzjoni ċara u soda tiegħu għal kull forma ta’ kondizzjonalità makroekonomika u ma jqisx li l-għażla ta’ estensjoni għall-intestaturi kollha baġitarji mitluba minn xi Stati Membri hija pertinenti;

26.

ifakkar li dan jirrigwarda qasam tal-kodeċiżjoni li jrid jinqasam fil-qafas ta’ regolament li fih dispożizzjonijiet komuni għall-ħames Fondi koperti mill-QSK;

L-istruttura, it-tul ta’ żmien u l-flessibbiltà tal-qafas finanzjarju pluriennali

27.

jappoġġja kompletament il-proposta tal-Kunsill biex il-Politika ta’ Koeżjoni tiġi mibdula għal sottointestatura aktar minn sottolimitu, iżda jinsisti li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ma tiġix inkluża f'din is-sottointestatura minħabba fin-natura differenti tagħha u jkompli jiddeplora l-fatt li ma tteħditx l-okkażjoni biex jiġu raggruppati f'intestatura waħda l-finanzjamenti kollha tal-UE favur l-iżvilupp territorjali (jiġifieri l-ħames fondi relevanti tal-Qafas Strateġiku Komuni);

28.

itenni t-talba tiegħu għall-flessibbiltà fi ħdan kull intestatura u l-ħolqien ta’ riżerva ta’ flessibbiltà li tirċievi l-krediti jew il-marġni mhux utilizzati f'nofs iż-żmien, minflok ma jingħataw lill-Istati Membri; jemmen li din ix-xorta ta’ riżerva ta’ flessibbiltà tista' sservi, fost affarijiet oħra, bħala għodda għall-interventi makroekonomiċi u finanzjarji li jippermettu l-azzjoni preventiva kontra l-impatti asimettriċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

29.

jiġbed l-attenzjoni mill-ġdid li din il-proposta tipprevedi li fl-2016 ssir “valutazzjoni” tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali u jafferma mill-ġdid li minflok għandha ssir valutazzjoni kompleta f'nofs iż-żmien fl-2017 (li l-valutazzjoni proposta tkun parti minnha);

Limiti massimi tal-impenji u tal-ħlasijiet

30.

fir-rigward tal-ammonti tas-sottointestaturi prinċipali tal-QFP jtenni:

a.

l-appoġġ għall-proposti tal-Kummissjoni Ewropea f'dak li jirrigwarda l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Euro 50 biljun), il-programm Orizzont 2020 (Euro 80 biljun), l-ewwel żewġ pilastri tal-PAK (Euro 372 biljun bi prezzijiet kostanti), il-programm Ewropa Kreattiva (Euro 1.6 biljun) u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-azzjoni esterna tal-UE (Euro 70 biljun);

b.

It-talba tiegħu ta’ tkabbir tal-baġits allokati lill-Politika ta’ Koeżjoni (livell tal-anqas daqs dawk previsti fil-perspettivi finanzjarji 2007-2013 f'termini reali), il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) u l-programm LIFE u t-talba tiegħu għal distribuzzjoni baġitarja iktar bilanċjata bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp rurali.

Programmi barra mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali

31.

itenni t-talba tiegħu li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) jinżamm u li jkun integrat fl-QFP iżda, l-istess bħall-Parlament Ewropew, jinsisti li minħabba n-natura mhux programmabbli tiegħu għandu jiżdied b’ammont ikbar mil-limitu tal-intestatura rilevanti. Jopponi wkoll it-twessigħ tal-ambitu tal-applikazzjoni tiegħu għall-kumpens tal-effetti tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali jew multilaterali dwar l-attività agrikola (punt 95, ibid.);

32.

jilqa' b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kunsill li jintegra l-programmi Galileo, ITER, u GMES fl-intestatura 1 tal-Qafas finanzjarju pluriennali (anness I, ibid.) kif kien talab fl-opinjoni tiegħu dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-perjodu wara l-2013;

33.

jinsisti li l-ammonti li jikkorrispondu għall-mekkaniżmi ta’ riżerva msemmijin hawn fuq jiġu trasferiti wkoll fil-QFP;

Programm ta’ simplifikazzjoni

34.

jikkunsidra li l-kwistjoni tal-aħjar kwalità tan-nefqa, promossa kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Parlament Ewropew, u li għalissa għad mhux qed tintlaħaq, peress li qed tiġi tradotta f'żjieda ta’ proċeduri ġodda ta’ kontroll u ta’ awditjar, kumplessità akbar tal-proċeduri, attenzjoni eċċessiva fuq il-prestazzjoni u l-assorbiment kwantitattiv bi ħsara għall-kwalità tal-istrateġiji, u fl-aħħar qed twassal għal ċentralizzazzjoni dejjem akbar li tippenalizza l-livelli ta’ governanza inferjuri fir-rigward ta’ dawk fil-livelli superjuri;

35.

jixtieq li l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tan-nefqa mħabbra mill-Kummissjoni tippermetti divrenzjar tal-kontabbiltà tal-infiq pubbliku tal-investiment taħt il-Patt ta’ Stabbiltà;

36.

huwa kontra l-użu eċċessiv ta’ atti delegati, mill-Kummissjoni, pereżempju dawk proposti għall-azzjonijiet indikattivi għall-Qafas Strateġiku Komuni; dan ser jeskludi lill-KtR mill-proċedura konsultattiva u deċiżjonali, anke jekk l-ambiti jkollhom importanza potenzjalment essenzjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

37.

għall-kuntrarju huwa jaqbel għal kollox mal-Kummissjoni fuq il-fatt li s-semplifikazzjoni fil-livell tal-UE mhux ser tkun effikaċi għal kollox sakemm ma tkunx akkumpanjata bi sforzi paralleli fil-livell nazzjonali u infranazzjonali, filwaqt li jenfasizza li l-akbar sforz irid isir fil-livell nazzjonali;

38.

jilqa' b’sodisfazzjon ir-razzjonalizzazzjoni tal-programmi proposta fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, b’mod partikolari t-tnaqqis tan-numru ta’ programmi finanzjarji proposti u r-raggruppament ta’ programmi u sottoprogrammi f'diversi oqsma;

39.

huwa favur li l-Bank Ewropew tal-Investiment ikun involut aktar mill-qrib fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-fondi strutturali;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2012) 388 final

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Strumenti speċjali, ir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza, il-Fond tas-Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-Istrument tal-Flessibbiltà, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu u l-Marġini ta’ Kontinġenza huma meħtieġa biex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi speċifiċi mhux previsti jew biex jippermettu l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar kif stabbilit fil-qafas finanzjarju. Għalhekk hu neċessarju li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għal possibbiltà li jiddaħħlu fil-baġit approprjazzjonijiet għall-impenji li jissuperaw il-limiti massimi stabbiliti fil-qafas finanzjarju, fejn ikun meħtieġ li jintużaw strumenti speċjali.

Strumenti speċjali, ir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza, il-Fond tas-Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-Istrument tal-Flessibbiltà, u l-Marġini ta’ Kontinġenza huma meħtieġa biex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi speċifiċi mhux previsti jew biex jippermettu l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar kif stabbilit fil-qafas finanzjarju. Għalhekk hu neċessarju li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għal possibbiltà li jiddaħħlu fil-baġit approprjazzjonijiet għall-impenji li jissuperaw il-limiti massimi stabbiliti fil-qafas finanzjarju, fejn ikun meħtieġ li jintużaw strumenti speċjali.

Raġuni

Sakemm il-FEG irid jiġi integrat fil-QFP u l-ħolqien ta’ riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu trid tiġi eskluża biex ikun hemm regolamentazzjoni ġenwina, dawn iż-żewġ strumenti finanzjarji jridu jitneħħew mil-lista.

Emenda 2

COM(2012) 388 final

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-każ tat-tneħħija ta’ sospensjoni tal-impenji baġitarji li jirrigwardaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd fil-kuntest ta’ kundizzjonijiet makroekonomiċi marbuta ma’ proċedura ta’ defiċit eċċessiva mal-koordinazzjoni ta’ politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, il-Kunsill, skont it-Trattat u f'konformità mal-att bażiku relevanti, jiddeċiedi dwar trasferiment ta’ impenji sospiżi għas-snin ta’ wara. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-baġit ta’ wara s-sena n+2.

Fil-każ tat-tneħħija ta’ sospensjoni tal-impenji baġitarji li jirrigwardaw il-Fond ta’ Koeżjoni, fil-kuntest ta’ kundizzjonijiet makroekonomiċi marbuta ma’ proċedura ta’ defiċit eċċessiva mal-koordinazzjoni ta’ politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, il-Kunsill, skont it-Trattat u f'konformità mal-att bażiku relevanti, jiddeċiedi dwar trasferiment ta’ impenji sospiżi għas-snin ta’ wara. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-baġit ta’ wara s-sena n+2.

Raġuni

Huwa biss il-Fond ta’ Koeżjoni li jrid ikompli bħalma kien fil-bidu tiegħu kopert mid-dispożizzjonijiet marbutin mal-kundizzjonijiet makroekonomiċi.

Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Punt 65 tal-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Qafas finanzjarju multiannwali ġdid għal wara l-2013, adottata fit-93 Sessjoni Plenarja tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2011.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/37


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Programm għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)”

2012/C 391/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

bi pjaċir jilqa’ l-proposta li ressqet il-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020) bħala impenn biex il-kompetittività tiġi rikonoxxuta bħala fattur fundamentali u ewlieni biex jiġu żgurati tkabbir ekonomiku sostnut u iktar impjiegi fl-UE;

jiġbed l-attenzjoni għall-ħafna inizjattivi eżistenti li ttieħdu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri kollha, pereżempju ċ-ċentri lokali żgħar għall-intrapriżi, il-mikrokrediti mogħtija lill-awtoritajiet lokali jew reġjonali jew il-pariri b’xejn mingħand l-esperti dwar it-twaqqif ta’ negozji żgħar, li ħafna drabi jipprovdu l-bażi tas-suċċess ta’ mikrointrapriżi li għadhom fil-fażi tal-bidu;

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri żgħażagħ li għalihom ħafna drabi l-intrapriża tkun l-unika opportunità għall-iżvilupp professjonali, u li jkunu inklinati li jieħdu riskju f’attività, li ħafna drabi jiżviluppawha fis-suq Ewropew. Għalhekk, dawn l-intraprendituri jkunu predisposti li jkunu kompetittivi fis-swieq globali;

jinnota li l-ksib tal-kompetittività globali huwa biss possibbli billi jiġu indirizzati l-imperfezzjonijiet fis-suq Ewropew li jwasslu biex l-SMEs Ewropej ikunu inqas kapaċi jikkompetu mal-kontropartijiet tagħhom minn partijiet oħra tad-dinja. Jeħtieġ li jkun hemm parteċipazzjoni ikbar mill-SMEs fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Unjoni kif ukoll li jtejbu l-pożizzjoni tagħhom fir-relazzjonijiet mal-intraprendituri l-kbar li ħafna drabi jkunu l-kuntratturi ġenerali ta’ dawn il-proġetti. Għal dan il-għan jenfasizza kemm huwa importanti li l-SMEs jingħaqdu f’netwerks.

Relatur

Is-Sur Witold KROCHMAL (PL/EA), Membru tal-Kunsill Muniċipali u l-Awtorità Lokali ta’ Wołów

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)

COM(2011) 834 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

bi pjaċir jilqa’ l-proposta li ressqet il-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020) bħala impenn biex il-kompetittività tiġi rikonoxxuta bħala fattur fundamentali u ewlieni biex jiġu żgurati tkabbir ekonomiku sostnut u iktar impjiegi fl-UE;

2.

jemmen li r-Regolament propost jikkomplementa l-inizjattivi preċedenti tal-KE taħt l-Istrateġija Ewropa 2020. Huwa jirrikonoxxi r-rwol li jaqdu l-SMEs fis-sistema ekonomika tal-UE u jirrikonoxxi n-nuqqasijiet u n-natura turbulenti tal-ambjent tal-SMEs, li jistgħu jnaqqsu r-ritmu jew saħansitra jillimitaw l-iżvilupp tal-intrapriżi u t-tisħiħ tal-kompetittività tagħhom;

3.

jenfasizza li l-pożizzjoni tal-KtR hija appoġġjata mill-istħarriġ “Reġjuni u Bliet li jiffavorixxu l-SMEs” (1) li jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u li twettaq mill-Pjattaforma tal-Kumitat għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020;

4.

filwaqt li jirrikonoxxi li l-Istati Membri u r-reġjuni huma responsabbli b’mod ġenerali għall-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-suq, il-Kumitat jemmen li l-UE tista’ tgħin f’ċerti oqsma billi tippromovi prattiki tajbin, billi tiżgura li s-suq uniku jaħdem b’mod effettiv u billi ttejjeb il-kundizzjonijiet għall-ambjent tal-kummerċ sabiex l-intrapriżi, inklużi l-SMEs, ikunu jistgħu jikkompetu b’mod sostenibbli fuq skala globali. Dan ifisser li jrid isir sforz lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

5.

iqis li dan il-Programm ser iwassal biex tissaħħaħ sew il-fiduċja fis-settur tal-intrapriżi tal-Ewropa kemm fis-suq Ewropew kif ukoll fis-swieq globali. L-effett ta’ fiduċja msaħħa fis-suq ser ikun iktar interess fl-intrapriżi u politika iktar espansiva mill-intrapriżi eżistenti, inklużi l-SMEs, li huma sors ewlieni tat-tkabbir ekonomiku (58 % tad-dħul fl-UE) u l-impjieg (67 % tal-impjiegi fis-settur privat), u li fis-snin 2002-2010 ħolqu 85 % tal-impjiegi ġodda f’dan is-settur;

6.

jemmen li hija ħaġa tajba li l-Programm jenfasizza l-importanza tat-turiżmu bħala settur ta’ natura speċifika li huwa assoċjat ma’ għadd kbir ta’ SMEs fl-UE li jimpjegaw numru enormi ta’ ħaddiema;

7.

jenfasizza l-importanza tal-appoġġ għall-intrapriżi u l-SMEs fid-diversi stadji ta’ żvilupp tagħhom, mill-istart-ups sal-intrapriżi li jeżistu diġà, jew anke dawk li għaddejjin minn ristrutturazzjoni, dejjem skont l-ipotesi li l-effett tal-appoġġ huwa li jsaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriża fis-suq tal-UE u s-swieq esterni;

8.

jagħraf li l-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ intrapriża u etika kummerċjali fis-soċjetà tal-UE hija waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin għas-suċċess tal-Programm; għalhekk bi pjaċir jilqa’ l-possibbiltà tal-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għall-Premjijiet Ewropej għall-Promozzjoni tal-Intrapriża fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u fi proġetti oħra ta’ dan it-tip;

9.

josserva li kull sena, tliet reġjuni Ewropej jirbħu l-premjijiet “Ir-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew”, li jingħataw b’rikonoxximent tal-kundizzjonijiet favorevoli li jipprovdu għall-SMEs;

10.

huwa tal-fehma li l-promozzjoni tal-intrapriża għandha tibda mill-iskola, permezz tal-iżvilupp ta’ attitudnijiet pożittivi lejn l-intrapriża u l-promozzjoni tal-awtonomija fl-isfera ekonomika. Dan iwassal għat-teħid ta’ deċiżjonijiet informati dwar in-natura tax-xogħol li jixtiequ jagħmlu l-istudenti meta jaslu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Sabiex it-tfal li jlestu mill-iskola u l-gradwati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu bħala intraprendituri bis-saħħa tal-ħiliet li jkunu akkwistaw, u b’hekk ikun hemm probabbiltà kbira li jkun hemm domanda għas-servizzi li jipprovdu, għandu jiġi kkunsidrat li t-taħriġ ma jinjorax il-bżonnijiet tas-suq;

11.

jappella biex it-tendenzi u l-iżvilupp tal-intrapriżi jiġu integrati fit-taħriġ vokazzjonali, billi l-edukazzjoni kontinwa għall-intraprendituri tagħna hija kruċjali għal-livelli tal-kompetittività;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri żgħażagħ li għalihom ħafna drabi l-intrapriża tkun l-unika opportunità għall-iżvilupp professjonali, u li jkunu inklinati li jieħdu riskju f’attività, li ħafna drabi jiżviluppawha fis-suq Ewropew. Għalhekk, dawn l-intraprendituri jkunu predisposti li jkunu kompetittivi fis-swieq globali;

13.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħafna inizjattivi eżistenti li ttieħdu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri kollha, pereżempju ċ-ċentri lokali żgħar għall-intrapriżi, il-mikrokrediti mogħtija lill-awtoritajiet lokali jew reġjonali jew il-pariri b’xejn mingħand l-esperti dwar it-twaqqif ta’ negozji żgħar, li ħafna drabi jipprovdu l-bażi tas-suċċess ta’ mikrointrapriżi li għadhom fil-fażi tal-bidu;

14.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-pożizzjoni tal-intraprendituri nisa, kif ukoll għall-gruppi destinatarji speċifiċi, inklużi, fost oħrajn, l-intraprendituri immigranti u espatrijati li jeħtieġu inizjattiva speċjali biex jiżviluppaw il-kompetittività tal-intrapriżi tagħhom, fil-kuntest tal-politiki attwali tal-UE f’dan il-qasam;

15.

jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw il-Programm; jiġbed attenzjoni partikolari għall-bżonn li tiġi eliminata jew titnaqqas il-burokrazija u l-ostakli għall-ksib ta’ fondi esterni, u li jiġu ssemplifikati d-dokumenti li jitressqu għall-kuntratti u bl-eliminazzjoni tar-rekwiżit li jiġu provduti garanziji bankarji għax-xogħlijiet fuq skala żgħira;

Nagħmlu l-intrapriżi tal-UE iżjed kompetittivi

16.

jinnota li l-ksib tal-kompetittività globali huwa biss possibbli billi jiġu indirizzati l-imperfezzjonijiet fis-suq Ewropew li jwasslu biex l-SMEs Ewropej ikunu inqas kapaċi jikkompetu mal-kontropartijiet tagħhom minn partijiet oħra tad-dinja. Jeħtieġ li jkun hemm parteċipazzjoni ikbar mill-SMEs fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Unjoni kif ukoll li jtejbu l-pożizzjoni tagħhom fir-relazzjonijiet mal-intraprendituri l-kbar li ħafna drabi jkunu l-kuntratturi ġenerali ta’ dawn il-proġetti. Għal dan il-għan jenfasizza kemm huwa importanti li l-SMEs jingħaqdu f’netwerks;

17.

ifakkar li l-UE, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżgura li s-suq uniku jopera b’mod effettiv u jtejjeb l-ambjent tal-kummerċ billi jelimina jew inaqqas id-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-SMEs fl-aċċess għall-finanzjament, il-kapaċità limitata tagħhom għall-espansjoni fis-swieq barra mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, kemm fi ħdan is-suq intern kif ukoll barra minnu, u l-piż fiskali eċċessiv u l-burokrazija. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu sodisfati u fl-istess ħin għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-għarfien u t-teknoloġiji innovattivi ġodda, b’kooperazzjoni mal-iskejjel vokazzjonali u mal-akkademiċi lokali li fil-programmi tagħhom għandhom iqisu lill-SMEs bħala l-forzi dinamiċi tal-ekonomija Ewropea;

18.

huwa tal-fehma li l-Programm għandu jagħmel iżjed enfasi fuq livell ogħla ta’ parteċipazzjoni min-naħa tal-SMEs fil-ħidma, il-proġetti u l-programmi tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, anke permezz tat-twaqqif ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. Parteċipazzjoni ikbar fil-proġetti tar-riċerka ssaħħaħ il-ħiliet fi ħdan l-intrapriżi u b’hekk anke l-kompetittività internazzjonali tagħhom.

Fil-proposta għat-tfassil tal-programm tar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020, tinġibed attenzjoni partikolari għall-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proġetti tar-riċerka. Din iż-żieda fil-parteċipazzjoni tipprovdi l-SMEs – li f’ċerti każi huma fuq quddiem nett fil-qasam tagħhom – b’aċċess għall-informazzjoni u l-għarfien;

19.

jinnota li huwa biss tali approċċ li jippermetti lill-intrapriżi u lill-SMEs jiżviluppaw b’tali mod li jitqiesu l-impenji għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju bbażata fuq l-iktar teknoloġiji ambjentali avvanzati li jwasslu biex jinkisbu l-għanijiet fil-qasam tal-politika tal-klima u l-enerġija;

20.

bi pjaċir jilqa’ l-baġit li jipproponi l-Programm li jammonta għal EUR 2 522 biljun. Fl-istess ħin, jinnota li l-ammont ta’ EUR 1,4 biljun allokat għall-istrumenti finanzjarji, li ser jappoġġjaw lill-intrapriżi u l-SMEs direttament, jirrappreżenta biss 56 % tal-baġit globali. F’każ li d-domanda għall-istrumenti finanzjarji tkun ogħla milli jkun mistenni b’mod raġonevoli, il-bidliet fl-allokazzjonijiet tal-persentaġġi għandhom jiġu deċiżi fi ħdan il-Kumitat fejn il-pajjiżi kollha li jibbenefikaw mill-Programm għall-Kompetitittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) ikunu rappreżentati skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 16 tal-Proposta għal Regolament. Hija l-parti li fadal, allokata għall-attivitajiet li jappoġġjaw l-ambjent tal-SMEs, li tiggarantixxi li l-fondi allokati għall-Programm sħiħ għall-perjodu 2012-2020 jintużaw b’mod effiċjenti u effettiv;

21.

jemmen li hija haġa adatta li 1,7 % tal-baġit tal-Programm jiġi allokat għas-servizzi amministrattivi tal-Programm billi dawn iridu jiżguraw li l-Programm jopera b’mod effettiv filwaqt li l-ammont ma jkunx ta’ piż eċċessiv fuq il-baġit;

22.

huwa tal-fehma li l-miżuri finanzjati mill-baġit tal-Programm ma jistgħux ikunu sostituti għall-inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, iżda għandhom isaħħu dawn il-miżuri u jagħmluhom iktar effettivi, billi jagħtuhom dimensjoni tal-Unjoni, permezz ta’ koordinazzjoni effettiva u t-tneħħija ta’ ostakli transkonfinali għall-kooperazzjoni bejn l-atturi privati jew l-awtoritajiet pubbliċi. Din il-kooperazzjoni għadha titħeġġeġ permezz ta’ netwerking “orizzontali” aktar milli ċentralizzazzjoni “vertikali”;

23.

iqis li l-appoġġ li jingħata għandu jkun ġustifikat għalkollox mill-għanijiet u għandu jiġġenera impatti pożittivi fl-Ewropa kollha permezz tal-effetti kumulattivi u multiplikaturi u l-kapitalizzazzjoni tar-riżultati miksuba;

24.

jenfasizza li l-kompetittività hija dipendenti ferm mill-produttività, l-innovazzjoni u l-effiċjenza li huma s-sors ta’ tkabbir sostenibbli fid-dħul, mill-kapaċità tal-intrapriżi li jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħas-suq uniku Ewropew u minn soluzzjonijiet istituzzjonali li joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir sostenibbli tal-intrapriżi. Għalhekk, il-proġetti li jsaħħu l-fatturi bl-ikbar impatt fuq il-kompetittività sostenibbli tal-intrapriżi u l-SMEs għandhom jingħataw prijorità;

25.

jiġbed attenzjoni għall-fatt li l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-Programm, abbażi tal-protokolli tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni u abbażi ta’ ftehimiet oħra, għandha titqies bħala opportunità biex jiġi estiż il-qasam ta’ attività tal-intrapriżi li joperaw fiż-żona tal-UE u biex tinkiseb l-esperjenza ta’ kif jaħdmu l-intrapriżi barra s-suq tal-UE; għandha tkun possibbli wkoll il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħra fil-programm. Il-finanzjament għandu jiġu provdut minn programmi oħra magħmula għall-kooperazzjoni tal-Istati Membri tal-UE ma’ pajjiżi li mhumiex membri;

26.

jiġbed attenzjoni għall-fatt li l-edukazzjoni dwar l-intrapriża, anke permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, tevolvi fit-triq li twassal għall-iżvilupp tal-ħiliet, l-attitudnijiet u l-inkorporazzjoni tas-CSR, li jippermettu lin-nies jaċċettaw l-isfidi tas-suq dinji modern, filwaqt li jirrispettaw l-etika kummerċjali tradizzjonali Ewropea;

27.

jemmen li l-isforzi li jsiru għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ attitudnijiet favur l-intrapriża għandhom ikopru wkoll l-intraprendituri li jkunu qabdu t-triq li jaħdmu għal rashom fil-bidu tal-ħajja professjonali tagħhom, inklużi wkoll in-nisa li jagħmlu dan l-isforz u jieħdu r-riskju;

28.

huwa tal-fehma li l-miżuri li jittieħdu biex jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, inkluża l-faċilità tal-ekwità u l-faċilità tal-garanzija għas-self, għandhom jikkomplementaw l-istrumenti finanzjarji li qed jintużaw attwalment taħt il-Politika ta’ Koeżjoni. Għandu jkun hemm ukoll il-possibbiltà li jkollhom rabta ma’ fondi oħra definiti speċifikament mill-Istati Membri;

29.

jenfasizza li waħda mill-inizjattivi importanti hija l-possibbiltà tal-għoti ta’ kreditu u self transkonfinali li twassal biex l-SMEs jaċċessaw il-potenzjal enormi tas-suq uniku, ħaġa li għandha ssaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-inizjattivi tal-intrapriża, pereżempju fis-settur tat-turiżmu;

30.

jiġbed attenzjoni partikolari għar-rwol tal-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir (EFG) li tiffoka fuq il-fondi li jipprovdu l-kapital ta’ riskju. Huwa jenfasizza li abbażi ta’ analiżi ta’ riskju adatta, il-maniġer tal-Programm għandu jassisti u jappoġġja kemm jista’ jkun lill-SMEs, inklużi dawk li skont proċeduri bankarji normali jkollhom ftit li xejn ċans li jiksbu assistenza, iżda li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-potenzjal ġenerali tal-SMEs u biex il-qgħad jitnaqqas b’mod konsiderevoli;

31.

jibqa’ xettiku dwar il-livell ta’ self tal-Faċilità tal-Garanzija għas-Self (LGF) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tispeċifika liema kriterji ntużaw sabiex jiġi stabbilit dan il-livell peress li l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) ma stabbilixxa l-ebda limitu. Jenfasizza li s-self għal kumpaniji li għadhom jibdew, għal investiment jew għal trasferiment, ta’ spiss ikun għal ammonti ogħla mhux ħażin mil-limitu stabbilit u jinsab imħasseb li dan iwassal għal sitwazzjoni fejn self b’ammonti ogħla jkun garantit taħt il-Programm Orizzont, anke jekk dan suppost jintuża biss għal proġetti ta’ innovazzjoni;

32.

jappella għalhekk li nerġgħu lura għall-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni preċedenti, li ma kien stabbilixxa l-ebda limitu;

33.

iqis li l-approċċ individwali għan-negozjati mal-istituzzjonijiet li jkunu qed ifittxu finanzjament b’riskju kondiviż għas-self tagħhom huwa wieħed leġittimu, kemm mil-lat tad-daqs tas-self, li jiddependi mill-ammont ta’ riskju garantit tal-portafoll, kif ukoll mil-lat tal-perjodu tas-self;

34.

jitlob li jsir monitoraġġ kontinwu tat-tnaqqis fir-riskju kemm fl-istrumenti finanzjarji mmirati lejn il-kapital ta’ riskju kif ukoll fil-fondi allokati biex ikopru l-portafolji tad-dejn tal-SMEs;

Ġestjoni tal-Programm

35.

iqis li hija ħaġa adatta li l-ġestjoni indiretta tal-Programm tiġi trasferita f’idejn il-Fond Ewropew tal-Investiment (EIF) u l-aġenziji eżekuttivi, fejn il-Kummissjoni Ewropea tkun responsabbli għall-monitoraġġ kontinwu tal-Programm. Din ix-xorta ta’ ġestjoni tiżgura li l-esperjenzi pożittivi tal-EIF bħala strument li jappoġġja l-SMEs, akkumulati tul iktar minn 10 snin, ser isir użu minnhom;

36.

jirrakkomanda wkoll li f’dan il-qasam isir użu mill-esperjenzi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u n-netwerk Ewropew tal-intrapriża (European Enterprise Network), li għandu l-esperjenza fl-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, anke barra l-UE;

37.

huwa konvint li sabiex jiġi żgurat li l-Programm jiġi implimentat b’suċċess, u li jkun effettiv, għandu jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet li jiġġestixxu l-Programm, billi jiġi faċilitat il-fluss ta’ informazzjoni f’kull qasam tal-implimentazzjoni tal-Programm;

38.

iqis bħala importanti l-esperjenzi fl-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs barra l-UE u t-trasferiment tal-informazzjoni dwar dan is-suġġett; dan għandu jgħin lill-SMEs inaqqsu l-ispejjeż ta’ transazzjoni marbuta mal-attivitajiet transkonfinali. Dan huwa qasam li għandu jiġi żviluppat minn esperti mill-istituzzjonijiet tal-UE, b’kooperazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali;

39.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-possibbiltà li jinħolqu ċentri għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-SMEs. Madankollu, il-Kumitat mhux ser jikkummenta dwar in-natura u l-funzjonament speċifiku tagħhom. Din hija kwistjoni li trid tiġi indirizzata fil-qafas ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni multilaterali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni;

40.

jipproponi li l-ġestjoni diretta tal-Programm issir prinċipalment fil-livell reġjonali bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali u taħt is-superviżjoni tagħhom. Dan il-livell ta’ ġestjoni għandu jibni wkoll sistema ta’ monitoraġġ għar-riskji assoċjati mal-proġetti li jkunu qed jitwettqu;

41.

jipproponi wkoll li l-monitoraġġ tal-proġetti jkun parti wkoll mill-valutazzjoni tal-implimentazzjoni abbażi tal-indikaturi biex jinkisbu l-għanijiet fuq perjodu medju, kif stabbiliti fl-Anness 1 tal-Proposta. Il-monitoraġġ, fil-qafas tal-Programm, għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mal-protezzjoni tal-klima u politiki oħra tal-UE;

42.

jenfasizza li dawn l-attivitajiet għandhom ikunu konsistenti u jikkonformaw mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ li jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea, li r-rappreżentanti tagħha, flimkien mal-impjegati mill-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), ser iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel;

43.

iqis li l-istrateġiji tal-verifika għandhom ikunu mmirati lejn il-valutazzjoni oġġettiva tal-implimentazzjoni tal-Programm u m’għandhomx ikunu ta’ piż għall-benefiċjarji tal-Programm. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom jikkunsidraw il-fażijiet ta’ implimentazzjoni tal-proġett sabiex ma jkollhomx impatt negattiv fuq ir-ritmu tal-implimentazzjoni u ma jwasslux għal spejjeż addizzjonali eċċessivi;

Riskji attwali għall-Programm

44.

jiġbed attenzjoni għall-fatt li fis-sitwazzjoni baġitarja attwali f’bosta pajjiżi, il-gvernijiet nazzjonali qed ifittxu l-iktar mod sempliċi biex ikabbru d-dħul baġitajru billi jżidu l-livell ta’ diversi kontribuzzjonijiet li jgħollu l-prezz tax-xogħol, u dan min-naħa tiegħu jwassal biex l-SMEs jikkollassaw jew jibdew joperaw fl-ekonomija parallela. Għalhekk, jappella għall-protezzjoni tal-SMEs, billi l-politika deskritta hawn fuq ser iddewwem l-irkupru mill-kriżi ekonomika u fil-prattika tista’ tħassar il-valur miżjud tal-Programm. L-SMEs huma għodda effettiva biex jitnaqqas il-qgħad;

45.

jemmen li barra minn dan, il-piż amministrattiv marbut mal-istart-ups u l-piż fiskali fuq il-kumpaniji operattivi jistgħu jagħmluha diffiċli għall-intrapriżi, u l-SMEs b’mod partikolari, biex itejbu l-kompetittività tagħhom f’ħafna pajjiżi tal-UE; il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jappella li l-piż amministrattiv nett fil-leġislazzjoni kollha rilevanti tal-UE jitnaqqas b’25 % sal-2020; jemmen li tkun ħaġa tajba li tiġi kkunsidrata t-tneħħija ta’ firxa usa’ ta’ ostakli għall-partijiet interessati tas-settur tal-SMEs;

46.

huwa tal-fehma li l-Programm għandu jipprovdi premji addizzjonali għall-pajjiżi u r-reġjuni li jkunu adottaw l-iktar sistemi favorevoli għall-SMEs, li jippermettu li jiżviluppaw, iżidu l-kompetittività tagħhom u jespandu fi swieq esterni, sabiex jappoġġjaw dan it-tip ta’ attività. Il-promozzjoni ta’ dawn l-attitudnijiet pożittivi għandha l-għan li tixpruna tendenzi adatti f’pajjiżi u reġjuni differenti;

47.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex ittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-iżvilupp tas-swieq f’pajjiżi li qed jikbru b’rata mgħaġġla, dwar kif isir l-investiment f’dawn il-pajjiżi, dwar is-sistemi legali attwali u l-użanzi lokali li jirregolaw l-attività kummerċjali;

48.

huwa tal-fehma li l-informazzjoni dwar is-swieq esterni għandha tkun aċċessibbli faċilment għall-SMEs, jiġifieri għandha tkun affordabbli, preċiża u disponibbli malajr. Minbarra ċ-ċentri tal-informazzjoni, ir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-UE f’dawn ir-reġjuni tad-dinja għandhom jaqdu rwol ewlieni hawnhekk;

49.

jenfasizza li sabiex jitrawwem l-ispirtu intraprenditorjali fost iċ-ċittadini tal-UE hemm bżonn bidliet fis-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ u din hija attività għat-tul. Għalhekk, hemm ir-riskju li l-għanijiet tal-perjodu l-medju u għat-tul ma jinkisbux;

50.

jiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltà li l-attività tal-SMEs tista’ tkun regolata żżejjed fil-livell Ewropew, nazzjonali jew lokali. Din ir-regolazzjoni żejda tista’ tikkomplika mingħajr bżonn il-proċeduri marbuta ma’ dawn l-attivitajiet stess u mal-ksib ta’ għajnuna fil-qafas ta’ diversi programmi. Dan ikollu impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-SMEs. Għandhom jingħataw prijorità t-tnaqqis tal-burokrazija u t-tneħħija ta’ ostakli relatati mat-twaqqif u l-ġestjoni ta’ intrapriża.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2011) 834 final

Billi (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (2) f’Marzu 2010 (minn hawn ’il quddiem “l-Istrateġija Ewropa 2020). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoljin ta’ impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali.

(1)

Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (2) f’Marzu 2010 (minn hawn ’il quddiem “l-Istrateġija Ewropa 2020). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoljin ta’ impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali.

Emenda 2

COM(2011) 834 final

Billi (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(6)

Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u l-iżvilupp msejjes fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn ’il quddiem “il-Programm”).

(6)

Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn ’il quddiem il-Programm

).

Raġuni

Il-kompetittività u s-sostenibbiltà m’għandhomx jitqiesu bħala għanijiet separati. Minflok il-kompetittività għandha titqies dipendenti mis-sostenibbiltà. Skont ir-Rapport Ewropew tal-Kompetittività, 2010, il-kompetittività sostenibbli tirrifletti l-kapaċità li tinħoloq u tinżamm il-kompetittività tal-industrija skont l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli.

Emenda 3

COM(2011) 834 final

Billi (18)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(18)

Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe”[1], li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs. It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Hemm valur miżjud ċar għall-inizattiva tat-turiżmu fuq il-livell tal-Unjoni, speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ promozzjoni transnazzjonali u fl-iskambju tal-aħjar prattiki.

(18)

Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe, li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs. It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. valur miżjud ċar speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta’ u fl-iskambju tal-aħjar prattiki.

Emenda 4

COM(2011) 834 final

Billi (20)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(20)

Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B’hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali

(20)

Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B’hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali.

Emenda 5

COM(2011) 834 final

Billi (24)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(24)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fi programmi tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi għandha tkun possibbli fejn jippermettu l-Ftehimiet u l-proċeduri.

(24)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fi programmi tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi għandha tkun possibbli fejn jippermettu l-Ftehimiet u l-proċeduri.

Emenda 6

COM(2011) 834 final

Artikolu 2(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali

1.   Il-Programm għandu jikkontribwixxi lill-għanijiet ġenerali li ġejjin filwaqt li jagħti attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs fuq il-livell Ewropew u globali:

1.   Il-Programm għandu jikkontribwixxi lill-għanijiet ġenerali li ġejjin filwaqt li jagħti attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs fuq il-livell Ewropew u globali:

(a)

li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur tat-turiżmu;

(a)

li tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni, ;

(b)

li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs.

(b)

li titħeġġeġ kultura imprenditorjali jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs.

Raġuni

Il-kompetittività u s-sostenibbiltà m’għandhomx jitqiesu bħala għanijiet indipendenti billi l-kompetittività fuq perjodu twil tiddependi mis-sostenibbiltà u l-politiki għandhom ikunu bbażati fuq strateġija fuq perjodu twil.

L-inizjattiva tas-Small Business Act għall-Ewropa tistabbilixxi l-bżonn li tinħoloq kultura li tiddefendi lill-intraprendituri u tippromovi u tħeġġeġ il-preżenza tagħhom, fejn is-saħħa u l-kapaċità tagħhom li jegħlbu d-diffikultajiet ikunu enfasizzati u apprezzati.

Emenda 7

COM(2011) 834 final

Artikolu 2(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali

2.   Il-kisba tal-għanijiet imsemmija fil-Paragrafu 1 għandhom jitkejlu bl-indikaturi li ġejjin:

2.   Il-kisba tal-għanijiet imsemmija fil-Paragrafu 1 għandhom jitkejlu bl-indikaturi li ġejjin:

(a)

il-persentaġġ tat-tkabbir tas-settur industrijali tal-Unjoni relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG),

(a)

il-persentaġġ tat-tkabbir tas-settur industrijali tal-Unjoni relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG),

(b)

it-tkabbir tal-eżitu tal-manifattura tal-Unjoni fl-ekoindustriji,

(b)

it-tkabbir tal-eżitu tal-manifattura tal-Unjoni fl-ekoindustriji,

(c)

il-bidliet fil-piż amministrattiv fuq l-SMEs,

(c)

il-bidliet fil-piż amministrattiv fuq l-SMEs,

(d)

it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud u n-numru ta’ impjegati,

(e)

u r-rata ta’ dħul tal-SME.

it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud u n-numru ta’ impjegati,

 

u r-rata ta’ dħul tal-SMEs.

Emenda 8

COM(2011) 834 final

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi

1.   L-għanijiet speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu:

1.   L-għanijiet speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu:

(a)

li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż is-settur tat-turiżmu;

(a)

li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni ;

(b)

li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira:

(b)

li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira:

(c)

li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn;

(c)

li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn;

(d)

li jittejjeb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment;

(d)

li jittejjeb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment;

Emenda 9

COM(2011) 834 final

Artikolu 6(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet biex titjieb u tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-politiki nazzjonali għall-promozzjoni tal-kompetittività u s-sostenibbilità u t-tkabbir tal-intrapriżi fl-Ewropa.

1.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet biex -kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-politiki nazzjonali għall-promozzjoni tal-kompetittività s-sostenibbilità u t-tkabbir tal-intrapriżi fl-Ewropa.

Emenda 10

COM(2011) 834 final

Artikolu 6(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

(…)

(…)

2.   Il-Kummissjoni tista tappoġġa l-azzjonijiet intenzjonati li jiżviluppaw l-istrateġiji l-ġodda tal-kompetittività. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

2.   Il-Kummissjoni tista tappoġġa l-azzjonijiet intenzjonati li jiżviluppaw l-istrateġiji l-ġodda tal-kompetittività. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

a)

miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli;

a)

miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli;

Raġuni

Fl-appoġġ għall-inizjattivi tal-SMEs, wieħed mill-ewwel passi għandu jkun li dawn isiru konvinti mill-benefiċċju li jingħaqdu flimkien biex jimplimentaw impriżi speċifiċi li inkella ma jkunux fattibbli jew inqas profitabbli fuq bażi individwali. Il-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi tat prova li hija wieħed mill-iktar tipi effettivi ta’ azzjoni bl-iktar effetti immedjati.

Emenda 11

COM(2011) 834 final

Artikolu 6(2)(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

(…)

(…)

c)

appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi u l-miżuri jkunu ta’ sostenn tal-SMEs.

c)

appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi u l-miżuri jkunu ta’ sostenn tal-SMEs .

Emenda 12

COM(2011) 834 final

Artikolu 6(2)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

Artikolu 6

L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

(…)

(…)

 

Raġuni

Fid-dawl tar-rwol konsiderevoli tagħhom fl-għanijiet strateġiċi fis-settur tat-turiżmu, qed jiġi propost li dawn it-tipi ta’ miżuri jiddaħħlu b’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, li tinkludi t-tkabbir intelliġenti fost il-prijoritajiet tagħha, billi tiġi żviluppata ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni.

Emenda 13

COM(2011) 834 final

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 8

Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs

Artikolu 8

Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs

1.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir filwaqt li jikkumplimentaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma’ dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u fuq il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn.

1.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir filwaqt li jikkumplimentaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma’ dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u fuq il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn.

Emenda 14

COM(2011) 834 final

Artikolu 8(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 8

Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs

Artikolu 8

Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs

2.   Bħala parti mill-azzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri, soġġetti għad-domanda tas-suq, biex jittejjeb il-finanzjament transkonfinali u multinazzjonali biex jassisti lill-SMEs fl-internalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.   Bħala parti mill-azzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri, soġġetti għad-domanda tas-suq, biex jittejjeb il-finanzjament transkonfinali u multinazzjonali biex jassisti lill-SMEs fl-internalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda 15

COM(2011) 834 final

Anness II – Titolu Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Anness II – Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF)

Anness II – Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF)

Emenda 16

COM(2011) 834 final

Anness II(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Anness II(3)

Anness II(3)

3.

L-LGF għandha tkopri self sa EUR 150 000 u b’maturità minima ta’ 12-il xahar, minbarra s-self fil-portafoll ta’ titolizzazzjoni. L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jirrapporta dwar l-SMEs innovattivi sostnuti, kemm f’termini tal-għadd ta’ self kif ukoll f’dak li hu volum ta’ self.

3.

L-LGF għandha . L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jirrapporta dwar l-SMEs innovattivi sostnuti, kemm f’termini tal-għadd ta’ self kif ukoll f’dak li hu volum ta’ self.

Raġuni

Il-limitu massimu l-ġdid ftit li xejn jagħmel sens billi l-ebda proġett jew ftit proġetti ser jinżlu taħt din il-linja baġitarja. Għandha tinżamm is-sistema l-antika bl-ebda limitu massimu.

Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  http://portal.cor.europa.eu/europe2020/news/Pages/InvitationtoparticipateintheSurveyonSME-friendlyRegionsandCities.aspx

(2)  COM (2010) 2020 final.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/49


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett dwar l-akkwist pubbliku”

2012/C 391/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju fil-qasam tal-akkwist għandu jpoġġi enfasi akbar fuq l-aktar offerti ekonomikament vantaġġużi fl-akkwist. Peress li l-għan prinċipali ta’ awtorità kontraenti li tidħol fi proċedura ta’ akkwist huwa li tixtri prodotti, servizzi jew xogħlijiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-akkwist jiġi konkluż b’mod sodisfaċenti kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-bejjiegħa u x-xerrejja. Iżjed minn kull ħaġa oħra, regoli sempliċi u li jinftiehmu faċilment bla dubju jaġevolaw anke l-kummerċ transkonfinali;

jiddispjaċih li wħud mill-proposti l-ġodda huma diffiċli biex jinftiehmu u huma estremament dettaljati. Barra minn hekk, żdiedu bosta dispożizzjonijiet ġodda. Żdiedu wkoll ċerti dispożizzjonijiet bil-għan li jaġevolaw il-proċeduri tal-akkwist, iżda innovazzjonijiet oħra jinvolvu piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet kontraenti, minkejja li, sabiex l-akkwist pubbliku jsir b’mod tajjeb, hemm bżonn ta’ stabbiltà legali;

jemmen li waħda mill-provi li huwa possibbli li jiġu stabbiliti regoli iżjed sempliċi, iżda wkoll iżjed effettivi, fil-qasam tal-akkwisti, toħroġ fid-dieher permezz tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA – Government Procurement Agreement) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li fil-fatt huwa iżjed sempliċi mir-regolamentazzjoni Ewropea korrispondenti. Il-Kummissjoni hija mitluba żżid b’mod sostanzjali l-limiti permessibbli fil-qasam tal-akkwisti. Fid-dawl tan-numru estremament baxx tal-akkwisti pubbliċi transkonfinali u tal-piżijiet amministrattivi li jipprevedi l-qafas regolatorju għall-awtoritajiet u l-fornituri, huwa inutli li l-limiti jiġu stabbiliti f’livell daqstant baxx;

jemmen li l-proposta tmur kontra d-dritt ta’ kull Stat Membru li jorganizza l-amministrazzjoni proprja tiegħu u tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa importanti li jiġu rispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. L-intervent propost min-naħa tal-EU għandu jkun kemm indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti kif ukoll iżjed effettiv minn intervent simili fil-livell nazzjonali.

Relatur

Is-Sinjura SEGERSTEN LARSSON (SE/PPE), Membru tal-Assemblea tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Värmland

Dokumenti ta’ referenza

Il-Pakkett dwar l-Akkwist Pubbliku jiġbor fih dawn id-dokumenti:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali

COM(2011) 895 final

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku

COM(2011) 896 final

I.   SFOND

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

josserva li l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar “L-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku – Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti” (COM(2011) 15 final) indirizzat bosta kwistjonijiet dwar l-akkwist pubbliku;

2.

ippubblika opinjoni dwar il-Green Paper f’Mejju 2011 u enfasizza, fost affarijiet oħra, l-importanza li l-SMEs ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri marbutin mal-akkwisti pubbliku, il-fatt li r-regoli fis-seħħ huma dettaljati wisq u li jeħtieġ li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, li jiġu previsti rekwiżiti soċjali u li l-akkwist pubbliku jintuża għall-promozzjoni tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, il-Kumitat wera li kien favur iż-żamma tad-distinzjoni bejn is-servizzi “A” u “B”, l-introduzzjoni ta’ passaport Ewropew għall-akkwisti pubbliċi, l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-proċedura nnegozjata u t-titjib tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet qafas;

II.   PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LI TEMENDA D-DIRETTIVA DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU U D-DIRETTIVA DWAR L-AKKWIST MINN ENTITAJIET LI JOPERAW FIS-SETTURI TAS-SERVIZZI TAL-ILMA, L-ENERĠIJA, IT-TRASPORT U DAWK POSTALI

3.

josserva li l-Proposta ġdida għal Direttiva dwar l-akkwist pubbliku tinvolvi sensiela ta’ dispożizzjonijiet ġodda u dettaljati rigward id-direttivi attwali. Xi wħud mill-proposti għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Ċerti forom ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi huma esklużi. Saret enfasi ikbar fuq l-ambjent, l-aspetti soċjali, l-innovazzjonijiet u l-akkwist elettroniku. Novità oħra hija l-proposta li titneħħa d-distinzjoni bejn is-servizzi “A” u “B” u l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida għall-akkwist tas-servizzi soċjali. Ġew proposti wkoll regoli fil-qasam tas-sorveljanza u l-konsulenza tal-akkwist pubbliku;

4.

ġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ qafas regolatorju ferm iżjed sempliċi meta kienet qed titfassal id-Direttiva attwali dwar l-akkwist pubbliku. Is-sistema attwali toħloq għadd kbir ta’ problemi u proċeduri legali minħabba l-kumplessità u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-qafas regolatorju. Dan jista’ jiġi interpretat ukoll bħala nuqqas ta’ fiduċja fil-konfront tal-awtoritajiet kontraenti; barra minn hekk, jiddispjaċih li l-enfasi qiegħda fuq il-proċedura tal-akkwist pubbliku u mhux fuq ir-riżultat mil-lat tal-interess ġenerali;

5.

huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju fil-qasam tal-akkwist għandu jpoġġi enfasi akbar fuq l-aktar offerti ekonomikament vantaġġużi fl-akkwist. Peress li l-għan prinċipali ta’ awtorità kontraenti li tidħol fi proċedura ta’ akkwist huwa li tixtri prodotti, servizzi jew xogħlijiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-akkwist jiġi konkluż b’mod sodisfaċenti kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-bejjiegħa u x-xerrejja. Iżjed minn kull ħaġa oħra, regoli sempliċi u li jinftiehmu faċilment bla dubju jaġevolaw anke l-kummerċ transkonfinali;

6.

jiddispjaċih li wħud mill-proposti l-ġodda huma diffiċli biex jinftiehmu u huma estremament dettaljati. Barra minn hekk, żdiedu bosta dispożizzjonijiet ġodda. Żdiedu wkoll ċerti dispożizzjonijiet bil-għan li jaġevolaw il-proċeduri tal-akkwist, iżda innovazzjonijiet oħra jinvolvu piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet kontraenti, minkejja li, sabiex l-akkwist pubbliku jsir b’mod tajjeb, hemm bżonn ta’ stabbiltà legali;

7.

josserva li, skont l-Artikolu 5(5) tat-Trattat tal-UE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni m’għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu l-objettivi tat-Trattati. Il-livell ta’ dettall propost imur kontra l-għan li jiġu ssemplifikati r-regoli tal-akkwist, u ser jinvolvi piż amministrattiv inaċċettabbli għall-awtoritajiet kontraenti, b’mod partikolari għall-awtoritajiet iż-żgħar fil-livell lokali u reġjonali;

8.

huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju seta’ kien iżjed maniġġabbli kieku ġie stabbilit numru iżgħar ta’ regoli iżjed sempliċi, ikkomplementati, jekk ikun hemm bżonn, minn linji gwida bbażati fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Dawn jistgħu jiġu aġġornati kontinwament mingħajr il-bżonn ta’ emendi oħra għad-Direttivi;

9.

jemmen li waħda mill-provi li huwa possibbli li jiġu stabbiliti regoli iżjed sempliċi, iżda wkoll iżjed effettivi, fil-qasam tal-akkwisti, toħroġ fid-dieher permezz tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA – Government Procurement Agreement) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li fil-fatt huwa iżjed sempliċi mir-regolamentazzjoni Ewropea korrispondenti. Il-Kummissjoni hija mitluba żżid b’mod sostanzjali l-limiti permessibbli fil-qasam tal-akkwisti. Fid-dawl tan-numru estremament baxx tal-akkwisti pubbliċi transkonfinali u tal-piżijiet amministrattivi li jipprevedi l-qafas regolatorju għall-awtoritajiet u l-fornituri, huwa inutli li l-limiti jiġu stabbiliti f’livell daqstant baxx. Il-GPA tad-WTO li ġie konkluż reċentement jieħu post il-Konvenzjoni tal-1994. Il-Kumitat tar-Reġjuni jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex minn issa terġa’ tibda tinnegozja mill-ġdid il-ftehim li ġie konkluż f’Diċembru 2011 sabiex jiżdied il-limitu permissibbli b’mod sinifikanti;

10.

jemmen li huwa estremament importanti li jkun hemm regoli li jagħmluha possibbli li l-SMEs jipparteċipaw fl-akkwisti pubbliċi, billi jenfasizza l-possibbiltajiet għas-sottokuntrattar. Anke f’dan il-każ, qafas regolatorju sempliċi jkun iżjed vantaġġuż, fid-dawl tal-fatt li l-SMEs ma għandhomx aċċess għal konsulenza legali fil-qasam tal-akkwist jew ta’ kwalunkwe tip ieħor. L-intrapriżi huma esperti dwar il-prodotti u s-servizzi li jipprovdu, mhux dwar ir-regoli tal-akkwist. Qed tiġi proposta sensiela ta’ regoli li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-intrapriżi, pereżempju rigward il-bżonn li jinħarġu ċertifikati u l-introduzzjoni ta’ passaport Ewropew għall-akkwisti pubbliċi, li lkoll huma pożittivi. Iżda, fil-fehma tal-Kumitat, ma għandux ikun obbligatorju li l-kuntratti jinqasmu f’lottijiet jew li jingħataw raġunijiet għala dan ma jsirx;

11.

jemmen li l-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu sodisfatti. Madankollu, ir-regoli proposti dwar eżenzjonijiet f’każ ta’ kooperazzjoni fi ħdan grupp u f’każ ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti huma fformulati b’mod ristrett wisq u ma jkunx possibbli li jitwettqu fil-prattika. Dan jippermetti li d-Direttiva tinterferixxi fl-arranġamenti amministrattivi interni tal-Istati Membri;

12.

ippropona, fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper, li tiġi applikata l-proċedura nnegozjata taħt l-istess kundizzjonijiet stabbiliti għas-settur tas-servizzi pubbliċi, u għadu tal-istess fehma. Ma hemmx raġuni għalfejn naħsbu li l-awtoritajiet fis-settur tradizzjonali huma inqas adatti biex jinnegozjaw mill-awtoritajiet fis-settur tas-servizzi pubbliċi. L-awtoritajiet kontraenti jittrattaw l-akkwisti mhux biss fil-qasam tal-prodotti standard, iżda wkoll għal bosta prodotti kumplessi, pereżempju s-sistemi tal-IT u t-teknoloġija medika Il-proċedura nnegozjata hija adatta għal dawn il-proċeduri tal-akkwist, bħalma hija wkoll għal diversi tipi ta’ servizzi kumplessi;

13.

josserva li l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju għandhom jibbenefikaw minn applikazzjoni iżjed mifruxa tal-proċedura nnegozjata, minħabba l-fatt li l-proċess ikun iżjed flessibbli. Problema oħra li jiltaqgħu magħha ta’ spiss dawn l-intrapriżi hija d-diffikultà li jiffaċċjaw biex jikkompletaw jew jimmodifikaw l-offerta; għalhekk ikun tajjeb li r-regoli f’dan il-qasam ikunu ftit inqas riġidi;

14.

jemmen li l-proċedura tal-akkwist fil-qasam tal-ICT hija partikolarment problematika, peress li l-kuntratti supplementari, bħal-liċenzji supplementari jew il-formoli ġodda, mhux dejjem jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura tal-akkwist mingħajr ma jkun hemm inkonvenjenzi kbar, kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat ta’ spejjeż;

15.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għall-awtoritajiet kontraenti fil-livell lokali u reġjonali, qed tiġi proposta sistema iżjed sempliċi li tipprevedi avviż ta’ informazzjoni minn qabel bħala mezz biex jinbeda l-kuntratt, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-WTO. Jekk l-awtoritajiet jużaw din il-possibbiltà, m’għandhomx jippubblikaw sejħa għall-offerti separata qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist. Fil-fehma tal-Kumitat, din hija proposta tajba li tista’ tkun ta’ ġid kemm għall-awtoritajiet innifishom kif ukoll għall-intrapriżi;

16.

fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper, jgħid li biex ir-regoli jkunu iżjed flessibbli, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas għandhom jiġu rregolati b’konformità ma’ dawk tad-Direttiva dwar l-“utilitajiet”. Sfortunatament, il-Kummissjoni minflok għażlet li tipproponi li tiġi emendata l-formulazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod li tiġi rregolata bl-istess livell ta’ dettall previst għas-settur klassiku. Barra minn hekk, għandu jkun ċar li, fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-individwi (pereżempju materjal għall-persuni b’diżabbiltà), il-ftehim jista’ jitfassal b’mod li ċ-ċittadin interessat ikun jista’ jagħżel il-fornitur minn fost dawk imniżżla fil-ftehim qafas;

17.

huwa favur l-akkwist elettroniku u jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. L-akkwisti elettroniċi jipprovdu benefiċċji kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-bejjiegħa. Huwa tal-fehma li l-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn propost mill-Kummissjoni qabel ma jsir obbligatorju li jitressqu u jintlaqgħu offerti elettroniċi huwa qasir wisq, b’mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar. Huma l-awtoritajiet kontraenti li għandhom jieħdu deċiżjoni peress li l-livell ta’ maturità f’dan il-qasam ivarja b’mod sostanzjali kemm minn settur għal ieħor kif ukoll minn Stat Membru għal ieħor; huma dawn l-awtoritajiet li għandhom l-aħjar perspettiva globali tas-sitwazzjoni. Jidher illoġiku li jkun hemm regoli speċjali u skadenza iqsar għall-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku fil-każ taċ-ċentri tal-bejgħ, speċjalment dawk fil-livell lokali u reġjonali;

18.

jenfasizza wkoll li huwa assolutament neċessarju li l-Kummissjoni tirrevedi l-kodiċi CPV (Vokabolarju Komuni tal-Akkwist) peress li huwa diffiċli li dak li jkun ifittex l-informazzjoni meħtieġa fiha, hija ambigwa u, f’ċerti partijiet, illoġika. Kodiċi CPV li taħdem kif imiss tiffavorixxi l-akkwisti elettroniċi;

19.

jisħaq li d-distinzjoni attwali bejn is-servizzi A u B għandha tinżamm b’mod assolut, u li l-Artikoli 74-76 proposti dwar is-servizzi soċjali u oħrajn għandhom jitħassru. Dawn is-servizzi ftit li xejn għandhom interess transkonfinali. Il-mudell propost għas-servizzi soċjali ma jikkumpensax għall-iżvantaġġi marbuta mat-tneħħija tas-sistema separata għas-servizzi B. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika biss għas-servizzi soċjali u dawk tas-saħħa – pereżempju, is-servizzi legali wkoll jinvolvu element sostanzjali ta’ fiduċja personali u ftit li xejn huma adatti għat-tipi standard għat-tressiq tal-offerta. Anke s-servizzi tal-forniment tal-ikel u x-xorb u s-servizzi tat-taħriġ vokazzjonali huma sikwit marbutin mill-qrib mas-servizzi soċjali, kif inhuma wkoll is-servizzi tat-tindif u servizzi simili pprovduti għall-persuni mdaħħlin fl-età u dawk b’diżabbiltà;

20.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Istrateġija Ewropa 2020, billi jużaw il-poter tal-akkwist tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-inizjattivi ewlenin li jikkonċernaw l-“Unjoni tal-Innovazzjoni” u “Ewropa b’użu effiċjenti ta’ riżorsi”;

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta għal Direttiva tagħti piż ikbar lill-possibbiltà li jitqiesu r-rekwiżiti ambjentali u soċjali, anke jekk probabbilment mhux ser ikun faċli li r-regoli jiġu applikati (ara pereżempju l-Artikolu 67 dwar l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja). Huwa importanti li jkunu l-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu sa liema punt, u liema rekwiżiti, għandhom jiġu rispettati, minħabba n-natura differenti ħafna tal-prodotti u s-servizzi u l-ħtieġa li jkun permissibbli li l-għanijiet ta’ politika jiġu definiti mill-għażliet politiċi fil-livell lokali u reġjonali. Pereżempju, hemm differenza kbira bejn l-akkwist tas-siment u dak tat-tagħmir ta’ MRI. Però l-KtR jinnota li fi kwalunkwe każ irid ikun hemm rabta reali mas-suġġett tal-kuntratt, sabiex jiġu evitati d-deċiżjonijiet mhux trasparenti u arbitrarji dwar l-għoti tal-kuntratt u sabiex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta bejn l-intrapriżi;

22.

huwa tal-fehma li, fil-qafas ta’ proċedura ta’ akkwist, għandu jkun possibbli li d-deċiżjonijiet isiru kemm abbażi tal-aktar prezz baxx kif ukoll jew abbażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti. Għal għadd kbir ta’ prodotti standard bħall-petrol, il-prezz huwa l-uniku kriterju rilevanti; l-istess jgħodd għal bosta prodotti kumplessi bħal ċerti mediċini li diġà ġiet ittestjata l-kwalià tagħhom bħala parti mill-awtorizzazzjoni uffiċjali għall-kummerċjalizzazzjoni. Li l-akkwist jissejjes fuq l-aktar prezz baxx ċertament m’għandux ifisser li ma jiġi impost l-ebda rekwiżit ta’ kwalità. F’dawn it-tipi ta’ proċeduri ta’ akkwist, ir-rekwiżiti ta’ kwalità huma obbligatorji, u mbagħad tiġi aċċettata l-offerta li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti għall-aktar prezz baxx. Il-proċeduri bl-aktar prezz baxx jibbenefikaw ukoll minnhom negozji żgħar għax ta’ spiss ikollhom spejjeż amministrattivi baxxi u jistgħu joffru prezzijiet kompetittivi. Min-naħa l-oħra, il-kompetizzjoni relatata mal-karatteristiċi soċjali u ambjentali tista’ twarrab ħafna intrapriżi żgħar mis-suq. L-użu tal-frażi “l-aktar spiża baxxa” minflok “l-aktar prezz baxx” fil-proposta jqajjem konfużjoni. It-terminu “l-aktar spiża baxxa” huwa iżjed relatat mal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, u jindika li se jiġu kkunsidrati fatturi oħra minbarra l-prezz. F’ġieħ iċ-ċarezza, għandha tinżamm il-formulazzjoni tad-direttiva attwali;

23.

josserva li l-Kummissjoni tipproponi wkoll sensiela ta’ dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-relazzjonijiet mas-sottokuntratturi u dwar it-tibdil tal-kuntratti matul il-perjodu tal-validità tagħhom. Fil-fehma tal-Kumitat, dawn l-aspetti għandhom jibqgħu ma jiġux regolati mid-Direttiva, għaliex huma l-iżjed kwistjonijiet koperti mil-liġi kuntrattwali tal-Istati Membri individwali. Madankollu, jista’ jkun siewi li jiġu indirizzati f’dokumenti interpretattivi;

24.

josserva li l-Kummissjoni tipproponi sensiela ta’ dispo¿izzjonijiet ta’ ambitu wiesa’ ħafna dwar korpi nazzjonali ta’ superviżjoni u l-appoġġ fil-qasam tal-akkwist. F’dan il-każ, nistgħu ngħidu li l-Green Paper ma tiddiskutix dawn l-aspetti. Fi kliem l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta’ Lisbona dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, “[q]abel ma tipproponi att leġislattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjoni maħsuba. F’każijiet ta’ urġenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni m’għandhiex tagħmel dawn il-konsultazzjonijiet.” Il-ħolqien ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni huwa indubbjament ta’ importanza kbira għal-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn l-awtoritajiet sottonazzjonali għandhom setgħat regolatorji;

25.

jemmen li l-proposta tmur kontra d-dritt ta’ kull Stat Membru li jorganizza l-amministrazzjoni proprja tiegħu u tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa importanti li jiġu rispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. L-intervent propost min-naħa tal-EU għandu jkun kemm indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti kif ukoll iżjed effettiv minn intervent simili fil-livell nazzjonali. F’dan il-każ, xejn ma jġegħilna naħsbu li s-sistema proposta se tkun iżjed effettiva minn kull intervent ieħor tal-Istati Membri individwali abbażi tas-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom. L-istrutturi governattivi u ġudizzjarji eżistenti għandhom ikunu jistgħu jibdew jaqdu r-rwoli ġodda ta’ infurzar mingħajr il-ħtieġa li jitwaqqfu korpi ġodda separati ta’ superviżjoni f’kull Stat Membru. Barra min hekk, jidher li l-mudell propost tal-Kummissjoni jiġbor flimkien diversi kompiti b’tali mod li jmur kontra d-distinzjoni tradizzjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati.

III.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2011) 896 final

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(14)

Hemm inċertezza legali kbira dwar kemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużibejn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet kontraenti huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu x-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għaldaqstant, il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu sodisfatti. Din id-direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt lanqas ma għandha tikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni.

(14)

Hemm inċertezza legali kbira dwar kemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużibejn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet kontraenti huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu x-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għaldaqstant, il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu sodisfatti. Din id-direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt lanqas ma għandha tikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni.

Raġuni

Għandu jiġi ċċarat li l-forom differenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-akkwist.

Emenda 2

COM(2011) 896 final

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(46)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffaċċjaw ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta dawn taw il-kuntratt. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu grad ta’ flessibilità biex il-kuntratt jiġi adattat għal dawn iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura ta’ appalt ġdida. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-awtorità kontraenti, filwaqt li jitqiesu l-mezzi disponibbli tiegħu, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prattika tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi li jintefqu fit-tħejjija tal-għoti u l-valur prevedibbli tiegħu. Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

(46)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffaċċjaw ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta dawn taw il-kuntratt. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu grad ta’ flessibilità biex il-kuntratt jiġi adattat għal dawn iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura ta’ appalt ġdida. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-awtorità kontraenti. Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

Raġuni

L-evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi imprevidibbli msemmija fil-premessi ma tistax tikkunsidra r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u r-relazzjoni tagħhom mal-valur previdibbli totali ta’ proġett. Ir-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u l-evalwazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi mhumiex inklużi fil-mandat tal-Kummissjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultat finali tal-proċedura ta’ akkwist m’għandhiex tqis fatturi relatati mal-organizzazzjoni jew il-persunal tal-awtorità kontraenti. L-awtoritajiet kontraenti fil-livell lokali jistgħu jistabbilixxu r-riżorsi umani u l-metodi ta’ ħidma tagħhom stess irrispettivament minn kif għandhom jagħtu l-kuntratti għal servizzi pubbliċi. Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni kkonċernat għandu jitneħħa mill-premessi peress li jmur kontra l-liġi tal-UE.

Emenda 3

COM(2011) 895 final

Artikolu 1

COM(2011) 896 final

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

Suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4.

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4.

2.   Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le.

2.   Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti.

Firxa sħiħa ta’ xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi, anki jekk mixtrija permezz ta’ kuntratti differenti, tikkostitwixxi akkwist wieħed skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, jekk il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed.

 

   

 

(a)

 

(b)

 

(c)

 

   

 

   

 

 

 

 

   

 

 

 

   

Raġuni

L-akkwist ta’ prodotti, servizzi u xogħlijiet li ma jaqdux l-interess pubbliku ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku.

Għal proċedura ta’ akkwist pubbliku għandu jkun hemm kuntratt wieħed u mhux proġett, billi dan jista’ jinkludi wkoll elementi li ma jaqgħux taħt l-ambitu tad-Direttiva.

Ir-regoli dwar ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiċċaqilqu mill-Artikolu 11 (f’COM(2011) 896) u l-Artikolu 21 (f’COM(2011) 895) għall-Artikolu 1, peress li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (kawża Teckal C-107/98), hemm referenza għall-biċċa l-kbira tal-attivitajiet u mhux għal 90 %; għalhekk, il-formulazzjoni ma għandhiex tkun aktar restrittiva minn dik tal-ġurisprudenza tal-Qorti.

B’segwitu tal-emenda proposta għandhom jitħassru l-Artikolu 11 (f’COM(2001) 896) u l-Artikolu 21 (f’COM(2011) 895).

Emenda 4

COM(2011) 896 final

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Artikolu 4

Ammonti tal-limiti stabbiliti

Ammonti tal-limiti stabbiliti

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin:

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin:

(a)

EUR 5 000 000 għall-kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi;

(a)

EUR 5 000 000 għall-kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi;

(b)

EUR 130 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti ta’ provvista pubblika minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti li huma koperti mill-Anness III;

(b)

EUR 130 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti ta’ provvista pubblika minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti li huma koperti mill-Anness III;

(c)

EUR 200 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti sub-ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn;

(c)

EUR għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti sub-ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn

(d)

EUR 500 000 għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XVI.

Raġuni

Il-kummerċ transkonfinali huwa kważi ineżistenti, meta wieħed iqis il-limitu attwali ta’ madwar DKK 1,5 miljun għall-merkanzija u s-servizzi. Fost il-kuntratti konklużi fl-2009, 1,4 % biss kienu jinvolvu operazzjonijiet transkonfinali. Il-limitu għall-merkanzija u s-servzzi għandu jiżdied, filwaqt li punt (d) tal-Artikolu 4 għandu jitħassar. Id-darba li jmiss meta jiġi nnegozjat mill-ġdid il-ftehim tad-WTO, il-Kummissjoni għandha, tal-inqas, tagħti prijorità liż-żieda tal-limitu għall-akkwist f’termini reali. Fid-dawl tal-fatt li perċentwal żgħir ħafna biss tal-akkwist pubbliku huwa transkonfinali, u fid-dawl tal-piż amministrattiv li joħloq il-qafas regolatorju għall-awtoritajiet u l-fornituri, il-limiti m’għandhomx għalfejn ikunu baxxi daqs kemm huma bħalissa.

Emenda 5

COM(2011) 895 final

Artikolu 19

COM(2011) 896 final

Artikolu 10

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

(c)

is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c)

is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

 

(c)

1.

 

 

 

 

 

(d)

is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;

(d)

is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;

(e)

kuntratti ta’ impjieg;

(e)

kuntratti ta’ impjieg;

 

[…]

 

Raġuni

(c) 1.

Is-servizzi relatati mar-rappreżentanza legali fil-qorti u servzzi legali oħra huma marbutin mill-qrib mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, li ġeneralment ma tipprevedix forniment transkonfinali. Barra minn hekk, tali servizzi jitolbu livell partikolari ta’ fiduċja, li ma jistax jiġi definit oġġettivament fi proċedura ta’ akkwist.

(c) 2.

Kriterji bħall-vijabbiltà ekonomika m’għandhomx jinfluwenzaw is-sikurezza nazzjonali, inklużi s-servizzi ta’ emerġenza.

(d).

Jeħtieġ li tinżamm l-eżenzjoni rigward id-dritt esklużiv previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/18/KE attwali u fl-Artikoli 24 u 25 tad-Direttiva 2004/17/KE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni rigward l-operazzjonijiet ta’ provvista ta’ flus jew ta’ kapital tal-awtoritajiet kontraenti previsti fl-Artikolu 16(d). Dispożizzjonijiet bħal dawn huma meħtieġa fl-Istati Membri.

(g).

It-trattati Ewropej jagħtu d-dritt espliċitu lill-Istati Membri li jittrasferixxu d-drittijiet esklużivi. Dan għandu jiġi rifless fir-regoli dwar l-akkwist.

Emenda 6

COM(2011) 896 final

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Artikolu 15

Raġuni

L-għan tat-test il-ġdid propost huwa li jikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferimenti ta’ kompiti u responsabbiltajiet li mhumiex soġġetti għal-liġi dwar l-akkwist pubbliku.

Emenda 7

COM(2011) 895 final

Artikolu 21

COM(2011) 896 final

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

1.   Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika ma għandux jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

   

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

(b)

mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(c)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità li jkollha l-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt.

   

3.   Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt mingħajr ma tapplika din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

   

(a)

l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw kontroll fuq il-persuna ġuridika b’mod konġunt li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(b)

mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollawha jew persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritatijiet kontraenti;

(c)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jikkontrollaw b’mod konġunt persuna ġuridika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma ffurmati minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti;

(b)

dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata;

(c)

il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li huwa distint minn dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

(d)

il-persuna ġuridika kkontrollata ma tikseb l-ebda gwadann ieħor, minbarra r-rimborż tal-ispejjeż attwali mill-kuntratti pubbliċi mal-awtoritajiet kontraenti.

4.   Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

   

(a)

il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettaq b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom u li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(b)

il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(c)

l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti ma jwettqux fis-suq miftuħ aktar minn 10 % f’termini tal-fatturat tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

(d)

Il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn awtoritajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

(e)

ma hemmx parteċipazzjoni privata fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti.

5.   Fil-mument tal-għoti tal-kuntratt jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

   

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist.

Raġuni

It-tħassir tal-Artikoli 11 u 21 huwa konsegwenza loġika tal-Emenda 3.

Emenda 8

COM(2011) 895 final

Artikolu 31

COM(2011) 896 final

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kuntratti riżervati

Kuntratti riżervati

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30 % tal-impjegati ta’ dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30 % tal-dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni.

Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni.

Raġuni

Billi din hija dispożizzjoni ġdida, jeħtieġ li jiġu definiti l-persuni milquta direttament mid-dispożizzjoni, l-aktar peress li għandha ambitu usa’ minn dak tal-Artikolu 19 attwali.

Emenda 9

COM(2011) 895 final

Artikolu 34

COM(2011) 896 final

Artikolu 19(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw lil-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Peress li l-kundizzjonijiet li fihom joperaw kemm l-awtoritajiet kontraenti, b’mod partikolari fil-livell lokali, kif ukoll il-fornituri ta’ servizzi f’diversi setturi jvarjaw b’mod sinifikanti, ikun aktar raġonevoli li l-Istati Membri jħejju b’mod attiv it-tranżizzjoni lejn akkwist elettroniku minflok ma jistabbilixxu rekwiżiti fuq perjodu qasir f’dan ir-rigward.

Emenda 10

COM(2011) 896 final

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għażla tal-proċeduri

Għażla tal-proċeduri

1.   Fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30, tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-kompetizzjoni b’konformità ma’ din id-Direttiva.

1.   Fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30, tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-kompetizzjoni b’konformità ma’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċeduri miftuħa jew limitati kif irregolati f’din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedur miftuħa limitat kif irregolat f’din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva.

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fir-rigward tax-xogħlijiet, fejn il-kuntratt tax-xogħlijiet għandu bħala għan kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) jew meta n-negozjati huma meħtieġa sabiex tkun stabbilita l-forma legali jew finanzjarja tal-proġett;

(b)

fir-rigward tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, għal xogħlijiet li huma imwettqa biss għall-finijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ittestjar jew l-iżvilupp u mhux bl-għan li tkun żgurata l-profitabbiltà jew li jkunu rkuprati l-ispejjeż għar-riċerka u l-iżvilupp;

(c)

fir-rigward ta’ servizzi jew provvisti, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti b’referenza għal kwalunkwe wieħed mill-istandards, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew referenzi tekniċi skont it-tifsira tal-punti 2 sa 5 tal-Anness VIII;

(d)

Fil-każ, ta’ offerti rregolari jew inaċċettabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 30(2)(a) b’reazzjoni għall-proċedura miftuħa jew ristretta;

(e)

Minħabba ċirkostanzi speċifiċi relatat man-natura jew il-kumplessità tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jew riskji relatati magħhom, il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jittrasponux fil-liġi nazzjonali tagħhom il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv u l-proċeduri tas-sħubija għall-innovazzjoni.

Raġuni

Skont il-Kumitat tar-Reġjuni, fil-każ tal-proċedura nnegozjata għandhom japplikaw l-istess kundizzjonijiet kemm fis-settur klassiku kif ukoll fis-settur tal-“utilitajiet” u l-istess jgħodd għad-djalogu kompetittiv. Wieħed m’għandux għalfejn jaħseb li l-awtoritajiet tas-settur “klassiku” huma anqas adatti biex jinnegozjaw minn dawk tas-settur tal-“utilitajiet”. . L-għażla tal-proċedura li għandha tiġi applikata fil-qafas tal-kuntratti għandha tkun f’idejn l-awtoritajiet kontraenti.

Huwa importanti wkoll li jiġi ċċarat li hija l-awtorità kontraenti li għandha tagħżel il-proċedura adatta f’kull każ, mhux il-livell nazzjonali jew dak tal-UE. L-UE u l-livell nazzjonali għandhom jagħmlu l-proċeduri kollha disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti. Kull aġir ieħor ifisser regoli u proċeduri differenti fi Stati Membri differenti, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jkunux ekwivalenti.

Emenda 11

COM(2011) 896 final

Artikolu 30(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali magħżul skont l-Artikolu 84, fejn jitolbu dan.

(a)

fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati.

Raġuni

Flimkien mal-Artikolu 84 (li jintroduċi korp ġdid ta’ sorveljanza fil-livell nazzjonali), dan l-obbligu ta’ rappurtar iwassal għal burokrazija żejda. Kompiti amministrattitivi ġodda għandhom jiġu evitati b’mod assolut fl-interessi kemm tas-semplifikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-akkwist kif ukoll taż-żieda fil-flessibbiltà tagħha. Għalhekk, din iż-żieda għandha titħassar.

Emenda 12

COM(2011) 895 final

Artikolu 44(3)(d)(i) u 44(3)(e)

COM(2011) 896 final

Artikolu 30(2)(c)(i) u 30(2)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu forniti minn attur ekonomiku partikolari biss minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(c)

fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu forniti minn attur ekonomiku partikolari biss minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i)

in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi;

(i)

in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi ;

(d)

sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira miġjuba minn forza maġġuri, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar; iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

(d)

sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira miġjuba minn , ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar; iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

Raġuni

F’dan l-artikolu, ma għandhomx jitħallew barra r-raġunijiet legali. B’hekk ikunu jistgħu jiġu koperti wkoll sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, l-awtorità kontraenti tkun trid tibni bini (bħal xi skola) f’post partikolari, u sid l-art jaċċetta l-bejgħ biss bil-patt li jiġi fdat bil-proġett tal-bini.

L-użu tal-espressjoni “forza maġġuri” timplika riformulazzjoni aktar rigoruża tal-Artikolu 31(1)(c) tad-Direttiva 2004/18/KE attwali. Għandha tintuża l-formulazzjoni attwali. Għandu jkun possibbli li, matul proċeduri tal-qorti dwar rikors kontra akkwist, tintuża proċedura nnegozjata mingħajr kompetizzjoni għax-xiri ta’ prodotti u servizzi li l-provvista tagħhom trid tkun garantita minn awtorità kontraenti bis-saħħa ta’ leġislazzjoni oħra, pereżempju l-provvisti tal-ikel immirati lejn id-djar tal-anzjani jew il-valvijiet tal-qalb fl-isptarijiet.

Emenda 13

COM(2011) 895 final

Artikolu 45

COM(2011) 896 final

Artikolu 31

Ftehimiet qafas

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva.

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva.

Ftehim qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u attur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perjodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista.

Ftehim qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u attur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perjodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista.

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

2.   Kuntratti bbażati fuq ftehim ta’ qafas għandhom jingħataw f’konformità mal-proċeduri stipulati f’dan il-paragrafu u l-paragrafi 3 u 4.

2.   Kuntratti bbażati fuq ftehim ta’ qafas għandhom jingħataw f’konformità mal-proċeduri stipulati f’dan il-paragrafu u l-paragrafi 3 u 4.

Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu applikati biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti identifikati b’mod ċar għal dan l-iskop fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew l-istedina għall-konferma tal-interess u dawk l-atturi ekonomiċi oriġinarjament firmatarji għall-ftehim ta’ qafas.

Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3.

Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-ftehimiet qafas b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni.

Raġuni

Skont il-Kumitat tar-Reġjuni, fil-prinċipju l-ftehimiet qafas għandhom jiġu rregolati abbażi tad-Direttiva 2004/17/KE attwali, peress li ma hemm l-ebda raġuni għalfejn, pereżempju, jiġi rregolat il-perjodu ta’ validità ta’ dan it-tip ta’ ftehim ladarba dan ma jsirx għal tipi oħra ta’ kuntratti. Bħalma jiġri fil-kuntest tas-sistemi dinamiċi ta’ xiri, għandu jkun possibbli li jiġu inkorporati operaturi ekonomiċi ġodda waqt li-perjodu ta’ validità ta’ kuntratt, peress li dan ikun ta’ vantaġġ kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-bejjiegħa. L-aħħar sentenza hija superfluwa, peress li hija konsegwenza ovvja tal-prinċipji ġenerali.

Emenda 14

COM(2011) 895

final Artikolu 45(4)

COM(2011) 896 final

Artikolu 31(4)

Ftehimiet qafas

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Fejn ftehim qafas jiġi konkluż ma’ aktar minn attur ekonomiku wieħed, dan jista’ jsir b’wieħed minn dawn iż-żewġ modi:

4.   Fejn ftehim qafas jiġi konkluż ma’ aktar minn attur ekonomiku wieħed, dan jista’ jsir b’ dan il-mod:

(a)

skont it-termini u l-kundizzjonijeit tal-ftehim qafas, mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kundizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta’ liema mill-atturi ekonomiċi, li kienu parti fil-ftehim qafas, għandhom iwettquhom; dawn il-kundizzjonijiet li ssemmew l-aħħar għandhom jiġu indikati fid-dokumenti tal-akkwist;

(a)

fejn t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati ftehim qafas, ;

(b)

fejn mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti huma stabbiliti fil-ftehim qafas, billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn l-atturi ekonomiċi li kienu parti għall-ftehim qafas.

(b)

fejn mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti huma stabbiliti fil-ftehim qafas, billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn l-atturi ekonomiċi li kienu parti għall-ftehim qafas.

 

Raġuni

Id-Direttiva ma tikkjarifikax kif il-ftehimiet qafas għandhom jiġu applikati. Dan huwa l-każ b’mod partikolari tal-implimentazzjoni u l-għażla bejn l-għoti dirett ta’ kuntratti u t-tnedija mill-ġdid tal-kompetizzjoni. Bil-għan li l-implimentazzjoni ssir flessibli għandu jkun possibbli li tintuża taħlita ta’ dawn il-metodi. B’hekk tkun tista’ ssir referenza diretta għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’każ ta’ kuntratti iżgħar, filwaqt li jkun possibbli li l-kompetizzjoni terġa’ titnieda bl-istess ftehimiet qafas fil-każ ta’ kuntratti ikbar.

Emenda 15

COM(2011) 896 final

Artikolu 37

Akkwisti konġunti okkażjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Awtorità kontraenti waħda jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

1.   Awtorità kontraenti waħda jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

2.   Fejn awtorità kontraenti waħedha tmexxi l-proċeduri ta’ akkwist ikkonċernati fl-istadji kollha tagħhom mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kompetizzjoni sa tmiem it-twettiq tal-kuntratt jew kuntratti li jirriżultaw, dik l-awtorità kontraenti għandu jkollha r-responsabilità unika li tissodisfa l-obbligi skont din id-Direttiva.

2.   Fejn awtorità kontraenti waħedha tmexxi l-proċeduri ta’ akkwist ikkonċernati fl-istadji kollha tagħhom mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kompetizzjoni sa tmiem it-twettiq tal-kuntratt jew kuntratti li jirriżultaw, dik l-awtorità kontraenti għandu jkollha r-responsabilità unika li tissodisfa l-obbligi skont din id-Direttiva.

Madanakollu, fejn it-tmexxija tal-proċeduri ta’ akkwist u t-twettiq tal-kuntratti li jirriżultaw jitwettqu minn aktar minn waħda mill-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, kull waħda minnhom tibqa’ tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-istadji li tmexxi.

Madanakollu, fejn it-tmexxija tal-proċeduri ta’ akkwist u t-twettiq tal-kuntratti li jirriżultaw jitwettqu minn aktar minn waħda mill-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, kull waħda minnhom tibqa’ tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-istadji li tmexxi.

 

   

Raġuni

Din iż-żieda tiżgura li l-akkwist konġunt ma jkunx ta’ piż żejjed. L-istess prinċipju għandu japplika kemm għall-kooperazzjoni okkażjonali kif ukoll għall-korpi ċentrali għall-akkwist (ara l-Artikolu 35(5)).

Emenda 16

COM(2011) 895 final

Artikolu 54

COM(2011) 896 final

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista.

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista.

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall–proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2.

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall–proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Għall-akkwisti kollha li s-suġġett tagħhom huwa maħsub għall-użu minn persuni, kemm jekk għall-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk għall-persunal tal-awtorità kontraenti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkunsidraw il-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilitajiet jew disinn għall-utenti kollha, għajr f’każijiet ġustifikati sew.

Fejn l-istandards ta’ aċċessibilità mandatorji huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b’referenza għalih, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità.

Fejn l-istandards ta’ aċċessibilità mandatorji huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b’referenza għalih, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità.

Raġuni

L-ambitu tat-test propost huwa wiesa’ żżejjed minħabba l-varjetà kbira tal-proċeduri eżistenti tal-akkwist. Barra minn hekk, huma diġà previsti dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip fl-istandards nazzjonali dwar il-bini. Għandu jinżamm it-test tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2004/18/KE attwali, kif ukoll dak tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2004/17/KE.

Emenda 17

COM(2011) 896 final

Artikolu 44

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f’lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha.

1.   Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni.

Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti humiex limitati biss għal lott waħda jew aktar.

Raġuni

Il-proposta qed titħassar minħabba li ġġib magħha piż amministrattiv żejjed għall-awtoritajiet kontraenti.

Emenda 18

COM(2011) 896 final

Artikolu 54(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 54

Artikolu 54

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Raġuni

L-offerenti għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni nazzjonali kif ukoll dik tal-UE.

Emenda 19

COM(2011) 896 final

Artikolu 55(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 55

Artikolu 55

Sabiex japplikaw ir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu metodu għall-valutazzjoni tat-twettiq kontrattwali li huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu u applikati b’mod sistematiku, konsistenti u trasparenti. Kull valutazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi komunikata lill-kuntrattur inkwistjoni, li għandu jingħata l-opportunità li joġġezzjona għas-sejbiet u li jikseb protezzjoni legali.

Raġuni

L-ispjegazzjoni mogħtija fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 55(3) ma tinftehimx u għalhekk tnaqqas iċ-ċertezza legali, li jwassal biex jinġabu iżjed rikorsi quddiem il-qorti. Il-paragrafu jintroduċi wkoll obbligi ġodda għall-awtoritajiet kontraenti li għandhom jitneħħew biex titnaqqas il-burokrazija żejda.

Emenda 20

COM(2011) 895 final

Artikolu 76

COM(2011) 896 final

Artikolu 66

Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

1.   Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

(a)

l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

(b)

l-aktar spiża baxxa.

(b)

l-aktar baxx.

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

2.   Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

2.   Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal: Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

(a)

il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

(a)

il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv u ċ-ċirkwiti qosra tal-produzzjoni.

(b)

għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b)

għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(c)

is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(c)

is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(d)

il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

(d)

il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

 

Raġuni

Hija ħaġa pożittiva li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom l-għażla bejn il-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u dak tal-aktar spiża baxxa. Madankollu, għandha tinżamm il-formulazzjoni użata fid-Direttiva attwali, jiġifieri “l-aktar prezz baxx”, peress li l-aktar spiża baxxa ma tfissirx l-istess bħall-aktar prezz baxx. It-terminu “spiża” huwa aktar komprensiv mit-terminu “prezz”. Sabiex ikunu jistgħu jitqiesu parametri oħrajn bħall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, għandu jintuża l-kriterju tal-“aktar offerta ekonomikament vantaġġuża”.

F’ċerti każijiet, l-awtorità kontraenti tindika l-prezz sa mid-dokumenti tal-offerta. Għandu jkun ċar li dan huwa possibbli.

Il-kriterju taċ-ċirkwiti qosra tal-produzzjoni ġie inkluż biex l-awtoritajiet kontraenti jingħataw valur miżjud għal ċerti prodotti u servizzi. Dan il-valur miżjud jikkonċerna l-fatt li ċ-ċirkwiti qosra tal-produzzjoni jippermettu li l-prodotti u s-servizzi jaslu għand il-korpi tal-akkwist aktar malajr, b’adattament aktar rapidu u aktar flessibbli għar-rekwiżiti tagħhom. Barra minn hekk, il-kriterju jipprovdi wkoll għal titjib sinifikanti fl-istandards ambjentali (perjodi ta’ żmien iqsar għat-trasport u l-ħżin, anqas emissjonijiet) li fl-aħħar mill-aħħar huwa ta’ benefiċċju kemm għall-korpi tal-akkwist kif ukoll għall-pubbliku. Għalhekk, il-korpi tal-akkwist ikollhom il-possibbiltà li fil-kriterji tal-għoti tagħhom jinkludu parametri li jagħtu indikazzjonijiet usa’ f’ċerti kategoriji rigward l-offerta ta’ operatur ekonomiku partikolari, li jista’ jissodisfa aktar ir-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku.

Barra minn hekk, għandu jkun possibbli b’mod espliċitu li jiġu kkunsidrati l-kriterji soċjali, pereżempju billi jiġu allokati aktar punti għal politika korporattiva ta’ opportunitajiet indaqs għall-impjegati u jekk jiġu rreklutati persuni li jkunu qiegħda għat-tul.

Emenda 21

COM(2011) 896 final

Artikolu 66(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 66

Artikolu 66

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2.

Raġuni

L-għan li jiġi modernizzat l-akkwist pubbliku huwa li l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti jiġu pprovduti bl-ogħla livell ta’ flessibbiltà possibbli. Għalhekk, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk għandhomx jagħtu kuntratti abbażi tal-iżjed offerta ekonomikament vantaġġuża jew tal-iżjed prezz baxx. L-Istati Membri m’għandhomx jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali f’dan ir-rigward. Jekk kuntratt ma jistax jingħata iżjed abbażi tal-iżjed prezz baxx, dan inaqqas b’mod sostanzjali l-opportunitajet tal-intrapriżi ż-żgħar li jikkompetu. Għalhekk, l-Artikolu 66(3) għandu jitħassar.

Emenda 22

COM(2011) 895 final

Artikolu 76(4)

COM(2011) 896 final

Artikolu 66(4)

Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Il-kriterji tal-għoti ma għandhomx jagħtu lill-awtorità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv dik l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti.

   

Raġuni

Din id-dispożizzjoni hija superfluwa. Ma tesprimi xejn ġdid u għandha titħassar. Il-kontenut tagħha diġà jinsab fil-prinċipji ġenerali.

Emenda 23

COM(2011) 896 final

Artikolu 73(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 jieqfu milli japplikaw wara parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 11(4);

Raġuni

Emenda konsegwenzjali għat-test tal-Kummissjoni b’segwitu tat-tneħħija tal-Artikolu 11(5) tal-COM(2011) 896 final u l-Artikolu 21(5) tal-COM(2011) 895 final (Emenda 7). Din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ tapplika wara l-għoti tal-kuntratt.

Emenda 24

COM(2011) 895 final

Artikolu 77

COM(2011) 896 final

Artikolu 67

L-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

   

Il-lista ta’ dawn l-atti leġiżlattivi u ddelegati hija pprovduta fl-Anness XV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, ikunu meħtieġa t-tħassir jew il-modifika ta’ din il-leġiżlazzjoni jew dawn l-emendi.

Raġuni

Il-KtR jappoġġja l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jagħraf il-valur ta’ proċeduri tal-akkwist sostenibbli, soċjalment responsabbli u favorevoli għall-innovazzjoni. Huwa wkoll pożittiv li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet kontraenti jikkunsidraw l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Bħalissa qed issir ħafna ħidma f’dan il-qasam, iżda għad baqa’ ħafna xi jsir. Skont il-Kumitat, fiċ-ċirkustanzi attwali l-obbligu li tintuża l-metodoloġija stabbilita mill-UE huwa eċċessiv.

Emenda 25

COM(2011) 895 final

Artikolu 79

COM(2011) 896 final

Artikolu 69

Offerti baxxi wisq

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitlubaż, fejn jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   

(a)

il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

(b)

il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

(c)

ġew sottomessi tal-inqas ħames offerti.

 

   

 

 

 

 

 

 

   

 

   

2.   Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

.   Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

3.   L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

   

(a)

l-ekonomija tal-metodu ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura jew tas-servizzi pprovduti;

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

(c)

l-oriġinalità tax-xogħol, provvisti jew servizzi proposti mill-offerent;

(d)

konformità, għall-inqas b’mod ekwivalenti, mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(e)

il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

4.   L-awtorità kontraenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn il-provi ma jiġġustifikawx il-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż mitluba, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 3.

   

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

5.   Fejn awtorità kontraenti tiddeċiedi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat.Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

   

6   Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, skont l-Artikolu 88, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-provi u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 3.

   

Raġuni

Fil-każ ta’ offerti baxxi wisq, il-Kumitat tar-Reġjuni jippreferi jżomm il-formulazzjoni tal-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18/KE fis-seħħ bħalissa, peress li t-test propost iġib miegħu piżijiet amministrattivi kemm għall-awtoritajiet kontraenti kif ukoll għall-fornituri. Barra minn hekk, it-test propost inaqqas ukoll bla bżonn il-marġni ta’ manuvra tal-awtoritajiet kontraenti f’dan il-qasam.

Emenda 26

COM(2011) 895 final

Artikolu 81

COM(2011) 896 final

Artikolu 71

Sottokuntrattar

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

   

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

   

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-attur ekonomiku prinċipali.

   

Raġuni

Ir-relazzjoni bejn il-kuntrattur u s-sottokuntrattur taqa’ taħt il-liġi dwar il-kompetizzjoni u taħt il-liġi kuntrattwali tal-Istati Membri, u dan m’għandux jiġi emendat minn din id-Direttiva.

Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tikkawża inċertezza legali, peress li sottokuntrattur li abbażi ta’ kumpens jaħdem għal awtorità kontraenti ma jibqax sottokuntrattur iżda jsir kuntrattur. Din id-dispożizzjoni tista’ tillimita l-possibbiltà li l-awtorità kontraenti tiċħad il-ħlas sakemm il-ħidma tkun għadha ma twettqitx abbażi tal-kuntratt.

Emenda 27

COM(2011) 895 final

Artikolu 82

COM(2011) 896 final

Artikolu 72

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Modifika sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala għoti ġdid għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, li għaldaqstant għandha teħtieġ proċedura ta’ akkwist ġdida skont din id-Direttiva.

   

2.   Modifika ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu għandha titqies sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn din trendi l-kuntratt sostanzjalment differenti minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe każ, mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 u 4, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   

(a)

il-modifika tintroduċi kundizzjonijiet li, li kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, kienu jippermettu għall-għażla ta’ kandidati oħra minn dawk inizjalment magħżula jew li kienu jwasslu għall-għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor;

(b)

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt favur il-kuntrattur;

(c)

il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt b’mod konsiderevoli sabiex ikopri provvisti, servizzi jew xogħlijiet li inizjalment ma kinux koperti.

3.   Is-sostituzzjoni tal-imsieħeb kuntrattwali għandha titqies bħala modifika sostanzjali fit-tifisra tal-paragrafu 1.

   

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv jew insolvenza ta’ attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

4.   Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limit stabbiliti fl-Artikolu 4 u fejn hija taħt il-5 % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

   

5.   Modifiki ta’ kuntratt ma għandhomx jitqiesu sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn dawn ġew speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist fi klawżoli jew għażliet ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li dawn jistgħu jintużaw taħthom. Ma għandhomx jipprovdu għal modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt.

   

6.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, modifika sostanzjali ma għandhiex teħtieġ proċedura ta’ akkwist ġdida fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

   

(a)

il-ħtieġa għal modifika nġiebet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;

(b)

il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt;

(c)

kwalunkwe żieda fil-prezz mhijiex ogħla aktar minn 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż dwar dawn il-modifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI, parti G u jkunu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

7.   L-awtoritajiet kontraenti ma għandux ikollhom rikors għall-modifiki tal-kuntratt fil-każijiet li ġejjin:

   

(a)

meta l-modifika jkollha l-għan li tirrimedja nuqqasijiet fil-prestazzjoni tal-kuntrattur jew il-konsegwenzi, li jistgħu jkunu rimedjati permezz tal-infurzar tal-obbligi kuntrattwali;

(b)

meta l-modifika jkollha l-għan li tikkumpensa riskji ta’ żidiet fil-prezzijiet li jkunu assigurati (hedged) mill-kuntrattur.

Raġuni

Id-Direttivi attwali jipprevedu regoli proċedurali dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-akkwisti. Ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar il-modifiki ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom, u dan għandu jkun ukoll il-każ tad-Direttivi l-ġodda. Inkella jinħolqu piżijiet amministrattivi superfluwi għall-awtoritajiet kontraenti u tonqos il-flessibbiltà. Jekk il-Kummissjoni tixtieq tipprovdi tagħrif dwar il-prassi legali f’dan il-qasam, imissha pjuttost tuża komunikazzjonijiet interpretattivi.

Emenda 28

COM(2011) 896 final

Artikolu 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 83

Artikolu 83

B’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw applikazzjoni korretta ta’ of din id-Direttiva permezz ta’ mekkaniżmi effettivi, disponibbli u trasparenti li jikkumplimentaw is-sistema implimentati għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti.

Raġuni

M’hemmx bżonn li f’Direttiva jissemma li għandha tiġi applikata b’mod korrett. Is-sistemi eżistenti għall-monitoraġġ tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti huma biżżejjed. Fl-interess tas-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà, m’mgħandhomx jinħolqu sistemi superfluwi.

Emenda 29

COM(2011) 895 final

Artikolu 93

COM(2011) 896 final

Artikolu 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sorveljanza pubblika

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

L-awtoritajiet kontraenti kollha għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza bħal din.

   

2.   L-awtoritajiet kompetenti involuti fl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu evitati l-kunflitti ta’ interess. Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandhom ikunu trasparenti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti ta’ gwida u opinjoni kollha u r-rapport annwali li juri l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

   

Ir-rapport annwali għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

indikazzjoni tar-rata ta’ suċċess tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-akkwist pubbliku. fejn il-perċentwal ikun inqas minn 50 % f’termini ta’ valuri ta’ kuntratti mogħtija lill-SMEs, ir-rapport għandu jipprovdi analiżi tar-raġunijiet għal dan.

(b)

ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni ta’ politiki sostenibbli tal-akkwist, anki dwar proċeduri li jqisu kunsiderazzjonijiet marbutin mal-protezzjoni tal-ambjent, l-inklużjoni soċjali inkluża l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilitajiet, jew it-trawwim tal-innovazzjoni.

(c)

informazzjoni dwar il-monitoraġġ u s-segwitu ta’ ksur tar-regoli ta’ akkwist li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

dejta ċentralizzata dwar każijiet rappurtati ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interessi u irregolaritajiet serji oħra fil-qasam tal-akkwist pubbliku, inklużi dawk li jaffettwaw proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

   

(a)

is-sorveljanza tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbbliku u l-prattika relatata mill-awtoritajiet kontraenti u b’mod partikolari, mill-korpi ċentrali għall-akkwisti;

(b)

li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi;

(c)

li joħroġ opinjonijiet u gwida ta’ inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(d)

li jistabbilixxi u japplika sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

(e)

li jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tal-awditjar, lejn vjolazzjonijiet speċifiċi identifikati u lejn problemi sistemiċi;

(f)

li jeżamina lmenti minn ċittadini u negozji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi u jittrażmetti l-analiżi lill-awtoritajiet kontraenti kompetenti, li għandu jkollhom l-obbligu li jiħduha f’kunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħhom jew, fejn l-analiżi ma tiġix segwita, jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn warrbuha;

(g)

is-sorveljanza ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali wara sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 267 tat-Trattat jew sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jistabbilixxu vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku relatati ma’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni; Il-korp ta’ sorveljanza għandu jirrapporta lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi kwalunkwe ksur tal-proċeduri ta’ akkwist tal-Unjoni meta dawn huma relatati mal-kuntratti direttament jew indirettament iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Il-kompiti msemmija fil-punt (e) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ appell taħt il-liġi nazzjonali jew taħt is-sistema stabbilita fuq il-bażi tad-Direttiva 89/665/KEE.

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta’ sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta’ monitoraġġ u ta’ konsulenza legali tagħhom.

4.   Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

   

Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-korp ta’ sorveljanza biex janalizza ksur allegat tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-korp ta’ sorveljanza biex isegwi ċertu każijiet u jiżgura li jittieħdu l-konsegwenzi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li se jkunu obbligati jsegwu l-istruzzjonijiet tagħha għall-ksur tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati.

5.   L-attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar imwettqa mill-korp ta’ sorveljanza mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-prinċipji tat-Trattat ma għandhomx jieħdu post jew jippreġudikaw ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi t-trattament ta’ każ individwali skont il-paragrafu 4, għandu jibqa’ jkollha d-dritt li tintevjeni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattat.

   

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrażmettu lill-korp ta’ sorveljanza it-test sħiħ tal-kuntratti konklużi kollha b’valur ekwivalenti għal jew ikbar minn

   

(a)

EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista pubbliċi jew kuntratti ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi.

7.   Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-korp ta’ sorveljanza, għandu, wara li jirċievi talba bil-miktub, jagħti aċċess dirett mhux ristrett u sħiħ, u mingħajr ħlas għall-kuntratti konklużi msemmija fil-paragrafu 6. L-aċċess għal ċertu partijiet tal-kuntratt jista’ jkun miċħud meta d-divulgazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, pubbliċi jew privati, jew tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

   

L-aċċess għal partijiet li jistgħu jkunu rilaxxati għandu jingħata fi żmien raġonevoli u mhux iktar tard minn 45 ġurnata mid-data tat-talba.

L-applikanti li jagħmlu talba għal aċċess għal kuntratt ma għandhomx għalfejn juru ebda interess dirett jew indirett relatat ma’ dak il-kuntratt partikolari. Ir-riċevitur tal-informazzjoni għandu jkun jista’ jippubblikaha.

8.   Għandu jiġi inkluż sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza skont il-paragrafi 1 sa 7 fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 2.

   

Raġuni

L-obbligu li jinħolqu korpi nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza u li dawn jingħaddewlhom il-kuntratti jidħol f’kunflitt ċar mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa kompitu tal-Istati Membri li jorganizzaw l-amministrazzjoni pubblika tagħhom. Is-superviżjoni nazzjonali tar-rispett tar-regoli dwar l-akkwist hija f’idejn il-qrati, il-korpi ta’ sorveljanza u l-entitajiet ta’ verifika tal-Istati Membri. Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet joħolqu piżijiet amministrattivi ġodda għall-awtoritajiet kontraenti.

Emenda 30

COM(2011) 896 final

Artikolu 85(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 85

Artikolu 85

Għal kull kuntratt jew ftehim qafas, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li bħala minimu għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti, is-suġġett u l-valur tal-kuntratt, il-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti li jintgħażlu u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(c)

l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti miċħuda u r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom;

(d)

ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ offerti meqjusa bħala baxxi wisq;

(e)

isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi;

(f)

għal proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 30 li jiġġustifikaw l-użu ta’ din il-proċedura;

(g)

fejn dawn ikunu meħtieġa, ir-raġunijiet għalfejn l-awtorità kontraenti ddeċidiet li ma tagħtix kuntratt jew ftehim qafas jew li ma tistabbilixxix sistema dinamika ta’ xiri

(h)

fejn dawn ikunu applikabbli, il-kunflitti ta’ interesss identifikati u l-miżuri sussegwenti meħuda.

Raġuni

Dawn ir-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni jirrappreżentaw piż sproporzjonat għall-awtoritajiet lokali u ma jaqdu l-ebda skop. L-għan tar-riforma huwa preċiżament dak li jitneħħew rekwiżiti superfluwi ta’ dokumentazzjoni, u mhux li tinħoloq burokrazija ġdida.

Emenda 31

COM(2011) 896 final

Artikolu 85, l-aħħar żewġ sottoparagrafi

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 85

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 85

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ akkwist kollha, kemm jekk dawn isiru b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk ma jsirux hekk. Għal dan il-għan, għandhom jiddokumentaw l-istadji kollha fil-proċedura ta’ akkwist, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha ma’ atturi ekonomiċi u d-deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija ta’ offerti, id-djalogu u n-negozjati jekk kien hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt.

Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Raġuni

Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, is-sistema tar-rappurtar stabbilita fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2004/18/KE hija aħjar mis-sistema proposta, u hija iżjed faċli biex jamministrawha l-awtoritajiet kontraenti.

Emenda 32

COM(2011) 895 final

Artikolu 95

COM(2011) 896 final

Artikolu 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Rapportar nazzjonali u listi ta’ awtoritajiet kontraenti

1.   Il-korpi stabbiliti jew magħżula skont l-Artikolu 84 għandhom jgħaddu rapport ta’ implimentazzjoni u statistiku lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-forma standard, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

   

2.   Bħala minimu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

   

(a)

lista sħiħa u aġġornata tal-awtoritajiet tal-gvern ċentrali, l-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali u l-korpi rregolati mil-liġi ppubblika, inklużi awtoritajiet sottoċentrali u l-assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet kontraenti li jagħtu kuntratti pubbliċi jew ftehimiet qafas, li tindika n-numru ta’ identifikazzjoni uniku għal kull awtorità fejn dan in-numru jkun speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; din il-lista għandha tinqasam fi gruppi skont it-tipi ta’ awtoritajiet;

(b)

lista kompluta u aġġornata tal-korpi ċentrali tax-xiri kollha;

(c)

għall-kuntratti kollha msemmija hawn fuq il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:

(i)

L-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija mqassma għal kull tip ta’ awtorità bil-proċedura u b’xogħlijiet, provvisti u servizzi identifikati mid-diviżjoni tan-nomenklatura CPV;

(ii)

meta l-kuntratti jkunu konklużi skont il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, id-dejta msemmija fil-punt (i) għandha tkun maqsuma wkoll skont iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 30 u għandha tispeċifika l-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija minn Stat Membru jew pajjiż terz tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt;

(d)

għall-kuntratti kollha li jaqgħu taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, iżda li kienu jkunu koperti minn din id-Direttiva li kieku l-valur tagħhom kien jaqbeż il-limitu, in-numru u l-valur tal-kuntratti mogħtija maqsuma skont kull tip ta’ awtorità.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-Anness I, sabiex taġġorna l-lista ta’ awtoritajiet kontraenti wara n-notifiki mill-Istati Membri, fejn dawn l-emendi jkunu meħtieġa sabiex jiġu identifikati b’mod korrett l-awtoritajiet kontraenti;

   

Perjodikament, il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-lista ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika trażmessa skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 għal informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dik l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom relatata mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, kif ukoll dwar l-inizjattivi nazzjonali meħuda sabiex jipprovdu gwida dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi jew sabiex din tiġi assistita, jew inkella sabiex iwieġbu għall-isfidi li jxekklu l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

   

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilxxi forma standard għall-implimentazzjoni annwali u r-rapport statistiku msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

   

Raġuni

Id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jitħassru, peress li joħolqu piż amministrattiv sproporzjonat kemm għall-entitajiet inkarigati mill-ġbir ta’ din l-informazzjoni kollha kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti li jridu jipproċessaw l-informazzjoni miġbura.

Emenda 33

COM(2011) 895 final

Artikolu 96

COM(2011) 896 final

Artikolu 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Assistenza lill-awtoritajiet kontraenti u n-negozji

1.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni strutturi ta’ appoġġ tekniku sabiex jipprovdu parir legali u ekonomiku, gwida u assistenza lill-awtoritajiet kontraenti fit-tħejjija u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kull awtorità kontraenti tista’ tikseb assistenza kompetenti u konsulenza dwar kwistjonijiet individwali.

   

2.   Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista’ tinkiseb l-assistenza xierqa, anki b’mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji.

   

3.   Assistenza amministrattiva speċifika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ atturi ekonomiċi li għandhom il-ħsieb li jieħdu sehem fi proċedura ta’ akkwist fi Stat Membru ieħor. Bħala minimu, assistenza bħal din għandha tkopri rekwiżiti amministrattivi fl-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll obbligi possibbli relatati mal-akkwisti elettroniċi.

   

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi ekonomiċi interessati jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, il-protezzjoni ambjentali, u l-obbligi legali soċjali u tax-xogħol, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew lokalità fejn ix-xogħlijiet għandhom jitwettqu jew fejn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti u li se jkunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq il-post jew għas-servizzi pprovduti matul it-twettiq tal-kuntratt.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu korp wieħed jew diversi korpi jew strutturi amministrattivi. L-Istati membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn dawk il-korpi u l-istrutturi.

   

Raġuni

L-appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fil-qasam tal-akkwist fil-livell nazzjonali huwa fil-kompetenza tal-Istati Membri; għalhekk, dan l-artikolu għandu jitħassar. Kieku l-qafas regolatorju kien aktar sempliċi, kien ikun hemm inqas bżonn għajnuna biex jinftiehmu r-regoli dwar l-akkwist.

Emenda 34

COM(2011) 896 final

Artikolu 88(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 88

Artikolu 88

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kollegament wieħed jew aktar, id-dettalji ta’ kuntatt li jridu jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħra, lill-korpi ta’ sorveljanza u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u regolarment jaġġornaw il-lista ta’ punti ta’ kollegament. Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ dawn il-punti ta’ kollegament.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kollegament wieħed jew aktar, id-dettalji ta’ kuntatt li jridu jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u regolarment jaġġornaw il-lista ta’ punti ta’ kollegament.

Raġuni

L-Artikolu 88 għandu jinżamm, iżda mingħajr ir-referenza għall-korpi l-ġodda ta’ sorveljanza. L-għan tar-riforma huwa preċiżament dak li jitneħħew rekwiżiti superfluwi ta’ dokumentazzjoni, u mhux li tinħoloq burokrazija ġdida.

Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/84


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS)”

2012/C 391/10

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

japprova l-ħolqien ta’ fond ġdid, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), għall-implimentazzjoni tal-PKS u jqis li huwa important li jinżamm il-baġit indispensabbli għall-appoġġ tal-iżviluppi mitluba mill-PKS;

jilqa’ s-semplifikazzjoni permezz tar-raggruppament fi ħdan il-FEMS il-ġdid tal-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji tal-PKS u tal-Politika Marittima Integrata, li qabel kienu maqsumin f’diversi fondi;

jitlob biex l-objettivi tal-FEMS jiffokaw fuq is-sajd u ma jagħtux prijorità, kif ġie ddikjarat bosta drabi, lis-sostituzzjoni tas-sajd minn attivitajiet oħra u jqis li huwa importanti li s-sajd isir aktar attraenti;

jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis tal-baġit għall-ġbir tad-data meta jinħtieġu mezzi addizzjonali. Id-disponibbiltà ta’ data kompluta u proċessata għal finijiet ta’ ġestjoni, minn naħa, għandha tkun prerekwiżit għall-PKS u, min-naħa l-oħra, il-prijorità baġitarja tal-FEMS;

jikkundanna t-tneħħija ta’ kull miżura għall-aġġustament tal-flotta peress li biex jiġu rispettati l-objettivi l-ġodda tal-PKS, b’mod partikolari l-ksib gradwali tar-rendiment massimu sostenibbli, ser ikun hemm bżonn l-irtirar ta’ bastimenti mill-flotta jew il-finanzjament ta’ perjodi ta’ waqfien temporanju;

iqis li t-tnaqqis gradwali tar-rimi ser jirrikjedi li l-vapuri jiġu adattati u modernizzati u li jsiru investimenti adegwati fil-portijiet;

jinsab sorpriż dwar in-nuqqas ta’ finanzjament għat-tħejjija tal-pjani multiannwali previsti;

jitlob li tingħata għajnuna kbira lill-innovazzjoni teknoloġika u l-investiment li jsaħħu s-selettività tat-tagħmir tas-sajd;

iqis li d-digressività tal-għajnuna għall-ħżin mhijiex rilevanti.

Relatur

Is-Sur MAILLE (FR/PSE), President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Finistère

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd [li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata]

COM(2011) 804 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinsab sodisfatt li, fid-dawl tal-importanza tas-sajd għal għadd kbir ta’ reġjuni tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni hija lesta żżomm Politika Komuni tas-Sajd (PKS),

2.

japprova l-ħolqien ta’ fond ġdid, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), għall-implimentazzjoni tal-PKS u jqis li huwa important li jinżamm il-baġit indispensabbli għall-appoġġ tal-iżviluppi mitluba mill-PKS;

3.

iqis li l-PKS għandu jkollha l-għan prijoritarju li tistabbilixxi mill-ġdid kundizzjonijiet ekonomiċi sostenibbli għas-sajd, f’approċċ ekosistemiku, permezz tar-rendiment massimu sostenibbli, kif ukoll li tiżgura l-provvista tal-konsumaturi Ewropej billi timmira lejn l-awtosuffiċjenza fl-ikel;

4.

jilqa’ s-semplifikazzjoni permezz tar-raggruppament fi ħdan il-FEMS il-ġdid tal-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji tal-PKS u tal-Politika Marittima Integrata, li qabel kienu maqsumin f’diversi fondi;

5.

japprova l-integrazzjoni tal-Politika Marittima Integrata fi ħdan il-FEMS peress li l-attivitajiet ekonomiċi, ir-rispett tal-ambjent, il-ksib ta’ għarfien, il-ġbir tad-data, is-sorveljenza u l-kontroll huma interdipendenti;

6.

madankollu jixtieq li l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni diretta tal-Politika Marittima Integrata jiġu definiti aħjar b’tali mod li jispeċifikaw id-destinazzjoni tal-krediti u l-korpi li jibbenefikaw mill-għajnuna;

7.

jirrikonoxxi l-interess tal-Qafas Strateġiku Komuni propost għall-fondi ta’ koeżjoni (il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR, il-FEMS) li għandu jwassal għas-semplifikazzjoni, il-koerenza u r-reċiproċità tal-modalitajiet ta’ ġestjoni ta’ dawn il-fondi;

8.

jitlob li l-Unjoni Ewropea jkollha baġit biżżejjed biex jiggarantixxi l-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni u li jindirizza l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

9.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-possibbiltà tal-Istati Membri u r-reġjuni li jużaw il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FSE kif ukoll il-FEMS biex jieħdu azzjoni fil-qasam tas-sajd u tal-iżvilupp tat-territorji li jiddependu mis-sajd;

10.

jitlob li, b’konformità mal-prinċipji ta’ governaza f’diversi livelli u b’rispett għat-tqassim nazzjonali tal-kompetenzi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri kollha jiġu involuti bis-sħiħ fit-tfassil, in-negozjati, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumenti strateġiċi differenti inklużi dawk relatati mal-politika marittima integrata;

11.

jirrifjuta l-proposti intiżi biex il-politika ta’ koeżjoni tiġi assoċjata mar-rispett tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir: il-kundizzjonalità makroekonomika fil-fatt tindirizza għanijiet oħra apparti dawk tal-politika ta’ koeżjoni;

12.

jappoġġja l-prinċipju tal-kundizzjonalità ex ante bil-għan li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet preliminari għar-rispett tal-objettivi tal-PKS jinkisbu abbażi tal-esperjenzi passati;

13.

jixtieq li jiġu evalwati l-konsegwenzi tat-tibdil tal-kriterji ta’ tqassim tar-riżorsi bejn l-Istati Membri peress li dawn il-kriterji huma differenti minn dawk li kienu jintużaw qabel għall-Fond Ewropew għas-Sajd;

14.

ifakkar li fl-opinjoni tiegħu dwar ir-riforma tal-PKS, huwa warrab l-obbligu li kull Stat Membru jistabbilixxi konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u li wera x-xewqa li t-tnaqqis tar-rimi jiġi introdott b’mod gradwali;

15.

japprova l-importanza li ngħatat lit-titjib tal-għarfien u l-ġbir tad-data u jenfasizza l-interess tas-sħubija bejn is-sajjieda u x-xjenzjati. Id-disponibbiltà ta’ data kompluta u proċessata għal finijiet ta’ ġestjoni, minn naħa, għandha tkun prerekwiżit għall-PKS u, min-naħa l-oħra, il-prijorità baġitarja tal-FEMS;

16.

jikkundanna t-tneħħija ta’ kull miżura għall-aġġustament tal-flotta peress li biex jiġu rispettati l-objettivi l-ġodda tal-PKS, b’mod partikolari l-ksib gradwali tar-rendiment massimu sostenibbli, ser ikun hemm bżonn l-irtirar ta’ bastimenti mill-flotta jew il-finanzjament ta’ perjodi ta’ waqfien temporanju. Jixtieq li dan ikun possibbli, tal-anqas għal ċertu tip ta’ sajd, billi jiġu previsti miżuri stretti ta’ ġestjoni, b’mod partikolari drittijiet tas-sajd, u eventwalment tnaqqis gradwali tal-għajnuna skont l-iżvilupp tal-istokkijiet;

17.

iqis li huwa importanti li s-sajd isir aktar attraenti, billi jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u s-sigurtà abbord u billi jiġu ffinanzjati l-investimenti meħtieġa mingħajr ma jkun hemm limitazzjoni għal operazzjoni waħda għal kull bastiment;

18.

jieħu nota tal-karattru fakultattiv tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u huwa tal-fehma li l-FEMS b’hekk għandu jappoġġja l-ħolqien ta’ dawn il-konċessjonijiet permezz tal-finanzjament ta’ pariri, skambji ta’ esperjenzi u miżuri ta’ tranżizzjoni;

19.

jinsab sorpriż dwar in-nuqqas ta’ finanzjament għat-tħejjija tal-pjani multiannwali previsti għalkemm dawn jikkostitwixxu għodda ewlenija li ġiet stabbilita mir-Regolament bażiku tal-PKS għall-ġestjoni tajba tar-riżorsi u tal-ambjent marittimu;

20.

japprova t-tnaqqis tar-rimi u tal-qabdiet mhux mixtieqa u jitlob li tingħata għajnuna kbira lill-innovazzjoni teknoloġika u l-investiment li jsaħħu s-selettività tat-tagħmir tas-sajd;

21.

iqis li l-iżviluppi teknoloġiċi jistgħu jwasslu biex tingħata għajnuna aktar minn darba lill-istess bastiment biex dan ikun jista’ jtejjeb is-selettività, inaqqas l-impatt fuq l-ambjent marittimu u joffri livell għoli ta’ sigurtà għall-baħħara, bil-kundizzjoni li t-tagħmir ikkonċernat ikun utli u jwassal għal progress mingħajr ma jżid l-isforz tas-sajd;

22.

japprova l-appoġġ li jingħata lis-sajjieda meta dawn jipparteċipaw fil-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità u tal-ekosistemi marittimi. Dan l-appoġġ għandu jippermettilhom jakkumpanjaw il-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd b’mod partikolari fis-siti tan-Natura 2000 u ż-żoni marittimi protetti, bħall-perjodi ta’ waqfien temporanju, l-implimentazzjoni ta’ liċenzji, eċċ. Peress li l-protezzjoni tal-ambjent marittimu mhijiex biss ir-responsabbiltà tas-sajjieda, il-FEMS m’għandux iservi biex jiffinanzja direttament il-ġestjoni ta’ dawn iż-żoni jew is-segwitu ambjentali tagħhom;

23.

iqis li s-sajd ukoll għandu jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tisħin tal-klima u t-tniġġis. Il-FEMS għandu jgħin ir-riċerka u l-innovazzjoni għal aktar effiċjenza enerġetika u anqas emissjonijiet ta’ CO2, speċjalment meta l-prezz tal-karburant inaqqas il-kompetittività tal-attività. Għaldaqstant, jeħtieġ li tingħata għajnuna biex il-bastimenti jerġgħu jiġu motorizzati u biex is-sajd ikun jista’ japprofitta mill-iżviluppi teknoloġiċi f’dan il-qasam;

24.

iqis li t-tnaqqis gradwali tar-rimi ser jirrikjedi li l-vapuri jiġu adattati u modernizzati u li jsiru investimenti adegwati fil-portijiet;

25.

jappella għal impenn innovattiv għall-identifikazzjoni tajba tat-tipi differenti ta’ rimi bil-għan li tittieħed azzjoni għat-tnaqqis tiegħu u biex jiġi żgurat l-użu adatt tiegħu;

26.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni favur l-iżvilupp lokali ta’ żoni li jiddependu mis-sajd. Huwa jitlob biex l-objettivi tal-FEMS jiffokaw fuq is-sajd u ma jagħtux prijorità, kif ġie ddikjarat bosta drabi, lis-sostituzzjoni tas-sajd minn attivitajiet oħra. Il-FEMS għandu jappoġġja approċċ aktar ibbilanċjat, mingħajr ma jissepara d-diversifikazzjoni u ż-żamma tal-impjiegi diretti u indiretti, mingħajr ma tintesa l-ħtieġa ta’ tiġdid tal-ġenerazzjonijiet tal-impjiegi. B’mod partikolari, ir-Regolament għandu jippermetti l-għajnuna biex iż-żgħażagħ jistabbilixxu lilhom innifishom fil-qasam tas-sajd, bħall-għajnuna prevista għall-akkwakultura, peress li r-rieda li jiġu introdotti konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli tista’ toħloq aktar diffikultajiet biex wieħed jidħol f’din il-professjoni;

27.

iqis li l-iżvilupp lokali jista’ jirnexxi biss permezz tal-mobilizzazzjoni u ta’ sħubija b’saħħitha mal-atturi lokali, ir-rappreżentanti eletti u l-awtoritajiet lokali, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda, eċċ. Il-ġeneralizzazzjoni tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd jew l-estensjoni tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali, stabbilit fil-qafas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-FAEŻR, biex jinkludi kwistjonijiet relatati mas-sajd, jistgħu jindirizzaw il-ħtieġa għal din is-sħubija neċessarja; il-governanza tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd għandha tkun ibbażata fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali li, flimkien mar-reġjuni, għandhom jaqdu rwol importanti fit-tfassil tal-objettivi tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali, fl-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll fil-ġestjoni tal-fondi;

28.

jitlob li jiġi introdott b’mod aktar b’saħħtu l-appoġġ għall-intrapriżi ta’ kummerċ tal-ħut bl-ingrossa u tal-ipproċessar bil-għan li titħeġġeġ il-valorizzazzjoni tal-prodotti u jissaħħaħ l-istrutturar tas-suq downstream: jistgħu jitħeġġu u jiġu appoġġjati l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u l-kisbiet tal-produttività mingħajr ma jkun hemm limitu ta’ darba għal kull intrapriża;

29.

jissuġġerixxi li tiġi ddikjarata ambizzjoni aktar b’saħħitha għall-iżvilupp ta’ ċertifikazzjoni Ewropea tal-prodotti tal-baħar: il-konsumatur għandu jkun jista’ jidentifika l-prodotti tas-sajd Ewropej u jkun jaf dwar l-isforzi li jsiru biex jiġu rispettati l-bijodiversità u l-eżiġenzi ta’ kwalità sanitarja meħtieġa mill-Politika Komuni tas-Sajd;

30.

iqis li l-miżuri tas-swieq tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għal din ir-raġuni, jitlob li jiġu stabbiliti għodod tas-suq li jippermettu li jiġu limitati l-impatti tat-tranżizzjoni lejn ir-rendiment massimu sostenibbli u li jinżammu opportunitajiet ekonomiċi lokali għall-prodotti tas-sajd Ewropej;

31.

iqis li d-digressività tal-għajnuna għall-ħżin mhijiex rilevanti filwaqt li l-inċertezzi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni huma importanti għas-sajd professjonali;

32.

jilqa’ l-fatt li ġew promossi ħafna l-akkwakultura u d-diversi miżuri favuriha: l-istabbiliment taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni, l-investiment, is-servizzi ta’ ġestjoni, ta’ sostituzzjoni, ta’ għoti ta’ parir, u ta’ assigurazzjoni, eċċ.;

33.

jitlob li jiġu enfasizzati ħafna l-kundizzjonijiet ambjentali, l-għarfien tal-kontributi fl-akkwakultura u l-livell ta’ impatt fuq l-inħawi;

34.

iqis li l-akkwakultura għandha tibqa’ produttriċi netta ta’ proteini tal-ħut u dan m’għandux iwassal għal esplojtazzjoni eċċessiva tal-istokkijiet tal-ispeċi utli għall-alimentazzjoni tal-ħut tal-akkwakultura għad-detriment tal-bilanċ tal-katina alimentari u b’riskju għall-bijodiversità;

35.

jappoġġja l-possibbiltà li titħeġġeġ il-produzzjoni tal-alka, kemm għal finijiet alimentari kif ukoll għal finijiet oħrajn;

36.

iqis li r-reġjuni ultraperiferiċi lkoll jinsabu f'sitwazzjonijiet rikonoxxuti bħala aktar diffiċli mill-bqija tal-Ewropa. Dan ifisser li trid tingħata iktar minn sempliċi għajnuna għall-prodotti biex jiġu koperti l-ispejjeż żejda li qed jiffaċċjaw is-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura ta’ dawn it-territorji;

37.

jitlob ukoll li l-FEMS verament jikkunsidra l-ħtieġa li jiġi żviluppat is-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi billi tkun permessa l-għajnuna għat-tiġdid tal-flotta;

38.

iqis li l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-konċentrazzjoni tal-ħut hija importanti għall-iżvilupp ta’ sajd kostali sostenibbli fiż-żoni ultraperiferiċi;

39.

jipproponi li jiġi stabbilit Kunsill Konsultattiv Reġjonali speċifiku għar-reġjuni ultraperferiċi abbażi tal-mudell ta’ dawk li diġà ġew stabbiliti fl-Ewropa kontinentali;

40.

jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta’ kontrolli iktar effettivi biex jiġi żgurat ir-rispett tar-regolamenti tal-PKS. Il-kredibbiltà tal-kontrolli konsegwentement tfisser li l-baġit tagħhom ikun adatt u li jiġu identifikati metodi ta’ kontroll ġodda iżjed effettivi;

41.

jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis tal-baġit għall-ġbir tad-data meta jinħtieġu mezzi addizzjonali peress li l-ksib tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet kollha jirrikjedi l-ġbir ta’ data addizzjonali peress li għad hemm ħafna stokkijiet li mhumiex magħrufa tajjeb. Jissuġġerixxi li l-kontribuzzjoni tal-FEMS f'dan il-qasam tkun ta’ 80 % tal-ispejjeż ammissibbli;

42.

iqis li jinħtieġ appoġġ iddikjarat u kontinwu tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tagħhom li jipproponu studji xjentifiċi jew miżuri ta’ ġestjoni adatti għall-isfidi tas-sajd bil-għan li jiġu applikati bis-sħiħ l-objettivi tar-reġjonalizzazzjoni;

43.

iqis li huwa importanti ħafna li ċ-ċittadini u l-konsumaturi Ewropej ikunu jafu dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea u dwar l-użu ta’ dawn il-fondi. Japprova t-trasparenza mixtieqa permezz tal-pubblikazzjoni f'sit elettroniku ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati, l-operazzjonijiet li jittieħdu u l-benefiċjarji tal-FEMS;

44.

iqis li huwa importanti li tingħata ħafna informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ġodda tal-FEMS fost il-benefiċjarji potenzjali bil-għan li jiġi żgurat użu tajjeb ta’ dan il-fond;

45.

iqis li hija ħaġa eċċessiva li l-Kummissjoni tirrikorri għal atti delegati u jirrakkomanda li jiġi previst regolament ta’ applikazzjoni li jistabbilixxi mill-ewwel il-biċċa l-kbira tar-regoli ta’ eżekuzzjoni, jekk mhux ir-regoli kollha;

46.

jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet marbuta mal-kalendarju tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet differenti li jolqtu l-FEMS:

a)

Id-diskussjonijiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 għadhom ma ntemmewx. Huwa importanti li jinżamm il-livell tal-baġit allokat għall-FEMS.

b)

L-orjentazzjonijiet tal-PKS mhumiex magħrufa b'mod definittiv u għaddej dibattitu dwar bosta suġġetti (il-ksib tar-rendiment massimu sostenibbli, il-projbizzjoni tar-rimi, l-obbligu li jiġu stabbiliti konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, il-projbizzjoni ta’ għajnuna għall-pjani ta’ irtirar tal-flotta jew għall-perjodi ta’ waqfien temporanju, eċċ.);

47.

konsegwentement iqis li l-abbozz ta’ regolament attwali dwar il-FEMS għad irid jiġi żviluppat b'mod konsiderevoli qabel ma jiġi adottat.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat aħjar fil-PKS li għandha tilħaq l-għanijiet u l-miri tal-politika ambjentali tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-PKS hija mmirata lejn użu tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa' lura u jżomm l-istokkijiet tal-ħut fil-livelli li jistgħu joħolqu l-ogħla rendiment possibbli, mhux aktar tard mill-2015. Il-PKS għandha timplimenta approċċi prekawzjonali u tal-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd. Konsegwentement, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [qafas]dwar l-Istrateġija Marina).

(9)

Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat aħjar fil-PKS li għandha tilħaq l-għanijiet u l-miri tal-politika ambjentali tal-Unjoni u tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-PKS hija mmirata lejn użu tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa' lura u jżomm l-istokkijiet tal-ħut fil-livelli li jistgħu joħolqu l-ogħla rendiment possibbli, -2015. Il-PKS għandha timplimenta approċċi prekawzjonali u tal-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd. Konsegwentement, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [qafas]dwar l-Istrateġija Marina).

Raġuni

Ir-Regolament bażiku tal-PKS jipprevedi li r-rendiment massimu sostenibbli jinkiseb sal-2015 jekk ikun possibbli. Jeħtieġ li nfakkru din id-differenza f'dan il-punt.

Emenda 2

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(37)

Minħabba t-twaqqif ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli previsti fl-Artikolu 27 tar-[Regolament PKS] u sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi l-ġodda, il-FEMS għandu jagħti appoġġ f'termini ta’ bini ta’ kapaċità u skambju tal-aħjar prattiki.

(37)

Minħabba t-twaqqif ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli previsti fl-Artikolu 27 tar-[Regolament PKS] u sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi l-ġodda, il-FEMS għandu jagħti appoġġ ta’ kapaċità u skambju tal-aħjar prattiki.

Raġuni

Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom ikunu fakultattivi u jitħallew f'idejn l-Istati Membri.

Emenda 3

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(38)

L-introduzzjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd għandhom irendu lis-settur aktar kompetittiv. Konsegwentement, jista' jkun hemm ħtieġa għal opportunitajiet professjonali ġodda barra l-attivitajiet tas-sajd. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd, b'mod partikolari billi jappoġġja l-bidu ta’ negozji u l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti għal attivitajiet marittimi barra l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd kostali ta’ skala żgħira. Din l-aħħar operazzjoni tidher li hija adattata hekk kif il-bastimenti tas-sajd kostali ta’ skala żgħira mhumiex koperti mis-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd.

(38)

L-introduzzjoni tas-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd għandhom irendu lis-settur aktar kompetittiv. Konsegwentement, jista' jkun hemm ħtieġa għal opportunitajiet professjonali ġodda barra l-attivitajiet tas-sajd. Għalhekk, il-FEMS għandu jappoġġja d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet tas-sajd, b'mod partikolari billi jappoġġja l-bidu ta’ negozji u l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti għal attivitajiet marittimi barra l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd kostali ta’ skala żgħira.

Raġuni

Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom ikunu fakultattivi u jitħallew f'idejn l-Istati Membri.

L-għajnuna għall-istabbiliment tas-sajjieda żgħażagħ hija neċessarja biex tiggarantixxi tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u tħeġġeġ il-wasla ta’ baħħara ġodda mħarrġa aħjar u sensittivi għall-isfidi ta’ ġestjoni aħjar tar-riżorsa.

Emenda 4

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(39)

L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura użu sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut. Il-kapaċità żejda ġiet identifikata bħala kawża ewlenija ta’ sajd żejjed. Għaldaqstant, huwa ta’ importanza kbira li l-flotta tas-sajd tal-Unjoni tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli. It-tneħħija tal-kapaċità żejda permezz ta’ għajnuna pubblika bħal waqfien temporanju jew permanenti u skemi ta’ skrappjar uriet li hija ineffettiva. Għaldaqstant, il-FEMS se jappoġġja s-sistemi ta’ stabbiliment u ġestjoni ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċità żejda u jżidu l-prestazzjoni ekonomika u l-profitabbiltà tal-operaturi kkonċernati.

(39)

L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura użu sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut. Il-kapaċità żejda ġiet identifikata bħala kawża ewlenija ta’ sajd żejjed. Għaldaqstant, huwa ta’ importanza kbira li l-flotta tas-sajd tal-Unjoni tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli. It-tneħħija tal-kapaċità żejda permezz ta’ għajnuna pubblika bħal waqfien temporanju jew permanenti u skemi ta’ skrappjar . Għaldaqstant, il-FEMS se jappoġġja s-sistemi ta’ stabbiliment u ġestjoni ta’ sistemi ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċità żejda u jżidu l-prestazzjoni ekonomika u l-profitabbiltà tal-operaturi kkonċernati.

Raġuni

Il-pjani ta’ aġġustament tal-isforz tas-sajd li jwasslu għall-għajnuna għall-irtirar ta’ bastimenti mill-flotta m'għandhomx jitwarrbu. L-għajnuna għall-irtirar mill-flotta tippermetti li tonqos il-kapaċità tas-sajd f'sitwazzjonijiet diffiċli (skarsezza tar-riżorsa, eċċ.) u b'hekk jiġi evitat it-trasferiment ta’ attività fuq setturi tas-sajd b'saħħithom. Jeħtieġ li din l-għajnuna tinżamm billi tingħata attenzjoni lill-kundizzjonijiet effettivi ta’ tnaqqis tas-sajd billi din l-għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li jiġu rtirati d-drittijiet tas-sajd.

Emenda 5

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(41)

Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat fil-FEMS u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS, filwaqt li madanakollu, jiġu kkunsidrati d-diversi kundizzjonijiet fost l-ibħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġi żviluppat approċċ reġjonalizzat għall-miżuri ta’ konservazzjoni.

(41)

Huwa ta’ importanza kbira li t-tħassib ambjentali jiġi integrat fil-FEMS u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni taħt il-PKS, filwaqt li madanakollu, jiġu kkunsidrati d-diversi kundizzjonijiet fost l-ibħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġi żviluppat approċċ reġjonalizzat għall-miżuri ta’ konservazzjoni.

 

Raġuni

Jeħtieġ li jiġi żviluppat ir-rwol tal-passaġġi ekoloġiċi tax-xmajjar u l-lagi, b'mod partikolari billi jiġu eliminati l-ostakli fix-xmajjar, bil-għan li l-ispeċijiet ta’ ħut migratorji jkunu jistgħu jwettqu ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom.

Emenda 6

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(62)

Għandha tingħata prijorità lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi billi dawn jingħataw appoġġ. Il-kumpens għall-għajnuna għall-ħżin u l-għajnuna għall-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali hekk kif l-importanza ta’ tip partikolari ta’ appoġġ tilef l-interess tiegħu fid-dawl tal-istruttura li qed tevolvi tas-suq tal-Unjoni għal dawn it-tip ta’ prodotti u l-importanza li qed tikber ta’ organizzazzjonijiet b'saħħithom ta’ produtturi.

(62)

Għandha tingħata prijorità lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi billi dawn jingħataw appoġġ.

Raġuni

Id-digressività tal-għajnuna għall-ħżin mhijiex rilevanti filwaqt li, b'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku tal-PKS, il-bastimenti għandhom idaħħlu lura b'mod gradwali l-qabdiet kollha tagħhom, inkluż ir-rimi. Jidher li jkun utli li tiġi prevista għajnuna għall-ħżin biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jiġġestixxu dawn il-volumi li jinħattu qabel ma jivvalorizzawhom.

Emenda 7

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd][1], fl-Artikolu 5 tar-[Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura] u fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru [Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd][1], fl-Artikolu 5 tar-[Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura] u fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru [Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

2.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

2.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni’ (Common Information Sharing Environment – CISE) tfisser netwerk ta’ sistemi b'setup deċentralizzat żviluppat għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar utenti minn setturi differenti sabiex jittejjeb l-għarfien dwar is-sitwazzjoni tal-attivitajiet fuq il-baħar;

(1)

‘Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni’ (Common Information Sharing Environment – CISE) tfisser netwerk ta’ sistemi b'setup deċentralizzat żviluppat għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar utenti minn setturi differenti sabiex jittejjeb l-għarfien dwar is-sitwazzjoni tal-attivitajiet fuq il-baħar;

(2)

‘operazzjonijiet transsettorjali’ tfisser inizjattivi li minnhom jistgħu jibbenifikaw b'mod reċiproku setturi u/jew politiki settorjali differenti, kif imsemmi fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li ma jistgħux jitwettqu kompletament permezz ta’ miżuri inklużi fl-oqsma ta’ politika rispettivi;

(2)

‘operazzjonijiet transsettorjali’ tfisser inizjattivi li minnhom jistgħu jibbenifikaw b'mod reċiproku setturi u/jew politiki settorjali differenti, kif imsemmi fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li ma jistgħux jitwettqu kompletament permezz ta’ miżuri inklużi fl-oqsma ta’ politika rispettivi;

(3)

‘sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar’ (electronic recording and reporting system - ERS) tfisser sistema għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniċi tad-dejta kif imsemmi fl-Artikoli 15, 24 u 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;

(3)

‘sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar’ (electronic recording and reporting system – ERS) tfisser sistema għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniċi tad-dejta kif imsemmi fl-Artikoli 15, 24 u 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;

(4)

‘Netwerk Ewropew ta’ Dejta u Osservazzjoni dwar il-Baħar’ tfisser netwerk li jintegra l-programmi nazzjonali ta’ dejta u osservazzjoni dwar il-baħar f'riżorsa Ewropea komuni u aċċessibbli;

(4)

‘Netwerk Ewropew ta’ Dejta u Osservazzjoni dwar il-Baħar’ tfisser netwerk li jintegra l-programmi nazzjonali ta’ dejta u osservazzjoni dwar il-baħar f'riżorsa Ewropea komuni u aċċessibbli;

(5)

‘żona tas-sajd’ tfisser żona b'xatt tal-baħar jew ta’ lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta’ xmara b'livell sinifikanti ta’ impjieg fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura u magħżula bħala tali mill-Istat Membru;

(5)

‘żona tas-sajd’ tfisser żona b'xatt tal-baħar jew ta’ lag jew li tinkludi għadajjar jew estwarju ta’ xmara b'livell sinifikanti ta’ impjieg fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura u magħżula bħala tali mill-Istat Membru;

(6)

‘sajjied’ tfisser kwalunkwe persuna involuta f'sajd professjonali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta fir-rakkolta professjonali ta’ organiżmi tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;

(6)

‘sajjied’ tfisser kwalunkwe persuna involuta f'sajd professjonali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta fir-rakkolta professjonali ta’ organiżmi tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;

(7)

“Politika Marittima Integrata” (PMI) tfisser politika tal-Unjoni li l-għan tagħha huwa li trawwem teħid ta’ deċiżjonijiet koordinat u konsistenti sabiex jiġi massimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, u b'mod partikolari r-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta’ politki konsistenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali relevanti;

(7)

“Politika Marittima Integrata” (PMI) tfisser politika tal-Unjoni li l-għan tagħha huwa li trawwem teħid ta’ deċiżjonijiet koordinat u konsistenti sabiex jiġi massimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, u b'mod partikolari r-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta’ politki konsistenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali relevanti;

(8)

‘Sorveljanza Marittima Integrata’ hija inizjattiva tal-UE maħsuba biex issaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-ibħra Ewropej permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni madwar is-setturi u l-fruntieri;

(8)

‘Sorveljanza Marittima Integrata’ hija inizjattiva tal-UE maħsuba biex issaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-ibħra Ewropej permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni madwar is-setturi u l-fruntieri;

(9)

‘irregolarità’ tfisser irregolarità kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill 2988/95;

(9)

‘irregolarità’ tfisser irregolarità kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill 2988/95;

(10)

‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser sajd imwettaq għal skopijiet kummerċjali minn bastimenti li joperaw esklussivament fl-ibħra interni jew b'mezzi oħrajn użati għas-sajd fis-silġ;

(10)

‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser sajd imwettaq għal skopijiet kummerċjali minn bastimenti li joperaw esklussivament fl-ibħra interni jew b'mezzi oħrajn użati għas-sajd fis-silġ;

(11)

‘ġestjoni integrata taż-żoni kostali’ tfisser tali strateġiji u miżuri kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2002/413/KE) tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-implimentazzjoni ta’ Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fl-Ewropa [traduzzjoni mhux uffiċjali];

(11)

‘ġestjoni integrata taż-żoni kostali’ tfisser tali strateġiji u miżuri kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2002/413/KE) tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-implimentazzjoni ta’ Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fl-Ewropa [traduzzjoni mhux uffiċjali];

(12)

‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha tal-UE li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;

(12)

‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha tal-UE li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;

(13)

‘reġjuni tal-baħar’ tfisser iż-żoni ġeografiċi stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE u ż-żoni stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(13)

‘reġjuni tal-baħar’ tfisser iż-żoni ġeografiċi stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE u ż-żoni stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(14)

‘pjanar spazjali marittimu’ tfisser proċess li permezz tiegħu l-awtoritajiet pubbliċi janalizzaw u jallokaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali tal-attivitajiet umani f'żoni tal-baħar sabiex jilħqu l-għanijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali;

(14)

‘pjanar spazjali marittimu’ tfisser proċess li permezz tiegħu l-awtoritajiet pubbliċi janalizzaw u jallokaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali tal-attivitajiet umani f'żoni tal-baħar sabiex jilħqu l-għanijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali;

(15)

‘miżura’ tfisser sett ta’ operazzjonijiet;

(15)

‘miżura’ tfisser sett ta’ operazzjonijiet;

(16)

‘infiq pubbliku’ tfisser kull kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet imnissla mill-baġit tal-Istat Membru jew mill-baġit tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew tal-Unjoni Ewropea u kwalunkwe nefqa simili. Kull kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li joriġina mill-baġit ta’ korpi rregolati bid-dritt pubbliku jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ta’ korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jaġixxu f'konformità mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi għandha titqies bħala kontribuzzjoni pubblika;

(16)

‘infiq pubbliku’ tfisser kull kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet imnissla mill-baġit tal-Istat Membru jew mill-baġit tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew tal-Unjoni Ewropea u kwalunkwe nefqa simili. Kull kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li joriġina mill-baġit ta’ korpi rregolati bid-dritt pubbliku jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ta’ korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jaġixxu f'konformità mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi għandha titqies bħala kontribuzzjoni pubblika;

(17)

‘strateġija tal-baċini tal-baħar’ tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u, fejn xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; l-istrateġija tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;

(17)

‘strateġija tal-baċini tal-baħar’ tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u, fejn xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; l-istrateġija tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;

(18)

‘sajd kostali fuq skala żgħira’ tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b'tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat kif elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni;

(18)

‘sajd kostali fuq skala żgħira’ tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b'tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat kif elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni;

(19)

‘bastimenti li joperaw esklussivament f'ibħra interni’ tfisser bastimenti involuti f'sajd kummerċjali f'ibħra interni u mhux inklużi fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

(19)

‘bastimenti li joperaw esklussivament f'ibħra interni’ tfisser bastimenti involuti f'sajd kummerċjali f'ibħra interni u mhux inklużi fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni

 

 

 

.

Emenda 8

Artikolu 6(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)   Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi permezz tal-enfasi fuq dawn l-oqsma:

(4)   Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi permezz tal-enfasi fuq dawn l-oqsma:

(a)

it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar;

(a)

it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar;

(b)

il-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar, inklużi s-servizzi li jipprovdu.

(b)

il-protezzjoni u r-restorazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar, inklużi s-servizzi li jipprovdu

 

Raġuni

F'ċerti sitwazzjonijiet ta’ eżawriment eċċessiv tar-riżorsi tas-sajd jidher li hemm bżonn li jintużaw l-attivitajiet ta’ tkabbir tal-ħut.

Emenda 9

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli taħt il-FEMS:

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli taħt il-FEMS:

a)

operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ sajd tal-bastiment;

a)

operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ sajd tal-bastiment;

b)

bini ta’ bastimenti tas-sajd ġodda, dekummissjonamenti jew importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd;

b)

c)

waqfien temporanju mill-attivitajiet ta’ sajd;

d)

sajd esperimentali;

e)

trasferiment tas-sjieda ta’ negozju;

f)

ripopolazzjoni diretta, sakemm dan ma jkunx previst b'mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni esperimentali.

ripopolazzjoni diretta, sakemm dan ma jkunx previst b'mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni esperimentali.

Raġuni

Jeħtieġ li tingħata għajnuna għall-bini ta’ bastimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi peress li dawn għandhom jaġġornaw l-għodda tal-ħidma tagħhom biex il-bastimenti jkunu aktar konformi mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni tar-riżorsa iżda wkoll mar-rekwiżiti dwar il-kwalità sanitarja tal-prodotti.

L-għajnuna għall-irtirar mill-flotta tippermetti li tonqos il-kapaċità tas-sajd f'sitwazzjonijiet diffiċli (skarsezza tar-riżorsa, eċċ.) u b'hekk jiġi evitat it-trasferiment ta’ attività fuq setturi tas-sajd b'saħħithom. Jeħtieġ li din l-għajnuna tinżamm billi tingħata attenzjoni lill-kundizzjonijiet effettivi ta’ tnaqqis tas-sajd permezz ta’ ġestjoni aħjar tad-drittijiet tas-sajd.

Il-finanzjament ta’ waqfien temporanju mis-sajd jippermetti li jiġi kkumpensat il-waqfien sfurzat tal-bastimenti f'każijiet ta’ tniġġis jew bħala mezz ta’ akkumpanjament għal perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku għal ċerti speċi (bħal ma sar fil-każ tal-inċova). Fin-nuqqas ta’ finanzjament, x’aktarx il-bastimenti kkonċernati jittrasferixxu l-attività tagħhom lejn speċi oħra ta’ ħut u jinfluwenzaw l-istokkijiet tagħhom.

Emenda 10

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Ir-riżorsi disponibbli għall-impenji mill-FEMS għall-perjodu li jkopri mill-2014 sal-2020 taħt ġestjoni konġunta għandhom ikunu EUR 5 520 000 000 fi prezzijiet attwali skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness II.

1.   Ir-riżorsi disponibbli għall-impenji mill-FEMS għall-perjodu li jkopri mill-2014 sal-2020 taħt ġestjoni konġunta għandhom ikunu EUR 5 520 000 000 fi prezzijiet attwali skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness II.

2.   EUR 4 535 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd taħt il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu V.

2.   EUR 4 535 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd taħt il-Kapitoli I, II III tat-Titolu V.

3.   EUR 477 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 78.

3.   EUR 477 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 78.

4.   EUR 358 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir tad-dejta msemmija fl-Artikolu 79.

4.   EUR 358 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir tad-dejta msemmija fl-Artikolu 79.

5.   Fis-sena, ir-riżorsi allokati għall-kumpens tar-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V, ma għandhomx jaqbżu:

5.   Fis-sena, ir-riżorsi allokati għall-kumpens tar-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V, ma għandhomx jaqbżu:

EUR 4 300 000 għall-Ażores u l-Madeira;

EUR 4 300 000 għall-Ażores u l-Madeira;

EUR 5 800 000 għall-Gżejjer Kanarji;

EUR 5 800 000 għall-Gżejjer Kanarji;

EUR 4 900 000 għall-Gujana Franċiża u r-Réunion.

EUR 4 900 000 għall-Gujana Franċiża u r-Réunion

 

6.   EUR 45 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 72 mill-2014 sal-2018 inklużi.

6.   EUR 45 000 000 tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu allokati għall-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 72 mill-2014 sal-2018 inklużi.

Raġuni

Dan l-Artikolu, bla dubju minħabba ommissjoni, ma jinkludix il-finanzjament ta’ miżuri mmirati lejn il-kummerċjalizzazzjoni u t-trasformazzjoni previsti fit-Titolu V tar-Regolament attwali. B’konformità mar-Regolament bażiku tal-PKS jeħtieġ li jiġu kkunsidrati r-reġjuni ultraperiferiċi kollha fl-għajnuna għall-kumpens. Għandu jiġi definit ammont speċifiku għall-Gwadelup, il-Martinique u l-Majott.

Emenda 11

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-prijoritajiet tal-Unjoni identifikat fl-Artikolu 6(2) u (4).

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-prijoritajiet tal-Unjoni identifikat fl-Artikolu 6 (2) u (4).

Raġuni

L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament jikkonċerna t-titjib tal-impjieg u t-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali. Huwa indispensabbli li dan il-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd jinkludi din l-ambizzjoni.

Emenda 12

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex jippomwovi l-kapital uman u d-djalogu soċjali, il-FEMS jista’ jappoġġja:

1.   Sabiex jippomwovi l-kapital uman u d-djalogu soċjali, il-FEMS jista’ jappoġġja:

(a)

it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u prattiċi innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda marbuta b’mod partikolari mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-imprenditorija;

(a)

it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u prattiċi innovattivi u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda marbuta b’mod partikolari mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-imprenditorija;

(b)

netwerking u skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu soċjali kif ukoll l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u partijiet interessati oħrajn;

(b)

netwerking u skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati, inkluż organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu soċjali kif ukoll l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u partijiet interessati oħrajn;

(c)

il-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi s-sajjieda u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

(c)

il-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi s-sajjieda u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata wkoll lil konjugi ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom jew, meta u sakemm ikunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, l-imsieħba fil-ħajja ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom, li ma jkunux impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn abitwalment u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, huma jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-sajjieda li jaħdmu għal rashom jew li jwettqu kompiti anċillari.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata wkoll lil konjugi ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom jew, meta u sakemm ikunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, l-imsieħba fil-ħajja ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom, li ma jkunux impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn abitwalment u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, fl-attivitajiet tas-sajjieda li jaħdmu għal rashom jew li jwettqu kompiti anċillari.

Emenda 13

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex jiffaċilita d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi barra s-settur tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġja:

1.   Sabiex jiffaċilita d-diversifikazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi il-FEMS jista’ jappoġġja:

a)

il-bidu ta’ negozju barra s-settur tas-sajd;

b)

ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd.

 

il-bidu ta’ negozju barra s-settur tas-sajd;

 

ir-rikonfigurazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira sabiex dawn jiġu assenjati mill-ġdid għal attivitajiet barra mis-settur tas-sajd;

 

2.   L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 (a) għandu jingħata lis-sajjieda li:

2.   L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 għandu jingħata lis-sajjieda li:

a)

jissottomettu pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura.

a)

jissottomettu pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura.

b)

jippossjedu ħiliet professjonali adegwati li jistgħu jinkisbu permezz ta’ operazzjonijiet iffinanzjati skont l-Artikolu 31(1)(a).

b)

jippossjedu ħiliet professjonali adegwati li jistgħu jinkisbu permezz ta’ operazzjonijiet iffinanzjati skont l-Artikolu 31(1)(a).

3.   L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil sajjieda kostali fuq skala żgħira li għandhom bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd fil-baħar tul mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Il-liċenzja tas-sajd assoċjata mal-bastiment tas-sajd għandha tiġi rtirata b’mod permanenti.

3.   L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 għandu jingħata lil sajjieda kostali fuq skala żgħira li għandhom bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd fil-baħar tul mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Il-liċenzja tas-sajd assoċjata mal-bastiment tas-sajd għandha tiġi rtirata b’mod permanenti.

4.   Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ sajd professjonali fil-ħames snin wara li jirċievu l-aħħar pagament tal-appoġġ.

4.   l-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ sajd professjonali fil-ħames snin wara li jirċievu l-aħħar pagament tal-appoġġ.

5.   L-ispejjeż eliġibbli taħt il-paragrafu 1(b) għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tal-modifika ta’ bastiment imwettqa għall-iskop tal-assenjar mill-ġdid tiegħu.

5.   L-ispejjeż eliġibbli taħt il-paragrafu 1() għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tal-modifika ta’ bastiment imwettqa għall-iskop tal-assenjar mill-ġdid tiegħu.

6.   L-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija taħt il-paragrafu 1(a) ma għandux jaqbeż 50 % tal-baġit previst fil-pjan tan-negozju għal kull operazzjoni u ma għandux jaqbeż ammont massimu ta’ EUR 50 000 għal kull operazzjoni.

6.   

 

 

 

   

 

 

 

 

   

 

   L-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija taħt il-paragrafu 1() ma għandux jaqbeż 50 % tal-baġit previst fil-pjan tan-negozju għal kull operazzjoni u ma għandux jaqbeż ammont massimu ta’ EUR 50 000 għal kull operazzjoni.

Raġuni

Il-finanzjament tar-rikonverżjoni għandu jiġi appoġġjat minn għajnuna għall-irtirar tal-flotta billi l-bastimenti jiġu żarmati kif previst fil-fondi ta’ qabel (il-Fond Ewropew għas-Sajd). Din il-miżura tippermetti li, jekk id-drittijiet tas-sajd jitneħħew b’mod effettiv, jonqsu l-kapaċitajiet globali tas-sajd.

Jidher indispensabbli wkoll li tiġi prevista għajnuna speċifika għall-istabbiliment tas-sajjieda żgħażagħ biex jiġi garantit tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u titħeġġeġ il-wasla ta’ baħħara ġodda mħarrġa aħjar u konxji tal-isfidi ta’ ġestjoni aħjar tar-riżorsa.

Emenda 14

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex itejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda abbord, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali jekk dawn l-investimenti jmorru lil hinn mill-istandards meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

1.   Sabiex itejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda abbord, il-FEMS jista’ jappoġġja investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali jekk dawn l-investimenti jmorru lil hinn mill-istandards meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni.

2.   L-appoġġ għandu jingħata lil sajjieda jew lil proprjetarji ta’ bastimenti tas-sajd.

2.   L-appoġġ għandu jingħata lil sajjieda jew lil proprjetarji ta’ bastimenti tas-sajd.

3.   Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment abbord, l-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd. Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti minn investiment f’tagħmir individwali, l-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess benefiċjarju.

   

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 150 sabiex tidentifika t-tipi ta’ operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 1.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 150 sabiex tidentifika t-tipi ta’ operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 1.

Raġuni

Is-sajjieda li jkunu ġejjin minn pajjiżi li diġà għandhom livell għoli ta’ kundizzjonijiet regolatorji fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza m’għandhomx jiġu miċħuda l-għajuna. Għal raġunijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sajjieda, jeħtieġ li tapplika l-liġi Ewropea.

Barra minn hekk, mhuwiex raġonevoli li fir-rigward tal-programm tal-FEMS ta’ perjodu ta’ 7 snin il-possibbiltà ta’ għajnuna tiġi limitata għal darba waħda biss jekk irridu li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà tal-baħħara.

Emenda 15

Artikolu 33(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

   

Raġuni

Il-finanzjament ta’ waqfien temporanju mis-sajd jippermetti li jiġi kkumpensat il-waqfien sfurzat tal-bastimenti f’każijiet ta’ tniġġis jew bħala mezz ta’ akkumpanjament għal perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku għal ċerti speċi (bħal ma sar fil-każ tal-inċova). Fin-nuqqas ta’ finanzjament, x’aktarx il-bastimenti kkonċernati jittrasferixxu l-attività tagħhom lejn speċi oħra. Fil-fond preċedenti (il-Fond Ewropew għas-Sajd) din il-miżura intużat b’mod effikaċi diversi drabi.

Emenda 16

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni taħt l-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], il-FEMS jista’ jappoġġja:

1.   Sabiex l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni taħt l-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd], il-FEMS jista’ jappoġġja:

a)

id-disinn u l-iżvilupp ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd];

a)

id-disinn u l-iżvilupp ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd];

b)

il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]

b)

il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 21 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil awtoritajiet pubbliċi.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil awtoritajiet pubbliċi u.

Raġuni

Il-pjani multiannwali u l-miżuri l-oħra ta’ konservazzjoni previsti fl-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament bażiku għandhom jiġu appoġġjati wkoll fil-fażi tat-tfassil tagħhom b’appoġġ iddikjarat mill-kunsilli konsultattivi bħala element importanti tar-reġjonalizzazzjoni.

Emenda 17

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni tar-rimi u tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi maħsuda ’l fuq mil-livelli li jistgħu jista’ joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti f’tagħmir:

1.   Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni tar-rimi u tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li jirrestawraw u jħarsu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi maħsuda ’l fuq mil-livelli li jistgħu jista’ joħloq l-MSY, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti f’tagħmir:

a)

li jtejjeb is-selettività tad-daqs jew is-selettività tal-ispeċi tal-irkaptu;

a)

li jtejjeb is-selettività tad-daqs jew is-selettività tal-ispeċi tal-irkaptu;

b)

li jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali jew qabdiet inċidentali oħrajn;

b)

li jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali jew qabdiet inċidentali oħrajn;

c)

li jillimita l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar.

c)

li jillimita l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar.

 

2   L-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd tal-Unjoni u għall-istess tip ta’ tagħmir.

   

3.   L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun wera b’mod ċar għażla ta’ daqs aħjar jew impatt iżgħar fuq l-ispeċi mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir ieħor permess skont il-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri adottati fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif imsemmi fir-[Regolament tal-PKS].

   L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun wera b’mod ċar għażla ta’ daqs aħjar jew impatt iżgħar fuq l-ispeċi mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir ieħor permess skont il-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri adottati fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif imsemmi fir-[Regolament tal-PKS].

4.   L-għajnuna għandha tingħata:

   L-għajnuna għandha tingħata:

a)

sidien ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li l-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati bħala bastimenti attivi u li jkunu wettqu attività ta’ sajd ta’ mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;

a)

sidien ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li l-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati bħala bastimenti attivi u li jkunu wettqu attività ta’ sajd ta’ mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;

b)

sajjieda, li huma proprjetarji tal-irkaptu li għandu jinbidel u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;

b)

sajjieda, li huma proprjetarji tal-irkaptu li għandu jinbidel u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;

c)

organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru.

c)

organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru.

Raġuni

Biex inħeġġu l-iżvilupp ta’ tekniki tas-sajd għall-ksib tar-rendiment massimu sostenibbli fl-iqsar żmien, jeħtieġ li nħeġġu l-modernizzazzjoni tal-magni u tal-bastimenti kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi previsti mir-Regolament bażiku tal-PKS. Barra minn hekk, mhuwiex raġonevoli li fir-rigward tal-programm tal-FEMS ta’ perjodu ta’ 7 snin il-possibbiltà ta’ għajnuna tiġi limitata għal darba waħda biss jekk verament irridu li t-tekniki tas-sajd ikunu aktar sostenibbli.

Emenda 18

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-operazzjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati minn korpi tal-liġi pubblika li għandhom jinvolvu sajjieda jew organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew FLAGs kif iddefiniti taħt l-Artikolu 62.

2.   L-operazzjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati minn korpi tal-liġi pubblika li għandhom jinvolvu sajjieda jew organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew FLAGs kif iddefiniti taħt l-Artikolu 62.

Raġuni

L-Artikoli 52 u l-bqija tar-Regolament bażiku tal-PKS jipprevedu li jinvolvu aktar lill-kunsilli konsultattivi reġjonali fil-miżuri ta’ ġestjoni u anke jagħtuhom possibbiltà aktar b’saħħitha li jressqu proposti. Għalhekk, jeħtieġ li dawn il-kunsilli jibbenefikaw mill-appoġġ tal-FEMS biex jiġu akkumpanjati fl-azzjonijiet tagħhom.

Emenda 19

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-appoġġ ma għandux jikkontribwixxi għat-tibdil jew l-immodernizzar ta’ magni prinċipali jew anċillari. L-appoġġ għandu jingħata lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd biss u ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd.

   

Raġuni

Jeħtieġ li jkun jista’ jiġi ffinanzjat it-tibdil tal-muturi peress li huwa sorprendenti ħafna, saħansitra paradossali, li t-tiġdid tal-muturi jiġi eskluż mill-għajnuna tal-FEMS. Fil-fatt, il-muturi jikkostitwixxu l-materjal prinċipali li fuqu jistgħu jiffokaw l-isforzi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet li jniġġsu jew tal-konsum tal-karburant.

Emenda 20

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   L-appoġġ taħt dan l-Artikolu ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu tal-ipprogrammar għall-istess bastiment tas-sajd jew għall-istess benefiċjarju.

   

Raġuni

Biex inħeġġu l-innovazzjoni u t-titjib ġenwin tal-kwalità tal-prodotti jeħtieġ li nħeġġu l-modifikazzjoni tal-bastimenti bil-għan li jkunu jirrispettaw aktar ir-riżorsa u l-ambjent marittimu. Għaldaqstant, mhuwiex raġonevoli li fir-rigward tal-programm tal-FEMS ta’ perjodu ta’ 7 snin il-possibbiltà ta’ għajnuna tiġi limitata għal darba waħda biss, jekk verament irridu li t-tekniki tas-sajd ikunu aktar sostenibbli.

Emenda 21

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-appoġġ ma għandux ikopri l-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda, postijiet ta’ nżul ġodda jew swali tal-irkant ġodda.

   

Raġuni

Għandu jkun possibbli li jiġi ffinanzjat tagħmir f’ċerti siti li għad m’għandhomx tagħmir biex jimplimentaw l-iżviluppi ċari u inevitabbli tal-postijiet tax-xogħol tal-bastimenti.

Emenda 22

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 42

Sajd Intern

Artikolu 42

Sajd Intern

1.   Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd intern fuq l-ambjent, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tittejjeb il-kwalità tal-ħut żbarkat jew biex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà jew tax-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:

1.   Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd intern fuq l-ambjent, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tittejjeb il-kwalità tal-ħut żbarkat jew biex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà jew tax-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investimenti li ġejjin:

(a)

abbord jew f’tagħmir individwali msemmi fl-Artikolu 33 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(a)

abbord jew f’tagħmir individwali msemmi fl-Artikolu 33 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b)

f’tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu 36 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b)

f’tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu 36 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(c)

abbord u skemi u verifiki tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif previst fl-Artikolu 39 u taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu;

(c)

abbord u skemi u verifiki tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif previst fl-Artikolu 39 u taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu;

(d)

fil-portijiet u l-postijiet ta’ nżul eżistenti msemmija fl-Artikolu 41 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

(d)

fil-portijiet u l-postijiet ta’ nżul eżistenti msemmija fl-Artikolu 41 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(e)

Ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 33, 36 u 39 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklussiv f’baħar intern;

(e)

Ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 33, 36 u 39 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklussiv f’baħar intern;

(f)

Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 36 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jopera l-bastiment tas-sajd intern.

(f)

Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 36 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jopera l-bastiment tas-sajd intern.

3.   Sabiex tiġi sostnuta d-diversifikazzjoni mis-sajjieda interni, il-FEMS jista’ jappoġġja l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti li joperaw f’sajd intern għal attivitajiet oħrajn barra s-sajd taħt il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Sabiex tiġi sostnuta d-diversifikazzjoni mis-sajjieda interni, il-FEMS jista’ jappoġġja l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti li joperaw f’sajd intern għal attivitajiet oħrajn barra s-sajd taħt il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 32 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklussiv f’baħar intern.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 32 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw b’mod esklussiv f’baħar intern.

5.   Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġja l-parteċipazzjoni tas-sajjieda li jistadu f’baħar intern fir-rigward tal-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti ta’ NATURA 2000 fejn dawn iż-żoni jkunu jikkonċernaw direttament l-attivitajiet ta’ sajd, kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-ibħra interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċi migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(1)(d).

5.   Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġja l-parteċipazzjoni tas-sajjieda li jistadu f’baħar intern fir-rigward tal-ġestjoni, ir-restorazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti ta’ NATURA 2000 fejn dawn iż-żoni jkunu jikkonċernaw direttament l-attivitajiet ta’ sajd, kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-ibħra interni, inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċi migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(1)(d).

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw b’mod esklussiv fl-ibħra interni.

6.   

 

   

 

   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw b’mod esklussiv fl-ibħra interni.

Raġuni

Jidher li jkun utli li jiġu rtirati d-drittijiet privati tas-sajd, id-drittijiet reali antiki, li jfixklu l-ġestjoni tal-ilmijiet mill-amministrazzjoni pubblika u jnaqqsu d-dħul tas-sajjieda. Jeħtieġ li jiġi żviluppat ir-rwol tal-passaġġi ta’ ilma fi tranżizzjoni, b’mod partikolari billi jiġu eliminati l-ostakli fix-xmajjar bil-għan li l-ispeċijiet ta’ ħut migratorji jkunu jistgħu jwettqu ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom.

Emenda 23

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja operazzjonijiet:

1.1.   Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġja operazzjonijiet:

(a)

li jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid fl-irziezet tal-akkwakultura li jnaqqas l-impatt tagħhom fuq l-ambjent jew jinkoraġġixxi użu aktar sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura;

(a)

li jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid fl-irziezet tal-akkwakultura li jnaqqas l-impatt tagħhom fuq l-ambjent jew jinkoraġġixxi użu aktar sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura;

(b)

li jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b’mod sostanzjali meta mqabbel mal-aħħar avvanzi, proċessi ġodda jew imtejba, ġestjoni ġdida jew imtejba u s-sistemi ta’ organizzazzjoni.

(b)

li jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b’mod sostanzjali meta mqabbel mal-aħħar avvanzi, proċessi ġodda jew imtejba, ġestjoni ġdida jew imtejba u s-sistemi ta’ organizzazzjoni.

2.   L-operazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku kif rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.

2.   L-operazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku kif rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.

3.   Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ għandhom ikunu soġġetti għal pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 143.

3.   Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ għandhom ikunu soġġetti għal pubbliċità adegwata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 143.

 

   

Raġuni

F’ċerti irziezet, minħabba l-konfigurazzjoni materjali tagħhom jew ostakli ta’ natura legali, ser ikun impossibbli li jiġu integrati l-għarfien il-ġdid jew it-tekniki l-ġodda. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi adottata formola miftuħa li tagħti l-possibbiltà li tinħoloq faċilità ġdid fejn jistgħu jinġabru dawn il-mezzi l-aktar avvanzati u innovattivi.

Iċ-ċentri uffiċjali tal-akkwakultura jikkostitwixxu referenza għas-settur tal-akkwakultura. Dan il-fatt m’għandux jiġi sottovalutat, speċjalment fir-rigward tal-possibbiltà ta’ aċċess għal tali għajnuna.

Emenda 24

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 46

Investimenti fl-akkwakultura lil hinn mill-kosta u fl-akkwakultura mhux relatata mal-ikel

Artikolu 46

Investimenti fl-akkwakultura lil hinn mill-kosta fl-akkwakultura mhux relatata mal-ikel

1.   Sabiex jitrawmu forom ta’ akkwakultura b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investiment fl-iżvilupp tal-akkwakultura ’l barra mill-kosta jew tal-akkwakultura mhux relatata mal-ikel.

1.   Sabiex jitrawmu forom ta’ akkwakultura b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, il-FEMS jista’ jappoġġja l-investiment fl-iżvilupp tal-akkwakultura ’l barra mill-kosta jew tal-akkwakultura mhux relatata mal-ikel.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 150 sabiex tidentifika t-tip ta’ operazzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 150 sabiex tidentifika t-tip ta’ operazzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli.

Raġuni

Is-sostituzzjoni ta’ “u” b'“jew” fit-titolu tippermetti ftuħ għall-forom oħra ta’ akkwakultura apparti dik lil hinn mill-kosta, li joffru optenzjal qawwi ta’ tkabbir.

Emenda 25

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Il-farms tal-akkwakultura ma għandhomx jirċievu appoġġ għas-servizzi ta’ konsulenza aktar minn darba għal kull kategorija ta’ servizzi koperti taħt il-paragrafu 2 (a) sa (e) matul il-perjodu tal-ipprogrammar.

   

Raġuni

Mhuwiex raġonevoli li fir-rigward tal-programm tal-FEMS ta’ perjodu ta’ 7 snin il-possibbiltà ta’ għoti ta’ pariri tiġi limitata għal darba waħda biss, jekk verament irridu li l-akkwakultura tkun aktar sostenibbli.

Emenda 26

Artikolu 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd

Gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd

1.   Għall-finijiet tal-FEMS, il-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 28 (1)(b) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom jinħatru bħala Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (li minn hawn ‘il quddiem jissejħu “FLAGs”)

1.   Għall-finijiet tal-FEMS, il-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 28 (1)(b) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom jinħatru bħala Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (li minn hawn ‘il quddiem jissejħu “FLAGs”)

2.   Il-FLAGs għandhom jipproponu strateġija ta’ żvilupp lokali integrata bbażata mill-inqas fuq l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 61 u jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha.

2.   Il-FLAGs għandhom jipproponu strateġija ta’ żvilupp lokali integrata bbażata mill-inqas fuq l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 61 u jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-FLAGs għandhom:

3.   Il-FLAGs għandhom:

(a)

jirriflettu b’mod wiesa’ l-enfasi prinċipali tal-istrateġija tagħhom u l-kompożizzjoni soċjoekonomika taż-żona permezz ta’ rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati ewlenin, inklużi s-settur privat, is-settur pubbliku u s-soċjetà ċivili;

(a)

jirriflettu b’mod wiesa’ l-enfasi prinċipali tal-istrateġija tagħhom u l-kompożizzjoni soċjoekonomika taż-żona permezz ta’ rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati ewlenin, inklużi s-settur privat, is-settur pubbliku u s-soċjetà ċivili;

(b)

jiżguraw rappreżentanza sinifikanti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.

(b)

jiżguraw rappreżentanza sinifikanti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.

4.   Jekk l-istrateġija tal-iżvilupp lokali hija appoġġjata minn Fondi oħra minbarra l-FEMS, għandu jiġi stabbilit korp speċifiku għall-għażla tal-proġetti appoġġjati mill-FEMS skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (3).

4.   Jekk l-istrateġija tal-iżvilupp lokali hija appoġġjata minn Fondi oħra minbarra l-FEMS, għandu jiġi stabbilit korp speċifiku għall-għażla tal-proġetti appoġġjati mill-FEMS skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (3).

5.   Il-kompiti minimi tal-FLAGs huma stabbiliti fl-Artikolu 30(3) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]:

5.   Il-kompiti minimi tal-FLAGs huma stabbiliti fl-Artikolu 30(3) tar-[Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]:

6.   Il-FLAGs jistgħu wkoll iwettqu kompiti addizzjonali ddelegati lilhom mill-awtorità amministrattiva u/jew mill-aġenzija tal-pagamenti.

6.   Il-FLAGs jistgħu wkoll iwettqu kompiti addizzjonali ddelegati lilhom mill-awtorità amministrattiva u/jew mill-aġenzija tal-pagamenti.

7.   Ir-rwoli rispettivi tal-FLAG, tal-awtorità amministrattiva jew tal-aġenzija tal-pagamenti għall-kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-programm operazzjonali.

7.   Ir-rwoli rispettivi tal-FLAG, tal-awtorità amministrattiva jew tal-aġenzija tal-pagamenti għall-kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-programm operazzjonali.

 

   

Raġuni

F’ċerti każijiet, il-FLAGs jistgħu jkunu estensjoni ta’ gruppi oħra ta’ żvilupp rurali, li jistgħu jestendu l-ambitu ġeografiku tagħhom. Dan jista’ jwassal għall-implimentazzjoni ta’ proġetti aktar integrati b’anqas spejjeż relatati mal-ġestjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ.

Emenda 27

Artikolu 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

1.   Il-FEMS jappoġġja t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

Raġuni

Kull organizzazzjoni ta’ produtturi tistabbilixxi u titrasmetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru programm operattiv tal-kampanja tas-sajd. Dan ifisser li jiġi ddikjarat b’mod aktar ċar l-appoġġ għal din l-għodda li tippermetti ġestjoni aħjar tar-riżorsi, u b’hekk li jiġi adatt l-isforz tas-sajd biex jiġu sodisfati l-bżonnijiet tal-konsumaturi.

Emenda 28

Artikolu 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-kumpens lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament Nru. [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], bil-kundizzjoni li il-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament Nru … [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura]:

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-kumpens lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament Nru. [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura], bil-kundizzjoni li il-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament Nru … [dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura]:

a)

l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma għandux jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

a)

l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma għandux jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

b)

il-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin ma għandhomx jaqbżu l-15 % tal-kwantitajiet annwali tal-prodotti kkonċernati mqiegħda għall-bejgħ mill-organizzazzjoni ta’ produtturi;

b)

il-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin ma għandhomx jaqbżu l-15 % tal-kwantitajiet annwali tal-prodotti kkonċernati mqiegħda għall-bejgħ mill-organizzazzjoni ta’ produtturi;

c)

l-għajnuna finanzjarja fis-sena ma għandhiex taqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2009-2011. Fil-każ li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellhom l-ebda produzzjoni kummerċjalizzata fl-2009-2011, għandu jkun ikkunsidrat il-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni tat-tali membru:

c)

l-għajnuna finanzjarja fis-sena ma għandhiex taqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2009-2011. Fil-każ li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellhom l-ebda produzzjoni kummerċjalizzata fl-2009-2011, għandu jkun ikkunsidrat il-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni tat-tali membru

1 % fl-2014

0.8 % fl-2015

0.6 % fl-2016

0.4 % fl-2017

0.2 % fl-2018

2.   Sal-2019, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi eliminat b’mod gradwali.

   

Raġuni

Id-digressività tal-għajnuna għall-ħżin ma tidhirx rilevanti filwaqt li, b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku tal-PKS, il-bastimenti għandhom idaħħlu lura b’mod gradwali l-qabdiet kollha tagħhom, inkluż ir-rimi. Jidher li jkun utli li tiġi prevista għajnuna għall-ħżin biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jiġġestixxu dawn il-volumi li jinħattu qabel ma jintużaw.

Emenda 29

Artikolu 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 71

Miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 71

Miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom l-għan li:

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom l-għan li:

(a)

jtejbu l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’:

(a)

jtejbu l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’:

(i)

speċi żejda jew li għadhom mhumiex sfruttati biżżejjed;

(i)

speċi żejda jew li għadhom mhumiex sfruttati biżżejjed;

(ii)

qabdiet mhux mixtieqa żbarkati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-Artikolu 8 (b) it-tieni inċiż tar-[Regolament (UE) Nru dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura];

(ii)

(iii)

prodotti miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent jew prodotti tal-akkwakultura organika definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika.

prodotti miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent jew prodotti tal-akkwakultura organika definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika.

(b)

jippromwovu l-kwalità billi jiffaċilitaw:

(b)

jippromwovu l-kwalità billi jiffaċilitaw:

(i)

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ prodott partikolari taħt it-termini tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel;

(i)

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ prodott partikolari taħt it-termini tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel;

(ii)

iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni inklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(ii)

iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni inklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(iii)

kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira.

(iii)

kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira.

(c)

jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq;

(c)

jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq;

(d)

ifasslu kuntratti standard li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;

(d)

ifasslu kuntratti standard li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;

(e)

il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti skont il-Kapitolu II, Taqsima III tar-Regolament [dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura];

(e)

il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti skont il-Kapitolu II, Taqsima III tar-Regolament [dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura];

(f)

jagħmlu kampanji promozzjonali reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

(f)

jagħmlu kampanji promozzjonali reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.   L-operazzjonijiet taħt il-paragrafu (1)(b) jistgħu jinkludu l-integrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ produzzjoni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-katina tal-provvista.

2.   L-operazzjonijiet taħt il-paragrafu (1)(b) jistgħu jinkludu l-integrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ produzzjoni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-katina tal-provvista.

Raġuni

L-iżbark tal-qabdiet kollha mhijiex soluzzjoni ġenwina għall-problema tar-rimi u m’għandhiex tissemma hawnhekk. L-unika alternattiva għall-iżbark tal-qabdiet kollha hija li jitħeġġu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ tagħmir aktar selettiv. Din l-emenda hija għall-finijiet ta’ koerenza mal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-PKS, fejn il-Kumitat ippropona emenda għall-Artikolu 15 dwar l-iżbark tal-qabdiet kollha.

Emenda 30

Kapitolu V - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Emenda 31

Artikolu 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja r-reġim ta’ kumpens introdott mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fil-biedja u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Azores, mill-Madeira, mill-Gżejjer Kanarji, mill-Gujana Franċiża u mir-Réunion.

1.   Il-FEMS reġim ta’ kumpens għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fil-biedja u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Raġuni

Ir-Regolament KE 791/2007 ser jiġi rrevokat fl-aħħar tal-2013 meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament attwali dwar il-FEMS. Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi kollha mingħajr distinzjoni, bħal fir-Regolament bażiku tal-PKS għaliex huma jinsabu f’sitwazzjonijiet simili.

Emenda 32

Artikolu 75(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ir-reġjuni ultraperiferiċi jiddependu ħafna mis-sajd, attività li sikwit issir b’bastimenti żgħar ħafna. Huwa importanti li jiġu appoġġjati t-tagħmir u l-kostruzzjonijiet biex il-bastimenti jkunu aktar konformi mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni tar-riżorsa kif ukoll mar-rekwiżiti tal-kwalità sanitarja tal-prodotti.

Biex jonqos l-isforz tas-sajd viċin il-kosta għandu jkun possibbli li jiġi ffinanzjat dan it-tagħmir installat fil-miftuħ jekk il-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu ssir b’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku.

Emenda 33

Artikolu 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 85

Pariri Xjentifiċi u għarfien

Artikolu 85

Pariri Xjentifiċi u għarfien

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi, għall-iskop ta’ deċiżjonijiet sodi u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi, għall-iskop ta’ deċiżjonijiet sodi u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.

2.   B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

2.   B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni tas-sajd sostenibbli;

(a)

studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni sostenibbli;

(b)

it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inklużi korpi konsultattivi xjentifiċi responsabbli għalll-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti indipendenti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;

b)

it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u pariri xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inklużi korpi konsultattivi xjentifiċi responsabbli għalll-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti indipendenti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;

(c)

il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd u gruppi ta’ ħidma esperti kif ukoll f’korpi konsultattivi internazzjonali u f’laqgħat fejn tkun meħtieġa l-kontribuzzjoni tal-esperti dwar is-sajd;

(c)

il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd u gruppi ta’ ħidma esperti kif ukoll f’korpi konsultattivi internazzjonali u f’laqgħat fejn tkun meħtieġa l-kontribuzzjoni tal-esperti dwar is-sajd;

(d)

l-infiq imġarrab mill-Kummissjoni għal servizzi relatati mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta, mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-laqgħat tal-esperti fis-sajd u l-ġestjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali marbuta mal-għarfien espert xjentifiku u tekniku fil-qasam tas-sajd, mal-ipproċessar tal-biċċiet tad-dejta u d-dejtasets, u mal-ħidma preparatorja mmirata biex twassal opinjonijiet u pariri xjentifiċi;

(d)

l-infiq imġarrab mill-Kummissjoni għal servizzi relatati mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta, mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-laqgħat tal-esperti fis-sajd u l-ġestjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali marbuta mal-għarfien espert xjentifiku u tekniku fil-qasam tas-sajd, mal-ipproċessar tal-biċċiet tad-dejta u d-dejtasets, u mal-ħidma preparatorja mmirata biex twassal opinjonijiet u pariri xjentifiċi;

(e)

l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-dejta, inkluż il-ħolqien u t-tmexxija ta’ databases reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta li minnhom tibbenifika l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta, kif ukoll il-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd.

(e)

l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-dejta, inkluż il-ħolqien u t-tmexxija ta’ databases reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta li minnhom tibbenifika l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta, kif ukoll il-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd.

Raġuni

Fil-qafas tal-PKS għandhom jiġu eżaminati fid-dettall id-diffikultajiet li qed jiffaċċja s-settur tas-sajd minħabba l-eżawriment taż-żoni tas-sajd, il-prezz tal-fjuwil u l-problemi amministrattivi. Għaldaqstant, l-istudji u l-proġetti pilota meħtieġa għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-PKS għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, flimkien mas-sajd u l-akkwakultura, bħala sorsi ta’ produzzjoni alimentari b’potenzjal qawwi ta’ żvilupp fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 34

Artikolu 88

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġja l-ispejjeż operazzjonali tal-Kunsilli Konsultattivi stabbiliti mill-Artikolu 52 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd].

1.   Il-FEMS jappoġġja l-ispejjeż tal-Kunsilli Konsultattivi stabbiliti mill-Artikolu 52 tar-[Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] .

Raġuni

Ir-regoli ġenerali u l-prinċipji gwida tal-Politika Komuni tas-Sajd jaqgħu taħt il-kodeċiżjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (objettivi ambjentali, mekkaniżmi ta’ għajnuna għas-settur, organizzazzjoni komuni tas-suq, eċċ.). Madankollu, ir-regolamenti speċifiċi għandhom jiġu definiti fil-livell taż-żoni tas-sajd (miżuri tekniċi speċifiċi u pjani ta’ ġestjoni multiannwali). Din hija r-raġuni għala r-Regolament bażiku jipprevedi li jinvolvi aktar lill-kunsilli konsultattivi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Tali organizzazzjoni istituzzjonali għandha bosta vantaġġi meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali. Fil-fatt, din l-organizzazzjoni hija strutturata skont l-ekosistemi – tiffaċilita l-ġestjoni adattiva, tagħti ordni lill-prijoritajiet, twassal għal tqassim aktar trasparenti tal-awtorità u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-atturi interessati.

Il-kunsilli konsultattivi reġjonali msaħħa ser jibqgħu struttura żgħira magħmula minn 4-5 postijiet permanenti.

Emenda 35

Artikolu 100

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Diżimpenn

Diżimpenn

Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta’ impenn baġitarju għal programm operazzjonali li ma jkunx intuża bi skop ta’ prefinanzjament jew sabiex isiru pagamenti interim jew li għalih ma ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni l-ebda dikjarazzjoni tal-infiq li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 98(3) fir-rigward tal-infiq imġarrab sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.

   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta’ impenn baġitarju għal programm operazzjonali li ma jkunx intuża bi skop ta’ prefinanzjament jew sabiex isiru pagamenti interim jew li għalih ma ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni l-ebda dikjarazzjoni tal-infiq li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 98(3) fir-rigward tal-infiq imġarrab sal-31 ta’ Diċembru tat- sena wara dik tal-impenn baġitarju.

 

   

Raġuni

L-ewwel nett, fid-dawl tal-eżekuzzjoni bil-mod tal-FES attwali u tal-possibbiltà li dawn il-fondi jkomplu jintużaw biex jitwettqu impenji u pagamenti sal-aħħar tal-2015, x’aktarx il-FEMS ser jiġi implimentat bil-mod. It-tieni nett, minħabba din il-koinċidenza, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, flimkien mar-restrizzjonijiet tal-kreditu li l-banek jagħtu lill-operaturi privati, mhux ser tkun daqshekk tajba li tiġġenera żvilupp ekonomiku li jaqbel mar-regola “N+2”. Għalhekk ir-regola għandha ssir aktar flessibbli, u ssir “N+3”, tal-anqas għall-ewwel tliet snin (2014-2016) sakemm il-programm jikseb ir-ritmu adatt.

Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/110


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Ewropa fid-dinja: approċċ ġdid għall-iffinanzjar tal-azzjoni esterna tal-UE”

2012/C 391/11

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-pakkett li tressaq b’mod konġunt bl-isem “L-Ewropa fid-dinja” peress li jista’ jikkontribwixxi għal approċċ olisitiku u politika tal-iżvilupp koerenti b’mod usa’ milli kien possibbli s’issa. Il-Kumitat jaqbel li r-riżorsi għall-qasam tal-“azzjoni esterna”, fejn l-azzjoni tal-UE tista’ tipprovdi valur miżjud ċar, għandhom jiżdiedu;

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari dawk li minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi amministrattivi jixtiequ jagħtu kontribut għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, jilqgħu b’sodisfazzjon l-aġġornament tal-qafas għall-appoġġ mill-UE u s-semplifikazzjoni tal-qafas regolatorju għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti;

irid jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala atturi fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, iżda jixtieq jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rwol ta’ dawn l-atturi fil-qafas tal-miżuri tal-Istati Membri individwali għall-promozzjoni tad-deċentralizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni, u għall-importanza tagħhom fil-kooperazzjoni transkonfinali internazzjonali diretta bejn atturi fil-livell sottonazzjonali;

jemmen li il-proposta ta’ finanzjament tal-pakkett “L-Ewropa fid-Dinja” ippreżentata mill-Kummissjoni għandha tiggarantixxi kundizzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, pereżempju billi jiġi limitat ir-rekwiżit ta’ kofinanzjament jew saħansitra jiġi eliminat. Id-deċentralizzazzjoni hija ħaġa tajba u ssaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar id-dinja;

jinnota li sabiex l-atturi lokali jassumu r-responsabbiltà u tiġi promossa d-demokrazija lokali, tinħtieġ il-fiduċja fis-sistema politika u fir-rappreżentanti tagħha. Id-deċentralizzazzjoni twassal għal istituzzjonijiet aktar leġittimi u aktar effettivi. Permezz ta’ struttura deċentralizzata tinħoloq rabta aktar mill-qrib bejn il-livelli governattivi u ċ-ċittadini. Il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet miftuħin, li jitwettqu b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jikkontribwixxu biex iċ-ċittadini jadottaw il-valuri demokratiċi – u dan huwa prerekwiżit għal soċjetà pluralistika u tolleranti.

Relatur

Is-Sinjura HÅKANSSON HARJU (SE/PSE)

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Ewropa Globali: Approċċ Ġdid għall-iffinanzjar tal-azzjoni esterna tal-UE

COM(2011) 865 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna

COM(2011) 842 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Preparazzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territoriji ekstra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp)

COM(2011) 837 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

COM(2011) 838 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat

COM(2011) 839 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp

COM(2011) 840 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

COM(2011) 843 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

COM(2011) 844 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-ġenerazzjoni ġdida ta’ strumenti ta’ finanzjament għall-politika tal-iżvilupp li għandhom jiffaċilitaw id-djalogu politiku u l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mal-Istrateġija predominanti “Aġenda għall-Bidla” (1) fil-qafas tal-programm finanzjarju multiannwali propost. Huwa jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li l-baġit jiżdied għal EUR 70 biljun, li jirrappreżenta ftit anqas minn 7 % tal-baġit totali tal-UE;

2.

jilqa’ l-pakkett li tressaq b’mod konġunt bl-isem “L-Ewropa fid-dinja” (2) peress li jista’ jikkontribwixxi għal approċċ olisitiku u politika tal-iżvilupp koerenti b’mod usa’ milli kien possibbli s’issa. Il-Kumitat jaqbel li r-riżorsi għall-qasam tal-“azzjoni esterna”, fejn l-azzjoni tal-UE bħala entità waħda tipprovdi valur miżjud ċar, għandhom jiżdiedu, u għaldaqstant jiddispjaċih li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) mhuwiex inkluż fil-qafas finanzjarju multiannwali tal-UE. Aktar minn EUR 34 biljun huma disponibbli fil-qafas tal-FEŻ, iżda dawn ir-riżorsi mhumiex inklużi fil-baġit. Il-FEŻ għandu jirrispetta l-istess rekwiżiti f’termini ta’ trasparenza, effikaċja u preżentazzjoni tar-riżultati bħall-istrumenti ta’ finanzjament l-oħra fil-pakkett “L-Ewropa fid-Dinja”;

3.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari dawk li minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi amministrattivi jixtiequ jagħtu kontribut għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, jilqgħu b’sodisfazzjon l-aġġornament tal-qafas għall-appoġġ mill-UE u s-semplifikazzjoni tal-qafas regolatorju għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti. Fil-perjodu attwali ta’ programmazzjoni saru talbiet qawwija biex jiġu ssemplifikati u ċċarati l-istrumenti, u l-KtR jinsab kuntent li r-riżultati tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni ġew ikkunsidrati;

4.

josserva li s-semplifikazzjoni tal-qafas regolatorju, it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-parteċipazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti u s-sovvenzjonijiet huma fost it-titjib li ilu mixtieq żmien twil. Iż-żieda fil-flessibbiltà kif ukoll l-adattament u r-reviżjoni aktar rapidi, meta l-kuntest jirrikjedi dan, għandhom joħolqu wkoll il-kundizzjonijiet għal ħidma aktar effikaċi;

5.

permezz ta’ din l-opinjoni, il-Kumitat irid jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala atturi fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, iżda jixtieq jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rwol ta’ dawn l-atturi fil-qafas tal-miżuri tal-Istati Membri individwali għall-promozzjoni tad-deċentralizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni, u għall-importanza tagħhom fil-kooperazzjoni transkonfinali internazzjonali diretta bejn atturi fil-livell sottonazzjonali. Għaldaqstant jinnota li għandu jitqies il-każ partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi li s-sitwazzjoni ġeostrateġika tagħhom tagħmilhom fruntieri attivi u pjattaformi tal-UE fid-dinja li jistgħu jgħinu biex il-politika tal-iżvilupp Ewropea tkun aktar effikaċi, hekk kif jgħidu l-Opinjonijiet CdR 408/2010 u CdR 364/2011;

6.

jinnota li l-urbanizzazzjoni wasslet biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċċjaw sfidi kbar biex itejbu l-kapaċità u l-effikaċja tagħhom stess, biex jimplimentaw sistemi ta’ governanza trasparenti u sodi, u biex jissodisfaw l-istennijiet taċ-ċittadini. Għalhekk huma jeħtieġu l-għarfien u l-esperjenza ta’ lokalitajiet oħrajn. Ta’ spiss, id-diversi tipi ta’ sħubijiet lokali u reġjonali jinvolvu lil firxa wiesgħa ta’ atturi. Intwera li l-kooperazzjoni, b’mod speċjali l-aktar forom ta’ kooperazzjoni mill-qrib bħas-sħubijiet pubbliku-pubbliku iżda anke pubbliku-privat, ma tiswiex wisq flus iżda tagħti riżultati konkreti u sostenibbli, fost oħrajn għax il-kooperazzjoni hija intiża għat-tisħiħ tal-istrutturi eżistenti, fejn il-kompiti u r-responsabbiltajiet diġà jkunu definiti mil-liġi, u dan permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-impjegati li diġà jkunu qed jaħdmu fil-gvern lokali jew reġjonali. Għaldaqstant, il-proposta ta’ finanzjament tal-pakkett “L-Ewropa fid-Dinja” ippreżentata mill-Kummissjoni għandha tiggarantixxi kundizzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, pereżempju billi jiġi limitat ir-rekwiżit ta’ kofinanzjament jew saħansitra jiġi eliminat. Id-deċentralizzazzjoni hija ħaġa tajba u ssaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar id-dinja;

7.

jinnota li l-appoġġ għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mogħti lis-“soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali” ġustament u espliċitament jirrikonoxxi lil dawn l-atturi. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-servizzi pubbliċi tagħhom jingħataw l-għajnuna wkoll fil-qafas ta’ strumenti tematiċi u ġeografiċi oħrajn. L-appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iżvilupp tas-soċjetà huwa kwistjoni orizzontali u m’għandux ikun limitat biss għal parti żgħira minn wieħed mill-istrumenti;

8.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu inkoraġġuti aktar ukoll biex jikkooperaw fil-qafas tal-programm tematiku “migrazzjoni u asil”, u b’hekk jibbenefikaw mill-finanzjament tiegħu. Il-kooperazzjoni internazzjonali transkonfinali bejn il-muniċipji li jilqgħu lill-migranti u l-applikanti għal asil u l-muniċipji minn fejn dawn ikunu ġejjin għandha tittejjeb u tiġi żviluppata b’mod konsiderevoli. Il-livell lokali jaqdi rwol importanti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ akkoljenza u ta’ ritorn;

9.

jilqa’ l-fatt li l-kooperazzjoni internazzjonali u deċentralizzata għall-iżvilupp ġiet rikonoxxuta b’mod espliċitu u hija dejjem aktar viżibbli – mhux biss fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, iżda wkoll, matul dawn l-aħħar snin, f’kuntesti internazzjonali oħra (3). Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni ta’ żvilupp san tas-soċjetà u l-importanza tagħhom għall-ħolqien ta’ pont bejn iċ-ċittadini u l-livelli amministrattivi differenti ma jistgħux jiġu enfasizzati biżżejjed;

10.

jemmen li, fil-qafas tal-appoġġ baġitarju jew settorjali, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-pajjiżi msieħba sabiex il-livelli amministrattivi kompetenti jirċievu ammont suffiċjenti ta’ għajnuna għall-iżvilupp, bil-għan li jipprovdu s-servizzi meħtieġa u mitluba ħafna liċ-ċittadini lokali. Ir-riżorsi u l-persunal kwalifikat m’għandhomx ikun kkonċentrati fil-livell ċentrali, iżda għandhom jinqasmu fost l-awtoritajiet sottonazzjonali rilevanti;

11.

jenfasizza li l-muniċipji u r-reġjuni huma leħen iċ-ċittadini u r-rappreżentanti li jmexxuhom. B’hekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippermettu parteċipazzjoni qawwija taċ-ċittadini li tkun ibbażata b’mod konkret fil-ħajja ta’ kuljum. Barra minn hekk, il-muniċipji u r-reġjuni jipprovdu bosta servizzi pubbliċi. Huma ta’ sikwit jikkoordinaw u jippromovu l-kooperazzjoni bejn l-atturi soċjali ċentrali, bħall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, is-settur privat, il-komunitajiet reliġjużi u l-akkademiċi;

12.

jinnota li l-għanijiet globali tal-iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-hekk imsejħa l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs), mhumiex biss ta’ importanza kbira għall-Istati Membri u n-Nazzjonijiet Uniti, iżda huma importanti ħafna wkoll għall-muniċipji u r-reġjuni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu b’mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetà, u l-implimentazzjoni ta’ miżuri fil-livelli lokali u reġjonali hija prerekwiżit għall-ksib tal-Għanijiet tal-Millennju. Ir-rwol tal-atturi sottonazzjonali għall-iżvilupp lokali u internazzjonali għandu joħroġ aktar fid-dieher. Fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja bħalissa, pereżempju, qed jitwettqu proġetti li juru biċ-ċar il-kontribut li jagħtu l-muniċipji għall-iżvilupp sostenibbli u b’saħħtu tas-soċjetà u r-rabta korrispondenti mal-għanijiet tal-iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll ir-responsabbiltajiet li jassumu dawn il-muniċipji;

13.

jappoġġja l-appell li sar fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-ġejjieni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE sabiex is-sena 2015 tiġi dedikata “Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp” ħalli jitħejja segwitu adegwat għall-MDGs;

14.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal programmazzjoni konġunta ta’ seba’ snin u jqis li dan jista’ jippermetti kundizzjonijiet aħjar għal riformi soċjali estensivi. Il-KtR jilqa’ l-proposti li saru fl-istrumenti li titpoġġa enfasi aktar ċara fuq ir-riżultati u li jkun hemm rekwiżiti aktar stretti. Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jaraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal djalogu proattiv sabiex jagħtu impulsi importanti għall-programmazzjoni tal-istrumenti rilevanti;

15.

jenfasizza li r-riformi ta’ deċentralizzazzjoni u l-bini tad-demokrazija huma proċessi kumplessi, komprensivi u revoluzzjonarji li jirrikjedu perseveranza, previżjoni u perspetttiva fit-tul min-naħa tal-provvedituri ta’ finanzjament u l-imsieħba tal-kooperazzjoni;

16.

jinnota li sabiex l-atturi lokali jassumu r-responsabbiltà u tiġi promossa d-demokrazija lokali, tinħtieġ il-fiduċja fis-sistema politika u fir-rappreżentanti tagħha. Id-deċentralizzazzjoni twassal għal istituzzjonijiet aktar leġittimi u aktar effettivi. Permezz ta’ struttura deċentralizzata tinħoloq rabta aktar mill-qrib bejn il-livelli governattivi u ċ-ċittadini. Il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet miftuħin, li jitwettqu b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jikkontribwixxu biex iċ-ċittadini jadottaw il-valuri demokratiċi – u dan huwa prerekwiżit għal soċjetà pluralistika u tolleranti;

17.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi msieħba jistgħu – u għandhom – jaqdu rwol essenzjali fit-tfassil tal-politiki u l-istrateġiji fil-livell rispettiv tagħhom, u bl-istess mod huma jistgħu u għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkontribwixxu għall-ħidma fil-livell nazzjonali u internazzjonali. Bħala provvedituri tas-servizzi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli wkoll għall-ġestjoni, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti, pereżempju fl-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-kultura;

18.

josserva li, l-assoċjazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw il-muniċipji u r-reġjuni, bis-saħħa tar-riżorsi intellettwali tagħhom, jistgħu jaqdu rwol deċiżiv u ta’ appoġġ fir-riformi soċjali estensivi, speċjalment fid-deċentralizzazzjoni u l-bini tad-demokrazija. L-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u korpi simili jistgħu jappoġġjaw lill-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet billi jiżviluppaw metodi u strumenti, billi jitkellmu f’isimhom u jirrappreżentaw l-interessi komuni tagħhom, u billi jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ diversi provvedituri ta’ finanzjament fl-oqsma rispettivi tagħhom. Ikun tajjeb li nitgħallmu mill-esperjenza miksuba minn dawn l-assoċjazzjonijiet sabiex insaħħu d-demokrazija lokali u reġjonali fil-qafas tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Għaldaqstant jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lil-livelli sottonazzjonali ta’ governanza tagħhom biex jappoġġjaw ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba;

19.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għarfien espert fil-biċċa l-kbira tal-oqsma li huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ekoloġikament sostenibbli. Ta’ min isemmi l-esperjenza tagħhom kemm f’termini ta’ ħidma prattika kif ukoll ta’ kontroll politiku, pereżempju fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma, l-intraprenditorija lokali u l-prerekwiżiti għall-istabbiliment ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, it-trasport u l-infrastruttura, l-ambjent u r-riżorsi naturali inkluż l-agrikoltura, iżda wkoll f’oqsma li jirrikjedu responsabbiltajiet aktar estensivi bħall-iżgurar ta’ demokrazija ġenwina u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Dan l-għarfien espert jista’ jintlaħaq faċilment u jiġi mobilizzat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali direttament jew mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali, Ewropej jew globali tagħhom, u permezz tal-KtR;

20.

jinnota li fl-2008 il-Kummissjoni Ewropea appellat għall-iżvilupp ta’ approċċ olistiku li jqis l-awtoritajiet lokali bħala atturi tal-iżvilupp fil-livell globali, Ewropew u nazzjonali, billi pproponiet tliet għodod taħt il-patroċinju tal-KtR, fid-dawl tar-rwol tiegħu li jipprovdi vuċi lill-awtoritajiet lokali fil-livell tal-UE; ifakkar li l-Atlas dwar il-Kooperazzjoni Deċentralizzata li joħloq mappa tal-attivitajiet u l-aħjar prattiki, il-pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni fuq l-internet li tqabbel il-ħiliet u l-kapaċitajiet mal-ħtiġijiet, u l-Konferenza tal-Kooperazzjoni Deċentralizzata għad-Djalogu Politiku issa nħolqu bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u netwerks ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u fil-pajjiżi msieħba, bħall-Grupp ta’ Ħidma “Platforma” fi ħdan il-Kunsill tal-Muniċipji u r-Reġjuni Ewropej (CEMR, Council of European Municipalities and Regions); jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-UE u fil-pajjiżi msieħba biex jużaw aktar dawn l-istrumenti fl-interess ta’ koerenza akbar u titjib fl-effikaċja tal-għajnuna;

21.

jinnota li b’segwitu għad-djalogu strutturat dwar it-tema tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li laqqa’ lill-istituzzjonijiet tal-UE mar-rappreżentanti tas-soċejtà ċivili u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-Kummissjoni tipproponi it-twaqqif ta’ forum permanenti ta’ livell għoli dwar il-kwistjonijiet tal-iżvilupp. Il-Kumitat jilqa’ bis-sħiħ din l-inizjattiva u jistenna li jkompli jaqdi r-rwol istituzzjonali tiegħu. Il-Kumitat iqis li forum formali jikkontribwixxi għall-istituzzjonalizzazzjoni tad-djalogu u għal kontenut ta’ kwalità aħjar, u jwassal għal dibattiti sistematiċi dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp, b’aġġornamenti regolari, opinjonijiet esperti u skambju ta’ esperjenzi. Il-Kumitat jilqa’ wkoll il-komunikazzjonijiet imħabbra dwar ir-rwol tal-NGOs u tal-awtoritajiet lokali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, biex il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni tiġi appoġġjata b’mod formali u fuq din il-bażi tkompli u tiżviluppa aktar. L-importanza ta’ din il-kooperazzjoni ħarġet fid-dieher waqt il-Konferenza biannwali tal-Kooperazzoni Deċentralizzata kif ukoll fid-djalogu strutturat;

Kummenti dwar l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

22.

jinnota li l-istrument tematiku għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem żdied bi kważi 35 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, iżda dan għadu jirrappreżenta parti żgħira ħafna tal-assistenza tal-UE għall-iżvilupp (madwar 2 %). Il-Kumitat jiddispjaċih li dan l-istrument orizzontali mhuwiex mogħni b’aktar riżorsi peress li jista’ jiġi applikat f’kull qasam ġeografiku u f’fażijiet differenti tal-iżvilupp u huwa ffukat fuq kwistjonijiet bażiċi bħar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem jew l-appoġġ u l-konsolidazzjoni tar-riformi demokratiċi

23.

jenfasizza li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma valuri universali tal-UE u tal-komunità internazzjonali. Dawn il-valuri huma assi u vantaġġ li f’ħafna soċjetajiet huma protetti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, ġudikatura li taħdem sew, is-soċjetà ċivili, il-mezzi tax-xandir u partijiet interessati oħra;

24.

iqis li d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu promossi u jingħataw aktar viżibbiltà fl-oqsma kollha tas-soċjetà. Għaldaqstant, il-Kumitat iqis li fil-qafas ta’ dan l-istrument għandha ssir aktar enfasi fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali b’rabta mal-bini ta’ istituzzjonijiet;

25.

iqis li l-livell amministrattiv l-aktar qrib taċ-ċittadini jista’ jimplimenta wkoll id-deċiżjonijiet nazzjonali b’mod li jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi jew il-kundizzjonijiet lokali u li dawn jiġu kkunsidrati, sabiex b’hekk jiġu evitati l-impatti negattivi li jista’ jkun hemm fuq id-drittijiet tar-residenti lokali, pereżempju rigward ir-rekwiżiti relatati mal-lingwa jew l-identità etnika. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex jorganizzaw u jikkoordinaw miżuri ta’ sensibilizzazzjoni għall-gruppi lokali, bħal pereżempju għaż-żgħażagħ jew in-nisa, sabiex jinformawhom dwar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom u dwar kif jistgħu jeżerċitawhom;

Kummenti dwar l-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżviupp bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali (fil-qafas tal-Istrument għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp – DCI)

26.

jinsab ħerqan, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jirrappreżenta, biex jikkontribwixxi b’mod attiv biex tiġi implimentata l-proposta tal-Kummissjoni li testendi d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħha mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz tal-għodod li żviluppa mal-Kummissjoni Ewropea u netwerks ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u fil-pajjiżi msieħba u permezz tal-forum permanenti l-ġdid ta’ livell għoli għall-iżvilupp;

27.

jilqa’ l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jibqgħu jirċievu finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, iżda jenfasizza li jeħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’termini kemm ta’ azzjonijiet politiċi kif ukoll ta’ strumenti u l-finanzjament reali;

28.

huwa favur li, fil-qafas tal-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp għas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali (bl-Ingliż NSA-LA, non-state actors and local authorities), jiġu provduti aktar fondi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, il-fondi tqassmu b’mod inugwali bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivli u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jekk 25 % tal-fondi (meta mqabbel mal-15 % attwali) jiġu allokati għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, dawn ikunu jistgħu jużaw aħjar ir-rwol konsultattiv u l-għarfien espert tagħhom;

29.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżguraw żvilupp demokratiku fit-tul. Għandhom jingħataw biżżejjed riżorsi biex ikunu fuq l-istess livell bħall-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ li huma finanzjarjament b’saħħithom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba huma indispensabbli biex jikkoordinaw l-inizjattivi u azzjonijiet ta’ diversi atturi u biex jiżguraw li dawn l-inizjattivi jkunu konformi mal-politika ta’ żvilupp imfassla u ankrata politikament fil-livell lokali u reġjonali, tal-inqas sakemm l-inizjattivi u l-miżuri jkollhom l-għan li jipprovdu servizzi pubbliċi;

30.

jinnota li fil-qasam tal-ħidma għall-iżvilupp, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għarfien espert u esperjenzi imprezzabbli b’rabta mal-governanza u l-amministrazzjoni lokali u reġjonali, il-bini ta’ sistemi u pjattaformi għad-djalogu politiku, il-ħidma msaħħa u estiża tal-partit politiku kif ukoll l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tad-djalogu ċivili – fi kliem ieħor, għall-bini ta’ demokrazija soda u sostenibbli;

31.

jinnota li ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea għandhom tradizzjonijiet demokratiċi li ilhom jeżistu żmien twil, però f’bosta Stati Membri d-demokrazija għadha xi ħaġa ġdida u fraġli. L-esperjenzi u l-perspettivi differenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea għalhekk għandhom jiġu integrati fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE mal-pajjiżi msieħba u jintużaw għar-riforma u/jew il-bini tal-istituzzjonijiet pubbliċi tal-pajjiżi msieħba, b’attenzjoni partikolari għall-awtonomija lokali, bħala l-livell ta’ gvern li huwa l-eqreb taċ-ċittadini, u bl-appoġġ u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, li hija l-pedament tad-demokrazija;

32.

jenfasizza li t-tisħiħ tal-politiċi lokali u reġjonali eletti direttament u l-impjegati taċ-Ċivil fil-pajjiżi msieħba huwa ta’ importanza ċentrali għall-implimentazzjoni b’suċċess tar-riformi għad-deċentralizzazzjoni u l-ksib ta’ governanza responsabbli – governanza adatta għandha tkun kemm mezz kif ukoll għan tal-impenn tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp;

33.

jemmen li l-fehim tal-ħtieġa għal tibdil fis-sistema, kif ukoll ir-rieda li dan iseħħ fil-livelli kollha fl-istess waqt huma prerekwiżiti għal demokrazija aktar soda u servizzi mtejba fil-livell lokali. L-impenn politiku, ir-riżorsi liberi, il-qsim tal-kompetenzi u d-deċentralizzazzjoni jippromovu kunsens fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Sistema nazzjonali legali u finanzjarja li tagħmilha possibbli li jkun hemm obbligu ta’ rendikont fil-livell lokali u reġjonali tipprovdi l-kundizzjonijiet għat-titjib u t-teħid ta’ responsabbiltà neċessarju minn atturi lokali għall-ippjanar tal-ambjent lokali;

Kummenti dwar l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI)

34.

jilqa’ l-proposta għal Strument Ewropew ta’ Viċinat u huwa tal-fehma li l-proposta li ssir ir-riforma neċessarja tal-istrument attwali hija pass fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, il-Kumitat jixtieq jipproponi xi tibdil biex ikomplu jitjiebu l-impatt u l-effikaċja tal-għajnuna għall-viċinat;

35.

bil-għan li tinkiseb id-demokrazija msaħħa u sostenibbli mixtieqa mill-UE, jipproponi għadd ta’ punti speċifiċi biex jiġu enfasizzati d-deċentralizzazzjoni, id-demokrazija lokali kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità għall-prestazzjoni tas-servizzi pubbliċi lokali u reġjonali;

36.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex f’dan l-istrument talloka fondi għall-programmi li jippromovu d-demokrazija fil-livell lokali u reġjonali u d-deċentralizzazzjoni. Għandu jiġi żgurat li l-benefiċjarji u l-imsieħba potenzjali jkunu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni;

37.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tispeċifika li l-kooperazzjoni transkonfinali, inkluża l-kooperazzjoni bejn pajjiżi differenti, ma tkunx limitata għal dawk il-pajjiżi li jkollhom fruntieri diretti ma’ xulxin, iżda tinkludi wkoll, indipendetement mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipji kollha tal-UE. Huwa importanti li jiġu kondiviżi b’mod transkonfinali l-esperjenzi, l-għarfien u l-eżempji tal-proċeduri tajba tagħhom, irrispettivament mid-distanza fiżika tagħhom, u fil-każ tar-reġuni ultraperiferiċi hemm bżonn li jiġi eliminat il-kriterju ta’ eliġibbiltà 150 km stabbilit fl-Istrument Ewropew ta’ Viċinat;

38.

jinnota li f’ħafna każijiet, ir-rekwiżit ta’ kofinanzjament għall-implimentazzjoni ta’ proġetti relatati mal-politika ta’ viċinat jostakola l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’ċerti pajjiżi, il-livell ta’ kofinanzjament jikkontradixxi l-leġislazzjoni nazzjonali, li ma tipprevedix il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

39.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fir-regolament tikkonċentra aktar fuq il-kooperazzjoni istituzzjonali fi sħubija u fuq l-Istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) (4) u biex teżamina f’aktar dettall kif dawn jistgħu jiġu promossi aktar. Il-fatt hu li ftit hemm ministeri responsabbli għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali li huma interessati jew jistgħu jipproponu dan it-tip ta’ kooperazzjoni jew ta’ TAIEX;

40.

iqis li r-rwol – li huwa meqjus ħafna u dejjem qed jiġi rikonoxxut aktar – allokat lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lis-soċjetà ċivili u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom, fil-proċess ta’ konverżjoni minn sistemi ta’ partit wieħed u dittatorjati lejn id-demokrazija huwa importanti u jirrappreżenta valur miżjud li għandu jingħata aktar importanza fil-politika tal-viċinat tal-UE u l-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji;

41.

jinnota li fil-qafas tal-ħidma tiegħu jitwettqu skambju u kooperazzjoni intensivi u konkreti pereżempju mas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) u fil-Mediterran (ARLEM). B’hekk tinġibed l-attenzjoni, fost affarijiet oħra, għall-għanijiet tal-Istrateġiji tal-UE “L-Ewropa fid-dinja” u “Aġenda għall-Bidla”, anke lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni;

Kummenti dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)

42.

involva ruħu fl-iżvilupp ulterjuri tal-eżekuzzjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni permezz ta’ opinjonijiet, workshops, gruppi ta’ ħidma u l-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali (LAF). Il-Kumitat jilqa’ bis-sħiħ l-approċċ li ser iwassal biex dan l-istrument jipprovdi appoġġ orjentat aktar lejn ir-riżultati, flessibbli u speċifiku;

43.

jinnota li permezz ta’ approċċ f’diversi livelli u fi sħubija, l-UE trid tiżgura li tiġi provduta assistenza ta’ qabel l-adeżjoni effettiva u li jkollha impatt. Il-Kumitat jappoġġja dan l-impenn b’mod konkret, pereżempju permezz ta’ konferenzi u tar-reviżjoni tal-Atlas tal-kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp. Il-Kumitat, flimkien mal-Kummissjoni, huwa responsabbli għall-programm ta’ ġestjoni lokali, li fil-qafas tiegħu qed jitwettqu żjarat ta’ studju għall-politiċi u l-uffiċjali tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kanditati potenzjali;

44.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tippromovi aktar skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u li ma tippermettix li dawn l-iskambji jiġu ddominati prinċipalment mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri u mill-pajjiżi tat-tkabbir;

45.

jinnota li l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tat-tkabbir u l-pajjiżi ġirien, li ilha għaddejja żmien twil, saret dejjem aktar professjonali u l-Kumitat jenfasizza kemm huwa importanti li l-istrumenti ta’ finanzjament jkomplu jippromovu dan l-iżvilupp u jippermettu li jiġi intensifikat;

46.

iħeġġeġ li, b’mod partikolari fil-pajjiżi tat-tkabbir u l-pajjiżi ġirien, ikun hemm rabta aktar b’saħħitha bejn l-allokazzjoni ta’ fondi ta’ għajnuna u r-riżultati attwali li jinkisbu permezz tal-użu ta’ strumenti u indikaturi adatti, b’enfasi partikolari fuq id-deċentralizzazzjoni, il-governanza f’diversi livelli u għaldaqstant il-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell tat-teħid ta’ deċiżjonijiet rilevanti;

47.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li jiġu provduti r-riżorsi speċifiċi għall-estensjoni u l-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tat-tkabbir u li jissaħħu l-għarfien u l-ħiliet. Minflok ma jiġu kkunsidrati u trattati bħala benefiċjarji passivi, il-muniċipji u r-reġjuni, li għandhom għarfien eċċellenti b’rabta mal-bżonnijiet, il-kundizzjonijiet u l-għanijiet realistiċi, għandhom jingħataw rwol ta’ atturi proattivi;

48.

iqis li, huma u jippruvaw jiddeterminaw b’mod aktar attiv il-bżonn ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet li ġġib magħha l-parteċipazzjoni msaħħa fl-implimentazzjoni tal-IPA, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jiksbu esperjenza fil-ħidma prattika qabel is-sħubija fl-UE. Ir-riżorsi jistgħu jintużaw pereżempju biex dawn l-atturi jitgħallmu kif ifasslu proġetti u kif jipprovdu l-appoġġ għalihom. B’ġestjoni deċentralizzata tar-riżorsi tal-IPA nkisbu esperjenzi tajbin f’bosta pajjiżi;

49.

jinnota li waħda mill-problemi fl-eżekuzzjoni tar-riżorsi tal-IPA hija l-korruzzjoni, u l-livelli kollha – lokali, reġjonali u nazzjonali – għandhom jirċievu appoġġ f’dan ir-rigward. Is-superviżjoni u l-appoġġ kontinwi u rigorużi għall-korpi ta’ kontroll, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivli, iżda wkoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, huma ta’ importanza ewlenija għall-kontrolli neċessarji u biex wieħed jieħu r-responsabbiltà;

50.

jemmen li l-integrazzjoni mtejba tar-riżorsi tal-IPA fil-ħidma ta’ żvilupp li għaddejja bħalissa fil-livell lokali u reġjonali twassal biex il-governanza f’diversi livelli tissejjes fuq bażi soda u tissaħħaħ id-deċentralizzazzjoni. Il-bażi għal ħidma kontinwa tal-iżvilupp, anke mingħajr appoġġ estern, tiġi stabbilita permezz tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-programmi u l-proġetti, fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-monitoraġġ u l-kontroll;

51.

jinnota li f’ħafna pajjiżi tal-Blakani tal-Lvant qed isiru riformi soċjali radikali li jistgħu jiġu kkonsolidati u mħaffa permezz ta’ involviment ikbar tal-livelli politiċi lokali u reġjonali. F’ħafna każijiet m’hemmx riżorsi amministrattivi, finanzjarji u umani biżżejjed fil-livelli lokali u reġjonali għall-ġestjoni tal-IPA. Ir-riżorsi u l-kapaċitajiet jinsabu fil-livelli ċentrali, fatt li jkompli jsaħħaħ sistema li diġà hija ċentralizzata u li jdewwem il-parteċipazzjoni tal-minoranzi u tal-atturi politiċi lokali u reġjonali;

52.

jinnota li meta tiġi imponuta deċentralizzazzjoni tas-setgħat biss u ma tkunx akkumpanjata minn deċentralizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, ir-riformi għad-deċentralizzazzjoni sikwit jiġu mfixkla minħabba n-nuqqas ta’ kapaċitajiet fil-livelli lokali u reġjonali. L-UE, permezz tal-ġestjoni tal-IPA, tista’ tħaffef il-proċessi paralleli meħtieġa biex jiġu kkoordinati s-setgħat u r-riżorsi;

Kummenti dwar l-Istrument ta’ Sħubija

53.

jinnota li l-Istrument ta’ Sħubija jikkonċerna pajjiżi bħal pereżempju ċ-Ċina, il-Brażil, l-Afrika t’Isfel u r-Russja. Huwa intiż primarjament għall-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ u tal-kuntatti bejn dawn il-pajjiżi u l-UE. L-enfasi hija fuq aspetti bħall-klima, l-ambjent u l-kummerċ;

54.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istatistika nazzjonali tista’ taħbi ż-żoni foqra wara l-medja nazzjonali tad-Dħul Nazzjonali Gross għal kull ras. Ir-reġjuni żvantaġġati f’pajjiżi bi żvilupp ekonomiku tajjeb ma jistgħu japplikaw għall-ebda appoġġ ħlief fil-qafas tal-istrument ta’ sħubija. Għaldaqstant, il-Kumitat jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati d-differenzi reġjonali, bħad-distribuzzjoni tad-dħul u l-livell ta’ faqar f’żoni individwali. Il-Kummissjoni għandha tiftaħ djalogu mal-pajjiżi kkonċernati dwar l-importanza ta’ żvilupp komprensiv u ġenerali u b’hekk tħeġġeġ il-promozzjoni tal-koeżjoni reġjonali, sabiex il-pajjiż ikkonċernat ikun jista’ jitlob l-għajnuna finanzjarja tal-UE;

55.

ifakkar li l-Istrument għandu jintuża wkoll għat-tisħiħ tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, għar-riformi ġenerali tas-settur tal-benesseri u biex jiġu provduti riżorsi bil-għan li jissaħħu l-awtoritajiet lokali u reġjonali u li jiġu promossi s-sħubija u l-iżvilupp demokratiku ta’ dawn il-pajjiżi.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2011) 838 final

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

1.   L-assistenza taħt dan ir-Regolament issegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin skont il-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż benefiċjarju u l-aġenda individwali ta’ tkabbir tagħhom:

1.   L-assistenza taħt dan ir-Regolament issegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin skont il-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż benefiċjarju u l-aġenda individwali ta’ tkabbir tagħhom:

(a)

Appoġġ għar-riformi politiċi, inter alia:

(a)

Appoġġ għar-riformi politiċi, inter alia:

(i).

it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, inkluż l-implimentazzjoni tagħhom;

(i).

it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, inkluż l-implimentazzjoni tagħhom;

(ii)

il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett imsaħħaħ lejn id-drittijiet tal-minoranzi, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, il-libertà tal-istampa kif ukoll il-promożżjoni ta' relazzjonijiet tajba ta’ viċinat;

(ii)

il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett imsaħħaħ lejn id-drittijiet tal-minoranzi, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, il-libertà tal-istampa kif ukoll il-promożżjoni ta' relazzjonijiet tajba ta’ viċinat;

(iii).

il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

(iii).

il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

(iv).

ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-governanza tajba;

(iv).

ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-governanza tajba;

(v).

l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu soċjali;

(v).

l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu soċjali;

(vi).

ir-rikonċiljazzjoni, il-miżuri tal-bini tal-paċi u l-bini tal-kunfidenza.

(vi).

ir-rikonċiljazzjoni, il-miżuri tal-bini tal-paċi u l-bini tal-kunfidenza.

Raġuni

Il-kwistjoni tal-bini tal-kapaċità demokratika hija partikolarment importanti fil-livell lokali u reġjonali. Għalhekk, dan l-aspett għandu jingħata attenzjoni speċjali. L-emenda tirreferi għall-punt 45 tal-Opinjoni.

Emenda 2

COM(2011) 839 final

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

3.   L-appoġġ tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandu, fil-prinċipju, jkun kofinanzjat mill-pajjiżi benefiċjarji permezz ta’ fondi pubbliċi, kontribuzzjonijiet mill-benefiċjarji u sorsi oħra. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli għall-kooperazjoni mal-Federazzjoni Russa, b’mod partikolari fir-rigward tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1) (c). Tista’ ssir deroga mir-rekwiżiti ta’ kofinanzjament f’każijiet debitament ġustifikati u meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi sostnut l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u ta’ atturi mhux statali, mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kondizzjonijiet oħrajn stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

3.   L-appoġġ tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandu, fil-prinċipju, jkun kofinanzjat mill-pajjiżi benefiċjarji permezz ta’ fondi pubbliċi, kontribuzzjonijiet mill-benefiċjarji u sorsi oħra. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli għall-kooperazjoni mal-Federazzjoni Russa, b’mod partikolari fir-rigward tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1) (c). Tista’ ssir deroga mir-rekwiżiti ta’ kofinanzjament f’każijiet debitament ġustifikati u meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi sostnut l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u ta’ atturi mhux statali, mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kondizzjonijiet oħrajn stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Raġuni

F’xi każijiet ir-rekwiżit ta’ kofinanzjament jista’ jwaqqaf lill-awtoritajiet lokali jew reġjonali fil-pajjiżi msieħba (li għandhom ikunu l-benefiċjarji ewlenin ta’ dawn il-programmi) milli jippreżentaw proġetti vijabbli u siewja. Billi l-bini tad-demokrazija lokali jinsab fost il-prijoritajiet tal-programm, dan għandu jkun ukoll waħda mir-raġunijiet għaliex tkun tista’ ssir deroga mir-rekwiżiti ta’ konfinanzjament f’ċerti ċirkostanzi.

Emenda 3

COM(2011) 840 final

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

1.   L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

1.   L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

2.   Oqsma dettaljati tal-attivitajiet li għandhom ikunu segwiti mill-assistenza tal-Unjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll lista indikattiva tal-kategoriji tal-organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili u l-awtoritajiet lokali, huma deskritti fl-Anness V.

2.   Oqsma dettaljati tal-attivitajiet li għandhom ikunu segwiti mill-assistenza tal-Unjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll lista indikattiva tal-kategoriji tal-organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili u l-awtoritajiet lokali, huma deskritti fl-Anness V.

Raġuni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan il-programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-kooperazzjoni mal-“awtoritajiet reġjonali” mill-pajjiżi msieħba, kandidati jew kandidati potenzjali. Fl-istess ħin, għandu jiġi enfasizzat li ta’ sikwit l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwoli differenti x’jaqdu fil-kuntest speċifiku ta’ pajjiż jew proġett partikolari. L-emenda tirreferi għall-punt 25 tal-kummenti ġenerali tal-Opinjoni tal-KtR.

Emenda 4

COM(2011) 838 final

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2014 sal-2020 ikun EUR 14 110 100 000 (prezzijiet kurrenti). Sa 3 % tal-ammont finanzjarju ta' referenza jiġi allokat għall-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali bejn pajjiżi benefiċjarji u Stati Membri tal-UE.

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2014 sal-2020 ikun EUR 14 110 100 000 (prezzijiet kurrenti). Sa 3 % tal-ammont finanzjarju ta' referenza jiġi allokat għall-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali bejn pajjiżi benefiċjarji u Stati Membri tal-UE .

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni.

3.   Kif imsemmi fil-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament “Erasmus għal Kulħadd”, ammont indikattiv ta’ EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (Strument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, Strument Ewropew tal-Viċinat, Strument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni, Strument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), se jkun allokat għal azzjonijiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim minn u lejn pajjiżi mhux tal-UE u għall-kooperazzjoni u djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament “Erasmus għal Kulħadd” se japplikaw għall-użu ta’ dawn il-fondi.

3.   Kif imsemmi fil-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament “Erasmus għal Kulħadd”, ammont indikattiv ta’ EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (Strument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, Strument Ewropew tal-Viċinat, Strument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni, Strument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), se jkun allokat għal azzjonijiet ta’ mobbiltà fit-tagħlimminn u lejn pajjiżi mhux tal-UE u għall-kooperazzjoni u djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament “Erasmus għal Kulħadd” se japplikaw għall-użu ta’ dawn il-fondi.

L-iffinanzjar se jkun disponibbli permezz ta' 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel 4 snin u t-3 non l-oħra rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rif’ess fl-ipprogrammar indikattiv multiannwali, f’konformità mal-bżonnijiet identifikati u l-prijoritajiet tal-pajjiżi konċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti f'każ ta' ċirkustanzi imprevisti maġġuri jew tibdiliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE.

L-iffinanzjar se jkun disponibbli permezz ta' 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel 4 snin u t-3 non l-oħra rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rif’ess fl-ipprogrammar indikattiv multiannwali, f’konformità mal-bżonnijiet identifikati u l-prijoritajiet tal-pajjiżi konċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti f'każ ta' ċirkustanzi imprevisti maġġuri jew tibdiliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE.

Raġuni

L-emenda tkompli tibni fuq l-emenda preċedenti – il-bini tal-kapaċità lokali u reġjonali għandu jkun waħda mill-prijoritajiet li jiġu riflessi fl-allokazzjoni finanzjarja (din l-emenda hi bbażata fuq il-punt 45 tal-kummenti ġenerali).

Emenda 5

COM(2011) 839 final

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

1.   Il-pakkett finanzjarju disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu ta’ bejn l-2014 sal-2020 għandu jkun EUR 18 182 300 000 (prezzijiet attwali). Sa 5 % tal-pakkett finanzjarju għandu jkun allokat lill-programmi ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali msemmijin fl-Artikolu 6(1) (c).

1.   Il-pakkett finanzjarju disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu ta’ bejn l-2014 sal-2020 għandu jkun EUR 18 182 300 000 (prezzijiet attwali). Sa 5 % tal-pakkett finanzjarju għandu jkun allokat lill-programmi ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali msemmijin fl-Artikolu 6(1) (c).

Raġuni

L-iżvilupp tad-demokrazija fil-livell lokali u reġjonali huwa prekundizzjoni importanti għal elementi oħra tal-għanijiet stabbiliti tal-istrument. Għalhekk, ammont mill-għajnuna finanzjarja għandu jiġi allokat għall-proġetti f’dan il-qasam. L-emenda tiffereri għall-punt 34 tal-Opinjoni.

Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla, COM(2011) 637 final.

(2)  Il-pakkett “L-Ewropa fid-dinja” jew “Ewropa Globali” jinkludi COM(2011) 865, COM(2011) 842, COM(2011) 837, COM(2011) 838, COM(2011) 839, COM(2011) 840, COM(2011) 843 u COM(2011) 844.

(3)  L-Aġenda 21 (adottata fl-1992 f’Rio de Janeiro), is-Summit tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2005, Busan 2011, ir-Riżoluzzjoni 251 (2008) ‘City Diplomacy’ (id-diplomazija tal-bliet) tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Forum ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tan-NU tas-6 ta’ Lulju 2012.

(4)  TAIEX: “Technical Assistance and Information Exchange Instrument”, strument ta’ appoġġ għall-pajjiżi msieħba biex jadattaw lilhom innifishom għall-leġislazzjoni tal-UE.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/120


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u d-data miftuħa”

2012/C 391/12

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirrevedi d-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI) u l-Komunikazzjoni li takkumpanjaha dwar id-data miftuħa, peress li dawn għandhom il-potenzjal li jsiru assijiet siewja għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi, u jistgħu jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi u titjieb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi;

enfasizza l-importanza ta’ regoli u prattiki komuni li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku sabiex ikun żgurat li l-istess kundizzjonijiet bażiċi jkunu applikati għall-atturi kollha fis-suq Ewropew tal-informazzjoni, li l-kundizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni bħal din ikunu aktar trasparenti, u li jiġu eliminati d-distorsjonijiet fis-suq intern;

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fost il-gruppi mmirati prinċipali għall-miżuri fil-qafas tal-Aġenda Diġitali, li jinkludu r-reviżjoni tad-Direttiva PSI u l-Komunikazzjoni dwar id-data miftuħa, u li huma jaqdu rwol partikolarment importanti biex iħeġġu l-implimentazzjoni tagħha;

jemmen li huwa importanti li l-użu mill-ġdid tad-data tas-settur pubbliku jirrispetta bis-sħiħ il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-privatezza. Fl-użu tad-data miftuħa għandhom jiġu rispettati wkoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi u fl-istess ħin għandu jiġi żgurat li, f’każijiet fejn id-data miftuħa tiġi interkonnessa biex tintuża mill-ġdid għal finijiet kummerċjali, jiġi applikat l-istess tip ta’ protezzjoni tad-data u tal-privatezza bħal meta tali data tibqa’ fi ħdan is-settur pubbliku.

Relatur

Is-Sinjura KARJALAINEN (FI/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Kerava

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku

COM(2011) 877 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Dejta miftuħa: Mezz għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-governanza trasparenti”

COM(2011) 882 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tanalizza d-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI) u l-Komunikazzjoni li takkumpanjaha dwar id-data miftuħa, peress li dawn għandhom il-potenzjal li jsiru assijiet siewja għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi, u jistgħu jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi u titjieb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi (1);

2.

jinnota li l-għan tad-Direttiva PSI attwali, li ġiet adottata fl-2003, kien li tiffaċilita l-użu mill-ġdid kummerċjali tal-informazzjoni tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni kollha billi tarmonizza l-kundizzjonijiet bażiċi għall-użu mill-ġdid iffaċilitat. Id-Direttiva PSI fiha wkoll dispożizzjonijiet dwar in-nondiskriminazzjoni, it-tariffi, l-arranġamenti esklużivi, it-trasparenza, il-ħruġ tal-liċenzji u l-għodod prattiċi sabiex tiffaċilita s-sejbien u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti pubbliċi. Fir-rigward ta’ dawn id-dokumenti, il-bliet u r-reġjuni huma atturi u fornituri fl-istess ħin;

3.

jenfasizza li fil-Komunikazzjoni tagħha dwar id-data miftuħa tal-2011, il-Kummissjoni tinnota li, minkejja l-progress li sar, għad hemm numru ta’ ostakli għall-użu tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, bħall-fatt li ma jidhirx il-potenzjal ekonomiku tagħha, in-nuqqas ta’ tagħrif dwar l-informazzjoni tas-settur pubbliku disponibbli, il-kwistjonijiet tekniċi u prattiċi li jxekklu l-użu mill-ġdid;

4.

josserva li r-reviżjoni tad-Direttiva tagħmel parti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, li hija parti mill-Istrateġija Ewropa 2020 biex l-Ewropa ssir “ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva li tikseb livelli għoljin fl-oqsma tal-impjiegi, tal-produttività u tal-koeżjoni soċjali” (2);

5.

jenfasizza li l-akbar sfida tal-Ewropa fil-futur qrib ser tkun li tiġġenera tkabbir ekonomiku filwaqt li tippromovi l-iżvilupp sostenibbli. Bejn dawn l-għanijiet hemm oppożizzjoni li tiġi indirizzata fl-Istrateġija Ewropa 2020, fejn l-iżvilupp sostenibbli huwa stabbilit bħala l-ogħla prijorità. L-iżvilupp sostenibbli huwa żvilupp li jaqdi l-bżonnijiet tas-soċjetà moderna mingħajr ma joħloq kompromessi li jkollhom iħallsu għalihom il-ġenerazzjonijiet futuri. L-ekonomija diġitali għandha l-ikbar potenzjal biex tiġġenera tkabbir sostenibbli (3);

6.

enfasizza l-importanza tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku kemm għal finijiet kummerċjali kif ukoll dawk mhux kummerċjali u tal-investiment fir-riċerka biex jiġu appoġġjati attivitajiet speċifiċi u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet futuri li jżidu l-valur fil-qasam tal-ICT (4);

7.

enfasizza l-importanza ta’ regoli u prattiki komuni li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku sabiex ikun żgurat li l-istess kundizzjonijiet bażiċi jkunu applikati għall-atturi kollha fis-suq Ewropew tal-informazzjoni, li l-kundizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni bħal din ikunu aktar trasparenti, u li jiġu eliminati d-distorsjonijiet fis-suq intern (5);

8.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fost il-gruppi mmirati prinċipali għall-miżuri fil-qafas tal-Aġenda Diġitali, li jinkludu r-reviżjoni tad-Direttiva PSI u l-Komunikazzjoni dwar id-data miftuħa, u li huma jaqdu rwol partikolarment importanti biex iħeġġu l-implimentazzjoni tagħha (6);

9.

josserva li l-korpi pubbliċi jipproduċu, jiġbru u jżommu ammont kbir ta’ informazzjoni u kontenut. L-informazzjoni tas-settur pubbliku hija materja prima importanti għas-servizzi u l-prodotti b’kontenut diġitali, u s’issa l-potenzjal konsiderevoli tagħha għadu ma ġiex sfruttat bis-sħiħ fl-Unjoni Ewropea;

10.

jinnota li, sabiex jiġi żviluppat suq għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, jeħtieġ li jiġu analizzati l-ftehimiet esklużivi tal-korpi fis-settur pubbliku u tal-kumpaniji privati u li jiġu implimentati politiki li japplikaw mudelli ta’ liċenzjar u ta’ tariffi li jiffaċilitaw u jottimizzaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm fondi biex id-dokumenti jinżammu u jiġu aġġornati. Huwa importanti wkoll li jiġi kkunsidrat u ċċarat kif il-mekkaniżmi, li ħafna minnhom diġà jintużaw fil-ġestjoni tad-data pubblika, jistgħu jiġu organizzati b’mod li tiġi żgurata l-ikbar konsistenza possibbli, u b’hekk jinħolqu sinerġiji kbar (7);

11.

jemmen li huwa essenzjali li jiġi determinat kif il-valur ekonomiku tal-informazzjoni jitkejjel b’mod oġġettiv minħabba n-natura pubblika tal-informazzjoni u l-konnessjoni tagħha mal-awtoritajiet pubbliċi (8);

12.

jisħaq li l-potenzjal sħiħ tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jista’ jintlaħaq bl-involviment aktar mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u b’hekk itejbu l-kundizzjonijiet għan-negozji u joħolqu l-impjiegi (9);

13.

jinkoraġġixxi lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali u reġjonali biex jirriflettu dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu d-data pubblika miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni;

14.

jemmen li huwa importanti li l-użu mill-ġdid tad-data tas-settur pubbliku jirrispetta bis-sħiħ il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-privatezza. Fl-użu tad-data miftuħa għandhom jiġu rispettati wkoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi u fl-istess ħin għandu jiġi żgurat li, f’każijiet fejn id-data tas-settur pubbliku tintuża għal finijiet kummerċjali, jiġi applikat l-istess tip ta’ protezzjoni tad-data u tal-privatezza bħal meta tali data tibqa’ fi ħdan is-settur pubbliku;

15.

enfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu sehemhom f’kollaborazzjoni wiesgħa biex titjieb l-interoperabbiltà tas-sistemi governattivi u biex il-provvista tas-servizzi pubbliċi ssir aktar effettiva (10);

Prinċipji tad-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku

16.

jinnota li l-istrateġija riveduta tal-Kummissjoni għal data pubblika miftuħa hija bbażata fuq tliet aspetti ta’ politika li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku:

l-adattament tal-qafas legali għall-użu mill-ġdid tad-data;

il-mobilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-appoġġ tad-data miftuħa, u t-tnedija ta’ azzjonijiet bħall-ħolqien ta’ portali tad-data Ewropej;

l-iffaċilitar tal-koordinazzjoni u l-iskambju tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri.

17.

jinnota li r-reviżjoni tad-Direttiva tintroduċi l-prinċipju li l-informazzjoni pubblika kollha li mhijiex espliċitament koperta minn waħda mill-eċċezzjonijiet tista’ tintuża mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali;

18.

jinnota li l-proposta, li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal-libreriji (inklużi l-libreriji tal-universitajiet), l-arkivji u l-mużewijiet, għandha tqis l-għan speċifiku ta’ dawn l-istituzzjonijiet, li l-kontenut tagħhom huwa aċċessibbli għall-pubbliku; jinnota li l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għandha timminimizza l-effetti finanzjarji possibbli u ma timponix piż amministrattiv kbir u nfiq addizzjonali sinifikanti fuq dawn il-korpi; jenfasizza li, filwaqt li l-istituzzjonijiet kulturali m’għandhomx jiġu sfurzati lejn id-diġitalizzazzjoni, il-metodu propost biex it-tariffi jiġu stabbiliti ’l fuq mill-ispejjeż marġinali m’għandhux ikun ta’ ħsara għall-isforzi ta’ diġitalizzazzjoni u ta’ arkivjar fuq perjodu twil li jagħmlu l-korpi msemmijin hawn fuq minħabba l-ispejjeż għoljin marbutin mal-ħżin tad-data u d-diġitalizzazzjoni u alternattivi aktar limitati biex dawn jaqilgħu l-flus;

19.

jinnota li l-proposta tillimita wkoll l-ammont li jista’ jintalab bħala ħlas għall-informazzjoni tas-settur pubbliku għal mhux aktar mill-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni u t-tixrid ta’ din l-informazzjoni, għajr għall-każijiet eċċezzjonali fejn il-korp tas-settur pubbliku jiġġenera parti sostanzjali mill-fondi relatati mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tiegħu mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu; jipproponi li meta jkun qed jiġi determinat dan l-ammont, ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod ġenerali wkoll l-ispejjeż meħtieġa għat-twettiq tar-rekwiżiti tad-Direttiva PSI;

20.

jinnota li, skont il-proposta, l-Istati Membri huma mitluba jorganizzaw is-superviżjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku permezz ta’ awtoritajiet indipendenti. Madankollu, iqis li dawn mhumiex neċessarji jekk fl-Istati Membri jkun hemm biżżejjed dispożizzjonijiet għall-iżgurar tas-superviżjoni tas-settur pubbliku. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-proċeduri u l-miżuri għall-iżgurar ta’ dan l-użu mill-ġdid;

21.

jinnota li l-Kummissjoni beħsiebha taħdem mal-Istati Membri, il-korpi tas-settur pubbliku u l-aggregaturi reġjonali biex tistabbilixxi portal tad-data pan-Ewropew li jagħti aċċess dirett għal firxa ta’ settijiet tad-data minn madwar l-UE, inkluża d-data disponibbli fil-portal tal-Kummissjoni;

22.

jappella lill-Kummissjoni tappoġġja l-miżuri għall-promozzjoni tad-data pubblika miftuħa fil-programmi ta’ finanzjament tagħha, filwaqt li tqis il-gvern lokali u reġjonali;

23.

jappella lill-korpi pubbliċi jippubblikaw id-data f’format li jinqara mill-magni meta dan ikun possibbli, iżda jinnota li d-Direttiva mhux ser titlob li d-data kollha tinqaleb f’format li jinqara mill-magni; dan għandu jiġi ddikjarat ukoll b’mod ċar fil-premessi tad-Direttiva;

Opportunitajiet

24.

jemmen li l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni miftuħa tas-settur pubbliku huwa ta’ benefiċċju għas-soċjetà kollha. L-iżvilupp ta’ prattiki ġodda bl-użu ta’ data miftuħa kollegata (linked open data) huwa pass lejn proċessi ta’ servizzi ffukati fuq l-utenti. Benefiċċji oħra jistgħu jkunu servizzi innovattivi, mudelli kummerċjali ġodda u aktar effiċjenza fis-settur pubbliku (11);

25.

jinnota li skont studji tal-Kummissjoni, l-aċċess faċli għad-data tas-settur pubbliku jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u joħloq opportunitajiet ġodda ta’ negozju, fosthom għan-negozji ż-żgħar, irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu. F’dan il-kuntest għandha tiġi promossa b’mod speċjali l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-użu mill-ġdid u għandu jiġi żgurat ir-rifinanzjament meħtieġ għall-ħolqien, il-ħżin u l-aġġornament tad-dokumenti tas-settur pubbliku;

26.

josserva li l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni pubblika u l-importanza tad-data miftuħa għan-negozji jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ta’ reġjun sħiħ;

27.

jinnota li studji li wettqet il-Kummissjoni u studji internazzjonali oħra jappoġġjaw il-fehma li l-benefiċċji soċjali u makroekonomiċi tal-ħruġ tar-riżorsi tad-data pubblika għall-użu mill-ġdid huma, skont stima konservattiva, sostanzjalment akbar mit-telf tad-dħul mill-bejgħ fil-futur. Però jista’ jkun hemm bżonn miżuri (ta’ appoġġ) immirati mill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jitwettqu r-rekwiżiti addizzjonali tal-PSI fi żmien ta’ tnaqqis fid-dħul, fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali u fil-futur qarib;

28.

jinnota li l-valur ekonomiku tal-informazzjoni jiddependi mill-kontenut tagħha. Il-benefiċċji ekonomiċi u l-innovazzjonijiet ġodda jinħolqu, b’mod partikolari, meta tiġi kkombinata l-informazzjoni, pereżempju meta l-informazzjoni ġeografika tiġi kkombinata mal-informazzjoni dwar is-servizzi;

29.

jinnota li l-ftuħ tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-użu mill-ġdid ser ikollu effett pożittiv ukoll fuq it-trasparenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi, jikkontribwixxi għall-għoti ta’ iktar setgħat liċ-ċittadini u jippromovi d-demokrazija. L-informazzjoni mbagħad tkun trasparenti u tista’ tiġi vverifikata;

30.

josserva li d-data pubblika miftuħa ttejjeb l-għarfien li abbażi tiegħu jittieħdu deċiżjonijiet u l-kwalità tiegħu, pereżempju t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-informazzjoni fil-qasam tat-trasport, l-użu tal-art u t-tibdil fil-klima;

31.

jinnota li r-riżorsi tad-data pubblika miftuħa u l-crowd-sourcing jipprovdu opportunità konsiderevoli għall-mezzi tax-xandir lokali biex jippreżentaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet lokali b’mod li jinfiehem u interessanti;

32.

josserva li d-data pubblika miftuħa tippermetti wkoll li jiġu pprovduti servizzi pubbliċi elettroniċi b’mod aktar kosteffettiv, u dan ifisser li tinżamm inqas informazzjoni doppja;

33.

jenfasizza li l-ftuħ wiesa’ tad-data pubblika biex tkun tista’ tintuża mill-ġdid mhux biss joħloq attivitajiet ta’ negozju ġodda, iżda jagħti wkoll lill-awtoritajiet pubbliċi l-opportunità li jiżviluppaw is-sistemi u l-proċessi tagħhom u li jiżviluppaw interfaċċji bejn dawn is-sistemi;

34.

jinnota li ħafna mill-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-informazzjoni tas-settur pubbliku huma ta’ natura transkonfinali, u jemmen li għandu jkun aktar faċli biex in-negozji jipprovdu s-servizzi tagħhom madwar l-UE kollha;

35.

jenfasizza li d-data pubblika miftuħa tgħin biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ suq intern diġitali effiċjenti fejn il-konsumaturi jingħataw aċċess faċli, sigur u flessibbli għal servizzi u kontenut diġitali legali (12);

36.

jinnota li ċ-ċittadini Ewropej – kemm bħala konsumaturi u intraprendituri, kif ukoll bħala ħaddiema f’setturi kreattivi u fis-settur tal-informazzjoni – jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ suq intern diġitali u mis-servizzi u l-prodotti ta’ informazzjoni li toffri d-data pubblika miftuħa (13);

37.

josserva li ħafna drabi l-operaturi tas-settur pubbliku lokali ma jkollhomx ir-riżorsi, l-għarfien jew il-finanzjament suffiċjenti biex jiżviluppaw servizzi innovattivi ffukati fuq l-utenti. Għalhekk, l-operaturi lokali u reġjonali għandhom jiġu appoġġjati u inkoraġġuti biex jottimizzaw id-data tas-settur pubbliku rilaxxata għall-użu mill-ġdid lill-iżviluppaturi u n-negozji, inklużi l-SMEs u b’hekk jipprovdu opportunitajiet ta’ negozju ġodda u joħolqu l-impjiegi, u fl-istess ħin jistgħu potenzjalment joħolqu servizzi diġitali kompletament ġodda li minnhom x’aktarx jibbenefika wkoll is-settur pubbliku lokali u reġjonali;

38.

jinnota li l-iżgurar ta’ provvista ta’ riżorsi naturali u t-tnaqqis tal-marka tal-karbonju huma aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli iżda jillimitaw it-tkabbir ibbażat fuq il-produzzjoni. It-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa, għalhekk, għandu jkun ibbażat fuq xi ħaġa oħra apparti ż-żieda fil-produzzjoni tal-prodotti għall-konsumatur. Il-prodotti u s-servizzi li jistgħu jiġu prodotti u mibjugħa b’mod diġitali jistgħu joħolqu t-tkabbir b’piż imnaqqas fuq ir-riżorsi naturali; madankollu, jenfasizza li żieda fil-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni - mhux l-inqas minħabba d-domanda għal prodotti u servizzi li qabel ma kienx hemm talba għalihom - iżżid il-konsum tal-enerġija u r-riżorsi meħtieġa għall-produzzjoni tal-midja diġitali;

39.

jinnota li d-data pubblika miftuħa toħloq modi ġodda kif tiġi żviluppata attività kummerċjali diġitali innovattiva. Peress li qed tikber it-tendenza li l-informazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid f’format li jinqara mill-magni, il-kumpaniji jistgħu jiżviluppaw u joffru tipi ġodda ta’ servizzi bis-saħħa ta’ din l-informazzjoni. L-interfaċċji tas-servizzi tal-informazzjoni u l-verifika tad-data awtomatizzata jnaqqsu l-ħżin manwali tad-data u x-xogħol ta’ korrezzjoni;

40.

jenfasizza li d-data pubblika miftuħa tista’ tiġġenera l-innovazzjoni mhux biss min-negozji, iżda wkoll mill-awtoritajiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet tar-riċerka, it-tielet settur u l-individwi;

41.

josserva li ż-żieda fl-użu tal-informazzjoni tipproduċi sinerġiji u effetti multiplikaturi ekonomiċi u soċjali, pereżempju billi jiżdiedu s-sorsi tad-data disponibbli fir-riċerka u l-edukazzjoni;

42.

jinnota li d-data pubblika miftuħa għall-użu mill-ġdid hija ta’ benefiċċju għat-turiżmu, għaliex tagħmilha faċli biex it-turisti jingħataw is-servizzi u l-informazzjoni dwar destinazzjoni speċifika bil-lingwa tagħhom stess;

43.

jinnota li l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni disponibbli jgħin biex jitjieb il-potenzjal li t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) iżżid l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u, b’hekk, il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea, u biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ negozju fil-livell lokali u reġjonali (14);

44.

jisħaq li l-opportunitajiet ta’ innovazzjoni li toffri d-data pubblika miftuħa għandhom jitqiesu wkoll fl-implimentazzjoni tal-programm qafas tal-UE Orizzont 2020;

45.

jilqa’ l-fatt li matul il-perjodu 2014-2020, l-infrastruttura Ewropea tas-servizz elettroniku għad-data pubblika ser tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Huwa importanti li fl-allokazzjoni tal-fondi jiġu kkunsidrati wkoll il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-isfidi li l-ftuħ tar-riżorsi tad-data għall-użu mill-ġdid joħloq għalihom;

Sfidi

46.

jemmen li meta l-korpi tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, huwa importanti li huma jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti ’l fuq mill-ispejjeż marġinali;

47.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għad jistgħu jiffaċċjaw problemi fl-aċċess, il-ġbir, l-ipproċessar u l-użu mill-ġdid tad-data prodotta mill-awtoritajiet nazzjonali. L-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom jikkooperaw aktar mill-qrib sabiex ir-riżorsi tad-data pubblika miftuħa jintużaw b’aktar effiċjenza;

48.

jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tip ta’ ostakli u problemi li nħolqu għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-iżviluppaturi b’rabta mal-użu tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u lis-soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet. Huwa importanti wkoll li d-dokumenti jkunu disponibbli biss f’format li jinqara mill-magni flimkien mal-metadata tagħhom meta dan ikun possibbli u jkun jagħmel sens;

49.

josserva li t-teknoloġija neċessarja biex tinfetaħ id-data pubblika hija diġà avvanzata sew, iżda l-livelli lokali u reġjonali mhux dejjem jafu jħaddmuha tajjeb biżżejjed u jista’ jkun li m’għandhomx l-għodod meħtieġa biex isibu l-informazzjoni disponibbli għall-użu mill-ġdid. Jeżisti wkoll nuqqas ta’ ħiliet, li jfisser li d-data pubblika miftuħa mhux qed tintuża b’mod effettiv biżżejjed fis-servizzi pprovduti lill-pubbliku ġenerali;

50.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment fl-iżgħar muniċipalitajiet, mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi jew il-kapaċità li jfasslu miżuri għall-aċċessibbiltà tad-data fuq skala kbira, iżda għandhom bżonn l-għajnuna biex iwettqu dan il-kompitu (linji gwida u rakkomandazzjonijiet, infrastruttura teknika riproduċibbli, katalgi tad-data komuni, finanzjament, eċċ.);

51.

jinnota li jekk id-data pubblika miftuħa tkun kompletament deċentralizzata, mingħajr ġestjoni ċentrali, ikun aktar diffiċli biex l-iżviluppaturi u n-negozji jiżviluppaw applikazzjonijiet ibbażati fuq din id-data;

52.

jinnota li minħabba d-diversità ta’ atturi lokali u reġjonali fl-Ewropa, jista’ jkun diffiċli biex l-iżviluppaturi joħolqu applikazzjonijiet u pjattaformi tekniċi riproduċibbli, u jirrakkomanda li jiġu organizzati proġetti madwar l-Ewropa kollha fejn l-applikazzjonijiet jiġu żviluppati u ġestiti b’mod koordinat. Eżempju ta’ dan hu l-proġett CitySDK, fejn għadd ta’ bliet Ewropej qed jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet u fl-iskambju tal-esperjenzi tagħhom;

53.

josserva li ladarba jiġu stabbiliti u assimilati s-sisien tad-data pubblika miftuħa, il-manutenzjoni tagħha mhux ser tirrikjedi riżorsi daqs il-fażi ta’ studju. Għandhom jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ dwar id-data pubblika miftuħa għall-impjegati lokali u reġjonali u dawn il-korsijiet għandhom jgħinu lill-impjegati jifhmu l-importanza tad-data miftuħa fl-organizzazzjoni tagħhom;

54.

jinnota li mhux biżżejjed li d-data tinfetaħ għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u ċ-ċittadini peress li hemm bżonn ta’ ħiliet speċifiċi biex tintuża l-informazzjoni. Il-ħiliet tal-ġestjoni u l-analiżi tad-data għandhom jiġu mgħallma f’korsijiet u f’taħriġ kontinwu pprovdut f’livelli differenti;

55.

jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-fatt li l-proposta għal Direttiva m’għandhiex taffettwa l-attivitajiet prinċipali tal-libreriji, l-arkivji u l-mużewijiet fl-ambjent diġitali. Il-proposta m’għandhiex toħloq sitwazzjoni fejn il-kapaċità ta’ korp pubbliku li jġestixxi l-attività prinċipali tiegħu tkun ipperikolata għaliex id-Direttiva tnaqqas b’mod sinifikanti il-possibbiltajiet li jiġu żviluppati attivitajiet vijabbli mil-lat finanzjarju bl-użu ta’ kollezzjonijiet u f’kooperazzjoni mal-operaturi tas-settur pubbliku u privat. B’hekk, fil-perspettiva ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar pereżempju proġett ta’ diġitalizzazzjoni fuq skala kbira, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet ta’ esklużività għal perjodu ta’ tranżizzjoni jekk tingħata prova li dan huwa neċessarju għall-provvediment ta’ servizz ta’ interess pubbliku;

56.

jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil-loġistika meħtieġa sabiex ikun ġestit l-ammont kbir ta’ data li ser jintuża mill-applikazzjonijiet żviluppati u użati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi;

57.

jinnota li hemm livelli differenti ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni pubblika, u d-data li l-aċċessibbiltà tagħha tippromovi t-trasparenza soċjali (pereżempju informazzjoni personali dwar it-taxxa) tista’, meta tkun aċċessibbli fuq talba, toħloq problema għall-protezzjoni tal-privatezza jekk tiġi ppubblikata bħala użu mill-ġdid tad-data pubblika miftuħa;

58.

jemmen li huwa ta’ importanza kruċjali li f’kull livell jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ sigurtà bil-għan li jiġu żgurati livelli ottimi ta’ privatezza u protezzjoni tad-data personali u li jiġi mxekkel it-traċċar mhux awtorizzat ta’ kwalunkwe tip ta’ profili u informazzjoni personali, inklużi l-preferenzi fix-xiri, l-istat mediku, ir-rekords tas-saħħa, eċċ. Il-protezzjoni tal-privatezza għandha titqies ukoll b’rabta ma’ modi biex id-data f’fajls differenti tkun tista’ tingħaqad b’mod awtomatiku u jinħoloq profil personali ħafna tal-individwi;

59.

jinnota li data li jkun fiha informazzjoni personali, inkluż għall-użu fir-riċerka u l-iżvilupp (eż. fir-riċerka medika), tista’ tinfetaħ bil-kundizzjoni li titneħħa d-data li tippermetti l-identifikazzjoni tal-individwi u jiġu identifikati l-ostakli għall-istabbiliment ta’ dan it-tip ta’ interkonnessjonijiet. L-awtoritajiet li jġestixxu d-data bażika għandhom jiġu inkoraġġuti jagħmlu d-data tagħhom anonima. Id-data anonima tista’ tintuża wkoll fl-iżvilupp ta’ servizzi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, sakemm jiġi eskluż ir-riskju li meta din id-data anonima tiġi kkombinata ma’ data oħra ma jkunx jista’ jkun hemm referenza suffiċjenti għall-identità tal-persuna, li għandha tiġi protetta. L-ispejjeż biex id-data ssir anonima għandhom ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit il-prezz;

60.

jinnota li l-metadata hija aspett importanti fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u li l-pubblikazzjoni tal-metadata f’format standardizzat tista’ ssaħħaħ b’mod partikolari l-iskambju transkonfinali tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tħejji rakkomandazzjoni dwar mudell standardizzat tal-metadata u għandha tikkunsidra l-istandards eżistenti (fosthom, id-dispożizzjonijiet dwar il-metadata fid-Direttiva INSPIRE);

61.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Proposta għal Direttiva m’għandha taffettwa bl-ebda mod lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qadi tal-kompiti ewlenin tagħhom;

62.

jemmen li hemm bżonn li fil-livelli kollha jiġu żgurati l-interessi pubbliċi li jistħoqqilhom jiġu mħarsa. Kull użu li jipperikola l-interessi pubbliċi għandu jitwaqqaf;

Konklużjonijiet

63.

iqis li l-azzjonijiet imressqa fil-proposta għal Direttiva, kif inhuma bħalissa, ma jidhrux li qed iqajmu xi kwistjoni dwar il-konformità tagħhom mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe riskju eventwali li jinkisru dawn il-prinċipji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati b’mod sistematiku fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-governanza tal-miżuri intiżi biex jistimolaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

64.

jemmen li huwa partikolarment importanti li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi applikat b’mod koordinat mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan jimplika li r-responsabilità tinqasam bejn id-diversi livelli ta’ awtoritajiet ikkonċernati u sserraħ fuq is-sorsi kollha tal-leġittimità demokratika u fuq ir-rappreżentattività tal-atturi differenti kkonċernati, kif jingħad fil-White Paper tal-KtR dwar il-governanza f’diversi livelli (15);

65.

jinnota li l-għan tal-proposta għal emenda tad-Direttiva mhux li tittieħed deċiżjoni dwar liema dokumenti għandhom ikunu pubbliċi fl-Istati Membri. Il-leġislazzjoni li tirregola l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ser tibqa’ kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet proposti ser japplikaw għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti meta dawn ikunu aċċessibbli b’mod ġenerali, inkluż skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess. F’dan ir-rigward, madankollu, għandha tintalab definizzjoni tal-kunċett “dokumenti pubbliċi aċċessibbli b’mod ġenerali”, liema definizzjoni tkun tkopri biss dawk id-dokumenti li jingħata aċċess għalihom fl-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru;

66.

jemmen li hu importanti li l-pubbliku u n-negozji jkollhom proċeduri ċari b’rabta mal-ilmenti u l-appelli dwar l-irregolaritajiet fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni;

67.

jinnota li t-titjib u l-ftuħ tal-aċċess għall-informazzjoni pubblika għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu ppjanati sew u bbażati fuq data minn studji, l-esperjenzi eżistenti u l-aħjar prattika;

68.

jinnota li s-servizzi elettroniċi tal-gvern s’issa kienu jikkonsistu wisq mit-trasferiment tal-burokrazija bil-karti għal dik elettronika. L-UE u l-Istati Membri għandhom ikunu minn ta’ quddiem biex jagħtu spinta lill-isforzi fil-livell Ewropew u nazzjonali b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li tinkiseb bidla akbar fil-proċeduri u l-istrutturi tal-gvern bl-użu tal-ICT, inkluż l-użu tad-data biex jittejbu s-sens, il-kwalità u l-produttività tal-ħidma u l-effiċjenza tal-awtoritajiet pubbliċi u titnaqqas il-burokrazija għall-pubbliku ġenerali u n-negozju;

69.

jemmen li l-Kummissjoni għandha tippromovi d-data pubblika miftuħa permezz ta’ linji gwida tekniċi u rakkomandazzjonijiet, billi tippubblika katalgu tad-data komuni u tintroduċi liċenzja komuni tad-data miftuħa;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 1.6.1.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“2.

F’każijiet eċċezzjonali, partikularment fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti ’l fuq mill-ispejjeż marġinali, skont l-għan, it-trasparenza u kriterji verifikabbli, sakemm dan ikun fl-interess pubbliku u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4), u mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.”

“2.

F’każijiet eċċezzjonali, partikularment fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti ’l fuq mill-ispejjeż marġinali, skont l-għan, it-trasparenza u kriterji verifikabbli, sakemm dan ikun fl-interess pubbliku u mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.”

Raġuni

Il-kliem użat f’din is-sezzjoni mhux ċar u jista’ faċilment iwassal għal interpretazzjoni ħażina rigward kwistjoni li hija ċentrali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva. L-emenda hija intiża biex tiddeskrivi n-natura ta’ każijiet eċċezzjonali b’mod aktar eżatt u tipprevjeni n-nuqqas ta’ fehim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ħażina tat-test.

Emenda 2

Artikolu 1.4.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn awtorità indipendenti li tingħata setgħat regolatorji speċifiċi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata.

Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn awtorità indipendenti li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata.

Raġuni

It-tifsira ta’ “awtorità indipendenti li tingħata setgħat regolatorji speċifiċi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku” mhijiex ċara. Peress li l-valur tal-proposta għal awtorità indipendenti f’dan il-qasam mhuwiex ċar jew huwa sproporzjonat mal-ispejjeż għall-Istati Membri kkonċernati, din il-proposta għandha tiġi rrifjutata jew tal-anqas m’għandhiex tintlaqa’.

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 247/2009.

(2)  CdR 104/2010.

(3)  Idem.

(4)  CdR 247/2009.

(5)  Idem.

(6)  CdR 104/2010.

(7)  CdR 247/2009.

(8)  Idem.

(9)  Idem.

(10)  CdR 10/2009.

(11)  CdR 104/2010.

(12)  CdR 104/2010.

(13)  Idem.

(14)  CdR 65/2011.

(15)  CdR 89/2009.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/127


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett dwar il-protezzjoni tad-dejta”

2012/C 391/13

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-proposti għal riforma tal-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta bħala kontribut tal-UE fid-dibattitu globali dwar il-protezzjoni adegwata tal-privatezza fid-dinja diġitali;

iqis li huwa essenzjali li jiġu kjarifikati kwistjonijiet ċentrali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-proċedura leġislattiva ordinarja sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-leġittimità demokratika permezz tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew kif ukoll tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali Ewropej;

josserva li, irrispettivament mid-dubji li jeżistu dwar il-kompatibbiltà tal-kunċett bażiku tar-regolament mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u dak tal-proporzjonalità, ċerti dispożizzjonijiet dettaljati jpoġġu limiti inadegwati fuq il-leġislazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta mill-amministrazzjonijiet pubbliċi;

jemmen ukoll li l-leġislazzjoni proposta għandha tagħti aktar marġni għal deċiżjoni lill-Istati Membri, u jekk ikun il-każ, lir-reġjuni, sabiex, b’konformità mal-liġijiet tal-post, tirregola l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-membri tal-awtorità ta’ kontroll sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu indipendenti fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom.

Relatur

is-Sinjura MÄNNLE (DE/PPE), Membru tal-Assemblea tal-Istat tal-Bavarja

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Nissalvagwardjaw il-Privatezza f’Dinja Konnessa: Qafas tal-Protezzjoni tad-Dejta Ewropew għas-Seklu 21

COM(2012) 9 final

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta

COM(2012) 10 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

COM(2012) 11 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Billi l-ipproċessar tad-dejta jikkonċerna lil kull parti tas-soċjetà moderna tal-informazzjoni, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta huma importanti ħafna għall-iżvilupp ekonomiku, għat-tħaddim tajjeb u l-effiċjenza tal-attività tal-gvern u għal-libertajiet individwali taċ-ċittadini Ewropej. L-adattament tal-protezzjoni tad-dejta għall-ħtiġijiet il-ġodda tad-dinja diġitali, fejn bosta oqsma tal-ħajja huma marbuta permezz tal-internet, huwa wieħed mill-proġetti ta’ riforma prinċipali mhux biss tal-Unjoni Ewropea iżda wkoll ta’ pajjiżi oħra u ta’ korpi interstatali bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Istati Uniti. Il-ħarsien tad-dejta personali jqajjem kwistjonijiet fl-oqsma ta’ politika kollha. Il-protezzjoni tad-dejta hija qasam transsettorjali li jikkonċerna l-politika tas-sigurtà u dik tal-ġustizzja kif ukoll is-setturi tal-ekonomija, il-komunikazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-amministrazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur. L-iżvilupp tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta jaqdi rwol prinċipali wkoll fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa sabiex dawn jiżguraw u jiżviluppaw il-vijabbiltà tagħhom fi żmien ta’ bidliet teknoloġiċi kbar u kompetizzjoni globali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-proposti għal riforma tal-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta bħala kontribut tal-UE fid-dibattitu globali dwar il-protezzjoni adegwata tal-privatezza fid-dinja diġitali;

2.

ifakkar fir-rwol deċiżiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Huma l-mutur tat-tkabbir ekonomiku fil-livell lokali u reġjonali u jiġġeneraw, jużaw u jamministraw bosta prodotti u servizzi tal-informatika li huma bbażati fuq bażijiet tad-dejta bl-informazzjoni tas-settur pubbliku. Għalhekk huma għandhom jinfluwenzaw b’mod komprensiv u effettiv il-liġijiet li jaffettwaw il-protezzjoni tad-dejta fil-qasam tal-kompetenzi tagħhom. Ir-Regolament ser joħloq piżijiet amministrattivi u spejjeż finanzjarji addizzjonali għall-muniċipalitajiet u r-reġjuni, u fil-fehma tal-Kumitat dawn mhumiex proporzjonati mal-benefiċċju għaċ-ċittadini;

3.

jilqa’ l-għanijiet ġenerali tal-pakkett ta’ riforma li, b’konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiżguraw armonizzazzjoni fil-livell Ewropew tal-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali;

4.

jinnota li l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta permezz ta’ standards komuni vinkolanti tfisser li l-ipproċessar tad-dejta fl-intrapriżi u l-awtoritajiet amministrattivi u privati, minkejja d-differenzi kbar fil-kundizzjonijiet ta’ riskju u l-ambjenti operattivi differenti tagħhom, ser ikun soġġett għall-istess rekwiżiti. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li r-Regolament jaffettwa b’mod inadegwat lill-awtoritajiet pubbliċi u jħalli xi ambigwitajiet dwar il-kompetenzi tagħhom fil-kuntest tal-liġi tax-xogħol. Barra minn hekk, ir-Regolament jintroduċi sensiela ta’ rekwiżiti għall-awtoritajiet pubbliċi fil-livell reġjonali u lokali (pereżempju żieda fl-għadd ta’ dokumenti li jridu jiġu pprovduti, l-obbligu li jiżguraw il-portabbiltà tad-dejta, eċċ.) li ma joffru l-ebda titjib evidenti fid-drittijiet ta’ dawk ikkonċernati. Il-Kumitat jinnota li, minħabba fil-livell ta’ astrazzjoni tiegħu, l-att legali propost fil-forma ta’ Regolament jista’ jwassal għal użu ħażin tal-Artikolu 290 tat-TFUE li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta regoli addizzjonali, anke dwar kwistjonijiet essenzjali, u għalhekk mhux konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Għalhekk, il-Kumitat jitlob li l-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet pubbliċi u l-aspetti relatati mal-liġi tax-xogħol jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament sabiex jibqgħu regolati permezz ta’ direttiva;

5.

jenfasizza r-responsabbiltà prinċipali tal-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta li jipproteġu d-dejta personali; madanakollu livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta f’dinja konnessa b’ubikwità virtwali tal-ipproċessar tad-dejta mhux ser tiġi garantita biss permezz ta’ sforzi sabiex jissaħħu d-dmirijiet statutorji, iżda tirrikjedi wkoll strumenti ta’ inċentiv addizzjonali għal min jipproċessa sabiex jippremjaw l-isforzi fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta pereżempju billi jiffaċilitaw il-piż tal-prova għal min jipproċessa li jikkonformaw ma’ standards ta’ awtoregolamentazzjoni għoljin jew kodiċi ta’ kondotta jew li jwaqqfu valutazzjonijiet tal-impatt volontarji tal-protezzjoni tad-dejta;

6.

iqis li huwa essenzjali li jiġu kjarifikati kwistjonijiet ċentrali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-proċedura leġislattiva ordinarja sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-leġittimità demokratika permezz tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew kif ukoll tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali Ewropej;

7.

jagħraf il-bżonn fundamentali li fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja jinħolqu regoli vinkolanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali li tintuża fl-iskambju transnazzjonali tad-dejta;

8.

iwissi kontra r-riskju li l-isforzi biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-dejta personali jillimitaw b’mod eċċessiv liċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jiddeterminaw l-informazzjoni li tikkonċernahom (dritt għall-privatezza tal-informazzjoni) billi tinċaħdilhom il-possibbiltà li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-informazzjoni, b’mod partikolari lill-awtoritajiet pubbliċi, kemm fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali kif ukoll f’dak tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta;

9.

iqis li, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li tressqu hawn fuq, għandhom jitqiesu dawn il-kwistjonijiet li ġejjin fl-istadji li jmiss tal-proċedura leġislattiva:

Sussidjarjetà u proporzjonalità

10.

huwa tal-fehma li rigward is-settur privat tal-ekonomija, hemm bosta raġunijiet tajba li jiġġustifikaw it-tentattiv ta’ armonizzazzjoni sħiħa ta’ partijiet mil-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta permezz ta’ regolament;

11.

madanakollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għalkemm il-pakkett sħiħ magħmul mir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta u d-direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta fil-qasam tal-pulizija u l-ġustizzja żamm bosta dispożizzjonijiet Ewropej u nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta b’mod partikolari fis-settur tat-telekomunikazzjoni, fil-proċess ta’ konsultazzjoni qed jibqa’ jiffaċċja oġġezzjonijiet fundamentali dwar il-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proprozjonalità. Dawn jikkonċernaw:

l-ambitu tal-poter leġislattiv tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 16 (2) tat-TFUE, li jostakola l-armonizzazzjoni sħiħa mixtieqa fl-ipproċessar tad-dejta mill-istituzzjonijiet pubbliċi u li, fir-rigward tal-Proposta għal Direttiva fil-qasam tal-pulizija u tal-ġustizzja, iqajjem mistoqsijiet dwar l-estensjoni ta’ kwistjonijiet purament nazzjonali;

il-livell ta’ astrazzjoni tar-regolament, li ser ikun jixbah lil direttiva tal-Unjoni Ewropea iżda li ma jipprovdix biżżejjed ċertezza legali billi ma jinvolvix atti ta’ transpożizzjoni fil-liġi tal-Istati Membri. Is-setgħa tal-Kummissjoni Ewropea li tadotta atti delegati (Artikolu 86) dwar kwistjonijiet li mhumiex sempliċement dwar dettalji hija problematika;

in-nuqqas ta’ ċarezza rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali (Kapitolu IX) fil-każijiet li fihom ikun involut aktar minn Stat Membru wieħed;

in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn ir-regoli futuri tar-regolament u partijiet kbar ta’ linji gwidi u regoli ċentrali dwar l-użu tal-internet fil-qasam tat-telekomunikazzjoni (eż. id-Direttiva 2002/58/KE);

il-lakuni relatati mal-garanzija ta’ protezzjoni legali effettiva fil-każ ta’ ksur eventwali tad-drittijiet fundamentali billi ma hemm l-ebda proċess ta’ appell dirett li jipproteġi lill-individwi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

il-ġestjoni inadegwata tal-kunflitti bejn l-interessi privati u dawk protetti mill-kostituzzjoni bħad-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-prinċipju tal-aċċess pubbliku;

in-nuqqas ta’ fruntieri ċari bejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta għal Regolament u l-Abbozz tad-Direttiva.

12.

jenfasizza li dawn il-preokkupazzjonijiet jirriflettu r-riservi ta’ bosta awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej fir-rigward tal-proposti tar-regolament li, pereżempju, ma jippermettux li jitqiesu r-regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-settur soċjali jew li jpoġġu piż fuq l-attivitajiet tal-amministrazzjonijiet pubbliċi permezz ta’ esiġenzi fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta bħad-dritt għall-portabbiltà tad-dejta li ma jidhrux utli għall-proċeduri tal-iproċessar tad-dejta ekonomika u li jfissru sanzjonijiet amministrattivi kbar meta mqabbla mar-riżorsi finanzjarji tal-awtoritajiet lokali;

13.

huwa tal-fehma li fil-Proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jiġi ċċarat li r-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 83 dwar l-ipproċessar tad-dejta għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika m’għandhomx jillimitaw il-possibbiltajiet tal-korpi pubbliċi li jikkonservaw id-dokumenti abbażi tal-leġislazzjoni nazzjonali dwar l-arkivjar u dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-amministrazzjoni pubblika.

14.

għalhekk iqis li hemm bżonn li fl-istadji li jmiss tal-proċess leġislattiv tiġi eżaminata iktar minn qabel id-deċiżjoni dwar il-forma legali u l-limiti bejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta għal Regolament u dak tal-Proposta għal Direttiva bil-għan li jiġu eżaminati l-alternattivi possibbli li jistgħu jikkonformaw aħjar mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalita milli jagħmel il-pakkett attwali. Fost dawn l-alternattivi hemm il-possibbiltà li l-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet pubbliċi u l-aspetti relatati mal-liġi tax-xogħol jibqgħu jiġu regolati permezz ta’ direttiva, sabiex l-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet pubbliċi u l-ipproċessar tad-dejta marbuta mal-liġi tax-xogħol jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali;

Koerenza internazzjonali minflok il-prinċipju tal-post fejn titwettaq l-attività

15.

jappoġġja l-għan li jiġi impost rispett lejn l-istandards Ewropej tal-protezzjoni tad-dejta anki għall-fornituri globali tas-servizzi tal-informazzjoni;

16.

iqis li l-inizjattiva tal-Gvern tal-Istati Uniti għal qafas legali għall-protezzjoni tal-privatezza fl-ekonomija globali tal-informatika toffri l-opportunità li jinġabru flimkien ir-riformi li jwasslu għal standards ta’ protezzjoni komuni fil-qasam ċentrali taċ-ċirkulazzjoni internazzjonali tad-dejta u b’hekk jiġu infurzati regoli effettivi dwar il-protezzjoni tad-dejta u jiġu evitati wkoll distorsjonijiet tal-kompetizzjoni b’mod iktar effikaċi minn dak tar-rikors għall-prinċipju tal-post fejn titwettaq l-attività, li huwa diffiċli biex jiġi implimentat fil-prattika;

Is-sostenibbiltà tal-kunċett ta’ riforma

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-parti essenzjali tal-abbozz tar-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta hija bbażata fuq il-prinċipji tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 95/46/KE u li huwa jiżviluppa biss xi elementi bħall-prinċipju tal-“protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni” (“privacy by design”) filwaqt li l-bqija huma modifiki. Għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni fi żmien id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, fis-soċjetà tal-informazzjoni r-riskji tal-ipproċessar tad-dejta personali fl-aġenziji privati u pubbliċi m’għadhomx iddeterminati minn relazzjonijiet bejn tnejn. Id-diġitalizzazzjoni u n-netwerking aktar joħolqu sistemi fejn diversi atturi jkunu involuti fl-ipproċessar tad-dejta, pereżempju fil-paragun tad-dejta jew l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet;

18.

jenfasizza, għalhekk, li l-kwistjonijiet li din is-sitwazzjoni qajmet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali ma jistgħux jiġu indirizzati tajjeb permezz tal-kunċetti bipolari tradizzjonali bħal “kontrolluri”, “id-dritt tas-suġġett tad-dejta li jkun minsi” jew il-prinċipju tal-projbizzjoni fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-gvern u ċ-ċittadin (Artikoli 6 u 9 tal-abbozz tar-Regolament). Uħud mill-bidliet li saru fir-regoli tad-Direttiva bħad-definizzjoni ġdida tad-“dejta personali” u l-“kunsens” joħolqu inqas ċertezza legali iktar milli jżiduha;

19.

għaldaqstant, huwa tal-fehma li jekk il-Kummissjoni tinsisti li tixtieq iżżomm regolament, dan ir-regolament għandu jgħid b’mod ċar li min iħaddem jista’ jipproċessa d-dejta bil-kunsens tal-ħaddiem. Dan jgħodd ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi kemm fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali kif ukoll f’dak tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. B’konformità mar-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol;

20.

billi f’dan l-istadju tal-proċess leġislattiv kunċett kompletament ġdid m’għadux possibbli, iqis li hemm bżonn li jerġgħu jiġu evalwati l-mekkaniżmi tal-infurzar li sa issa kienu ffokati b’mod wisq strett fuq strumenti regolatorji u bipolari, bħall-ordnijiet jew is-sanzjonijiet. Fil-fehma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma l-eqreb ta’ dawk milquta, dawn l-elementi jista’ jkollhom importanza partikolari:

miżuri ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta fost il-ġenerazzjonijiet u l-livelli kollha tal-popolazzjoni,

mekkaniżmi ta’ skambju ta’ kunċetti tal-protezzjoni tad-dejta ttestjati u teknoloġikament avvanzati, pereżempju fil-qafas ta’ tikketti ta’ kwalità,

informazzjoni u kjarifiki standardizzati u faċli jinftiehmu abbażi tal-prinċipju tad-“dwal tat-traffiku”

mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni vinkolanti u regolati

mekkaniżmi ta’ awtoregolamentazzjoni għall-atturi kkonċernati.

21.

jenfasizza b’rabta ma’ dan li l-abbozz tar-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta jagħti importanza sekondarja lil dawn il-kompiti li essenzjalment huma kompiti tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni pereżempju fil-qafas tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 52(2) tal-abbozz tar-regolament jew il-kodiċijiet ta’ kondotta (Artikolu 38);

Iż-żamma tal-flessibbiltà fir-regolamentazzjoni nazzjonali

22.

josserva li, irrispettivament mid-dubji li jeżistu dwar il-kompatibbiltà tal-kunċett bażiku tar-regolament mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u dak tal-proporzjonalità, ċerti dispożizzjonijiet dettaljati jpoġġu limiti inadegwati fuq il-leġislazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta mill-amministrazzjonijiet pubbliċi;

23.

għalhekk, huwa tal-fehma li l-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet pubbliċi u l-aspetti relatati mal-liġi tax-xogħol għandhom jibqgħu jiġu regolati permezz ta’ direttiva;

24.

huwa tal-fehma li jekk il-Kummissjoni tinsisti li tixtieq iżżomm regolament li jkun japplika wkoll għall-awtoritajiet pubbliċi u l-aspetti relatati mal-liġi tax-xogħol:

il-kundizzjonijiet tar-regolamentazzjoni tal-Istati Membri tal-bażi tal-obbligi tal-ipproċessar tad-dejta skont Artikolu 6(3) tal-abbozz ta’ regolament, m’għandhomx isiru iktar kumplessi b’invokazzjoni tal-limiti ta’ Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali b’mod li jmur lil hinn mill-iskop intenzjonat tiegħu;

dan jgħodd ukoll għall-għoti ta’ iktar poter lill-Kummissjoni sabiex toħroġ atti delegati li jpoġġu iktar limiti fuq oqsma li jaqgħu taħt l-Istati Membri, bħall-ipproċessar tad-dejta relatata mas-saħħa jew l-impjegati jew l-ipproċessar tad-dejta għal finijiet storiċi jew statistiċi jew għal finijiet ta’ riċerka xjentifika;

għandha tissemma b’mod espliċitu l-possibbiltà li jingħata l-kunsens fiż-żewġ oqsma; fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi, dan jgħodd ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta;

rigward l-atti delegati kollha (Artikolu 86), il-Kummissjoni għandha tkun obbligata twettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt tagħhom u tikkonsulta lill-Kunsill, il-parlamenti tal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-pubbliku kif ukoll lill-kumitati li skont it-TFUE għandhom jiġu involuti fit-tfassil tal-atti leġislattivi u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, sabiex jiġi garantit fost affarijiet oħrajn ir-rispett tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. Bl-istess mod, fl-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jintgħażlu l-proċeduri li jiżguraw l-involviment sħiħ u fil-ħin tal-partijiet ikkonċernati kollha;

apparti l-kompetenzi ta’ eżenzjoni mogħtija lill-Istati Membri fl-Artikolu 21, ir-regolament għandu jagħti lok lill-Istati Membri li jkollhom leġislazzjoni nazzjonali li tgħid li l-ipproċessar tad-dejta użata fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika huwa soġġett għal kundizzjonijiet ta’ sigurtà differenti skont l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali hekk kif previst attwalment fir-regolament;

huwa u jiġi stabbilit il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament jeħtieġ li jiġi ċċarat li r-regoli tiegħu japplikaw biss għal “attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni” fejn l-Unjoni Ewropea tista’ toħroġ regoli vinkolanti u mhux fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri jew fejn it-Trattati jeliminaw speċifikamnet il-poter li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi pereżempju fis-sistema edukattiva (Artikolu 165(4)) tat-TFUE;

l-Artikolu 82 tar-Regolament għandu jgħid b’mod ċar li ċerti regoli speċifiċi dwar l-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas tal-impjieg jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim kollettiv;

ir-Regolament għandu jiżgura li d-drittijiet tal-ġestjoni ma jkunux limitati, pereżempju rigward ir-reklutaġġ jew it-tkeċċija ta’ kontrollur tad-dejta;

għandu jiġi żgurat li fis-setgħat biex jiġi penalizzat il-ksur tal-protezzjoni tad-dejta ssir distinzjoni ċara bejn il-korpi privati li l-għan tagħhom hu li jagħmlu l-qligħ u l-korpi l-oħra, speċjalment fl-amministrazzjoni pubblika, li fil-każ tagħhom il-multi li jnaqqsulhom il-qligħ tagħhom mhumiex adatti u, minflok dan, il-mekkaniżmi ta’ kontroll politiku huma aktar effettivi.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà demokratika

25.

jinsab inkwetat li l-konkretizzazzjoni u l-iżvilupp tar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta, mad-dħul fis-seħħ tar-regolament, jiġu trasferiti fi proċeduri li, għall-kuntrarju tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropa jew l-infurzar tal-liġi nazzjonali u Ewropea minn amministrazzjonijiet ikkontrollati mill-Parlamenti tal-Istati Membri, ma joffru l-ebda garanzija ta’ trasparenza u lanqas ta’ leġittimità demokratika adegwata;

26.

jiġġustifika din il-kunsiderazzjoni abbażi tal-fatt li l-abbozz ta’ regolament għandu, permezz ta’ dispożizzjonijiet astratti ħafna, joħloq obbligi vinkolanti, uniformi u li jistgħu jiġu soġġetti għal sanzjonijiet f’qasam ċentrali għat-twettiq tal-aspetti differenti tad-drittijiet fundamentali, li attwalment huwa karatterizzat minn firxa xejn ċara ta’ każijiet differenti, fosthom direttorji pubbliċi tal-indirizzi privati, reġistri pubbliċi tal-popolazzjoni, bażijiet tad-dejta ta’ netwerks soċjali u provvedituri ta’ magni tat-tiftix. F’dan il-kuntest, il-lakuni inevittabli fejn jidħlu standards fissi, ċertezza legali u l-kapaċità tal-infurzar għandhom jiġu kkumpensati minn numru kbir ta’ awtorizzazzjonijiet bis-setgħa li jadottaw atti legali li jikkonċernaw ħafna drabi elementi essenzjali tal-Proposta għal Regolament, bħal pereżempju fil-każ tal-awtorizzazzjoni fl-Artikolu 6(5) tal-Proposta għal Regolament. Min-naħa l-oħra, fil-qafas tal-linji gwida ġenerali għall-interpretazzjoni tal-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-awtoritajiet ta’ kontroll indipendenti huma mogħtija kompiti li jmorru lil hinn mill-kompiti tradizzjonali ta’ infurzar u li jippermettulhom li jadottaw dispożizzjonijiet li huma astratti u ġenerali. Għalhekk dawn huma soġġetti għall-poteri inadegwati tal-Kummissjoni li teżerċità influwenza fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ koerenza u dan jhedded l-indipendenza tagħhom fil-qafas tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(2) tat-TFUE;

27.

għalhekk iqis li huwa adegwat li l-mekkaniżmi ta’ parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-koerenza jiġu modifikati b’mod radikali sabiex tinżamm l-indipendeza tal-awtoritajiet ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari l-kompetenzi mogħtija lilhom fil-qafas tal-Artikoli 60 u 62(1)(a) tal-Proposta għal Regolament, kif ukoll id-definizzjoni ta’ “dubji serji”, fl-istess Artikoli, li fuq il-bażi tagħhom tindaħal il-Kummissjoni;

28.

jemmen ukoll li l-leġislazzjoni proposta għandha tagħti aktar marġni għal deċiżjoni lill-Istati Membri, u jekk ikun il-każ, lir-reġjuni, sabiex, b’konformità mal-liġijiet tal-post, tirregola l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-membri tal-awtorità ta’ kontroll sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu indipendenti fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom;

29.

huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-istrumenti ta’ ġestjoni tal-awtoritajiet indipendenti ta’ kontroll rikonoxxuti wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, għandhom jiġu żviluppati iktar pereżempju fil-qafas tar-rapporti u proċeduri regolari oħra ta’ konsultazzjoni mal-korpi leġislattivi sabiex, fil-qafas tad-drittijiet ta’ parteċipazzjoni, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kumitat tar-Reġjuni regolarment jingħataw stampa sħiħa tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta u sabiex ikun jista’ jkollhom l-opportunità li jieħdu inizjattivi sabiex ikomplu jiżviluppawha. Barra minn hekk, skont id-dritt li wieħed jiġi mismugħ, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kumitat Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta għandhom ikunu obbligati, permezz ta’ regoli addizzjonali, li jinvovlu lill-assoċjazzjonijiet u lir-rappreżentanti tal-interessi milquta mid-deċiżjonijiet ta’ importanza fundamentali, pereżempju l-Artikolu 58(2) tal-Proposta għal Regolament, fi proċess trasparenti ta’ konkretizzazzjoni u żvilupp tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, pereżempju permezz ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni;

Il-limiti tal-armonizzazzjoni fil-protezzjoni tad-dejta b’rabta mal-pulizija u l-ġustizzja

30.

jiddubita jekk ir-regolamentazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta fil-livell esklużivament nazzjonali fil-qafas tal-Proposta għal Direttiva għall-pulizija u l-ġustizzja hijiex kompatibbli mal-kompetenzi leġislattivi tal-Unjoni Ewropea hekk kif jitlob il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Barra mill-kompiti li jikkonċernaw il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità għadhom jeżistu bażijiet tad-dejta kbar tal-pulizija u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li huma proċessati biss fil-livell nazzjonali u li ma jirrikjedux leġislazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta. Madanakollu jeħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta japplikaw direttament għad-drittijiet ta’ proċedura kriminali u l-forza tal-pulizija u b’hekk indirettament jitolbu l-armonizzazzjoni minkejja li l-Unjoni Ewropea m’għandhiex biżżejjed kompetenza fil-qasam;

31.

jinsab sorpriż li l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, l-ewwel fosthom l-Eurojust u l-Europol, huma esklużi mill-ambitu tad-direttiva;

32.

minkejja dawn ir-riservi ta’ prinċipju, jitlob li jiġu eżaminati dawn il-kwistjonijiet fl-istadji li jmiss tal-proċess leġislattiv:

kemm l-obbligi estensivi ta’ kontroll u notifika jistgħu jdewmu l-proċeduri ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni tas-servizzi tal-pulizija;

jekk id-dispożizzjonijiet taħt (b), (c) u (d) fl-Artikolu 7 tal-Proposta għal Direttiva humiex kompatibbli mal-Artikolu 1(1), li jiddefinixxi s-suġġett u l-għanijiet tad-Direttiva;

li filwaqt li l-iskambju ta’ dejta mal-pajjiżi terzi m’għandux jiġi limitat jew isir aktar diffiċli mingħajr bżonn, għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati għal derogi marbutin mat-trasferimenti internazzjonali fil-każijiet individwali (Artikolu 36); u

liema awtorizzazzjonijiet tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta’ eżekuzzjoni favur dispożizzjonijiet iktar preċiżi jistgħu jitnaqqsu fl-att legali jew permezz ta’ klawżola ta’ kwalifika adegwata min-naħa tal-Istati Membri stess.

33.

beħsiebu jżomm id-dritt li jippreżenta opinjoni oħra bi proposti għal emendi konkreti hekk kif joħorġu l-pożizzjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament dwar il-kwistjonijiet li jqumu fl-istadji li jmiss tal-proċess leġislattiv.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B’deroga għall-Artikoli 34 u 35, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

B’deroga għall-Artikoli 34 u 35, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

(a)

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(a)

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(b)

it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; jew

(b)

it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; jew

(c)

it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; jew

(c)

it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; jew

(d)

it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; jew

(d)

it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; jew

(e)

it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

(e)

it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

 

Raġuni

L-espressjoni “ikun meħtieġ” hija vaga wisq u tagħti lok għal użu mhux restrittiv tad-derogi u dan imur kontra l-ispirtu ta’ dan l-artikolu.

Emenda 2

Artikolu 86(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

L-inklużjoni tal-obbligu tal-Kummissjoni li tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta fir-rigward tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni hija salvagwardja importanti immens.

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/134


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett dwar il-protezzjoni tal-ekonomija leċita”

2012/C 391/14

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li jiġbru flimkien b’mod koerenti l-miżuri leġislattivi u l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati biex tiġi żgurata b’mod utli u rapidu l-protezzjoni tal-ekonomija leċita;

japprova l-inizjattivi tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jipprevjenu prattiki ħżiena bħall-kunflitti ta’ interess, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni permezz tal-inkriminazzjoni ta’ mġiba li għadha mhux penalizzata f’xi Stati Membri u li tfixkel l-aċċess ħieles għall-kuntratti pubbliċi;

jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ġdid ta’ valutazzjoni fil-forma ta’ rapport futur kontra l-korruzzjoni tal-Unjoni li għandu jiġi ppubblikat kull sentejn mill-2013 ’il quddiem;

iqis b’mod pożittiv il-Proposta għal Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat mill-attività kriminali fl-UE li huma strumenti indispensabbli għall-protezzjoni tal-ekonomija globali, fejn il-“kriminalità ma tirrendix” u l-“proprjetà akkwistata b’mod ħażin ma tħallix qligħ”;

japprova l-loġika tal-Programm ta’ Stokkolma li jistipula li jkun aħjar jekk l-istandards minimi jkunu obbligatorji, b’konformità mal-Artikolu 83 tat-TFUE (inklużi l-konfiska estiża u ta’ valur, il-konfiska ta’ assi ta’ partijiet terzi, u l-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna), minflok jittejjeb il-mekkaniżmu attwali tal-Unjoni, li m’għandux setgħa effettiva;

jitlob lill-Istati Membri biex jipprevedu li parti mill-assi kriminali li jinqabdu jingħataw lura lill-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali (wara li jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġiet tar-restituzzjoni legali) għaliex huma l-ewwel vittmi tal-organizzazzjonijiet kriminali li jiddestabilizzaw l-ordni soċjali tat-territorji. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex iwettqu azzjonijiet lokali bil-għan li jeradikaw il-kawżi fundamentali tal-kriminalità. B’hekk tingħata viżibbiltà pożittiva lill-azzjoni tas-setgħat pubbliċi u tinħoloq sistema virtwuża li tgħaqqad lir-rappreżentanti eletti, lis-soċjetà ċivili u lill-familji;

iħeġġeġ lir-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali biex fil-bidu tal-mandat tagħhom jiffirmaw kodiċi ta’ etika intitolat “Obliprivatum, publicacurate” (“Ninsew l-affarijiet privati u nimpenjaw ruħna fl-affarijiet pubbliċi”) li jwassal għall-ħolqien u ż-żamma ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadini u dawk li jiggvernaw;

iħeġġeġ lir-rappreżentanti eletti biex iressqu quddiem awtorità pubblika indipendenti dikjarazzjoni tal-assi tagħhom dwar il-proprjetajiet u r-rabtiet kummerċjali jew ta’ negozju tagħhom.

Relatur Ġenerali

is-Sur ROUILLON (FR/PSE), Sindku ta’ Coulaines

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea

COM(2012) 85 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea permezz tal-liġi kriminali u l-investigazzjonijiet amministrattivi – Politika integrata għall-ħarsien tal-flus tal-kontribwenti

COM(2011) 293 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Nissieltu kontra l-korruzzjoni fl-UE

COM(2011) 308 final

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

COM(2012) 363 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jistqarr li l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-frodi huma problema serja għall-Unjoni Ewropea. Skont l-NGO Transparency International, dawn il-prattiki jiġġeneraw telf ta’ EUR 120 biljun fis-sena, jiġifieri 1 % tal-PDG tal-UE. L-ekonomija illeċita taggrava d-defiċits tal-pajjiżi, tfixkel l-azzjonijiet tas-setgħat pubbliċi kontra l-kriżi, tnaqqas il-livell ta’ investiment, tippromovi d-delokalizzazzjoni tal-kapital (flight of capital) u ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fir-rappreżentanti u l-istituzzjonijiet tagħhom;

2.

ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona pprovda lill-UE mezzi addizzjonali biex tiġġieled il-kriminalità transkonfinali permezz tad-definizzjoni tar-rwol tal-Eurojust, ipprovda l-possibbiltà li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Artikoli 85 u 86 tat-TFUE) u dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe tip ieħor ta’ attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE (Artikoli 310(6) u 325 tat-TFUE);

3.

jinnota li, skont il-Ewrobarometru, 75 % tal-Ewropej iqisu l-korruzzjoni bħala problema serja għall-Istati Membri;

4.

jistqarr li l-konfiska u l-iffriżar tal-assi kriminali ġew rikonoxxuti bħala strumenti effikaċi għall-ġlieda kontra l-forom gravi ta’ kriminalità organizzata u ngħataw prijorità strateġika fil-livell tal-UE;

5.

iqis li biex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi kkontrollat aħjar l-użu tas-sussidji li jingħataw b’mod partikolari fil-kuntest tal-fondi soċjali Ewropej, tal-koeżjoni territorjali jew tal-Politika Agrikola Komuni; il-każijiet ta’ frodi jistgħu jixħtu dubju fuq il-leġittimità ta’ dawn il-politiki Ewropej integrati favur it-territorji;

6.

jenfasizza li, fil-livell lokali, il-kriminalità organizzata hija mmirata lejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali b’rabta mal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet tas-servizzi pubbliċi, il-ħruġ ta’ permessi għall-bini u l-awtorizzazzjonijiet kummerċjali;

7.

jistqarr li l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata, bħat-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin, jipperikolaw fit-tul l-ordni pubbliku, is-saħħa pubblika u l-koeżjoni soċjali;

8.

ifakkar li bl-użu tat-tassazzjoni Ewropea b’mod li jidher legali, u xi kultant b’mod innovattiv ħafna, bħal fil-każ tat-taxxa fuq il-karbonju, il-kriminalità organizzata tisraq u tfaqqar l-Istati Membri tal-Unjoni, iżda wkoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom;

9.

jenfasizza li l-korruzzjoni fil-qasam tal-isport (l-imħatri bi frodi, it-tixħim għall-għażla ta’ postijiet fejn isiru l-kompetizzjonijiet ewlenin, l-għoti ta’ kummissjoni bil-moħbi għat-trasferimenti ta’ min jilgħab) hija sors ta’ inkwiet partikolari għaliex tolqot il-valuri umanistiċi ta’ miljuni ta’ prattikanti dilettanti u ta’ assoċjazzjonijiet ta’ voluntiera;

10.

jikkunsidra li, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-awtoritajiet lokali huma atturi fundamentali għall-protezzjoni tal-ekonomija leċita peress li jadottaw il-politiki ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja;

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

11.

jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet tal-liġi attwali tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-konfiska tal-assi kriminali;

Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi

12.

jinnota li, fit-tieni rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (COM(2008) 77), il-Kummissjoni tikkonkludi li ħames Stati Membri biss adottaw il-miżuri “kollha” neċessarji biex ikunu konformi “b’mod sodisfaċenti” ma’ din il-Konvenzjoni;

Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni

13.

jiddispjaċih li d-Deċiżjoni Kwadru 2003/568/JHA dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni attiva u passiva fis-settur privat u li tistabbilixxi regoli dwar ir-responsabbiltà tal-persuni legali għadha ma ġietx trasposta;

14.

jiddeplora l-fatt li xi Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-konvenzjonijiet tal-liġi kriminali internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-OECD;

Fir-rigward tal-iffriżar u l-konfiska tal-assi kriminali

15.

jinnota n-nuqqasijiet tat-traspożizzjoni tal-ħames deċiżjonijiet qafas f’dan il-qasam:

id-Deċiżjoni Kwadru 2005/212/ĠAI, li tippermetti l-konfiska ta’ valur u estiża, ġiet adottata biss b’mod frammentat mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;

filwaqt li d-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/JHA tipprevedi l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ mandati ta’ ffriżar; il-Kummissjoni jiddispjaċiha li m’għandhiex wisq informazzjoni dwar l-applikazzjoni tagħha;

id-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI li tipprevedi r-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska ma tinkludix regoli fakultattivi fir-rigward tal-konfiska estiża li ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI tapplika biss għal ordnijiet ta’ konfiska stabbiliti fil-qafas ta’ proċeduri kriminali u mhux għall-proċeduri ċivili ta’ konfiska, li madankollu qed jiżdiedu;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi, li tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu dawn l-Uffiċċji bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni bejniethom u jiġi ffaċilitat it-traċċar tal-assi, ma ġietx implimentata fil-pajjiżi kollha;

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

16.

jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li jiġbru flimkien b’mod koerenti l-miżuri leġislattivi u l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati biex tiġi żgurata b’mod utli u rapidu l-protezzjoni tal-ekonomija leċita;

17.

ifakkar li l-bażijiet legali ta’ azzjoni leġislattiva f’dan il-qasam huma previsti fl-Artikoli 82, 83, 310(6) u 325 tat-TFUE;

18.

jagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-fondi pubbliċi tal-UE kontra l-frodi u l-miżapproprjazzjoni u fl-istess ħin jenfasizza li, minħabba raġunijiet ta’ sussidjarjetà u effikaċja, l-interventi leġislattivi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-liġi kriminali huma rilevanti biss sakemm jirrettifikaw l-insuffiċjenzi li jeżistu verament fil-prattiki tal-Istati Membri fir-rigward tal-prosekuzzjoni kriminali;

19.

japprova d-definizzjoni fil-livell Komunitarju ta’ reati bażiċi bħall-frodi u l-miżapproprjazzjoni tal-fondi pubbliċi;

20.

japprova l-inizjattivi tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jipprevjenu prattiki ħżiena bħall-kunflitti ta’ interess, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni permezz tal-inkriminazzjoni ta’ mġiba li għadha mhux penalizzata f’xi Stati Membri u li tfixkel l-aċċess ħieles għall-kuntratti pubbliċi (1);

21.

japprova l-orjentazzjonijiet tar-riforma tal-OLAF għall-protezzjoni tal-flus tal-kontribwenti:

ir-regola de minimis fejn l-OLAF jagħti prijorità lil investigazzjonijiet li jikkonċernaw każijiet ta’ frodi gravi;

l-obbligu ta’ segwitu tal-investigazzjonijiet amministrattivi li fi tmiemhom l-Istati Membri, li s’issa mhumiex kostretti jagħtu segwitu lill-investigazzjonijiet tal-OLAF, tal-anqas ikollhom jinfurmaw lill-OLAF dwar is-segwitu li jkun ingħata lid-dossiers;

22.

jinsab kompletament sodisfatt dwar l-ispinta politika li ngħatat lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-Unjoni u l-approċċ globali adottat mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ din il-kwistjoni;

23.

jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ġdid ta’ valutazzjoni fil-forma ta’ rapport futur kontra l-korruzzjoni tal-Unjoni li għandu jiġi ppubblikat kull sentejn mill-2013 ’il quddiem;

24.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jsir aġġustament għall-mekkaniżmi li diġà jeżistu bħal dawk fil-livell tal-OECD u tal-Kunsill tal-Ewropa;

25.

madankollu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa li, malajr kemm jista’ jkun, tislet it-tagħlimiet minn dan il-mekkaniżmu globali bbażat fuq il-fiduċja reċiproka tal-pajjiżi u jfakkar li hemm bżonn ta’ leġislazzjoni biex jiġu imponuti prattiki tajbin, b’konformità mal-Artikolu 83 tat-TFUE;

26.

jinsab kompletament sodisfatt dwar l-approċċ globali tal-Kummissjoni li wassalha wkoll biex tistabbilixxi standards tal-kontabbiltà u għall-kontroll tal-kontijiet tal-intrapriżi tal-UE;

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

27.

iqis b’mod pożittiv il-Proposta għal Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat mill-attività kriminali fl-UE li huma strumenti indispensabbli għall-protezzjoni tal-ekonomija globali, fejn il-“kriminalità ma tirrendix” u l-“proprjetà akkwistata b’mod ħażin ma tħallix qligħ”;

28.

japprova l-loġika tal-Programm ta’ Stokkolma li jistipula li jkun aħjar jekk l-istandards minimi jkunu obbligatorji, b’konformità mal-Artikolu 83 tat-TFUE (inklużi l-konfiska estiża u ta’ valur, il-konfiska ta’ assi ta’ partijiet terzi, u l-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna), minflok jittejjeb il-mekkaniżmu attwali tal-Unjoni, li m’għandux setgħa effettiva;

29.

jappoġġja l-Proposta għal Direttiva peress li tinkludi d-dispożizzjonijiet u l-kunċetti legali li diġà ġew stabbiliti f’deċiżjonijiet qafas preċedenti dwar il-konfiska tar-rikavat u l-istrumenti ta’ atti kriminali u l-konfiska ta’ proprjetà li l-valur tagħha huwa ekwivalenti għall-valur tar-rikavat mill-attività kriminali;

30.

jilqa’ b’mod pożittiv li min-naħa l-oħra, il-Proposta tintroduċi dispożizzjonijiet biex il-kunċett ta’ rikavat mill-attività kriminali jinfiehem b’mod wiesa’ ħafna (il-kunċett ta’ użu mill-ġdid tar-rikavat f’forma ta’ drittijiet jew proprjetà) u li l-proprjetà tinġabar b’mod provviżorju fi żmien meħtieġ għas-sentenza;

31.

rigward il-konfiska estiża: filwaqt li l-KtR japprova t-tneħħija tal-possibbiltajiet li kellhom l-Istati Membri fid-Deċiżjoni Qafas tal-2005 u jqis li b’hekk jittejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-konfiska estiża, iqis li hemm bżonn li jiġi emendat għall-aħjar l-Artikolu 4(1), li mhuwiex preċiż biżżejjed. Fil-każ tal-konfiska estiża, l-għan tal-liġi jkun li tippermetti l-konfiska lil hinn mir-rikavat dirett mill-attività kriminali; dan iseħħ għax tista’ tassumi rabta bejn ir-reat u l-assi jew id-drittijiet li l-liġi tkun trid tikkonfiska. Il-KtR jissuġġerixxi li “l-fatti speċifiċi” li abbażi tagħhom il-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha joħorġu fid-dieher pereżempju permezz tal-iżbilanċ bejn il-valur tal-proprjetà u d-dħul legali. Dan l-eżempju frekwenti ħafna tal-“fatti speċifiċi” jenfasizza wkoll li l-persuna kkonċernata għandha tagħti prova li l-proprjetà jew id-drittijiet li għandhom jiġu konfiskati mhumiex rikavati diretti minn reat kriminali iżda ġejjin minn sorsi oħra ta’ dħul leċitu;

32.

jilqa’ l-possibbiltà ta’ konfiska ta’ assi ta’ partijiet terzi; peress li l-kriminali qatt ma jkollhom assi jew drittijiet f’isimhom, ifakkar li l-partijiet terzi, li xogħolhom huwa li jaħbu jew jirriċiklaw l-assi, sikwit ikunu persuni ġuridiċi u li l-kriminalità organizzata ilha żmien twil tuża tekniki legali sofistikati ħafna biex tevita l-konfiska tal-assi. Għaldaqstant, il-KtR jirrakkomanda bis-sħiħ li jiżdiedu xi elementi mal-prinċipju ta’ responsabbiltà legali tal-persuni ġuridiċi u jiġi introdott il-kunċett ta’ “benefiċjarju effettiv”;

33.

jissuġġerixxi wkoll li fil-Proposta attwali jiġi inkluż kunċett biex jitqies il-fatt li l-partijiet terzi jaġixxu bħala l-proprjetarji veri u/jew l-uniċi benefiċjarji ekonomiċi. Prova ta’ dan tista’ tingħata permezz ta’ dikjarazzjonijiet: l-att ta’ ġestjoni fil-liġi jew fil-fatt ta’ persuna ġuridika għal finijiet personali, l-iffinanzjar tal-assi, il-provvediment tal-assi mingħajr kumpens finanzjarju, eċċ. Dan il-kunċett, magħruf sew il-Lussemburgu pereżempju, jippermetti li jinqabad il-benefiċjarju reali ta’ kumpanija u b’hekk jikkomplementa l-prinċipju tar-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi;

34.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna għaliex fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-konfiska hija sanzjoni marbuta ma’ kundanna penali. Barra minn hekk, il-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna hija konfiska bbażata fuq proċeduri ċivili u ma tidħolx fil-bażi legali mmirata: din il-Proposta hija bbażata b’mod espliċitu fuq l-Artikolu 82(2) tat-TFUE li jikkonċerna biss is-sanzjonijiet fil-qasam kriminali. Din il-konfiska tolqot ukoll it-tradizzjonijiet legali ta’ xi Stati Membri bħal dawk ta’ Franza, li tagħti valur kostituzzjonali lid-dritt għall-proprjetà;

35.

jinnota li l-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna lanqas ma tidħol taħt l-Artikolu 83(1) tat-TFUE li jistipula li l-Parlament u l-Kunsill “jistgħu jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta’ dimensjoni transkonfinali”;

36.

jipproponi soluzzjonijiet penali biex jinkiseb livell ekwivalenti ta’ effikaċja fir-rigward tad-dritt ta’ qbid u konfiska abbażi tad-dispożizzjonijiet penali li diġà ngħatat prova tal-effikaċja tagħhom;

37.

f’dan ir-rigward ifakkar li l-konfiska ċivili hija bbażata fuq waħda mir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) (Nru 3) li tħeġġeġ lill-pajjiżi jadottaw miżuri ta’ konfiska “mingħajr ma tkun meħtieġa kundanna kriminali”. L-istess rakkomandazzjoni żżid li l-pajjiżi jistgħu wkoll jieħdu miżuri biex il-“persuna li tkun wettqet reat turi l-oriġini legali tal-proprjetà li allegatament tkun tista’ tiġi kkonfiskata”. Għalhekk jidher li l-għan hu l-inverżjoni tal-oneru tal-prova li huwa l-punt essenzjali tal-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna. Però jista’ jinkiseb l-istess riżultat bil-ħolqien ta’ reat kriminali ġdid li jikkonċerna s-sjieda “mhux ġustifikata” ta’ assi jew in-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tar-riżorsi. (Ara pereżempju l-Artikolu 321-6 il-ġdid tal-Kodiċi Kriminali Franċiż li b’mod ġenerali jqis bħala reat punibbli b’tal-anqas ħames snin il-ħabs, il-fatt li persuna ma tkunx tista’ tiġġustifika s-sjieda ta’ riżorsi skont l-istil ta’ ħajja tagħha jew l-oriġini ta’ proprjetà f’każ li tkun f’kuntatt regolari ma’ dawk li jwettqu reat jew delitt.) B’hekk tinkiseb l-inverżjoni mixtieqa tal-oneru tal-prova;

38.

b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, din il-Proposta għandha tħalli l-għażla f’idejn l-Istati Membri li jżidu jew le l-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna, sakemm ikunu jistgħu juru li l-leġislazzjoni tagħhom hija ugwalment effikaċi u li ma jopponux il-prinċipju ta’ rikonoxximent;

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

39.

jesprimi riżervi żgħar dwar l-għoti ta’ garanziji dettaljati wisq matul l-istadji differenti tal-proċedura ta’ ffriżar u ta’ konfiska tal-assi kriminali għaliex dan jirrappreżenta riskju ta’ paraliżi potenzjali tal-bażi legali l-ġdida dwar il-qbid u l-konfiska tal-assi fi ħdan l-Unjoni;

40.

madankollu jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u jenfasizza minn issa l-ħtieġa li jissaħħu l-istrutturi legali u dawk tal-pulizija ddedikati għall-kriminalità organizzata fi ħdan l-Istati Membri;

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

41.

jappoġġja l-pożizzjoni li l-ħolqien ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkontribwixxi biex ir-riforma tal-OLAF tkun iktar effettiva;

42.

iqis li l-investigazzjonijiet finanzjarji dwar il-korruzzjoni u l-involviment ta’ atturi ekonomiċi u politiċi influwenti jew l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw netwerks kriminali transkonfinali jistgħu jitwettqu b’mod aktar effikaċi u sigur jekk isiru minn Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

43.

iqis li l-iżvilupp tal-Eurojust bħala l-bażi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bil-kapaċità li jniedi investigazzjonijiet kriminali, tal-inqas meta l-interessi tal-Unjoni jkunu mhedda b’mod gravi, u l-possibbiltà li jsiru investigazzjonijiet legali huma mezz effettiv biex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji (COM(2011) 293 final), sitwazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ din l-Opinjoni. Il-KtR ifakkar li l-Artikoli 85 u 86 tat-TFUE jipprevedu dan l-iżvilupp neċessarju fid-dawl tal-isfida doppja tat-theddida tal-kriżi finanzjarja u tal-kriminalità fuq skala kbira;

44.

iqis li tali orjentazzjoni ma teskludix għalkollox programm Ewropew komuni ta’ taħriġ għall-investigaturi finanzjarji li għandu jitfassal u jiġi implimentat b’mod prijoritarju mill-Kummissjoni;

45.

iqis li l-protezzjoni effettiva tad-denunzjaturi kontra azzjonijiet ta’ tpattija hija aspett ċentrali tal-politika kontra l-korruzzjoni, hekk kif hi wkoll fil-qafas tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Però l-qafas legali li jirregola dan l-aspett fl-Unjoni mhuwiex ugwali. Għalhekk, il-KtR jilqa’ b’mod favorevoli ħafna l-inizjattivi tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jipproteġu d-denunzjaturi;

It-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata

46.

jitlob lill-Istati Membri biex jipprevedu li parti mill-assi kriminali li jinqabdu jingħataw lura lill-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali (wara li jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġiet tar-restituzzjoni legali) għaliex huma l-ewwel vittmi tal-organizzazzjonijiet kriminali li jiddestabilizzaw l-ordni soċjali tat-territorji. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex iwettqu azzjonijiet lokali bil-għan li jeradikaw il-kawżi fundamentali tal-kriminalità. Din il-prattika diġà teżisti fl-Italja fejn terz tat-12 000 binja li ttieħdet b’riżultat tal-qbid ingħataw jew inbiegħu mill-ġdid bi profitt għall-awtoritajiet lokali bil-għan li jwettqu azzjonijiet soċjali. B’hekk tingħata viżibbiltà pożittiva lill-azzjoni tas-setgħat pubbliċi u tinħoloq sistema virtwuża li tgħaqqad lir-rappreżentanti eletti, lis-soċjetà ċivili u lill-familji;

47.

iħeġġeġ lir-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali biex fil-bidu tal-mandat tagħhom jiffirmaw kodiċi ta’ etika intitolat “Obliprivatum, publicacurate” (“Ninsew l-affarijiet privati u nimpenjaw ruħna fl-affarijiet pubbliċi”) li jwassal għall-ħolqien u ż-żamma ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadini u dawk li jiggvernaw. Dan il-kodiċi jistabbilixxi r-regoli ta’ imparzjalità (projbizzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, rifjut ta’ stediniet għal soġġorni privati mingħand persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività relatata mal-awtorità tar-rappreżentanti eletti, l-għoti lill-Istat ta’ rigali ta’ valur aktar minn EUR 150, nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-membri tal-familja tar-rappreżentanti eletti, eċċ.) u ta’ integrità (ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jintużawx għal finijiet personali jew għal kampanji elettorali, ir-rispett tar-regoli tas-sejħiet għal offerti pubbliċi, eċċ.);

48.

iħeġġeġ lir-rappreżentanti eletti biex iressqu quddiem awtorità pubblika indipendenti dikjarazzjoni tal-assi tagħhom dwar il-proprjetajiet u r-rabtiet kummerċjali jew ta’ negozju tagħhom;

49.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu mezzi ta’ finanzjament pubbliku għall-kampanji elettorali, jipprojbixxu l-għotjiet mingħand persuni ġuridiċi u jintroduċu statut tar-rappreżentant elett lokali li jiggarantixxi l-indipendenza u l-awtonomija finanzjarja tiegħu;

50.

iħeġġeġ ġlieda effettiva kontra l-ħasil tal-flus fir-rifuġji fiskali tal-flus li jinkisbu mill-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

51.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jattrezzaw lilhom innifishom b’mezzi utli għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ theddid fuq l-integrità, bħal servizzi ta’ valutazzjoni tal-mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni u ta’ kontroll tal-akkwisti pubbliċi u tad-delegi tas-servizzi pubbliċi;

52.

jitlob li jiġu stabbiliti pjattaforma Ewropea għall-iskambju ta’ prattiki tajbin lokali fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u tar-ritorn tal-assi kriminali li jkunu nqabdu, kif ukoll Konferenza Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

53.

iħeġġeġ lill-awtortitajiet lokali biex is-sussidji li jagħtu lill-isportivi ewlenin u lill-klabbs professjonali jkunu marbuta ma’ obbligi etiċi u ta’ trasparenza finanzjarja stretta;

54.

jipproponi li l-Kumitat tar-Reġjuni jaħtar osservatur fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar il-korruzzjoni u l-Grupp ta’ Stati kontra l-korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa;

55.

ser jestendi r-riflessjoni tiegħu dwar il-prattiki tajbin ta’ governanza u ta’ ġestjoni amministrattiva fir-rigward tal-protezzjoni tal-ekonomija leċita biex tinkludi l-pajjiżi msieħba tal-Politika tal-Viċinat, il-membri tal-ARLEM (l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja) u tal-CORLEAP (il-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant).

Brussell, 10 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  COM(2007) 328 final u COM(2011) 309 final. Skont ir-rapport, 9 Stati Membri biss (il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit) ittraspostaw tajjeb l-elementi kollha li jikkostitwixxu reat ta’ korruzzjoni kif definit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-2003.