ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.353.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 353

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
17 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 353/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2012/C 353/02

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 353/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6697 – O.W. Bunker/Bergen Bunkers) ( 1 )

5

2012/C 353/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6770 – American Securities/Metaldyne) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

6

2012/C 353/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6779 – Barclays/Goldman Sachs/TPG/Gardman) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

7

2012/C 353/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6715 – CNOOC/Nexen) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 353/07

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

9

2012/C 353/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

14

2012/C 353/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

18

2012/C 353/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Novembru 2012

2012/C 353/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2745

JPY

Yen Ġappuniż

103,44

DKK

Krona Daniża

7,4585

GBP

Lira Sterlina

0,80245

SEK

Krona Żvediża

8,6493

CHF

Frank Żvizzeru

1,2042

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3695

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,534

HUF

Forint Ungeriż

284,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6963

PLN

Zloty Pollakk

4,1615

RON

Leu Rumen

4,5333

TRY

Lira Turka

2,2944

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2337

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2753

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8803

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5739

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5638

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 390,81

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2927

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9471

HRK

Kuna Kroata

7,5375

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 272,52

MYR

Ringgit Malażjan

3,9127

PHP

Peso Filippin

52,728

RUB

Rouble Russu

40,4368

THB

Baht Tajlandiż

39,191

BRL

Real Brażiljan

2,6391

MXN

Peso Messikan

16,8339

INR

Rupi Indjan

70,3210


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2012

li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku

2012/C 353/02

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 194(1) tat-Trattat jistabbilixxi l-miri li jiġi assigurat il-funzjonament tas-suq tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija, l-iffrankar fl-użu tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli u l-interkonnessjoni ta’ netwerks tal-enerġija fi spirtu ta’ solidarjetà.

(2)

Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (1) tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista tal-elettriku u li jieħdu kont tal-possibilitajiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali (transfruntiera) għal dan il-għan. Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tissorvelja u tirrevedi l-applikazzjoni tagħha.

(3)

Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (2) tipprovdi għal regoli dettaljati dwar is-suq intern fil-qasam tal-elettriku. Dawn ir-regoli għandhom l-għan, inter alia, li jkomplu jiġu żviluppati l-interkonnessjonijiet transfruntiera u li jkun żgurat standard għoli ta’ sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

(4)

Id-Direttiva 2009/72/KE tinkariga l-awtoritajiet regolatorji bil-kompitu li jissorveljaw il-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network kif ukoll l-investimenti f’kapaċità ta’ ġenerazzjoni b’rabta mas-sigurtà tal-provvista. Skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 (3), l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għandha tgħin lill-awtoritajiet regolatorji, fejn meħtieġ tikkoordina l-azzjoni tagħhom u tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistemi ta’ Trasmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO-E”).

(5)

Id-Direttiva 2009/72/KE barra minn hekk tipprovdi li l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 714/2009 (4) jafda l-ENTSO-E bil-kompitu li jadotta għodod li jiżguraw il-koordinazzjoni tal-operat tan-netwerk f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza u li jipproduċi regolarment prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea ġġenerata.

(6)

Skont id-Direttiva 2009/72/KE l-Istati Membri, kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom, huma obbligati li jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom, bħala l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ suq intern liberalizzat għalkollox. Il-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE (5).

(7)

Iż-żieda fil-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli twassal għal sfidi ġodda fis-suq intern tal-elettriku, notevolment fir-rigward tal-istabilità tas-sistema ta’ distribuzzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Koordinazzjoni akbar tal-miżuri ta’ politika relatati mas-suq intern tal-elettriku bejn l-Istati Membri, partijiet interessati oħra involuti u l-Kummissjoni hija kruċjali għas-suċċess tal-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ewropej u għaż-żamma ta’ livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

(8)

Għalhekk il-Kummissjoni nediet bosta laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ livell għoli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri, mir-regolaturi nazzjonali tal-enerġija, mill-ENTSO-E u mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) sabiex jiskambjaw opinjonijiet u jikkontribwixxu għal-linja tal-politika tagħha dwar l-kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista tal-elettriku, inkluż l-istabilità tas-sistema ta’ distribuzzjoni u l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. Dawn l-ewwel attivitajiet u l-idea ta’ Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku ġew diskussi fil-Kunsill tal-Enerġija informali fi Wroclaw f’Settembru 2011 u fil-laqgħat tal-Kunsill tat-Trasport, it-Telekomunikazzjonijiet u l-Enerġija f’Novembru 2011 u fil-laqgħa ta’ Frar 2012.

(9)

Dawn il-laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ livell għoli kienu utli ħafna għall-Kummissjoni u għall-partijiet interessati kollha involuti. Dawn ipprovdew tagħrif addizzjonali utli dwar is-suq intern tal-elettriku u dwar il-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista u ffaċilitaw id-diskussjoni dwar is-soluzzjonijiet differenti possibbli sabiex jiġu indirizzati l-problemi eżistenti. Huma enfasizzaw b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi ġodda relatati ma’ swieq tal-elettriku integrati fil-livell Ewropew.

(10)

Huwa għalhekk xieraq li dan il-grupp ta’ esperti fil-qasam tal-elettriku jiġi formalizzat u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(11)

Il-grupp għandu jgħin sabiex jissaħħu u jiġu intensifikati l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kummerċ transfruntiera tal-elettriku u l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista, inklużi l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni u l-istabilità tas-sistema ta’ distribuzzjoni, kif ukoll biex jitħejjew inizjattivi ġodda ta’ politika u jirreaġixxi għal kriżijiet potenzjali tal-provvista.

(12)

Il-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku għandu jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-membri tagħha bl-għarfien espert meħtieġ ta’ politika għal inizjattivi mmirati biex jippreservaw u jtejbu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

(13)

Il-Grupp għandu jkun ikkostitwit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (il-Ministeru kompetenti għall-Elettriku u l-awtorità regolatorja nazzjonali), mill-ENTSO-E u mill-Aġenzija. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar iż-żvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp.

(14)

Id-dejta (data) personali li tikkonċerna l-membri tal-Grupp għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (6).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-twaqqif tal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku

Il-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Grupp”, huwa b’dan imwaqqaf.

Artikolu 2

Kompiti tal-Grupp

1.   Il-kompiti tal-Grupp se jkunu:

(a)

li jservi bħala pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ politika fil-qasam tal-elettriku li għandhom impatt transfruntier u għall-iskambju ta’ esperjenzi, tal-aħjar prattiki u tal-għarfien espert kif ukoll biex jgħin lill-Kummissjoni fit-tfassil ta’ inizjattivi ta’ politika tagħha.

(b)

li jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, inkluż l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni u l-istabilità transfruntiera tas-sistemi ta’ distribuzzjoni.

2.   B’mod partikolari l-Grupp għandu:

(a)

jiskambja informazzjoni dwar deċiżjonijiet rigward il-ġenerazzjoni u t-trasmissjoni u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom għall-kummerċ transfruntier u l-istabilità tas-sistemi ta’ distribuzzjoni bejn il-fruntieri;

(b)

jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi li qajmu tħassib dwar l-istabilità tas-sistema ta’ distribuzzjoni u/jew l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni bil-ħsieb li flimkien jaslu għal soluzzjonijiet koordinati konformi mas-suq intern tal-enerġija;

(c)

jirrevedi l-prospetti regolari dwar l-adegwatezza ppreparati mill-ENTSO-E, b’mod partikolari meta dawn ir-rapporti jindikaw riskju potenzjali għas-sigurtà tal-provvista;

(d)

jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni, il-prevenzjoni u l-azzjoni koordinata f’każ ta’ emerġenza fl-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta mal-Grupp dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-elettriku u, b’mod partikolari, dwar is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

Artikolu 4

Kompożizzjoni tal-Grupp

1.   TheIl-Grupp għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet tal-Istati Membri, partikolarment il-Ministeri kompetenti għall-Enerġija;

(b)

l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għall-enerġija;

(c)

l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 (7);

(d)

In-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trasmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO tal-Elettriku”) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 714/2009 (8).

2.   Kull membru għandu jinnomina mhux iktar minn żewġ rappreżentanti permanenti u żewġ supplenti biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti tal-Istat Membru għandu jkun il-Kap tad-Dipartiment tal-Gvern għall-Enerġija. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkun id-Direttur Ġenerali jew il-President tagħhom. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti nnominati mill-Aġenzija għandu jkun id-Direttur. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti nnominati mill-ENTSO-E għandu jkun is-Segretarju Ġenerali. Il-membri supplenti għandhom jinħatru skont l-istess kundizzjonijiet bħall-membri; is-supplenti jidħlu awtomatikament minflok kwalunkwe membru li jkun assenti jew indispost.

3.   F’sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni, ta’ Stat Membru jew reġjonali, jew f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali oħra, il-membri tal-Grupp jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex taħtar iktar minn żewġ rappreżentanti biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp.

4.   L-ismijiet tal-membri, kif ukoll l-ismijiet tar-rappreżentanti permanenti tal-membri u tas-supplenti tal-membri tal-Grupp għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Kummissjoni tal-gruppi esperti u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”) (9).

5.   Kull Membru tal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku għandu jirreġistra permezz tal-Internet (fuq is-sit elettroniku “CIRCABC” (10)) u għandu jiżgura li l-istatus tal-assoċjazzjoni tiegħu huwa aġġornat.

6.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Tħaddim

1.   Il-Grupp għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni (“il-President”).

2.   Il-President għandu jlaqqa’ l-grupp fuq bażi regolari u għandu jaqsam mal-Grupp l-informazzjoni li tasal mingħand il-membri tiegħu filwaqt li jżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

3.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Grupp jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza ddefiniti mill-Grupp. Tali sottogruppi jiġu xolti malli jissodisfaw il-mandati tagħhom.

4.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-aġenda, bħal rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ organizzazzjonijiet tal-konsumatur jew ta’ pajjiżi terzi, biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp fuq bażi ad hoc. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti status ta’ osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif iddefinit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti u l-pajjiżi kandidati.

5.   Il-membri tal-gruppi ta’ esperti u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna, għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE (11), KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

6.   Il-laqgħat tal-Grupp u tas-sottogruppi tiegħu għandhom, fil-prinċipju, isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ segretarjali. Servizzi oħra tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Grupp u tas-sottogruppi tiegħu meta dawn ikunu kkonċernati direttament mal-kwistjonijiet li jkunu se jiġu diskussi.

7.   Bla ħsara għall-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħmel d-dokumenti ta’ ħidma rilevanti kollha disponibbli għall-membri tal-Grupp permezz ta’ sit kollaborazzjoni mas-sħab tal-Unjoni Ewropea (is-sit elettroniku “CIRCA”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti, jew billi tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit elettroniku speċifiku. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni sistematika ta’ dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Grupp ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 22.

(2)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(3)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(5)  Ara b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista l-Artikolu 47(1)(c) tad-Direttiva 2009/72/KE (sorveljanza). Il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet ta’ ċertifikazzjoni (ara l-Artikolu 11(7) tad-Direttiva 2009/72/KE) u hija mħeġġa tippreżenta rakkomandazzjonijiet biex jiġi nnegozjat ftehim relevanti ma’ pajjiżi terzi li jindirizza s-sigurtà tal-provvista (ara l-premessa (25) tad-Direttiva 2009/72/KE).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(7)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.

(8)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 4.

(9)  Membri li ma jixtiqux ikollhom isimhom żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. It-talba li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.

(10)  CIRCABC tfisser “Communication and Information Resource Centre for Administrations, Businesses and Citizens”.

(11)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6697 – O.W. Bunker/Bergen Bunkers)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 353/03

1.

Fit-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża O.W. Bunker & Trading A/S (“O.W. Bunker”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Altor Fund II (“Altor”, Jersey), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta' Bergen Bunkers AS (“Bergen Bunkers”, in-Norveġja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Altor: fond ta' ekwità privata,

għal O.W. Bunker: kummerċ u fornitura fiżika fjuwil marin (bunker), lubrifikanti u servizzi ta’ loġistika, u,

għal Bergen Bunkers: senserija kummerċjali u kummerċ ta’ fjuwil marin u lubrifikanti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6697 – O.W. Bunker/Bergen Bunkers, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6770 – American Securities/Metaldyne)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 353/04

1.

Fid-9 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fond ġestit minn American Securities LLC (“American Securities”, l-Istati Uniti) jakkwista indirettament fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ fuq Metaldyne Group (“Metaldyne”, l-Istati Uniti), permezz ta' fużjoni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal American Securities: ditta privata tal-investiment,

għal Metaldyne: il-manifattura u l-bejgħ ta’ elementi tal-metall għal vetturi bil-mutur għal xogħol ħafif lil fornituri awtomotivi OEM u Tier 1.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6770 – American Securities/Metaldyne, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6779 – Barclays/Goldman Sachs/TPG/Gardman)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 353/05

1.

Fid-9 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Barclays Bank PLC (“Barclays”, ir-Renju Unit), Goldman Sachs Group (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti) u TPG Lundy Co L.P. (“TPG Lundy”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Gardman Holding Limited (“Gardman”, ir-Renju Unit).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Barclays: il-forniment ta’ servizzi finanzjarji bħal ibbankjar personali, karti ta' kreditu, investiment bankarju korporattiv u servizzi ta' ġestjoni tal-investiment u tal-ġid,

għal Goldman Sachs: il-forniment ta' servizzi finanzjarji bħala servizzi bankarji globali ta' investiment, garanziji u ditta ta' ġestjoni tal-investiment,

għal TPG: l-immaniġġar ta' fondi li jinvestu f’firxa ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv,

għal Gardman: bejgħ bl-ingrossa u d-distribuzzjoni ta' prodotti għall-ġardinaġġ u prodotti għall-kura tal-għasafar selvaġġi u ċerti prodotti ta' kura għall-annimali domestiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6779 – Barclays/Goldman Sachs/TPG/Gardman, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6715 – CNOOC/Nexen)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 353/06

1.

Fit-12 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CNOOC Limited (“CNOCC”, iċ-Ċina), kumpanija kollha kemm hi proprjetà tal-Istat Ċiniż, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Nexen Inc. (“Nexen”, il-Kanada) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal CNOOC: l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali,

għal Nexen: l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6715 – CNOOC/Nexen, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/9


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 353/07

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“FENLAND CELERY”

KE Nru: UK-PGI-0005-0887-22.08.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Fenland Celery”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6 –

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Fenland Celery (Apium graveolens) huwa l-isem mogħti lill-karfus li tħawwel, tkabbar u nħasad bl-użu ta’ metodi tradizzjonali fil-ħamrija fonda torbiera tat-tip Adventurers 1 u 2 f’partijiet speċifiċi ta’ Cambridgeshire, Suffolk u Norfolk.

Il-metodu ta’ kif jitkabbar il-Fenland Celery, u l-varjetajiet li jintużaw, jirriżultaw fi prodott b’karatteristiċi notevoli, li huma:

 

L-apparenza – Fenland Celery għandu tarf tal-qiegħ b'dijametru li jvarja bejn 8 u12-il ċm u friegħi (jew zkuk irqaq tal-weraq) miftuħa. Huwa usa’ b’għerq evidenti. Fenland Celery jikber bejn 60 ċm u 80 ċm fit-tul mill-qiegħ sal-quċċata tal-weraq. Il-kulur fil-qiegħ ivajra minn abjad kulur il-ġir għal aħdar jixgħel. Il-bażi tal-fergħa hija dejjem il-parti l-iżjed bajda, fejn aktar 'il fuq issir fergħa ħadra ċara u bil-mod tisfuma għal weraq ħodor ċari. Fenland Celery jidher robust, bl-għoqiedi u l-vini mqabbżin.

 

Sawra – Fenland Celery jinħass daqsxejn iżjed fraġli iżda huwa aktar artab, frisk u jqarmeċ mill-karfus li wieħed isib illum.

 

Togħma – Fenland Celery għandu togħma qawwija bilanċjata sew bejn ħelwa/mielħa/morra. Magħha hemm ukoll togħma delikata u rifreskanti ta' lewż, u riħa aromatika sottili ta' koniferi u aniżetta.

Fenland Celery jitħawwel f’Ġunju jew Lulju u jinħasad bejn Settembru u Diċembru.

L-uniċi varjetajiet li jistgħu jintużaw biex jiġi prodott Fenland Celery huma dawn li ġejjin:

 

Hopkins Fenlander

 

New Dwarf White

 

Ely White

Dawn it-tliet varjetajiet huma l-uniċi użati minħabba r-rendiment tajjeb tagħhom, it-togħma, ir-reżistenza għall-mard u l-adattabbiltà għat-tip ta’ ħamrija.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Preparazzjoni taż-żerriegħa u żrigħ:

Bejn April u Mejju, tinxtara ż-żerriegħa tal-varjetà Fenland Celery u din tittieħed għand kabbar tal-pjanti approvat għall-ġerminazzjoni. Għand il-kabbar tal-pjanti, tinżergħa fil-blokok tat-torbiera u titqiegħed fil-kamra tal-ġerminazzjoni għal sebat ijiem f'temperatura ta' 18 °C. Wara titqiegħed fis-serra prinċipali għal madwar tliet ġimgħat sakemm joħorġu n-nebbieta (madwar 4 pulzieri għoljin) u jkunu lesti għaż-żrigħ. Sussegwentement dawn jittieħdu fl-għalqa li l-ħamrija ta’ ġo fiha tkun speċifikament tat-tip Adventurers 1 & 2 u jiġu ttrasferiti u jinżergħu hemm. Dawn jinżergħu fil-ħamrija torbiera tat-tip Adventurers 1 & 2 fi żmien 24 siegħa. It-trasferiment u ż-żrigħ tal-pjanti ż-żgħar isseħħ bejn Ġunju u Lulju – dan jippermetti t-tkabbir ta’ għelejjel wara xulxin u jnaqqas ir-riskju ta’ falliment tal-uċuħ tar-raba'.

Ħsad tal-uċuħ tar-raba':

Il-ħsad ta’ Fenland Celery isir bejn Settembru u Diċembru u huwa operazzjoni kumplessa fejn il-ħamrija tal-ilqugħ l-ewwel trid titfarrak permezz ta' trattur speċjalizzat bir-ringiela wiesgħa u bil-mekkaniżmu ta' ħrit, minkejja li dan jista' jsir bl-idejn. Il-karfus jinħasad bl-idejn bl-għajnuna ta’ sikkiena. L-għeruq jistgħu jinqatgħu kompletament jew jitħallew ftit minnhom, liema tip huma magħrufa bħala karfusa “Pencil pointed” (ippuntata).

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Fenland Celery irid jikber fil-ħamrija tat-tip Adventurers 1 u 2 li hija ddefinita mill-Istħarriġ tal-Ħamrija tal-Ingilterra u Wales. Dan it-tip ta’ ħamrija jinsab speċifikament fil-parroċċi li ġejjin ta’ Cambridgeshire, Suffolk u Norfolk.

Cambridgeshire: Littleport, Ely St Mary u Trinity, Ely Trinity (Apparti), Thetford, Stretham, Willingham, Haddenham, Sutton, Colne, Coveney, Chatteris, Welches Dam, Manea, Wimblington, March, Thorney, Wisbech St Mary, Waterbeach, Horningsea, Bottisham, Swaffham Bulbeck, Swaffham Prior, Wicken, Burwell, Soham, Fordham, Isleham, Chippenham, Snailwell, Ramsey.

Norfolk: Leziate, East Winch, Bawsey, Middleton, Wimbotsham, Crimplesham, West Dereham, Wereham, Wretton, Stoke Ferry, Northwold, Ryston, Downham Market, Denver, Fordham, Nordelph, Welney, Feltwell, Hockwold-cum-Wilton, Redmere, Wormegay, East Winch, Leziate, Roydon.

Suffolk: Lakenheath, Mildenhall, Barton Mills, Worlington, Freckenham.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-karatteristiċi speċifiċi u l-kwalità taż-żona ġeografika – jiġifieri l-ħamrija torbiera u l-klima, huma tajbin għall-produzzjoni ta' karfus speċifiku. Il-konsistenza tal-ħamrija tippermetti li jiffurmaw it-trinek li jirriżultaw f’karfus speċifiku li huwa ta’ kulur abjad, bħala sawra jqarmeċ u għandu togħma ta’ lewż distinta, friska u delikata.

Il-kombinazzjoni tal-ħamrija, il-varjetajiet u l-metodu tal-produzzjoni li jintużaw biss fil-Fenlands ipprovdew liż-żona r-reputazzjoni tal-produzzjoni tal-karfus tal-iprem kwalità u l-aħjar togħma.

Il-Fenlands huwa reġjun li fin-natura tiegħu huwa art baxxa mxarrba fil-Lvant tal-Ingilterra li sas-16-il seklu, ħafna minnha kienet taħt l-ilma. Matul l-1630 beda l-proċess ta' tnixxif tal-art. Kien matul dak iż-żmien li nfetħu żewġ kanali fil-Cambridgeshire Fens biex ix-Xmara Great Ouse tingħaqad mal-baħar fil-punt ta’ King’s Lynn – ix-Xmara Antika ta’ Bedford u x-Xmara l-Ġdida ta’ Bedford. Madankollu, ladarba tnixxfet iż-żona, it-torbiera ċkienet, u l-għelieqi komplew neżlin ’l isfel, sakemm sal-aħħar tas-17-il seklu l-art reġgħet spiċċat taħt l-ilma.

Wara diversi tentattivi ta’ tnixxif taż-żona, is-suċċess finali wasal fl-1830 bl-introduzzjoni tal-magni tal-fwar imħaddma bil-faħam. Il-Fenlands tnixxfu bl-għajnuna ta’ 286 stazzjon żgħir tal-ippumpjar imħaddem bl-elettriku, 3,800 mil ta’ korsiji tal-ilma, 60 mil ta’ lqugħ tal-baħar u 96 mil ta’ lqugħ tax-xmara fluvjali. Konsegwentement f’ħafna postijiet il-Fenland ma jinsabx iktar minn 10 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Ħafna partijiet illum jinsabu taħt il-medja tal-livell tal-baħar.

Bl-appoġġ ta' sistema ta' tnixxif, il-Fenland, li jmiss ma’ Lincolnshire, Norfolk, Cambridgeshire u Suffolk, sar reġjun agrikolu arjabbli ewlieni fil-Gran Brittanja għall-qamħ u l-ħxejjex. Il-vantaġġi ambjentali u ġeografiċi llum, kif ukoll fil-passat, ipprovdew il-ħamrija perfetta - jiġifieri torbiera tat-tip Adventurers 1 u 2 – u l-kundizzjonijiet klimatiċi biex jikber il-Fenland Celery.

Ir-reġjun ta’ Fenland għandu medja iktar baxxa ta’ xita minn żoni ewlenin oħrajn li jinħartu fir-Renju Unit (is-sena l-oħra kellu 365 mm skont Weather Commerce Ltd). Il-fatt li għandu ftit xita huwa fattur importanti fil-produzzjoni tal-Fenland Celery għaliex wisq xita timpedixxi t-tkabbir minħabba l-fatt li tagħmel ħsara fit-trinek tal-ħamrija u tħeġġeġ il-mard.

Il-ħamrija tat-tip Adventurers 1 u 2 li hija indiġena għaż-żona ġeografika, tiffavorixxi l-karfus f’żewġ modi: l-ewwel, minħabba l-kompożizzjoni naturali fertili tagħha tipprovdi lill-pjanta b’ħafna min-nutrijenti li teħtieġ. It-tieni, il-konsistenza tagħha tfisser li tista’ tifforma lqugħ madwar il-pjanta u tipproteġiha mix-xemx, u b’hekk tiżgura li l-ġilda tal-karfus tibqa' bajda, tipproteġiha mill-borra lejn l-aħħar tas-sena liema fattur jippermetti lill-bdiewa biex jestendu l-istaġun tar-Renju Unit u jiksbu prezz ogħla fis-swieq lokali.

Il-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni mhuwiex biss mod li juża l-art b’mod intensiv biex tikber din il-pjanta, iżda fih ukoll iktar xogħol. It-tekniki għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ bdiewa tal-Fenlands għal iktar minn 50 sena u jirrikjedu ċertu ħila. Il-kabbara jridu jiżguraw protezzjoni suffiċjenti kontra l-borra mingħajr ma jifgaw il-pjanta u jagħmlu l-kundizzjonijiet tal-pjanta sħan wisq (liema fattur jirriżulta f'mard u tħassir).

Il-popolazzjoni standard tal-pjanta tal-Fenland Celery hija konsiderevolment inqas b’50 % inqas pjanti għal kull ettaru meta mqabbla mal-pjanta tal-karfus konvenzjonali (il-biedja moderna trendi 50,000 pjanta għal kull ettaru filwaqt li Fenland Celery trendi 25,000 pjanta għal kull ettaru). L-intensità iktar baxxa tal-pjantaġġuni hija minħabba l-ħtieġa li jiġu mħawwla f’ringieli wisgħin.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-metodu użat biex jikber Fenland Celery jiddetta li l-pjanti jikbru f’ringieli wisgħin bi trinek fondi. Dawn ir-ringieli wisgħin huma essenzjali għall-kwalità kumplessiva tal-prodott finali minħabba l-ħtieġa li jsir ilqugħ tal-ħamrija, li jaġixxi biex iżomm il-kulur abjad tal-karfus. Dan il-metodu huwa obbligatorju għall-produzzjoni ta' Fenland Celery u mingħajru, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat bħala Fenland Celery.

L-uniċi varjetajiet li jistgħu jintużaw biex jiġi prodott Fenland Celery huma:

 

Hopkins Fenlander

 

New Dwarf White

 

Ely White

Dawn it-tliet varjetajiet huma l-uniċi użati minħabba r-rendiment tajjeb tagħhom, it-togħma, ir-reżistenza għall-mard u l-adattabbiltà għat-tip ta’ ħamrija.

Fenland Celery huwa iżgħar fid-daqs meta mqabbel mal-karfus prodott b’mod konvenzjonali b’riżultat tal-metodu tal-produzzjoni u l-varjetà użata. Dan il-metodu tal-produzzjoni tradizzjonali, flimkien mal-varjetajiet taż-żerriegħa ta’ Fenland Celery u l-ħamrija torbiera sewda tat-tip Adventurers 1 u 2 ilkoll jikkontribwixxu għat-togħma distinta u ħelwa, ta’ lewż u aniżetta u l-kulur li jvarja minn aħdar ċar għal abjad li huma l-karattarestiċi ewlenin ta’ Fenland Celery.

Fenland Celery għandu tarf tal-qiegħ tipikament wiesa’ u iktar fergħat mifruxa (jew zkuk żgħar tal-weraq). It-tarf tal-qiegħ huwa ta’ dijametru li jvajra bejn 8 sa 12-il ċm, u huwa usa’ u spiss inqas uniformi minn dak ta' karfus ieħor. Fenland Celery spiss jidher b’għerq iktar evidenti minħabba t-tekniki tat-tkabbir u l-ħsad tiegħu. Huwa notorju wkoll għax jikber bil-mod minħabba ż-żmien tas-sena u t-teknika tal-produzzjoni użata meta mqabbel ma' karfus ieħor iktar kummerċjali. Dan il-prodott li jikber bil-mod jikkontribwixxi għat-togħma distinta ta' lewż tiegħu u morra /ħelwa u s-sawra tiegħu iktar ratba, friska u tqarmeċ.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Storikament, il-bdiewa f’din iż-żona kienu jħawlu l-Fenland Celery matul Lulju u l-ewwel ħsad kien isir f'Settembru u jibqa sejjer sa Diċembru. L-ilqugħ magħmul mill-ħamrija kien jipproteġi lill-karfus mill-borra tax-xitwa, u għen lill-produtturi biex itawlu l-istaġun u jiksbu prezzijiet aħjar.

Il-varjetajiet ta’ Fenland Celery jintgħażlu minħabba r-rendiment, it-togħma, ir-reżistenza għall-mard u l-adattabbiltà tagħhom – Hopkins Fenlander u New Dwarf White illum huma l-iktar varjetajiet komuni mkabbra. It-tnejn li huma ġew żviluppati fil-Fens u ilhom il-varjetajiet magħżula għal dawn l-aħħar 50 sena.

Fenland Celery jikber fil-ħamrija torbiera fonda tat-tip Adventurers 1 u 2 taż-żona ta’ Fenland, li fin-natura tagħha hija iktar fertili, għaliex tieħu mill-veġetazzjoni mejta li tkun għadha ma ddiżintegratx u li kibret fil-Fen u l-bur. Jieħu l-isem tiegħu minn diversi avventuriera tat-tnixxif tal-art li fis-sbatax-il seklu, mmexxija mill-Konti ta' Bedford, ippruvaw inixxfu l-Fenlands – b'mod partikolari, jirreferi għall-“Avventuriera Ġentlomi”, jew persuni li jikkapitalizzaw minn riskju, li ffinanzjaw il-kostruzzjoni u ġew ppremjati bi plottijiet kbar ta' art imnixxfa.

It-tip ta’ ħamrija fin-natura tagħha hija ċatta, li parzjalment hija kkawżata proprju mit-torbiera fonda u wkoll mill-mod kif tinxef l-art. Il-livelli tal-ilma li jinħolqu mill-passaġġi u t-trinek iffisru li l-pjanta tal-karfus tirċievi livelli ottimi tal-ilma.

Il-ħamrija torbiera fonda u sewda tat-tip Adventurers 1 u 2 hija fin-natura tagħha fertili u għandha n-nutrijenti neċessarji għall-produzzjoni b’suċċess ta’ karfus ta’ kwalità għolja – kemm jekk jikber bi proċess modern kif ukoll bi proċess tradizzjonali li jipproduċi dan il-Fenland Celery. In-natura tat-torbiera sewda tfisser ukoll li l-pjanta tal-karfus tibbenefika minn iktar sħana. Fil-ktieb “Principles of Horticulture” ta’ C. R. Adams, M. P. Early, K. M. Bamford, hemm miktub li din il-ħamrija tisħon iktar malajr minn ħamrija oħra għaliex, minħabba l-kulur u l-konsistenza tagħha, l-enerġija tax-xemx tiġi assorbita malajr u tinżamm fil-ħamrija. Il-metodu tal-produzzjoni huwa dak l-aktar adattat għal din it-tip ta’ ħamrija għaliex tipprovdih bin-nutrijenti neċessarji kif ukoll il-konsistenza ġusta biex il-ħamrija tagħmel ilqugħ. Fenland Celery huwa notorju għaliex jikber bil-mod minħabba ż-żmien tas-sena u t-teknika tal-produzzjoni – il-ħamrija torbiera sewda ‘tħaffef' dan il-proċess. It-tħawwil fuq kwalunkwe tip ieħor ta’ ħamrija jispiċċa jdewwem saħansitra iktar it-tkabbir.

Hija l-ikbar żona ta’ din it-tip ta’ ħamrija disponibbli fir-Renju Unit għall-biedja u hija l-iktar produttiva. Il-proprjetajiet uniċi tal-ħamrija flimkien mal-klima iktar friska u niexfa tal-Fenlands jipprovdu l-kundizzjonijiet perfetti biex it-tkabbir tal-pjanti u l-ħsad tal-karfus ikun possibbli minn Lulju sa Diċembru.

Il-metodi tradizzjonali jibqgħu mod intensiv tal-produzzjoni tal-karfus li juża tekniki, li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ bdiewa ta’ Fenland għal iktar minn 50 sena, u ndraw u ġew żviluppati sabiex jipproduċu karfus tal-iprem kwalità. Il-Fens sar post li kien, u jibqa', sinonimu mal-karfus tal-iprem kwalità.

Il-kritiċi tal-ikel ikkummentaw b’dan il-mod fir-rigward ta’ kemm huwa uniku l-Fenland Celery: “Fuq l-ixkafef wieħed isib ħxejjex oħra li tkabbru apposta, bħall-karfus tradizzjonali minn Fenland, li jinġabar mill-ħamrija ta’ Cambridgeshire. Ir-rabarbru mkabbar apposta minn Yorkshire, li huwa prodott veġetali, huwa tajjeb ħafna meta jittiekel mal-kavalli friski mixwija u ċ-ċili aħmar.” Rose Prince, New English Cook, Frar 2009.

“Il-karfus huwa Ingliż daqs il-ġobon Stilton. Oriġinarjament, il-varjetajiet eqdem tal-hekk magħruf karfus ‘maħmuġ’ mill-artijiet ċatta tal-ħamrija sewda tal-Fenlands ta’ East Anglia kellu staġun qasir – minn Ottubru sa Jannar. Jekk tkun fortunat biżżejjed li dduqu, trid tnaddfu sew, iżda t-togħma hija eċċezzjonali, b'mod partikolari wara li tinżel ftit borra, meta jkun l-iktar ħelu.” Delia Smith, Delia Online.

Mhux spiss li jkollna aptit nieklu xi ħaġa kiesħa, umda u maħmuġa, iżda meta l-karfus ta’ Fenland insibuh fuq l-ixkafef lejn l-aħħar tal-Ħarifa dan ikun avveniment tassew sabiħ! Sally Bendall, Season Magazine, Novembru 2008.

Referenza għal pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/fenlandcelery-pgi-110711.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/14


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 353/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“TRAVIA DA BEIRA BAIXA”

Nru tal-KE: PT-PDO-0005-0848-10.01.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Travia da Beira Baixa”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.4 –

Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali (prodotti tal-ħalib)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

It-“Travia da Beira Baixa” huwa prodott permezz tal-preċipitazzjoni jew tal-koagulazzjoni, meta jissaħnu l-lattoalbumina u l-lattoglobulina li jinsabu fis-serum li jinkiseb bħala prodott sekondarju tal-“Queijos da Beira Baixa” (“Queijo de Castelo Branco DPO”, “Queijo Amarelo da Beira Baixa DPO”, “Queijo Picante da Beira Baixa DPO”). Huwa ppreżentat bħala prodott frisk u mhux iffermentat, b'konsistenza ratba, li bejn wieħed u ieħor jixbah lil pejst, u li dan jirriżulta mill-użu tas-serum.

(a)   Karatteristiċi kimiċi

Huwa prodott ta' kompożizzjoni eteroġenea minħabba li huwa magħmul mill-ħalib ta' żewġ speċijiet ta' ruminanti, l-ovini u l-kaprini, u minn diversi tipi ta' ġobnijiet bi proċessi differenti ta' produzzjoni. Għall-iskop ta' referenza qed tingħata l-kompożizzjoni li ġejja:

 

Umdità – 70 sa 80 %

 

Ammont totali ta' xaħam – minn 5 sa 9 g għal kull 100 g tal-prodott

 

Ammont totali ta' proteini – minn 4 sa 7 g għal kull 100g tal-prodott

 

Rmied – 0,6 sa 1,4 g għal kull 100 g tal-prodott

(b)   Karatteristiċi fiżiċi

Forma: It-“Travia da Beira Baixa” ma għandux xi forma partikolari. Minħabba l-konsistenza tiegħu li tixbah lil dik ta' pejst, dan jieħu l-forma tar-reċipjent li jitqiegħed fih.

Sawra: Il-prodott huwa ppreżentat bħala massa b'konsistenza ratba, mhux imħallta wisq, granulari u ta' lewn abjad.

Togħma u aroma: Il-prodott għandu togħma ħelwa ta' ħalib u aroma pjaċevoli, li jinħall malajr fil-ħalq.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

It-“Travia da Beira Baixa” jiġi mis-serum li jinkiseb bħala prodott sekondarju tal-“Queijos da Beira Baixa”, li miegħu jiġi miżjud ilma tajjeb għax-xorb u ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż mhux ipproċessat.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Is-sistema ta' produzzjoni awtorizzata hija dik tradizzjonali li tinvolvi ragħi estensiv. Għalhekk, l-alimentazzjoni tal-annimali hija bbażata fuq għalf naturali jew fuq għalf imtejjeb biż-żieda ta' varjetajiet ta' ħaxix li huma adattati għall-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima tar-reġjun, u ssupplimentat b'ħuxlief u tiben f'perjodi ta' skarsezza.

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

It-“Travia da Beira Baixa” huwa prodott komplementari li jinkiseb mill-produzzjoni tal-prodott “Queijos da Beira Baixa DPO”. Mill-perspettiva mikrobijoloġika, il-materja prima teħżien malajr u hija fraġli ħafna, tant li trid tiġi pproċessata u ppakkjata immedjatament wara l-produzzjoni. Dan il-fatt jippresupponi li l-proċess kollu ta' produzzjoni tat-“Travia da Beira Baixa”, inkluż l-ippakkjar tal-prodott, isir fl-istess faċilitajiet ta' produzzjoni tal-“Queijos da Beira Baixa DPO” u għalhekk, fl-istess żona ġeografika tiegħu. Inkella, jekk ikun hemm sensiela ta' operazzjonijiet ta' mmaniġġjar differenti, dawn jirriżultaw fid-deterjorament tal-kwalità u tal-awtentiċità tal-prodott u b'hekk ikunu ta' detriment għall-interessi tal-produtturi u tal-konsumaturi.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Għalkemm it-“Travia da Beira Baixa” huwa prodott f'temperaturi għoljin, il-kontenut elevat ta' proteini, flimkien mal-kontenut tal-lattożju u tal-ilma jikkawżaw żieda fil-mikroorganiżmi matul l-immaniġġjar li jsir wara l-produzzjoni. Dawn l-alterazzjonijiet kwalitattivi u kwantittattivi fil-mikroflora jirriżultaw f'bidliet fil-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodott li jinfluwenzaw b'mod drastiku l-aċċettazzjoni tal-istess prodott min-naħa tal-konsumatur finali.

Għal din ir-raġuni, il-materjali użati għall-ippakkjar tat-“Travia da Beira Baixa” jew li jkollhom kuntatt miegħu jridu jkunu innokwi u inereti f'dak li jikkonċerna l-kontenut tagħhom. Huwa permess l-ippakkjar bil-vakwu kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta' ppakkjar li huwa kapaċi jiggarantixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-preservazzjoni tal-prodott u tal-kwalità inġenerali tiegħu.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Barra milli jiġu sodisfatti r-rekwiżiti legali kollha u r-rekwiżiti speċifiċi tal-logo tal-prodott, u

Image

f'konformità mal-mod speċifiku ta' kif jiġi kkummerċjalizzat, fuq it-tikketta tat-“Travia da Beira Baixa” jrid ikun hemm il-komponenti li ġejjin:

L-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-produttur;

Il-marka tas-saħħa pubblika tal-produttur;

Il-marka ta' ċertifikazzjoni;

Il-logo tal-UE.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika ta' produzzjoni tal-materja prima, li tinvolvi l-proċess kollu u l-ippakkjar, hija l-istess żona ġeografika tal-produzzjoni tal-ġobnijiet tal-Beira Baixa, li tinkludi l-muniċipalitajiet ta' Belmonte, Castelo Branco, Fundão, Idanha-a-Nova, Mação, Oleiros, Penamacor, Proença-a-Nova, Sertã, Vila de Rei, Vila Velha de Ródão u l-parroċċi ta' Aldeia de São Francisco, Aldeia do Souto, Barco, Boidobra, Casegas, Conceição, Covilhã, Dominguiso, Ferro, Orjais, Ourondo, Peraboa, Peso, Santa Maria, São Jorge da Beira, São Martinho, São Pedro, Sobral de São Miguel, Teixoso, Tortosendo, Vale Formoso u Vales do Rio, tal-muniċipalità ta' Covilhã.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Is-sistemi tradizzjonali ta' ragħi estensiv, li huma karatteristiċi tar-reġjun, huma marbuta mill-qrib mal-klima u mal-ħamrija predominanti tar-reġjun, minħabba l-fatt li dawn jinfluwenzaw ħafna l-iżvilupp tal-ispeċijiet għall-għalf. Il-klima tar-reġjun hija kkaratterizzata b'temperaturi medji għoljin matul is-sena, bi sjuf sħan, twal u nexfin u bi xtiewi moderati li għandhom medja totali ta' preċipitazzjoni relattivament baxxa u okkażjonalment tagħmel il-borra. In-nixfa hija fattur dominanti, li tonqos bil-mod il-mod hija u tgħaddi mit-Tramuntana san-Nofsinhar u mill-Lvant sal-Punent.

Il-mergħat naturali prodotti minn ħamrija mrammla huma magħmula minn ħaxix iktar għoli u li għandu kapaċità akbar ta' żarġin (Agrostis, Poa, eċċ.) u minn legumi li jikbru kull sena li huma ta' valur akbar għall-mergħat (Ornitopus, T. Cherleri, T. Arvense, eċċ.). Il-mergħat li għandhom ħamrija ħafifa li toriġina mill-granit, magħmula b'ħaxix li jikber bil-mod (Vulpia, Periballia) u b'xi ftit legumi li ma tantx għandhom valur nutrittiv (Trifolium angustifolium u T. Stellatum), huma ta' kwalità baxxa u mhumiex produttivi. Fuq il-ħamrija li toriġina mil-lavanja b'kapaċità tajba taż-żamma tal-ilma, hemm mergħat ta' kwalità raġonevolment tajba fejn matul is-sena jiddomina l-ħaxix, iżda ta' spiss jkun hemm ukoll ħaxix perenni (Lolium spp.). Ġeneralment il-legumi jkunu ta' valur tajjeb għar-ragħa (Tifolium spp. u Ornithopus).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-prodott u tal-karatteristiċi tiegħu ġejjin mill-oriġini tal-materja prima u mill-metodu ta' produzzjoni. It-“Travia da Beira Baixa” huwa magħmul mis-serum li jinkiseb bħala prodott sekondarju tal-“Queijos da Beira Baixa”. Is-serum jiġi prodott b'tali mod li jitneħħew il-fdalijiet tal-baqta u jiġi miżjud l-ilma jekk il-ħalib ikun sar mielaħ. Wara dan, is-serum jissaħħan sakemm jilħaq temperatura li tkun bejn it-80 u d-90 °C, u jitħawwad bil-mod iżda b'mod kostanti sakemm tibda l-koagulazzjoni, li tingħaraf mill-iskorċa li tifforma fil-wiċċ u tibqa hemm minħabba d-densità baxxa tagħha. Imbagħad, titnaqqas it-temperatura u ma jibqax jitħawwad iktar sa ftit qabel ma jibda jgħali; din l-operazzjoni kollha tieħu bejn 15 u 30 minuta. Biex jinkiseb ammont ikbar u taħlita aktar magħquda, ġeneralment jiżdied ftit ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż qabel ma din tibda tagħli. Wara, permezz ta' kuċċarun, il-massa titneħħa mir-reċipjent fejn tkun saret il-koagulazzjoni u titpoġġa f'kontenituri, li jitħawwdu u jiġi miżjud ammont żgħir ta' serum, sabiex tinkiseb il-konsistenza li tixbah lil dik ta' pejst.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jintuża għall-produzzjoni tal-“Queijos da Beira Baixa”, u li minnu tinkiseb il-materja prima għall-produzzjoni tat-“Travia da Beira Baixa”, jista' jiġi biss minn irziezet li jkabbru l-annimali u li jinsabu fiż-żona ġeografika ta' produzzjoni. Is-sistema ta' produzzjoni hija dik tradizzjonali li tinvolvi ragħi estensiv b'densità baxxa ta' annimali, fejn il-bhejjem iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ġurnata jirgħu u filgħaxija jerġgħu jittieħdu lura fl-istalel, il-post fejn jinħalbu u jorqdu, almenu matul ix-xhur tax-xitwa.

Għalhekk, l-alimentazzjoni hija bbażata fuq għalf naturali jew fuq għalf imtejjeb biż-żieda ta' varjetajiet ta' ħaxix li huma adattati għall-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima tar-reġjun. Il-kultivazzjoni ta' pjanti tal-għalf għall-produzzjoni ta' tiben u għall-użu ta' ħuxlief kienet u għada prattika komuni fir-reġjun kollu. B'konsegwenza ta' dan, il-ħalib prodott min-nagħaġ u mill-mogħoż li jirgħu fir-reġjun għandu karatteristiċi partikolari li, flimkien mat-tekniki u mal-kompetenzi relatati mal-proċessi ta' produzzjoni u ta' ippakkjar, jippermetti l-produzzjoni ta' prodotti speċifiċi rikonoxxuti mill-konsumaturi, li jirreferu għalihom bl-isem tar-reġjun li fih joriġinaw.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.gpp.pt/valor/ce_travia_bb.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/18


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 353/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CARNE DE BRAVO DO RIBATEJO”

Nru tal-KE: PT-PDO-0005-0789-08.10.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Carne de Bravo do Ribatejo”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1. –

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Laħam miksub mill-qtugħ tal-karkassi tal-bovini tar-razza “Brava de Lide”. Jista’ jiġi ppreżentat imkessaħ bħala nofs jew kwart ta’ karkassa (il-parti ta’ quddiem u l-parti ta’ wara) jew f’biċċiet ta’ “Carne de Bravo do Ribatejo”, li jkunu ppakkjati f’boroż speċjali bil-vakwu jew materjal ieħor adattat u li jkunu mkessħa jew iffriżati permezz tal-proċess ta’ ffriżar veloċi li ma jagħmilx ħsara lit-tessuti tal-musklu u jiżgura l-kwalitajiet tarjin u nutrittivi tal-prodott billi jippreserva l-karatteristiċi tal-laħam.

L-isem reġistrat “Carne de Bravo do Ribatejo — DPO” jista’ jidher fuq it-tikketta, bħala l-isem kummerċjali jew fil-lista tal-ingredjenti tal-ikel li jinkludu bejn 95 sa 100 % tal-prodott bil-piż fil-prodott finali (skont id-Direttiva 2000/13/KE dwar it-Tikkettar).

Apparti t-tikkettar, matul it-trasportazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-karkassi, il-kwarti, il-biċċiet, il-partijiet ta’ biċċiet u l-qatat għandhom dejjem ikunu akkumpanjati b'Ċertifikat tal-Oriġini maħruġ mill-Korp ta’ Ċertifikazzjoni li juri li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi kollha stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet.

L-età tal-annimali meta jinqatlu u l-piż tal-karkassi:

 

L-età mal-qatla

Piż tal-karkassa

Carne de Novilha Brava de Lide

Bejn 18 u 30 xahar

Bejn 100 u 200 kg

Carne de Novilho Bravo de Lide

Bejn 18 u 30 xahar

Bejn 150 u 250 kg

Carne de Vaca Brava de Lide

Bejn 31 u 60 xahar

Bejn 100 u 250 kg

Carne de Toiro Bravo de Lide

Bejn 31 u 60 xahar

Inqas minn 200 kg

Il-karkassi huma klassifikati permezz tas-sistema ta’ klassifikazzjoni SEUROP skont ċerti parametri ta’ konformità u l-ammont ta’ xaħam, kif ġej:

 

Carne de Novilha Brava de Lide: karkassi ta' bovini nisa li jkollhom bejn 18 u 30 xahar u li jiżnu bejn 100 u 200 kg. Huma aċċettati l-parametri ta’ konformità E, U, R, O u P tal-klassifikazzjoni SEUROP u kif ukoll il-klassijiet 2, 3 u 4 f’rabta mal-istess klassifikazzjoni.

 

Carne de Novilho Bravo de Lide: karkassi tal-bovini rġiel li jkollhom bejn 18 u 30 xahar u li jiżnu bejn 150 u 250 kg. Huma aċċettati l-parametri ta’ konformità E, U, R u O tal-klassifikazzjoni SEUROP u kif ukoll il-klassijiet 2, 3 u 4 f’rabta mal-istess klassifikazzjoni.

 

Carne de Vaca Brava de Lide: karkassi tal-bovini nisa li jkollhom bejn 31 u 60 xahar u li jiżnu bejn 100 u 250 kg. Huma aċċettati l-parametri ta’ konformità E, U, R, O u P tal-klassifikazzjoni SEUROP u kif ukoll il-klassijiet 2, 3 u 4 f’rabta mal-istess klassifikazzjoni.

 

Carne de Toiro Bravo de Lide: karkassi tal-bovini rġiel li jkollhom bejn 31 u 60 xahar u li jiżnu mill-inqas 200 kg. Huma aċċettati l-parametri ta’ konformità E, U, R u O tal-klassifikazzjoni SEUROP u kif ukoll il-klassijiet 2, 3 u 4 f’rabta mal-istess klassifikazzjoni.

Huwa importanti li wieħed jinnota li minħabba l-prattiki użati u l-karatteristiċi speċifiċi tar-razza “Brava de Lide”, b'mod partikolari f'termini ta' sess, età u piż meta jinqatlu, il-kategorija tal-karkassi P taħt il-klassifikazzjoni SEUROP tista’ tiġi aċċettata biss għall-erħa u l-baqar, kif hemm spjegat fit-Taqsima 5.3. ta’ dan id-dokument.

Karatteristiċi tax-xaħam: Sod u ma jnixxix, ta’ kulur abjad jew isfar, ileqq u b’sawra fina, sukkulenti, aromatiku u b’togħma pjaċevoli, konsistenti u ta’ kwalità superjuri. Ix-xaħam intramuskulari, li huwa partikolarment tipiku ta' dawn il-karkassi, jippreżenta aspett ġenerali li jixbah l-irħam (fibri fini ħafna mifruxa mal-musklu kollu) li minħabba fih il-laħam ikun sukkulenti, sod u mimli togħma.

Karatteristiċi organolettiċi: ġeneralment tari b’konsistenza soda, b’vini irqaq madwar ix-xaħam intramuskulari, sukkulenti ħafna u b’sawra lixxa.

Il-laħam jingħaraf mill-karatteristiċi organolettiċi partikolari li ġejjin:

 

Kulur: aħmar lewn iċ-ċirasa, skur u jleqq

 

pH: anqas minn 6.

 

Sawra: is-sawra tiegħu hija ddefinita bħala taħlita bejn tari, konsistenti, sukkulenti u magħdi.

 

Togħma u aroma: pjaċevoli ħafna u intensa, b’togħma tipika rikka taċ-ċanga u mimlija togħma.

 

Perjodu minimu li għandha ddum il-karkassa fil-friża qabel tinqata': għandha tinżamm f’temperatura interna ta’ mhux aktar minn 7 °C għal minimu ta’ 12-il siegħa; Sakemm jasal il-mument li fih tiġi ttrasportata għandha tinżamm f’kundizzjoni ta’ umdità relattiva ta’ bejn il-85 u 90 %.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf għall-annimali (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

L-għalf tal-annimali huwa bbażat fuq riżorsi tal-foraġġ, tal-mergħa u tiben u fienu tradizzjonali (ħliefa taċ-ċereali u ta’ żrieragħ oħra, b’xi ħbub imħalltin magħhom) miż-żona ġeografika. Fix-xitwa u fis-sajf, jekk ma jkunx hemm biżżejjed mergħa biex tissodisfa l-bżonnijiet tal-annimali, jingħataw foraġġ ippreservat (tiben u/jew silla) miksuba miż-żona ġeografika. Jistgħu jintużaw ukoll supplimenti tal-ikel (konċentrat ta’ żrieragħ naturali, fil-forma ta’ kejk jew magħquda), magħmula apposta għalihom, li joriġinaw fir-reġjun jew barra minnu. Dawn is-supplimenti tal-ikel jirrappreżentaw 1-2 kg tal-porzjon ta’ kuljum tal-għalf tal-annimali u qatt ma jaqbżu t-2 % tal-piż totali tal-annimali meta jkunu ħajjin.

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika definita:

It-twelid, it-trobbija u t-tbiċċir.

Il-karatteristiċi fiżiċi u fiżjoloġiċi tal-annimali tar-razza “Brava de Lide” jikkorrispondu għal annimali li fin-natura tagħhom huma trankwilli, kalmi u doċli meta jkunu fil-ħabitat naturali tagħhom.

Il-kundizzjonijiet li fihom jiġu ttrasportati l-annimali tar-razza “Brava de Lide” jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti legali fis-seħħ tat-trasport u t-tbiċċir tal-annimali.

L-annimali ta’ din ir-razza jridu jinqatlu fil-jum li huma jidħlu fil-biċċerija, irrispettivament minn x'jum tas-sena jkun.

Dawn jinqatlu esklussivament f’biċċeriji rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea u li jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, imballaġġ, eċċ.:

Il-qtil, it-tqattigħ, il-preparazzjoni u l-imballaġġ.

Filwaqt li jitqiesu l-fatturi tat-temperament ta' dawn l-annimali u l-effetti negattivi tal-istress fuq il-kwalità tal-karkassi, huwa meħtieġ għarfien espert biex jiġi determinat jekk il-karkassi humiex tajbin biex jinqatlu, jiġu maqtugħin u ppreparati u jitlestew f’qatat.

Sabiex jiġu evitati r-riskji mikrobijoloġiċi, il-biċċiet jew il-qatat ippreparati jiġu ppakkjati immedjatament.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ:

Irrispettivament mill-preżentazzjoni kummerjċali tal-prodott, u ladarba r-rekwiżiti legali li jifdal ikunu ġew sodisfatti, l-informazzjoni li ġejja trid dejjem tidher fuq it-tikketta:

 

L-isem Carne de Bravo do Ribatejo – Denominação de Origem Protegida (flimkien mal-logo tal-EU);

 

Il-logo ta’ Carne de Bravo do Ribatejo:

Image

 

L-identifikazzjoni tal-produttur jew grupp ta’ produtturi responsabbli mit-tqegħid fis-suq tal-prodott;

 

Marka taċ-ċertifikazzjoni jew tal-konformità.

L-isem kummerċjali “Carne de Bravo do Ribatejo – DPO” ma jistax ikollu miegħu xi kliem jew indikazzjonijiet oħrajn, inkluż id-distributur jew marki kummerċjali oħrajn.

L-isem u l-indirizz tal-produttur jew tal-grupp ta’ produtturi responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-prodott, ma għandu jinbidel fl-ebda ċirkostanza bl-isem ta' xi korp ieħor, anke jekk dan il-korp huwa responsabbli mill-prodott jew mit-tqegħid fis-suq tiegħu.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Il-muniċipalitajiet kollha tad-distretti ta’ Beja, Évora, Portalegre, Santarém; il-muniċipalitajiet ta’ Alcácer do Sal, Alcochete, Grândola, Montijo, Palmela, Santiago do Cacém u Sines, fid-distrett ta’ Setúbal; il-muniċipalitajiet ta’ Alenquer, Arruda dos Vinhos, Azambuja u Vila Franca de Xira, fid-distrett ta’ Lisbona; il-muniċipalità ta’ Idanha-a-Nova, fid-distrett ta’ Castelo Branco u finalment il-paroċċa ta’ Arazede fil-muniċipalità ta’ Montemor-o-Velho, fid-distrett ta’ Coimbra.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

It-trobbija tal-baqar tar-razza “Brava de Lide” tirrifletti l-ambjent ġeografiku u r-rwol li għandhom dawn l-annimali fil-ġestjoni agrikola tal-impriżi agrikoli fiż-żona ġoegrafika ddefinita. Il-produtturi ta’ din ir-razza jisfruttaw bis-sħiħ il-pjantaġġuni li jikbru f’din iż-żona li fihom is-siġar tas-sufra, tal-ilċi u l-ballut, li huma reżistenti għan-nixfa, kif ukoll l-artijiet tal-bur naturali u l-veġetazzjoni li tikber waħidha li huma lkoll komuni madwar iż-żona ġeografika intiera. Barra minn hekk, il-mod kif jitħawlu s-siġar fuq l-art u l-kopertura mis-siġar li tirriżulta huma wkoll fatturi importanti ħafna fil-produzzjoni ta’ dawn l-annimali, li minħabba f’hekk jistgħu jibqaw iżolati mill-bnedmin u ċ-ċivilizzazzjoni u għandhom protezzjoni adattata meta jkun hemm il-maltemp. Għalhekk dawn huma fatturi tal-produzzjoni tipiċi komuni għal dawn ir-reġjuni u indispensabbli għat-trobbija tal-annimali ta’ din ir-razza.

Il-parti l-kbira taż-żona ġeografika hija koperta mill-plantaġġuni tas-siġar li huma reżistenti għan-nixfa, is-siġra tas-sufra, is-siġra tal-ilċi u s-siġra tal-ballut, l-art tal-bur naturali u l-veġetazzjoni li tikber waħidha. Il-veġetazzjoni li tikber waħidha tinkludi l-ġummar, il-ħxejjex taċ-ċister, il-ħxejjex tax-xagħri u pjanti erbaċej imxewwkin, li huma ferm importanti fid-dieta ta’ dawn l-annimali b'mod partikolari fl-istaġun tax-xitwa u għalhekk flimkien huma magħrufa bħala invernadouru (foraġġ tax-xitwa). Ir-reġjun għandu ekosistema tipika (varjazzjonijiet kbar fit-temperatura matul is-sena, b'sajf sħun u niexef ħafna u xitwa kiesħa ħafna). Il-ġestjoni tal-annimali tar-razza “Brava de Lide” tirrikjedi għarfien speċifiku u minħabba t-temperament u s-saħħa ta’ dawn l-annimali, tirnexxi l-aħjar meta l-persuna tkun riekba fuq żiemel. Huwa karatteristiku wkoll iċ-ċaqliq tal-għanem ta’ kull staġun minn reġjun għal ieħor bejn azjendi agrikoli kbar fi ħdan iż-żona ġeografika biex isibu l-aħjar mergħa u huwa fl-interess tas-saħħa tal-annimali.

It-trobbija tal-bovini tar-razza Brava de Lide f’azjenda agrikola partikolari tingħaraf mill-elementi li ġejjin, li flimkien, jiffurmaw sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni:

(1)

l-eżistenza ta’ Reġistru Ġenejoloġiku tar-razza Portugiża “Brava de Lide”;

(2)

trobbija ta’ bovini tar-razza pura;

(3)

l-annimali tar-razza “Brava de Lide” jinżammu kompletament separati mill-annimali l-oħra tal-istess speċi fl-istess azjenda agrikola permezz tax-xtiebi.

(4)

identifikazzjoni individwali tal-annimali, l-axxendenti u d-dixxendenti tagħhom, u l-karattaristiċi morfoloġiċi u funzjonali tal-annimali skont ir-Regolament tar-Reġistru tal-merħla għar-razza Brava de Lide;

(5)

sistema tal-produzzjoni dedikata u unika, li hija esklussiva għar-razza;

(6)

l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll implimentata mill-produtturi nfushom, li tippermetti l-iżgurar tat-traċċabbiltà kompluta minn kull annimal għal kull qatgħa jew kull pakkett ta’ prodott ipproċessat, kif muri fuq it-tabelli li juru t-traċċabbiltà axxendenti u dixxendenti mill-produzzjoni għat-tqegħid fis-suq u mill-prodott aħħari għall-azjenda agrikola.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Carne de Bravo do Ribatejo huwa ta’ kulur tipiku aħmar lewn iċ-ċirasa, skur u jleqq; tari, konsistenti u sukkulenti u magħdi b’mod pjaċevoli. Għandu togħma punġenti u li tibqa' u l-laħma għandha d-dehra tipika li tixbah l-irħam bix-xaħam li jikkontribwixxi għas-sukkulenza, it-togħma u kemm huwa magħdi l-prodott.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Il-karatteristiċi ta’ “Carne de Bravo do Ribatejo” jirriżultaw fundamentalment minn dawn li ġejjin: (a) il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima taż-żona fejn jitwieldu l-annimali; (b) il-karatteristiċi morfoloġiċi u funzjonali tar-razza; (c) il-manjiera ta’ kif jiġu ġestiti l-annimali, li f’rabta mal-aspetti tipiċi li ġejjin assoċjati mal-produzzjoni tal-annimali għandhom sinifikanza partikolari.

Il-bovini tar-razza “Brava de Lide”, li llum huma magħrufa wkoll bħala “Ribatejana” minħabba l-artijiet li oriġinaw minnhom, huma d-dixxendenti tal-bovini selvaġġi li storikament kienu jgħixu fil-widien u l-artijiet tax-xagħri rispettivi ta’ Tejo u Sado.

Ir-razza “Brava de Lide” hija razza indiġena ta’ bovini, li oriġinat fl-artijiet tal-bur tax-xmajjar Teja u Mondego.

It-trobbija tal-bovini tar-razza Brava de Lide tmur lura għall-1840 meta ġie stabbilit l-ewwel stabbiliment tat-trobbija tal-bhejjem selvaġġi – illum l-eqdem fil-Portugall – permezz ta’ baqar ta’ oriġini Portugiża li nxtraw mingħand il-Markiż ta’ Vagos u r-riprodutturi tal-istess oriġini (Assunção, 1988).

L-annimali spiss jimxu diversi kilometri bejn plottijiet tal-art agrikola ta' azjenda biex jirgħu. Meta jimxu minn mergħa għall-oħra, dawn jitmexxew miż-żwiemel u l-bagħla (il-bovini doċli u huma ġestiti faċilment).

Tradizzjonalment, matul ix-xitwa l-annimali jgħixu fil-proprjetajiet ta’ Alentejo u fir-rebbiegħa jimxu lejn il-mergħat ta’ Golegã u jibqaw sejrin lejn Ribatejo.

It-trobbija tal-bhejjem selvaġġi fir-reġjuni ta’ Ribatejo, Alentejo u ċerti partijiet ta’ Beira minn dejjem kienet assoċjata mal-ħtieġa li l-annimali jaħdmu l-art, rwol li huma kienu partikolarment adattati biex jagħmlu minħabba l-kapaċitajiet fiżiċi u t-temperament tagħhom. Huma annimali nobbli li għandhom movimenti fluwidi, enerġiċi u preċiżi.

L-annimali ta’ din ir-razza li huma iktar kalmi u robusti minn kwalunkwe razza oħra, kienu essenzjali fil-kundizzjonijiet diffiċli tax-xogħol li wieħed kien isib f’Ribatejo u Alentejana.

Huma reżistenti għall-kesħa, u dejjem jgħixu fil-merħla, kemm qabel kif ukoll wara li ġew domestikati.

Min-natura tagħhom dawn l-annimali huma trankwilli, kalmi u plaċidi. Għalhekk hija prattika standard li l-ħawtijiet tal-ilma u l-ikel jitpoġġew 'il-bogħod minn xulxin biex l-annimali jkollhom bilfors jiċċaqilqu u jagħmlu ftit eżerċizzju, li huwa ferm importanti għall-kundizzjoni fiżika tagħhom u ta’ ġisimhom u li tiddetermina l-karatteristiċi tal-laħam li jittieħed minn dawn l-annimali. Hija wkoll prattika standard li l-annimali jimxu għal siegħa kuljum.

Il-kobor tal-azjenda agrikola huwa wkoll fattur determinanti għal din is-sistema ta’ produzzjoni. Fil-fatt, id-daqs tal-azjenda agrikola huwa fattur importanti fil-produzzjoni tal-bovini ta’ din ir-razza, għaliex l-impriżi agrikoli jridu jkunu kbar biżżejjed biex iħeġġu l-annimali jiżviluppaw il-muskoli karatteristiċi ta’ annimali atletiċi, bħalma hija din ir-razza.

Is-sistema ta’ produzzjoni tal-bovini tar-razza “Brava de Lide” tisfrutta bis-sħiħ il-pjantaġġuni li jikbru f’din iż-żona li fihom is-siġar tas-sufra, tal-ilċi u l-ballut, li huma reżistenti għan-nixfa, kif ukoll l-artijiet tal-bur naturali u l-veġetazzjoni li tikber waħidha li huma lkoll komuni madwar iż-żona ġeografika kollha. Il-veġetazzjoni li tikber waħidha tinkludi l-ġummar, il-ħxejjex taċ-ċister, il-ħxejjex tax-xagħri u l-pjanti erbaċej imxewwkin, li huma ferm importanti fid-dieta tal-annimali ta’ din ir-razza, b'mod partikolari fl-istaġun tax-xitwa u għalhekk flimkien huma magħrufa bħala invernadouru (il-foraġġ tax-xitwa).

Għalhekk nistgħu ngħidu li l-annimali tar-razza “Brava de Lide” dejjem jitrabbew estensivament (fl-għelieqi) f’densità inqas minn 1,4 CN għal kull ettaru. Din is-sistema ta’ trobbija tirrifletti b’mod korrett id-delimitazzjoni taż-żona tal-produzzjoni, bl-impriżi agrikoli kbar li huma tipiċi ta’ dan ir-reġjun, bil-ħamrija u l-klima karatteristiċi li jippermettu l-annimali jieklu minn għelejjel naturali u jirripproduċu fil-manjiera karatteristika għar-razza, u biċ-ċaqliq tal-għanem ta’ kull staġun bejn ir-reġjuni ġeografiċi ta’ Ribatejo u Alentejo.

Wieħed mill-iktar fatturi importanti li permezz tiegħu jkun jista' jiġi prodott laħam b’dawn il-karatteristiċi speċjali huwa bla dubju it-tip ta’ għalf, li jvarja mill-ħalib tal-omm li jirriżulta mill-art tal-bur naturali, li għadha ta' importanza konsiderevoli, għall-art tal-bur bi protezzjoni fi ħdan il-pjantaġġuni tas-siġar tas-sufra, tal-ilċi u l-ballut li jinsabu mifruxa madwar iż-żona ġeografika delimitata tal-produzzjoni, minkejja li hemm il-varjazzjonijiet fid-densità u l-kwalità.

It-trobbija tal-bovini tar-razza “Brava de Lide” hija intimament marbuta ma' dan ir-reġjun, kif muri kemm fil-prattiċi tat-trobbija tradizzjonali li għandhom ħafna sekli u li għadhom jintużaw illum u mill-fatt li Carne de Bravo do Ribatejo huwa wieħed mill-ikel fin tradizzjonali tar-reġjun.

“Carne de Bravo do Ribatejo” huwa ingredjent ewlieni fil-mixjiet gastronomiċi (roteiros gastronómicos) ta’ Ribatejo; partikolarment l-ispeċjalitajiet l-iktar magħrufa “cozido de carnes bravas” (stuffat taċ-ċanga), “rabinhos de toiro bravo” (platt dnub tal-barrin) u “espetadinhas de carnes bravas” (laħam mixwi).

“Carne de Bravo do Ribatejo” jintuża f’varjetà kbira ta’ platti tradizzjonali tar-reġjun; huwa popolari u mfittex ħafna bħala ikel fin, fejn ħafna konsumaturi kemm fir-reġjun u barra minnu jsaqsu għalih b’ismu.

Teżisti soċjetà gastronomika Toiro Bravo li xogħolha huwa l-promozzjoni tal-ħiliet kulinari tar-reġjun ta' Ribatejo, li ilhom jeżistu għal sekli sħaħ. Dawn il-ħiliet ġejjin mill-Griegi, ir-Rumani u ċivilitajiet qodma oħrajn u l-għarfien tagħhom għadu jeżisti sa llum u jifforma parti integrali mill-wirt kulturali tar-reġjun.

Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi tgħin il-laħam jieħu l-kwalità distinta tiegħu. B’mod speċifiku l-kulur tal-laħma, id-dehra tipika tax-xaħam li tixbah l-irħam li huwa viżibbli fil-qatgħa tal-laħam minn karkassi tal-annimali tar-razza “Brava de Lide” u s-sawra tal-laħam soda iżda sukkulenti u konsistenti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006

http://www.gpp.pt/Valor/doc/CE_Carne_Bravo_Ribatejo.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/23


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 353/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“DÜSSELDORFER SENF”

Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0916-04.01.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Düsseldorfer Senf”

2.   L-Istat Membru jew il-Pajjiż Terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott:

Klassi 2.6.

Pejst tal-mustarda

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Id-“Düsseldorfer Senf” hija taħlita lesta tal-pejst għat-tħawwir tal-ikel. Il-prodott għandu konsistenza delikata, kremuża u kulur isfar ċar. Karatteristika partikolari tad-“Düsseldorfer Senf” hija t-togħma taħraq ħafna tiegħu, li kull min iduqu ma jistax ma jindunax biha. Id-“Düsseldorfer Senf” huwa magħmul minn ingredjenti naturali biss. Ma jintużaw l-ebda preservattivi, ħwawar, jew żidiet għat-togħma mad-“Düsseldorfer Senf”.

Id-“Düsseldorfer Senf” għandu jiġi kkunsmat fi żmien għaxar xhur biss. Dan sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu ma jintilfux.

Meta jkun lest id-“Düsseldorfer Senf” għandu jkollu dawn il-kwalitajiet:

kontenut niexef: tal-anqas 22 %

kontenut ta’ xaħam fil-mustarda: tal-anqas 8 %

valur tal-pH < 4,3

kontenut ta’ melħ fil-prodott lest < 6 % bil-massa

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-materja prima għad-“Düsseldorfer Senf” huma ż-żrieragħ kannella tal-mustarda, il-ħall mill-inbid mhux iffiltrat, l-ilma speċjali ta’ Düsseldorf mogħni bil-ġir u bil-minerali, u l-melħ.

Sabiex il-kwalità għolja u l-freskezza tad-“Düsseldorfer Senf”, ir-rabta mar-reġjun, il-kwaliatjiet organolettiċi u l-fama tiegħu jinżammu, jintuża biss l-ilma ta’ Düsseldorf ġej miż-żona ġeografika definita.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita:

Il-passi kollha fil-produzzjoni tad-“Düsseldorfer Senf”, jiġifieri l-ħasil, l-għarbiel u t-tnixxif naturali taż-żrieragħ tal-mustarda, it-taħlit tal-ingredjenti matul il-proċess tat-tixrib, it-tħin, it-tneħħija tal-fsiedaq, l-estrazzjoni tal-arja, u l-maturazzjoni, għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika. Dan jiżgura t-togħma qawwija taħraq u tipika tagħha u minħabba f’hekk il-kwalitajiet organolettiċi, il-kwalità, l-oriġini reġjonali, it-traċċabbiltà u l-kontroll matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar eċċ.:

Il-proċess tal-imballaġġ tal-prodott, inkluż il-mili, l-imballaġġ u t-tikkettar tat-tubi, għandhom isiru fiż-żona ġeografika. Dan huwa meħtieġ, minħabba l-fatt li l-mustarda hija prodott li jista’ malajr jitħassar matul l-ipproċessar, għaliex it-temperatura hija mmonitorjata mill-qrib matul il-maturazzjoni. Il-mod kif it-temperatura hija rregolata u l-perjodu ta’ ħżin għandhom influwenza deċisiva fuq il-kwalitajiet sensorjali tal-prodott finali. L-ispeċjalisti tal-persunal fil-manifatturar biss (l-esperti tal-mustarda tal-azjenda stess) għandhom l-esperjenza biex jiddeterminaw l-aħjar żmien meta l-prodott jitqiegħed fil-fliexken sabiex il-prodotti kollha jkunu ta’ kwalità konsistentement għolja. Din hija r-raġuni għaliex dan l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni, li huwa l-qofol tal-kwalità tal-prodott, għandu jseħħ fiż-żona ġeografika taħt is-superviżjoni tal-manifatturi.

Dan jiżgura t-togħma tipikament taħraq ħafna tad-“Düsseldorfer Senf” u bir-riżultat ta’ dan, il-kwalitajiet organolettiċi, il-kwalità, l-oriġini reġjonali, it-traċċabbiltà u l-kontroll matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Ir-regoli li ġejjin dwar it-tikkettar jiggarantixxu l-oriġini u l-awtentiċità tad-“Düsseldorfer Senf” kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-ispetturi li jissorveljaw il-proċess tal-immanifatturar u jgħassu kontra prassi ħżiena, u b’hekk jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tad-“Düsseldorfer Senf” huma ssodisfati. Huma jiżguraw tikkettar uniformi u b’hekk jiggarantixxu l-oriġini u t-traċċabbiltà tad-“Düsseldorfer Senf”.

Il-prodott “Düsseldorfer Senf” għandu jiġi ttikkettjat bħala:

“Düsseldorfer Senf”,

“Düsseldorfer Senf Scharf”,

“Düsseldorfer Senf Extra Scharf”,

“Düsseldorfer Senf Stark” u/jew

“Düsseldorfer Senf Extra Stark”

fil-postijiet tal-bejgħ kollha.

Il-membri tal-‘Schutzgemeinschaft Düsseldorfer Senf’ (l-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tad-Düsseldorfer Senf) jistgħu jużaw il-kelma/il-marka figurattiva li ġejjin tal-‘Schutzgemeinschaft Düsseldorfer Senf’ (l-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tad-“Düsseldorfer Senf”) bil-font ‘Arial Regular’ għall-kliem ‘Senfspezialität aus Düsseldorf’ fil-varjazzjonijiet li ġejjin:

bil-kulur tal-mudell CMYK 12C 27M 56Y 0K (deheb), bil-kulur ‘spot’ tad-deheb u/jew bit-teknika tal-induratura sħuna għall-ankra, għad-disinn tal-ljun u għall-burdura tal-logo u/jew

bil-kulur tal-mudell CMYK 12C 27M 56Y 0K (deheb), bil-kulur ‘spot’ tad-deheb u/jew bit-teknika tal-induratura sħuna għall-ankra, għad-disinn tal-ljun u għall-burdura tal-logo u/jew

bl-iswed u bl-abjad tal-mudell CMYK 0C 0M 0Y 100K (iswed) għall-ankra, għad-disinn tal-ljun u għall-burdura tal-logo u/jew

bl-iswed u bl-abjad tal-mudell CMYK 0C 0M 0Y 100K (iswed) għall-ankra, għad-disinn tal-ljun u għall-burdura tal-logo

Il-kulur tal-isfond fi ħdan il-logo jvarja. Id-daqs tal-logos jista’ jvarja skont l-użu. Dawn ir-regoli dwar it-tikkettar jistgħu japplikaw ukoll għal prodotti li fihom id-“Düsseldorfer Senf” hija l-uniku komponent mill-kategorija rilevanti tal-prodotti użati ma’ ikel u ma’ prodotti oħra.

Image

Image

Image

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tkopri l-belt ta’ Düsseldorf, il-belt kapitali ta’ wieħed mill-istati federali. Il-belt jisimha ‘Düsseldorf‧.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Id-“Düsseldorfer Senf” kien ġie vvintat fiż-żona ġeografika. Iż-żona ġeografika hija magħrufa minħabba t-tradizzjoni antika tal-produzzjoni tal-industrija tal-mustarda ta’ Düsseldorf. Il-proċess ta’ produzzjoni, li ilu jiġi pprattikat fiż-żona ġeografika għal ħafna żmien, ivarja minn dak li jintuża tradizzjonalment f’partijiet oħra tal-Ġermanja minħabba t-tneħħija tal-fsiedaq taż-żrieragħ tal-mustarda.

Il-proċess speċjali tal-estrazzjoni tal-ilma li jiġi pprattikat f’Düsseldorf, belt li tinsab fuq ix-xtut tax-xmara Rhine, huwa differenti minn dak li jsir f’post li jinsab aktar ’il bogħod minn xmara prinċipali. Il-bjar fis-sistemi tal-produzzjoni tal-ilma f’Düsseldorf, li jinsabu tul ix-xmara Rhine, jipprovdu l-ilma fl-istat naturali tiegħu li jikkonsisti l-aktar minn filtrat tax-xatt iżda fihom ukoll ilmijiet sotteranji ġejjin mill-art. Il-filtrat tax-xatt jippenetra fl-art fiċ-ċentru ta’ qiegħ ix-xmara. L-ilma jiskula bil-mod mis-saffi tar-ramel u taż-żrar, li f’xi postijiet huma tal-ħxuna ta’ 30 m, għal ġol-bjar qrib ix-xtut. Dan il-vjaġġ jieħu bosta ġimgħat, li matulhom l-ilma jiġi ppurifikat b’mod naturali għal bosta drabi: iż-żrar u r-ramel jaġixxu bħala filtru mekkaniku, li fihom jinqabdu l-ħmieġ tat-tajn u s-sustanzi li jniġġsu. L-organiżmi żgħar li jinsabu fil-ħamrija wkoll jippurifikaw l-ilma. Minbarra dan iż-żona ġeografika tvarja ħafna miż-żoni fil-qrib minħabba l-ingredjenti li jikkaratterizzaw it-togħma u b’mod partikolari minħabba l-minerali li jinsabu fil-kontenut għoli ta’ ġir fl-ilma ta’ Düsseldorf.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Bil-kontra tal-prodotti tradizzjonali tal-mustarda oħrajn tal-Ġermanja, id-“Düsseldorfer Senf” normalment ma jkunx fih biċċiet tal-fsiedaq. Il-qalba taż-żerriegħa biss tiġi pproċessata. Dan il-proċess ta’ produzzjoni jirriżulta fit-togħma taħraq ħafna, li hija karatteristika partikolari tad-“Düsseldorfer Senf” u kull min iduqu ma jistax ma jindunax biha.

Il-kwalitajiet organolettiċi huma r-raġuni għaliex id-“Düsseldorfer Senf” huwa magħruf madwar id-dinja kollha bħala speċjalità reġjonali. Jista’ jingħad li l-fama tajba tiegħu saret proprjetà tad-“Düsseldorfer Senf” bir-riżultat tat-togħma, tal-kwalità u tal-karatteristiċi partikolari tiegħu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Kuntest storiku/storja

Id-“Düsseldorfer Senf” huwa prodott tal-ikel ta’ speċjalità bi tradizzjoni storika u reġjonali twila ħafna li ġie żviluppat f’Düsseldorf. L-istorja tal-industrija tal-mustarda f’Düsseldorf hija xhud ta’ dan. L-ewwel fabbrika tal-mustarda fil-Ġermanja ġiet stabbilita f’Düsseldorf fl-1726. Fl-1896 kien hemm tmien fabbriki tal-mustarda f’Düsseldorf. Sa mill-1826 l-aħbar kummerċjali, il-litteratura tal-ivvjaġġar u d-deskrizzjonijiet tal-belt kienu jitkellmu dwar l-industrija tal-mustarda ta’ Düsseldorf. Imbagħad fl-1920 bdiet era ġdida għall-mustarda f’Düsseldorf. In-negozjant Otto Frenzel minn Lorraine waqqaf il-fabbrika tal-mustarda tiegħu f’Düsseldorf fi tmiem l-1920. Hemmhekk huwa pproduċa mustarda taħraq ħafna, l-ewwel prodott ta’ dan it-tip bil-kulur ċar, li huwa sejjaħ ‘Löwensenf’ u li kkumerċjalizza bil-logo ta’ ras ta’ ljun bħala unur lill-arma tal-belt. Mustarda ċara ta’ dan it-tip kienet mingħajr preċedent fil-Ġermanja. Il-qawwa u l-ħwawar distintivi tad-“Düsseldorfer Senf” malajr għamluh magħruf. Is-suċċess ta’ Frenzel kien dovut għar-rekwiżiti ta’ purifikazzjoni għad-“Düsseldorfer Senf”, skont liema kellhom jintużaw biss l-aħjar ingredjenti filwaqt li l-prodotti kollha kellhom jitħejjew b’mod metikoluż mingħajr l-użu ta’ ebda żieda ta’ ingredjenti.

Fl-1930 il-fabbriki tal-mustarda ta’ Düsseldorf bdew jipproduċu d-‘Düsseldorfer Tafelsenf’, mustarda taħraq moderatament. Il-konsumaturi fil-Ġermanja u lil hinn minnha malajr tgħallmu japprezzaw din l-ispeċjalità ta’ mustarda ta’ Düsseldorf li kienet anqas qawwija, imħawra moderatament, ħadra safranija, tleqq u attraenti.

Fl-1938 l-industrija tal-mustarda ta’ Düsseldorf bdiet tesporta d-“Düsseldorfer Senf” lejn il-pajjiżi Ewropej oħrajn, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada, l-Amerika tan-Nofsinhar, l-Afrika, il-Ġappun u l-Awstralja.

Rabta naturali/Kundizzjonijiet ambjentali

Id-“Düsseldorfer Senf” jesibixxi rabta naturali bejn iż-żona ġeografika tiegħu u l-kwalitajiet organolettiċi tiegħu. L-ilma ta’ Düsseldorf li jintuża, l-ingredjent prinċipali fid-“Düsseldorfer Senf”, jittieħed mix-xmara Rhine. L-ilma jgħaddi mix-xtut tax-xmara, li għandhom safef ta’ ramel u ta’ żrar f’xi postijiet tal-ħxuna ta’ 30 m, u għalhekk huma mimlijin ġir u mogħnija bil-minerali. Il-kontenut għoli ta’ ġir u l-kontenut għoli ta’ minerali li jirriżulta fl-ilma ta’ Düsseldorf min-naħa tagħhom ħallew l-impatt tagħhom fuq it-togħma partikolari tad-“Düsseldorfer Senf”. Il-ħall mill-inbid mhux iffiltrat ukoll jaffettwa t-togħma tad-“Düsseldorfer Senf”.

Rabta attwali/Reputazzjoni

Sal-lum id-“Düsseldorfer Senf” igawdi reputazzjoni tajba bħala speċjalità magħrufa għall-konsumaturi tar-reġjun lokali kif ukoll lil hinn minnu. Bosta huma r-reazzjonijiet tal-konsumaturi li jixhdu għal dan. Għall-konsumaturi, id-“Düsseldorfer Senf” issa għandu pożizzjoni stabbilita fis-suq.

Ir-reputazzjoni tiegħu hija bbażata b’mod partikolari fuq l-istorja twila tal-produzzjoni tad-“Düsseldorfer Senf” f’Düsseldorf u fuq il-kwalitajiet organolettiċi tiegħu. Düsseldorf hija ta’ sikwit deskritta bħala l-belt tal-mustarda minħabba l-istorja twila u nobbli tal-industrija tagħha tal-produzzjoni tal-mustarda.

L-ispeċjalitajiet tal-mustarda ta’ Düsseldorf tant huma apprezzati li wieħed mill-mużewijiet tal-belt huwa ddedikat proprju għalihom. Bosta ritratti tal-mustarda prodotta mill-industrija tal-belt u diversi kotba u rapporti tal-istampa jiddokumentaw r-reputazzjoni għolja li dan il-prodott minn dejjem kien igawdi.

Id-“Düsseldorfer Senf” huwa parti mill-istorja u mit-tisjir tradizzjonali ta’ Düsseldorf. Id-‘Düsseldorfer Senfrostbraten’ platt klassiku, ‘entrecôte’ miksi bil-mustarda ta’ Düsseldorf u mbagħad imqiegħed fil-grilja, pereżempju, jinstab fuq il-menus tal-birreriji fid-‘Düsseldorfer Altstadt’. Is-‘sandwich’ ta’ Rhineland, ‘Röggelchen’ ftira b’biċċa ġobon u bil-mustarda ta’ Düsseldorf, ukoll jiffurma parti mit-tisjir ta’ Düsseldorf.

Rabta ekonomika/Sinifikat

Id-“Düsseldorfer Senf” għadu importanti ħafna għall-ekonomija ta’ Düsseldorf. Il-popolarità kbira tad-“Düsseldorfer Senf” hija riflessa b’mod ċar fiċ-ċifri tal-bejgħ eċċellenti tiegħu fil-ħwienet tal-ikel, fil-ħwienet tal-laħam u fir-ristoranti fiż-żona ġeografika, fil-Ġermanja u fil-bqija tad-dinja. Huwa stmat li madwar 3 760 tunnellata tad-“Düsseldorfer Senf” jiġu prodotti fis-sena fiż-żona ġeografika ta’ Düsseldorf.

Rabta relatata mal-produzzoni/mal-kwalità organolettika

Il-produtturi reġjonali f’Düsseldorf ilhom jipproduċu d-“Düsseldorfer Senf” għal kważi 90 sena billi jużaw il-proċess tal-produzzjoni li kien ġie vvintat fil-belt. L-għarfien, it-teknika esperta u l-esperjenza li huma għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra jagħtu lid-“Düsseldorfer Senf” il-kwalitajiet organolettiċi li huma kkundizzjonati ġeografikament.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Il-Volum 27 tal-Markenblatt tat-8 ta’ Lulju 2011, Parti 7c, p. 13525

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/28500


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.