ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.369.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 369

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
29 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 369/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2012/C 369/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

2012/C 369/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6699 – MEP/Walach Bros/Walmark) ( 1 )

5

2012/C 369/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6713 – Tech Data/Specialist Distribution Group/ETC Metrologie/Best'Ware France/SDG BV) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 369/05

Rata tal-kambju tal-euro

6

2012/C 369/06

Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

7

 

Ombudsman Ewropew

2012/C 369/07

Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew

8

2012/C 369/08

Rapport Annwali 2011

9

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 369/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2012/C 369/10

Sentenza tal-Qorti tal-25 ta’ April 2012 fil-Kawża E-13/11 – Granville Establishment v Volker Anhalt, Melanie Anhalt u Jasmin Barbaro, née Anhalt (Ftehimiet ta' ġuriżdizzjoni – il-libertà li jiġu pprovduti u riċevuti servizzi – Diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità – Ġustifikazzjoni – Rimedji għal nuqqas ta' konformità mal-liġi taż-ŻEE)

12

2012/C 369/11

Sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża E-9/11 – L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta’ Stat taŻ-ŻEE li jissodisfa l-obbligi ta’ – Id-dritt tal-istabbilment – Moviment ħieles tal-kapital – Limitazzjonijiet ta' Sjieda u restrizzjonijiet ta’ drittijiet tal-vot f'istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji – Proporzjonalità – Ċertezza legali)

13

2012/C 369/12

Azzjoni mressqa fl-4 ta’ Settembru 2012 mill-Gvern tal-Islanda kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Kawża E-9/12)

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 369/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6793 – AEA/OTPP/Dematic) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 369/14

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 369/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31709 (N 440/10)

Stat Membru

L-Estonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Kalandustoodete tootjate ühenduse tegevuse alustamise toetus

Il-bażi legali

Põllumajandusministri 12. aprilli 2006. a määrus nr 43 „Kalandustoodete tootjate ühenduse tegevuse alustamise toetuse taotlemise ja taotluse menetlemise kord”

„Kalandusturu korraldamise seadus”

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali (promozzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għas-sajd u l-akkwakultura)

Il-forma tal-għajnuna

Għajnuna diretta

L-estimi

 

Baġit globali ta’: EUR 28 760 (EEK 450 000)

 

Baġit annwali: EUR 9 587 (EEK 150 000)

L-intensità

2011/2012: 60 %

2012/2013: 40 %

2013/2014: 20 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Is-sajd u l-akkwakultura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt. 3

51009 Tartu

EESTI/ESTONIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.10.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32606 (11/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Il-Lbiċ ta' Sardenja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aiuto regionale alle imprese colpite dagli eventi meteorologici registrati nella prima decade di gennaio e in particolare nella giornata del 1o gennaio 2010 — area sud-ovest della Sardegna

Il-bażi legali

Legge regionale n. 3/2006 del 14 aprile 2006.

Decreto dell'Assessore dell'Agricoltora e Riforma Agro-Pastorale n. 2070 DecA/85 dell’11 agosto 2009.

Articolo 11 del Decreto dell'Assessore dell'Agricoltora e Riforma Agro-Pastorale n. 140/DecA/6 del 3 febbraio 2011

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Li tingħata għajnuna finanzjarja lill-professjonisti fil-qasam tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut wara avveniment klimatiku avvers li seħħ fl-ewwel għaxart ijiem ta' Jannar 2010, b'mod partikolari fl-1 ta' Jannar 2010, fil-Lbiċ ta' Sardenja.

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

EUR 2 000 000

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

2011

Setturi ekonomiċi

Sajd u trobbija tal-ħut

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Autonoma della Sardegna

Via Pessagno 4

09126 Cagliari CA

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.9.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35104 (12/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

It-territorju kollu

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aide à la cessation d'activité des pêcheurs professionnels en eau douce impactés par le plan national de l'anguille et des PCB

Il-bażi legali

Circulaire relative à la mise en place de l'aide à la cessation d'activité pour les pêcheurs professionnels en eau douce concernés par les interdictions de commercialisation des poissons du fait de la pollution par les PCB et/ou par les mesures relatives à la pêche mises en œuvre dans le cadre du plan de la gestion de l'anguille, pris en application du règlement européen 1100/2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-modifikazzjoni ta' metodu ta' kalkolu tal-għajnuna għall-waqfien ta' attivitajiet ta' sajd professjonali fl-ilma ħelu affettwati mill-pjan nazzjonali għas-sallura u l-PCB

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit totali ta' EUR 7 348 372

L-intensità

90 %

It-tul ta' żmien

Tliet snin (2012, 2013, 2014)

Setturi ekonomiċi

A 30102 Sajd fl-ilma ħelu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'écologie, du développement durable, des transports et du logement

Direction générale de l'eau et de la biodiversité

La Grande Arche

92055 La Défense — Cedex

FRANCE

Aktar informazzjoni

Modifikazzjoni tal-għajnuna SA.33600 (11/N), awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' April 2012

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 369/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31192 (N 289/10)

Stat Membru

Franza

Reġjun

France

Oqsma mhux assistiti

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aide en faveur des entreprises d’élevage piscicole pour l’enlèvement et l’élimination des animaux trouvés morts

Il-bażi legali

Articles L. 226-1 à L. 226-8, R. 226-1 à R. 226-3, R. 226-5 à R. 226-8, R. 226-11 à R. 226-13 et R. 228-12 à R. 228-14 du Code rural et de la pêche maritime

Décret no 2005-1220 du 28 septembre 2005, pris pour l’application de l’article L. 226-1 du code rural, modifié par le décret no 2009-872 du 16 juillet 2009

Projet de circulaire DPMA/SDAEP/C2010

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 1,40 (miljun)

 

Baġit annwali: EUR 1,40 (miljun)

L-intensità

40 %

It-tul ta' żmien

3.9.2010-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'alimentation, de l'agriculture et de la pêche

3 place de Fontenoy

75007 Paris

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6699 – MEP/Walach Bros/Walmark)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 369/03

Fil-21 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6699. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6713 – Tech Data/Specialist Distribution Group/ETC Metrologie/Best'Ware France/SDG BV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 369/04

Fl-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6713. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Novembru 2012

2012/C 369/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2891

JPY

Yen Ġappuniż

105,44

DKK

Krona Daniża

7,4592

GBP

Lira Sterlina

0,80687

SEK

Krona Żvediża

8,6174

CHF

Frank Żvizzeru

1,2033

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3415

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,265

HUF

Forint Ungeriż

281,10

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6965

PLN

Zloty Pollakk

4,1076

RON

Leu Rumen

4,5156

TRY

Lira Turka

2,3101

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2339

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2823

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9908

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5710

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5775

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 403,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4339

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0260

HRK

Kuna Kroata

7,5505

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 403,25

MYR

Ringgit Malażjan

3,9351

PHP

Peso Filippin

52,695

RUB

Rouble Russu

40,1530

THB

Baht Tajlandiż

39,614

BRL

Real Brażiljan

2,6947

MXN

Peso Messikan

16,8552

INR

Rupi Indjan

71,5000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/7


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2012/C 369/06

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Maqgħuda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emedati kif ġej:

F’paġna 335:

8504 40 30

Ta’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ dejta u unitajiet tagħhom

It-tieni paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Konvertituri statiċi jintużaw ma' apparat tat-telekomunikazzjoni jew ma' magni awtomatiċi li jipproċessaw id-dejta u ma' unitajiet tagħhom sabiex jikkonvertu, pereżempju, l-kurrent alternanti (alternating current – AC) li jittieħed mill-provvista tad-elettriku (mains supply) għall-kurrent dirett (direct current – DC) mixtieq.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


Ombudsman Ewropew

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/8


Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew (1)

2012/C 369/07

Fis-sena 2012, l-Ombudsman Ewropew bagħat rapport speċjali lill-Parlament Ewropew:

Rapport Speċjali tal-14 ta' Mejju 2012 wara l-inkjesta tal-Ombudsman Ewropew dwar l-ilment 2591/2010/GG kontra l-Kummissjoni Ewropea.

Dan ir-rapport speċjali huwa disponibbli fuq il-website tal-Ombudsman Ewropew fuq: http://www.ombudsman.europa.eu

Kopji ta' dan ir-rapport jistgħu jinkisbu, bla ħlas, mill-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew:

1 avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

67001 Strasbourg Cedex

FRANCE

Tel. +33 388172313

Fax +33 388179062

Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu


(1)  Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolamenti u l-Kundizzjonijiet Ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/9


Rapport Annwali 2011

2012/C 369/08

L-Ombudsman Ewropew ippreżenta lill-Parlament Ewropew ir-Rapport Annwali għas-sena 2011.

Ir-Rapport Annwali, kif ukoll Ġabra fil-Qosor huma disponibbli mis-sit uffiċjali tal-internet tal-Ombudsman Ewropew, bit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni fuq http:\\www.ombudsman.europa.eu

Min jixtieq kopja ta' dawn il-pubblikazzjonijiet, jista' jagħmel dan bla ebda ħlas billi jikkuntattja l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, f'dan l-indirizz:

1 avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

67001 Strasbourg Cedex

FRANCE

Tel. +33 388172313

Fax +33 388179062

Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/10


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2012/C 369/09

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 9/12/R&D

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

L-awtorità awtorizzanti

L-isem

Avinor AS

L-indirizz u

Postboks 150

2061 Gardermoen

NORWAY

l-paġna tal-internet

http://www.avinor.no

It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Riċerka dwar it-teknoloġija tat-torri remota u virtwali

Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Kuntratt

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

http://www.avinor.no/avinor/presse/_nyhetsarkiv?SAMARBEIDSAVTALE_MELLOM_AVINOR_OG_KONGSBERG&id=181-146949

 

Għajnuna ad hoc

Isem il-benefiċjarju: Kongsberg Defence & Aerospace AS

Id-data tal-għotja

Għajnuna ad hoc

Il-21 ta' Ġunju 2012

It-tip ta' benefiċjarju

SME

 

Impriżi kbar

X

Il-baġit

L-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

NOK … (miljun)

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża

MNOK 2,5

L-istrument ta’ għajnuna (Art. 5)

Għotja

MNOK 2

Ieħor (jekk jogħġbok speċifika)

500 siegħa ta' xogħol à NOK 1 000 = NOK 500 000

PARTI II

L-objettivi Ġenerali (lista)

L-objettivi (lista)

L-intensità massima ta’ għajnuna f' % jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME – bonusijiet f' %

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

(Art. 30-37)

Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp

(l-Art. 31)

Riċerka fundamentali

(l-Art. 31(2)(a))

… %

 

Riċerka industrijali

(l-Art. 31(2)(b))

50 %

 

Żvilupp sperimentali

(l-Art. 31(2)(c))

… %

 


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/12


SENTENZA TAL-QORTI

tal-25 ta’ April 2012

fil-Kawża E-13/11

Granville Establishment v Volker Anhalt, Melanie Anhalt u Jasmin Barbaro, née Anhalt

(Ftehimiet ta' ġuriżdizzjoni – il-libertà li jiġu pprovduti u riċevuti servizzi – Diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità – Ġustifikazzjoni – Rimedji għal nuqqas ta' konformità mal-liġi taż-ŻEE)

2012/C 369/10

Fil-Kawża E-13/11 Granville Establishment v Volker Anhalt, Melanie Anhalt u Jasmin Barbaro, née Anhalt – TALBA lill-Qorti taħt l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Fürstliches Landgericht (Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat), il-Liechtenstein, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 36 tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tal-Att dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Liechtenstein, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll hreinsson (Imħallef-Rapporteur), Imħallfin, tat sentenza fil-25 ta' April 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

L-Artikolu 36 ŻEE jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi domestika, bħat-Taqsima 53a(1) tal-Att dwar il-Ġurisdizzjoni, li jagħti liċ-ċittadini biss id-dritt li ma jiġux imħarrka barra mill-pajjiż fuq il-bażi ta' ftehim ta' ġurisdizzjoni sakemm dak il-ftehim ta' ġurisdizzjoni ma jkunx ġie rreġistrat pubblikament.

Huwa għall-qorti nazzjonali, safejn hu possibbli, biex tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali b’tali mod li huwa possibbli li debitament tirrimedja l-konsegwenzi tal-ksur tal-liġi taż-ŻEE. F'dak il-kuntest, huwa għall-qorti nazzjonali li tiddetermina jekk id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Ġurisdizzjoni jew kwalunkwe disposizzjoni nazzjonali oħra jistgħux jiġu applikati għall-finijiet ta' interpretazzjoni f'konformità mal-liġi taż-ŻEE.


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/13


SENTENZA TAL-QORTI

tas-16 ta’ Lulju 2012

fil-Kawża E-9/11

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Nuqqas ta’ Stat taŻ-ŻEE li jissodisfa l-obbligi ta’ – Id-dritt tal-istabbilment – Moviment ħieles tal-kapital – Limitazzjonijiet ta' Sjieda u restrizzjonijiet ta’ drittijiet tal-vot f'istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji – Proporzjonalità – Ċertezza legali)

2012/C 369/11

Fil-Kawża E-9/11, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi jinżammu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' persuni u impriżi stabbiliti fl-Istati taż-ŻEE li jkunu possedenti ta’ impriżi u jeżerċitaw id-dritt tal-vot f’istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji fin-Norveġja, hekk kif ipprovdut fit-Taqsimiet 35 (1), (2) u (3) u 36 tal-Att tad-29 ta' Ġunju 2007 Nru 74 dwar Swieq Regolati (l-Att dwar il-Borża) u t-Taqsimiet 5-3 (1), (2) u (3) u 5-4 tal-Att tal-5 ta' Lulju 2002 dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Strumenti Finanzjarji (l-Att dwar id-Depożitarji tat-Titoli), ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 31 taż-ŻEE u 40 taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fis-16 ta’ Lulju 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi jinżammu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' persuni u impriżi stabbiliti fl-Istati taż-ŻEE li jkunu possedenti ta’ impriżi u jeżerċitaw id-dritt tal-vot f’istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji fin-Norveġja, hekk kif ipprovdut fit-Taqsimiet 35 (1), (2) u (3), u 36 tal-Att tad-29 ta' Ġunju 2007 Nru 74 dwar Swieq Regolati (l-Att dwar il-Borża) u t-taqsimiet 5-3 (1), (2) u (3), u 5-4 tal-Att tal-5 ta' Lulju 2002 dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Strumenti Finanzjarji (l-Att dwar id-Depożitarji tat-Titoli), ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/14


Azzjoni mressqa fl-4 ta’ Settembru 2012 mill-Gvern tal-Islanda kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Kawża E-9/12)

2012/C 369/12

Azzjoni kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fl-4 ta’ Settembru 2012 mill-Gvern tal-Islanda, irrappreżentat minn Jóhanna Bryndís Bjarnadóttir, Konsulent fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, bħala aġent, Haraldur Steinþórsson, Uffiċjal Legali fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, li jaġixxi bħala ko-aġent, u Dóra Sif Tynes, Avukata, li taġixxi bħala Avukat.

L-applikant jitlob dikjarazzjoni mill-Qorti tal-EFTA li:

(1)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 261/12/COL tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar miżuri tat-taxxa muniċipali; il-bejgħ ta' proprjetà immobbli; u l-bejgħ tal-elettriku lil Verne Holdings ehf. huwa annullat;

(2)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 261/12/COL tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar miżuri tat-taxxa muniċipali; il-bejgħ ta' proprjetà immobbli; u l-bejgħ tal-elettriku lil Verne Holdings ehf. huwa null skont ir-referenza għall-Artikolu 5; kif ukoll

(3)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA hija ordnata li tħallas l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti legali.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

L-applikant, il-Gvern tal-Islanda, ifittex l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 261/12/COL, adottata mill-awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (ASE) fl-4 ta' Lulju 2012 (“ir-regolament ikkontestat”). Id-deċiżjoni kkontestata kienet adottata wara d-Deċiżjoni Nru 418/10/COL tal-ASE tat-3 ta’ Novembru 2010 biex tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni.

Il-każ jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Linji Gwida taż-ŻEE u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għall-Għajnuna mill-Istat dwar elementi ta’ għajnuna mill-Istat fil-bejgħ tal-artijiet u l-bini minn awtoritajiet pubbliċi, dwar il-bejgħ ta' dak li qabel kienet proprjetà f'żona militari tal-Istati Uniti fil-peniżola Reykjanes mill-Istat tal-Islanda.

Ir-Rikorrent jiddikjara, inter alia, li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

naqset milli turi fuq il-bażi ta' fatti jew provi li l-proprjetà immobbli nbiegħet taħt il-valur tas-suq. Għalhekk, il-bejgħ ma rriżultax f’vantaġġ ekonomiku lix-xerrej u l-Għajnuna mill-Istat m’hijiex preżenti;

naqset li tinvestiga l-bejgħ b'mod adegwat u manifestament żbaljat fil-valutazzjoni tal-allegata għajnuna mill-Istat; u

naqset milli tagħti raġunijiet adegwati fid-deċiżjoni kkontestata.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6793 – AEA/OTPP/Dematic)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 369/13

1.

Fit-23 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi AEA Investors LP (“AEA”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ konġunt tal-impriża Dematic Holding Sárl (“Dematic”, il-Lussemburgu), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-AEA: grupp ta' investiment ta' ekwità privata b'attività kummerċjali primarja li tidentifika opportunitajiet ta’ investiment għall-investituri, tistruttura t-tranżazzjonijiet tal-investiment permezz tal-vetturi tal-investiment, f’isem l-imsieħba ġenerali tal-fondi tagħha, u timmaniġġa u teħles mit-tali investimenti biex toħloq profitti għall-investituri fil-fondi tagħha,

għall-OTPP: li tamministra l-Ontario Teachers’ Pension Plan u timmaniġġa l-investimenti tagħha,

għad-Dematic: li tiddisinja, timmanifattura, tintegra u tagħmel manutenzjoni fuq sistemi awtomatiċi tal-immaniġġjar li jintużaw f'operazzjonijiet ta' ħażna u distribuzzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6793 – AEA/OTPP/Dematic, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/16


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 369/14

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“ARANCIA ROSSA DI SICILIA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0117-0998-15.05.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda:

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn

2.   Tip ta' emenda:

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

Ir-Regolament (UE) Nru 543/2011 jistabbilixxi l-valuri minimi għall-proporzjon ta’ solidi solubbli għall-aċidu organiku fil-frott. Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament iċċitat, il-valuri indikati qabel fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott kellhom jiġu riveduti. Għaldaqstant, għat-tliet varjetajiet inkwistjoni, ġie stabbilit valur minimu ta’ 8 għall-proporzjon tas-solidi solubbli għall-aċidu organiku.

Larinġ tad-daqs bejn 5 u 10, maħsub esklussivament għall-ipproċessar f’meraq u xarbiet ta’ frott magħsur. Dan il-larinġ għandu karatteristiċi organolettiċi daqs il-larinġ ikbar, iżda d-daqs iżgħar tiegħu jagħmlu partikolarment idoneu għat-tagħsir.

3.2.   Tikkettar:

Huwa previst marġni ta’ tolleranza fir-rigward ta’ stikers individwali fuq il-frott ippakkjat. Jista’ jkun il-każ li mhux kull frotta fil-pakkett ikollha stiker, pereżempju meta magna tat-tikkettar awtomatika ma jirnexxilix tpoġġi tikketta fuq il-frott kollu fit-tarf ta’ kaxxa jew meta l-istiker ma teħilx tajjeb mal-wiċċ tal-frott.

Ġie stabbilit li l-larinġ tad-daqsijiet bejn 5 u 10 ma għandhiex titwaħħal stiker fuqhom. L-istiker fuq dan il-frott, li huwa intenzjonat għat-tagħsir f'meraq jew f'xarbiet ta’ frott magħsur, tista' fil-fatt itellef il-proċess tat-tagħsir. Fil-fatt, l-istikers jistgħu jeħlu mal-magna li tagħsar il-frott bil-konsegwenza li jdewmu jew jibblukkaw il-proċess.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ARANCIA ROSSA DI SICILIA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0117-0998-15.05.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Arancia Rossa di Sicilia”

2.   Stat Membru Jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Arancia Rossa di Sicilia” hija riservata għall-varjetajiet puri li ġejjin fiż-żona ġeografika tar-Reġjun ta’ Sqallija definit fil-punt 4:

Tarocco, bil-varjetajiet li ġejjin: Tarocco Comune, Tarocco Galice, Tarocco Gallo, Tarocco dal Muso, Tarocco Nucellare 57-1E-1, Tarocco Nucellare 61-1E-4, Tarocco Catania, Tarocco Scirè.

Moro, bil-varjetajiet li ġejjin: Moro Comune, Moro di Lentini, Moro Nucellare 58-8D-1;

Sanguinello, bil-varjetajiet li ġejjin: Sanguinello Comune, Sanguinello Moscato, Sanguinello Moscato Nucellare 49-5-3, Sanguinello Moscato Nucellare 49-5-5, Sanguinello Moscato Cuscunà;

Meta tinħareġ għall-konsum, l-“Arancia Rossa di Sicilia” għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

 

Arancia Rossa di Sicilia – Tarocco

dijametru minimu: mm. 73/84;

daqs minimu 5;

il-forma: ovali jew tonda b’bażi ftit jew wisq prominenti (“imnieħer” twil jew qasir);

il-kulur tal-qoxra: oranġjo newtrali, b’xi partijiet aħmar marun li jvarja fl-intensità u b’wiċċ lixx ħafna;

il-polpa: ta’ kulur ambra, bi ħjut ħomor li jvarjaw fl-intensità skont iż-żona tal-produzzjoni u l-perjodu tal-ħsad;

il-kulur tal-meraq: kulur id-demm minħabba l-pigmenti idrosolubbli (antoċjanini) fil-polpa u fil-qoxra;

il-proporzjon bejn is-solidi solubbli u l-aċidi organiċi: mhux inqas minn 8,0;

il-kontenut ta’ zokkor fil-meraq espress fi g/100 ml: minimu ta’ 10,00.

 

“Arancia Rossa di Sicilia” – Moro:

dijametru minimu: mm. 70/80;

daqs minimu 6;

il-forma: tonda jew ovali;

il-kulur tal-qoxra: ta’ kulur oranġjo bi sfumaturi kulur l-inbid aħmar, iktar intens fuq in-naħa tal-frott;

il-polpa: totalment ħamra kulur l-inbid aħmar skur, pjuttost aċiduża;

il-kulur tal-meraq: kulur id-demm minħabba l-pigmenti idrosolubbli (antoċjanini) fil-polpa u fil-qoxra;

proporzjon bejn is-solidi solubbli u l-aċidi organiċi: mhux inqas minn 8,0;

il-kontenut ta’ zokkor fil-meraq espress fi g/100 ml: minimu ta’ 10,00.

 

“Arancia Rossa di Sicilia” – Sanguinello:

dijametru minimu: mm. 70/80;

daqs minimu 6;

il-forma: tonda fil-varjetà “Sanguinello Moscato” u “Sanguinello Moscato Cuscunà”;

il-kulur tal-qoxra: ta’ kulur aħmar marun ftit jew wisq intens bil-wiċċ mhux lixx;

il-polpa: ta’ kulur ambru, bi ħjut ħomor li jvarjaw fl-intensità skont iż-żona tal-produzzjoni u l-perjodu tal-ħsad;

il-kulur tal-meraq: kulur id-demm minħabba l-pigmenti idrosolubbli (antoċjanini) fil-polpa u fil-qoxra;

il-proporzjon bejn is-solidi solubbli u l-aċidi organiċi: mhux inqas minn 8,0;

il-kontenut ta’ zokkor fil-meraq espress fi g/100 ml: minimu ta’ 9,00.

 

“Arancia Rossa di Sicilia” maħsuba għall-ipproċessar f’meraq jew xarbiet ta’ frott magħsur

Għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ xarbiet ta’ frott magħsur jew meraq, huwa possibbli li jintuża larinġ ta’ daqs li jvarja minn daqs minimu stabbilit għal kull varjetà u daqs 10 (min. 60 mm dijametru). Ir-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti għall-varjetajiet individwali, minbarra l-eċċezzjoni ta’ dijametru u daqs minimu, jibqgħu applikabbli.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni tal-“Arancia Rossa di Sicilia” sal-ġbir tal-prodott iridu jseħħu esklussivament fl-ambitu taż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

L-“Arancia Rossa di Sicilia” tista’ titpoġġa fis-suq għall-konsum bil-kundizzjoni li tal-anqas 80 % tal-frott ikollu l-istiker “Arancia Rossa di Sicilia”.

Għal-larinġ ta’ daqs bejn id-daqs minimu għal kull varjetà u daqs 10 (minn 60 mm dijametru) li huma maħsuba għall-ipproċessar f’xarbiet ta’ frott magħsur u meraq, mhux meħtieġ ittikkettar fuq kull frotta. F’kull każ, il-pakketti kollha jew il-pakketti individwali, inklużi n-nets, għandu jkollhom b’mod ċar u li ma jitħassarx u li faċilment jintgħaraf minn kull kitba oħra fuq it-tikketta, il-kliem “Arancia Rossa di Sicilia”, u immedjatament wara l-isem tal-varjetà (“Tarocco”, “Moro” jew “Sanguinello”).

Fl-ispazju ta’ taħt eżatt għandhom jidhru l-kliem “indikazzjoni ġeografika protetta”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Arancia Rossa di Sicilia” tinkludi t-territorju ġeografiku kollu tan-naħa tal-Lvant ta’ Sqallija li hija idonea għall-kultivazzjoni ta’ laring bil-pigment, u hija definita kif ġej:

Provincia di Catania: Catania, Adrano, Belpasso, Biancavilla, Caltagirone, Castel di Judica, Grammichele, Licodia Eubea, Mazzarrone, Militello Val di Catania, Mineo, Misterbianco, Motta Sant'Anastasia, Palagonia, Paterno', Ramacca, Santa Maria di Licodia e Scordia.

Provincia di Siracusa: Lentini, Francofonte, Carlentini con la Frazione di Pedagaggi, Buccheri, Melilli, Augusta, Priolo, Siracusa, Floridia, Solarino, Sortino.

Provincia di Enna: Centuripe, Regalbuto, Catenanuova.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

It-territorju tal-produzzjoni tal-“Arancia Rossa di Sicilia” huwa kkaratterizzat minn esponiment qawwi għax-xemx matul il-ġurnata u minn temperatura baxxa matul il-lejl minħabba kurrenti ta’ arja kiesħa mill-iġbla vulkaniċi tal-Etna, u minn kwantità limitata ta’ xita. F’din iż-żona, il-varjetajiet Sanguinello, Tarocco u Moro sabu l-aħjar kundizzjonijiet għal produzzjoni ta’ kwalità.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-“Arancia Rossa di Sicilia” tiddistingwi ruħha mill-ħlewwa u l-intensità tal-kulur tagħha fil-qoxra u fil-polpa. Il-polpa hija partikolarment apprezzata peress li l-ħjut ħomor li jvarjaw fl-intensità tagħhom jipproduċu meraq aħmar kulur l-inbid meta l-larinġ jingħasar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-kultivazzjoni tal-frott taċ-ċitru fi Sqallija hija antika ħafna u hija ddokumentata sa minn żmien l-okkupazzjoni ta’ Sqallija mill-Għarab. B’mod partikolari, l-għoljiet u l-pjanura li jdawru l-Muntanja Etna raw l-iżvilupp u l-irfinar tat-tradizzjoni tal-kultivazzjoni tal-larinġ bil-karatteristiċi distinti tagħha.

L-effett tal-varjazzjonijiet konsiderevoli tat-temperatura fuq il-laring f’din iż-żona huwa akkumulazzjoni qawwija taz-zokkor u l-pigmenti antoċjanini, li jagħtu lill-frott aspett pjaċevoli bis-saħħa tal-kulur tal-qoxra u togħma ħelwa tipika. Matul is-sekli, il-varjetajiet Sanguinello, Tarocco u Moro adattaw ruħhom aħjar għall-ambjent fejn titkabbar l-“Arancia Rossa di Sicilia”. Għaldaqstant, l-“Arancia Rossa di Sicilia” toffri eżempju ċar ħafna tar-rabta qawwija li teżisti bejn il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-kultivazzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott. Fil-fatt, l-istess varjetajiet ta’ laring ikkultivat fi klimi oħrajn ma għandhomx il-kulur tipiku u l-karatteristiċi organolettiċi li hija famuża għalihom l-“Arancia Rossa di Sicilia”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Qed jiġi kkomunikat li din l-Amministrazzjoni nediet il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Arancia Rossa di Sicilia” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 67 tal-20 ta’ Marzu 2012.

It-test komplut tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq dan is-sit tal-internet:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (il-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.