ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.330.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 330/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6684 – Vivescia/Atrixo) ( 1 ) |
|
2012/C 330/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6727 – Carlyle/DuPont Performance Coatings Business) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2012/C 330/03 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 330/04 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2012/C 330/05 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 330/06 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 330/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6743 – Talanx International/Meiji Yasuda Life Insurance Company/HDI Poland) ( 1 ) |
|
2012/C 330/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6734 – Koch Industries/Guardian) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2012/C 330/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6745 – SNCF/Haselsteiner Familien-Privatstiftung/Augusta Holding/Rail Holding) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 330/10 |
||
|
Rettifika |
|
2012/C 330/11 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6684 – Vivescia/Atrixo)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 330/01
Fit-22 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6684. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6727 – Carlyle/DuPont Performance Coatings Business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 330/02
Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6727. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
2012/C 330/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddettermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq ikomplu jissodisfaw il-kriterju mniżżel fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea, u għalhekk għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri kif imġedda bid-Deċiżjoni 2012/665/PESK.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C — Coordination Unit |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 299, 27.10.2012, p. 45.
Il-Kummissjoni Ewropea
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Ottubru 2012
2012/C 330/04
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2908 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
103,15 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4592 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,80120 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,6730 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2090 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4675 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,900 |
HUF |
Forint Ungeriż |
281,99 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6962 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1503 |
RON |
Leu Rumen |
4,5598 |
TRY |
Lira Turka |
2,3288 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2486 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2865 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,0041 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5740 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5774 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 416,90 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,2745 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0661 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5380 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 448,82 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9435 |
PHP |
Peso Filippin |
53,392 |
RUB |
Rouble Russu |
40,6150 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,679 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,6148 |
MXN |
Peso Messikan |
16,8304 |
INR |
Rupi Indjan |
69,3590 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/4 |
Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2012 “L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem”
2012/C 330/05
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2012 “L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti” |
12, rue Alcide de Gasperi |
1615 Luxembourg |
LUXEMBOURG |
Tel. +352 4398-1 |
Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/5 |
Notifika ta' bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa
2012/C 330/06
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti ħbula tal-ħadid u tal-azzar u kejbils li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. It-talba għal investigazzjoni
It-talba tressqet fid-29 ta' Ġunju 2012 mill-Kumitat ta' Kollegament tal-Industriji tal-Ħbula tal-Wajer tal-UE (l-EWRIS) (“l-applikant”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid u tal-azzar.
2. Il-prodott investigat
Il-prodott investigat huma ħbula u kejbils tal-ħadid u tal-azzar inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar inossidabbli, li għandhom dimensjoni massima ta’ wisa’ trasversali li taqbeż it-3 mm, bit-tagħmir imwaħħal jew le (“il-prodott investigat”), li bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u l-ex 7312 10 98.
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri li bħalissa hemm fis-seħħ huma dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 (3).
4. Ir-raġunijiet għar-reviżjoni tal-iskadenza
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni ta’ probabilità ta' kontinwazzjoni tad-dumping
L-allegazzjoni ta’ probabilità ta' kontinwazzjoni tad-dumping hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabilità ta' rikorrenza ta’ ħsara
L-applikant jallega l-probabilità ta' rikorrenza ta' ħsara. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, minħabba l-prezzijiet ogħla li jistgħu jinkisbu f'dan is-suq b’paragun ma’ ċerti swieq ta’ pajjiżi terzi. Dawn iż-żewġ fatturi jistgħu jwasslu għal żieda ta' esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u hemm possibilità ta' direzzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn l-Unjoni.
L-applikant jallega fl-aħħar nett li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-reviżjoni se tiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping tal-prodott investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
5.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabilità tal-kontinwazzjoni tad-dumping
Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
(a) Teħid ta' kampjuni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-Federazzjoni Russa li huma involuti f’din ir-reviżjoni ta' skadenza u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu biex jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif dwar il-kumpanija/i tagħhom, mitlub fl-Anness A ta' dan l-avviż.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jkunu jixtiequ jressqu xi tagħrif ieħor rilevanti fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott investigat fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk dan ikun xieraq, liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu parti mill-kampjun, kull assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi magħrufa u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ikollhom jibagħtu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju jitlob tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, l-ispiża tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott investigat lill-Unjoni.
Bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw”).
5.1.2. Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (5) (6)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mill-Federazzjoni Russa fl-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness B ta' dan l-avviż lill-Kummissjoni.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju se jitlob tagħrif, dwar inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, u dwar il-bejgħ tal-prodott investigat.
5.2. Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabilità ta’ rikorrenza ta' ħsara
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabilità jew le ta' rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'din ir-reviżjoni ta' skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji qegħdin fil-fajl li jinsab għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-għajnuna tad-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 ta' hawn taħt). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jidhrilhom li hemm raġunijiet biex ikunu inklużi fil-kampjun għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju jitlob tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom u tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-kumpanija/i.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta' żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista' jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 se jitqies biss jekk meta jiġi ppreżentat ikun sostnut b'evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu l-evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibilità ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu smigħ mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikun mmarkati “Limited” (“Ristrett”) (7).
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Limited” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu fid-dettall biżżejjed biex jagħtu fehma raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista' jitwarrab.
Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju għandhom jitressqu fuq il-karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni b'dan minnufih skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 08/020 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Fax +32 22985353
Posta elettronika |
: |
TRADE-WIREROPES-DUMPING@ec.europa.eu TRADE-WIREROPES-INJURY@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jitħaddmu b'mod sħiħ.
It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid issir fil-perjodi ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabilità tal-kontinwazzjoni tad-dumping u r-rikorrenza tal-ħsara, u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Peress li din ir-reviżjoni ta’ skadenza nbdiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li tkun ġustifikata reviżjoni tal-livell tal-miżuri, sabiex tippermetti l-possibilità li l-livell tal-miżuri jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas), dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu din ir-reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. Ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (8).
(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 19.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 285, 31.10.2007, p. 1.
(4) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat.
(5) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija l-proprjetarja, tikkontrolla jew għandha sehem ta’ 5 % jew aktar tal-istokks jew l-ishma tal-votazzjoni tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn huma kkontrollati b’mod dirett jew indirett minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw b’mod dirett jew indirett persuna terza; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(6) Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni tad-dumping.
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim ta’ kontra d-dumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS A
ANNESS B
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6743 – Talanx International/Meiji Yasuda Life Insurance Company/HDI Poland)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 330/07
1. |
Fis-17 ta’ Ottubru 2012 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Talanx International AG (“TINT”, il-Ġermanja) u Meiji Yasuda Life Insurance Company (“MY”, il-Ġappun)) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' HDI Asekuracja SA (“HDI Poland Non-life”, il-Polonja) u HDI-Gerling Życie SA (“HDI Poland Life”, il-Polonja) permezz tax-xiri tal-ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6743 – Talanx International/Meiji Yasuda Life Insurance Company/HDI Poland, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6734 – Koch Industries/Guardian)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 330/08
1. |
Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Koch Industries, Inc. (“Koch”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Guardian Industries Corp. (“Guardian”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta’ titoli ta’ sigurtà. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6734 – Koch Industries/Guardian, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6745 – SNCF/Haselsteiner Familien-Privatstiftung/Augusta Holding/Rail Holding)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 330/09
1. |
Fid-19 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) SNCF (Franza), Haselsteiner Familien-Privatstiftung (“HFPS”, l-Awstrija) u Augusta Holding AG (“Augusta”, l-Isvizzera) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Rail Holding AG (l-Awstrija) permezz ta’ modifika fil-parteċipazzjoni azzjonarja preżenti. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6745 – SNCF/Haselsteiner Familien-Privatstiftung/Augusta Holding/Rail Holding, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/17 |
Pubblikazzjoni ta’ emenda applikabbli skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 330/10
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni tal-applikazzjoni tal-emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 9
“NOCCIOLA DEL PIEMONTE”/“NOCCIOLA PIEMONTE”
Nru tal-KE: IT-PGI-0217-0305-09.06.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:
— |
|
Isem il-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☒ |
Żona ġeografika |
— |
|
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
— |
|
Rabta |
— |
☒ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Rekwiżiti nazzjonali |
— |
☒ |
Oħrajn (Imballaġġ) |
2. Tip ta’ emenda:
— |
|
Emenda għal Dokument Uniku jew Sommarju |
— |
☒ |
Emenda għal Speċifikazzjoni ta’ DPO jew IĠP rreġistrata li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sommarju ma ġew ippubblikati |
— |
|
Emenda għal Speċifikazzjoni li ma tirrikjedi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Emenda temporanja għall-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i:
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott:
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, qed jintalab li d-deskrizzjonijiet ta’ “Nocciola del Piemonte” sħiħa bil-qoxra u “Nocciola del Piemonte” mingħajr qoxra jiddaħħlu f’żewġ paragrafi separati. Id-deskrizzjonijiet infushom għandhom jibqgħu l-istess.
— |
B’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 464/2004 tat-12 ta’ Marzu 2004 li ġie ppubblikat fil-ĠU L 77/25 fit-13 ta’ Marzu 2004, kien hemm bżonn li jiġu limitati t-tipi tal-prodott, permezz tal-indikazzjoni tal-kategoriji speċifiċi tal-prodott użati bħala prodotti semiproċessati fl-industrija, jiġifieri l-ġellewż mixwi, il-ġellewż mitħun, id-dqiq tal-ġellewż u l-krema tal-ġellewż. L-emenda tippermetti definizzjoni iktar preċiża ta’ meta jista’ jintuża l-isem “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” u tiffaċilita l-attività ta’ monitoraġġ mill-korpi rilevanti. |
— |
L-isem tal-varjetà użata biex tinkiseb in-“Nocciola del Piemonte”, jiġifieri “Tonda Gentile delle Langhe”, għandu jinbidel għal “Tonda Gentile Trilobata”. L-applikazzjoni għall-emenda tal-isem tal-varjetà saret neċessarja minħabba l-applikazzjoni biex tiġi rreġistrata l-varjetà “Tonda Gentile delle Langhe” mas-CPVO (Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti). L-applikazzjoni biex jiġi rreġistrat l-isem kienet tinvolvi t-tneħħija tar-referenza ġeografika għal Langhe, li inbidlet bit-terminu botaniku “trilobata”. L-isem il-ġdid “Tonda Gentile Trilobata” ġie ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tas-CPVO fis-16 ta’ Awwissu 2007. Din l-emenda għalhekk tikkonċerna l-isem biss u assolutament ma għandha l-ebda effett fuq id-dispożizzjoni li tikkonċerna l-materjal ġenetiku li jista' jintuża biex tinkiseb in-“Nocciola del Piemonte”. |
3.2. Żona ġeografika:
L-ismijiet ta’ ċerti muniċipalitajiet fiż-żona tal-produzzjoni huma żbaljati minħabba żbalji fl-istampar u għandhom jiġu kkoreġuti:
“Colosso” għandha tinqara “Calosso”, “Revignasco d'Asti” għandha tinqara “Revigliasco d'Asti” u “Mezzomeniro” għandha tinqara “Mezzomerico”.
3.3. Metodu tal-produzzjoni:
Qed tiġi mitluba bidla fid-densità massima tal-pjanti għal kull ettaru minn 420 għal 500 pjanta. Madankollu, għall-pjantaġġunijiet stabbiliti qabel l-approvazzjoni tad-digriet nazzjonali tat-2 ta’ Diċembru 1993, qed jiġi mitlub li tkun permessa densità massima ta’ 650 pjanta, filwaqt li l-pjanti li jmutu jew li jinqalgħu ma jiġux sostitwiti u kwalunkwe tħawwil ta’ pjanti ġodda jrid ikollu densità ta’ bejn 200 u 500 pjanta għal kull ettaru.
Il-bidla fid-densità tal-pjanti tirriżulta mill-introduzzjoni ta’ teknoloġiji li jimmekkanizzaw il-prattiki tat-tkabbir, mit-tħejjija tal-ħamrija sal-ħsad. Filwaqt li t-tagħmir ġdid li issa huwa disponibbli għat-tneħħija tal-ħaxix ħażin fuq il-post, it-tħawwil u l-ħsad jirrikjedi spazju sinifikanti bejn ir-ringieli, dan jippermetti t-tħawwil ta’ ringieli kontinwi u għalhekk għadd ikbar ta’ pjanti f’kull ringiela. Dawn il-metodi ta’ tkabbir jippermettu wkoll ċirkulazzjoni aħjar tal-arja u jipprevjenu milli żoni tal-pjanti jispiċċaw fid-dell, u għalhekk huma esposti aħjar għad-dawl tax-xemx.
Barra minn hekk, is-settur tat-tkabbir tal-ġellewż qed jesperjenza tkabbir b’saħħtu fil-Piemonte u beda jestendi għal ħamrija li tinsab fuq l-għoljiet, li hija fqira fil-minerali u fiha l-kalċju. Dan jinfluwenza kif jikbru l-pjanti, u jagħmilhom aktar kompatti. Dan jippermetti għadd ikbar ta’ pjanti mingħajr ma jaffettwa l-kwalità tal-prodott. Fl-aħħar snin, il-pjantaġġunijiet 6 × 4 u 5 × 4 saru popolari mal-produtturi għax dawn jippermettu livell tajjeb ta’ mekkanizzazzjoni u jagħmluha possibbli biex jinkiseb ġellewż tal-iprem kwalità.
Id-domanda biex il-pjantaġġunijiet li ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tad-digriet nazzjonali li ġie approvat fit-2 ta’ Diċembru 1993, ikunu jistgħu jkollhom densità massima ta’ 650 pjanta għal kull ettaru hija bbażata fuq il-fatt li, dak iż-żmien, il-pjanti tal-pjantaġġunijiet tal-ġellewż kienu spazjati ħafna iktar qrib xulxin minn issa. Il-ħsad kien isir bl-idejn, bl-effett prattiku li ma kinux meħtieġa spazji kbar bejn ir-ringieli, fattur ieħor li ppermetta densità ikbar tal-pjanti.
Fi kwalunkwe każ, ir-rendiment massimu ta’ 3 500 kg għal kull ettaru jibqa' l-istess fil-pjantaġġunijiet kollha, kemm jekk ġew stabbiliti qabel jew wara l-approvazzjoni tal-UE.
Fis-sentenza “Id-distanzi bejn il-pjanti u l-metodi tat-tkabbir jridu jkunu dawk li jintużaw ġeneralment u jkunu bbażati fuq arbuxelli li qed jiżviluppaw u, f'każijiet eċċezzjonali, siġar b’zokk wieħed …”, hemm diffikulta biex wieħed jinterpreta t-terminu “f'każijiet eċċezzjonali”. Għalhekk, sabiex tkun speċifikata b’mod iktar ċar il-possibbiltà tal-għażla bejn l-arbuxelli li qed jiżviluppaw jew s-siġar b’zokk wieħed, it-terminu “f'każijiet eċċezzjonali”; għandu jinbidel b’“u/jew”.
3.4. Tikkettar:
Il-prodott bil-qoxra, irid ikollu tikketta, kemm jekk mibjugħ bil-waħda kif ukoll f’pakketti.
Ir-rekwiżit li għandu jidher fuq it-tikketta “kwalunkwe logo tal-IĠP” għandu jinbidel b’wieħed li jirreferi għas-“simbolu tal-UE tal-IĠP”.
Ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandha tinbidel b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 510/2006.
3.5. Rekwiżiti nazzjonali:
Għandha tingħata l-informazzjoni kollha dwar l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-Istituto Nord-Ovest Qualità Soc. Coop. (INOQ), il-korp awtorizzat biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.
Il-frażi “prodott garantit mill-MIPAF (il-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija) skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92” u d-dispożizzjoni li l-pakketti intenzjonati għall-esportazzjoni għandu jkollhom fuqhom il-kliem “prodott fl-Italja” għandhom jitneħħew għaliex ġew superati u huma superfluwi.
3.6. Oħrajn – Imballaġġ:
Il-prodott bil-qoxra għandu jkollu skadenza (il-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara l-ħsad), sa meta għandu jkun imballat sabiex ikun żgurat li jżomm il-karatteritiċi ottimi ta’ freskezza tiegħu meta jiġi rilaxxat għall-konsum.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“NOCCIOLA DEL PIEMONTE”/“NOCCIOLA PIEMONTE”
Nru tal-KE: IT-PGI-0217-0305-09.06.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz:
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.6 – |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni ta’ prodott li japplika għalih l-isem f’(1):
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” hija riżervata għall-ġellewż tal-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”. Il-forma tal-ġellewża hija subsferika jew parzjalment subsferika, u trilobata. Id-daqs tagħha mhuwiex partikolarment uniformi, u jvarja minn 17-il millimetru sa 21 millimetru. Il-qoxra hija ta’ ħxuna medja, ta’ kulur relattivament kannella qastni, ma tleqqx wisq, pjuttost muswafa fit-tarf u b'ħafna strixxi ċari li ma jidhrux b'mod daqshekk evidenti. Il-qalba tvarja fil-forma (subsferika, tetraħedrali u xi kultant ovojdali) u d-daqs tagħha jvarja iktar minn dak tal-qoxra. Hija iktar skura mill-qoxra, ġeneralment koperta bil-fibra, b’wiċċ aħrax u skanalaturi ta’ daqs varju, ħliefa ta’ ħxuna medja iżda li tinqala' malajr ħafna meta tinxtewa, u sawra solida u tqarmeċ. It-togħmiet u l-aromi huma fini ħafna u persistenti u r-rendiment wara li titneħħa l-qoxra huwa ta’ bejn 40 % u 50 %.
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” trid tinbiegħ fil-kategoriji tal-prodott li ġejjin:
Ġellewż sħiħ bil-qoxra: ġellewż kif jinġabar mill-għalqa, fejn l-unika pproċessar jinvolvi t-tindif tiegħu, it-tneħħija ta’ oġġetti estraneji meta jingħata l-grad, u li jiġi xxuttat sew sabiex ikun żgurat li jibqa’ frisk.
Ġellewż mingħajr qoxra: ġellewż sħiħ li bħala kulur huwa iktar skur mill-qoxra u li, wara li jgħaddi mill-ipproċessar fiżiku, ikun inħareġ mill-qoxra tiegħu iżda jibqa bil-kopertura tal-ħliefa u l-fibri.
Ġellewż mixwi: ġellewż sħiħ jew ftit imkisser li, wara li jgħaddi mill-proċess tax-xiwi, tkun tneħħitlu l-ħliefa esterna kollha jew parzjalment.
Ġellewż mitħun: il-prodott li jinkiseb mit-tħin ta’ ġellewż sħiħ jew ftit imkisser wara x-xiwi, fejn id-daqs tal-biċċiet ivarja skont il-grad tat-tħin iżda fi kwalunkwe każ bejn 1 mm u 12-il millimetru.
Dqiq tal-ġellewż: il-prodott li jinkiseb mit-tħin ta’ ġellewż sħiħ jew ftit imkisser wara x-xiwi, fejn id-daqs tal-biċċiet ivarja skont il-grad tat-tħin iżda fi kwalunkwe każ bejn 250 μm u 1 mm.
Krema tal-ġellewż: il-prodott li jinkiseb mit-tħin ta’ ġellewż sħiħ jew ftit imkisser wara x-xiwi, fejn id-daqs tal-biċċiet ivarja skont il-grad tat-tħin iżda fi kwalunkwe każ inqas minn 250 μm.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):
—
3.5. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-ġellewż jikber fiż-żona tal-indikazzjoni ġeografika protetta, kif iddefinit fit-Taqsima 4 hawn taħt. Il-pjantaġġunijiet jiddaħħlu f'lista speċifika miżmuma mill-korp tal-kontroll. Id-densità tal-pjanti fuq il-pjantaġġun tvarja bejn 200 u 500 pjanta għal kull ettaru, fejn il-pjanti jikbru bħala siġar b’zokk wieħed jew arbuxelli b'ħafna fergħat. Fil-każ ta’ pjantaġġunijiet stabbiliti qabel id-digriet nazzjonali approvat tat-2 ta’ Diċembru 1993, hija permessa densità massima ta’ 650 pjanta għal kull ettaru, għalkemm il-pjanti li jmutu jew jinqalgħu ma jistgħux jiġu mibdula, u kwalunkwe tħawwil ta’ pjanti ġodda jrid jkollu densità ta’ bejn 200 u 500 pjanta għal kull ettaru. Ir-rendiment massimu fi kwalunkwe każ huwa ta’ 3 500 kg għal kull ettaru.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-imballaġġ eċċ.:
“Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” trid tinbiegħ fil-manjiera li ġejja:
(a) |
meta tkun bil-qoxra: f’boroż taċ-ċaruta adattati għal-livelli kollha ta’ bejgħ, jew bħala eċċezzjoni, bil-waħda, iżda biss fl-ewwel stadju tal-bejgħ, jiġifieri dak ta’ bejn il-produttur agrikolu u l-ewwel xerrej, jiġifieri s-sid tal-impjant tal-ipproċessar u/jew l-imballaġġ; |
(b) |
meta tkun mingħajr qoxra, mixwija, mitħuna u lesta: f’imballaġġ adattat għall-użu mal-ikel. |
Il-prodotti msemmija f’b) għandhom jitqiegħdu f’imballaġġ minn qabel jew jiġu ppakjati fil-mument tal-bejgħ.
Il-prodott bil-qoxra jrid jiġi ppakkjat sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara l-ħsad.
3.7. Regoli speċifiċ dwar it-tikkettar:
Il-pakketti jrid ikollhom fuqhom il-kliem “Nocciola del Piemonte” jew “Nocciola Piemonte” u warajhom “Indicazione geografica protetta” jew “IGP” Is-sena tal-ħsad trid tkun indikata kemm fuq l-imballaġġ tal-ġellewż bil-qoxra kif ukoll mingħajra.
It-tikketti għall-ġellewż imqaxxar, mixwi u/jew mitħun irid ikollhom is-simbolu tal-UE għall-IĠP.
Fejn “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” tkun qed tintuża bħala ingredjent fil-prodotti tal-ikel, irid jidher il-kliem li ġej fuq it-tikketta: “prodotto ottenuto esclusivamente da “Nocciola del Piemonte” jew “Nocciola Piemonte”” (“prodott esklussivament minn ‘Nocciola del Piemonte’/‘Nocciola Piemonte’”). Ma jista’ jintuża l-ebda isem jew aġġettiv ieħor biswit l-isem “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte”, ħlief l-isem tal-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Iż-żona tal-produzzjoni ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” tinsab kompletament fi ħdan ir-reġjun ta’ Piemonte, ġewwa l-muniċipalitajiet tal-produzzjoni tal-ġellewż fil-provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Turin u Vercelli.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” hija bl-għoljiet jew muntanjuża, inkluż żoni ta’ għoljiet żgħar f’altitudni ta’ bejn 150 m u 800 m 'il fuq mil-livell tal-baħar. L-ammont ta’ xita konsiderevoli (madwar 900 mm kull sena) u l-għoljiet ġeneralment pjuttost weqfin iffissru li ż-żona kollha għandha livell baxx ta’ fertilità f’termini tal-preżenza kemm tal-materja organika kif ukoll tan-nutrijenti minerali. Meta mqabbla ma’ żoni oħrajn tal-Piemonte dawn il-karatteristiċi jagħtu ambjent speċifiku u distintiv mil-lat ta’ ħamrija u klima, u wieħed li fih il-varjetà “Tonda Gentile Trilobata” tista’ turi l-aħjar kwalitajiet tagħha.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Mid-19-il seklu sal-lum, it-tkabbir tal-ġellewż fil-Piemonte kien ibbażat esklussivament fuq l-użu tal-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”, li l-kwalitajiet tagħha jnkludu ħliefa ta’ ħxuna medja iżda li tinqala' faċilment wara li jinxtwew, sawra solida li tqarmeċ u hija persistenti, u togħmiet u aromi fini ħafna.
Il-benefiċċji prinċipali ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” fl-għajnejn tal-industrija konfezjonarja huma l-forma subsferikali jew parzjalment trilobata tal-ġellewża, il-perċentwal piuttost baxx ta’ ġellewż oblung, ir-rendiment tajjeb wara li titneħħa l-qoxra, li jista’ jitla’ wkoll għal 50 %, ir-rendiment għoli meta jinxtewa u l-fatt li l-qalba titqaxxar faċilment.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
“Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” tinkiseb mill-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”, li tista’ tikseb il-kwalitajiet kummerċjali u organolettiċi li jsaħħu r-reputazzjoni tagħha biss fiż-żona ġeografika definita li l-ħamrija tagħha hija nieqsa mill-fertilità u l-ammonti kbar ta’ xita li jkollha. Minħabba l-fama ta’ din l-varjeta, fil-passat saru diversi tentattivi biex tiġi introdotta f’żoni oħrajn tat-tkabbir fl-Italja. Madankollu, dawn it-tentattivi fallew, għaliex il-varjetà naqset milli tadatta jew, fi kwalunkwe każ, ma wrietx il-karatteristiċi kummerċjali u organolettiċi tal-ġellewż li jikber fiż-żona tal-oriġini. “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” li tikber fiż-żona ddefinita ilha magħrufa sa min-nofs id-19-il seklu għall-karatteristiċi organolettiċi irfinuti tagħha, li kkontribwew għall-prestiġju garantit tal-industrija konfezzjonarja fil-Piemonte. Fil-fatt, fit-tieni nofs tad-19-il seklu, bl-iżvilupp tal-ewwel azjendi tal-industrija tal-ħelu fl-Italja u barra, il-kummerċ ta' dan il-ġellewż beda jiffjorixxi fil-Piemonte. Dak iż-żmien, il-ġellewż prodott li kien jammonta għal ftit mijiet ta’ eluf ta’ kili, kien jinxtara bil-qoxra minn azjendi tal-ħelu lokali żgħar prinċipalment għall-użu fil-produzzjoni taċ-ċikkulata, u kien jitqaxxar mill-azjendi nfushom. Il-karatteristiċi organolettiċi eċċellenti ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” jfissru li r-reputazzjoni tagħha kibret malajr madwar il-kumpaniji konċernati, kemm fl-Italja kif ukoll barra. Fil-fatt, sa kmieni fil-bidu tas-seklu 20, il-prodott kien qed jiġi esportat lejn diversi pajjiżi fl-Ewropa u lil hinn, bħall-Isvizzera, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, iċ-Ċile, El Salvador u l-Ġappun.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għal emenda għal “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 77 tat-2 ta’ April 2009.
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott issa huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew inkella:
billi wieħed imur direttament fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fir-rokna tal-lemin ta’ fuq tal-iskrin) u wara fuq “Disciplinari di Produzione all'esame dell'UE”.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
Rettifika
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/23 |
Rettifika għas-sejħa għall-proposti – “Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni (PAK)” L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2013
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 223 tas-27 ta’ Lulju 2012 )
2012/C 330/11
Fuq il-paġna 4, punt 1, it-tieni paragrafu:
minflok:
“bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014.”,
aqra:
“bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014.”.
Fuq il-paġna 5, punt 3, l-ewwel paragrafu:
minflok:
“bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014.”,
aqra:
“bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014.”.
Fuq il-paġna 6, punt 4.2, l-ewwel paragrafu 1:
minflok:
“il-31 ta' Ottubru 2012”,
aqra:
“it-30 ta' Novembru 2012”.
Fuq il-paġna 6, punt 4.2, ir-raba' paragrafu:
minflok:
“il-31 ta' Ottubru 2012”,
aqra:
“it-30 ta' Novembru 2012”.
Fuq il-paġna 6, punt 4.2, is-sitt paragrafu 6:
minflok:
“is-17 ta' Ottubru 2012.”,
aqra:
“is-17 ta' Novembru 2012.”.
Fuq il-paġna 7, punt 4.2, is-seba' paragrafu 7:
minflok:
“l-24 ta' Ottubru 2012.”,
aqra:
“l-24 ta' Novembru 2012.”.
Fuq il-paġna 7, punt 5.4, it-tielet paragrafu 3:
minflok:
“l-aħħar ta' Jannar 2013.”,
aqra:
“l-aħħar ta' Frar 2013.”.
Fuq il-paġna 12, punt 3 (b), l-ewwel inċiż:
minflok:
“il-31 ta' Ottubru 2012”,
aqra:
“it-30 ta' Novembru 2012”.
Fuq il-paġna 12, punt 3 (b), it-tmien inċiż:
minflok:
“bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014,”,
aqra:
“bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014,”.