ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.236.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 236

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
7 ta' Awwissu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 236/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6630 – L Capital/Paladin/Cigierre-Compagnia Generale Ristorazione) ( 1 )

1

2012/C 236/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 236/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 236/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6628 – Trinecke Zelezarny/ZDB Dratovna) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

3

 

Rettifika

2012/C 236/05

Rettifika għall-avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità - Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku fin-Norveġja (ĠU C 168, 14.6.2012)

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6630 – L Capital/Paladin/Cigierre-Compagnia Generale Ristorazione)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 236/01

Fid-19 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6630. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 236/02

Fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6540. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Awwissu 2012

2012/C 236/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2379

JPY

Yen Ġappuniż

96,99

DKK

Krona Daniża

7,4422

GBP

Lira Sterlina

0,79500

SEK

Krona Żvediża

8,3401

CHF

Frank Żvizzeru

1,2013

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3945

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,158

HUF

Forint Ungeriż

275,66

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6963

PLN

Zloty Pollakk

4,0345

RON

Leu Rumen

4,5798

TRY

Lira Turka

2,2035

AUD

Dollaru Awstraljan

1,1727

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2385

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6004

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5112

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5370

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 396,34

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1156

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8904

HRK

Kuna Kroata

7,5135

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 720,81

MYR

Ringgit Malażjan

3,8449

PHP

Peso Filippin

51,732

RUB

Rouble Russu

39,2583

THB

Baht Tajlandiż

38,969

BRL

Real Brażiljan

2,5130

MXN

Peso Messikan

16,2109

INR

Rupi Indjan

68,7370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6628 – Trinecke Zelezarny/ZDB Dratovna)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 236/04

1.

Fit-30 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Trinecke Zelezarny a.s. (“TZ”, ir-Repubblika Ċeka) li tappartjeni għall-grupp ta' Moravia Steel a.s. (“Moravia Steel”, ir-Repubblika Ċeka) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta' partijiet mill-Grupp ZDB a.s. (ZDB, ir-Repubblika Ċeka) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida, ZDB Dratovna a.s. (“Dratovna”, ir-Repubblika Ċeka).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TZ u Moravia Steel: diversi prodotti tal-azzar, inkluża l-produzzjoni ta' vireg tal-wajer u prodotti twal tal-azzar oħra rrumblati bis-sħana, prodotti nofshom lesti, azzar wiesgħa universali rrumblat bis-sħana, tubi bla saldaturi u azzar miġbud u mqaxxar (eż. wajer miġbud mingħajr sħana u steelbars imqaxxra),

għal Dratovna: produzzjoni u distribuzzjoni ta' wajers miġbuda mingħajr sħana u prodotti magħmula minn wajers miġbuda mingħajr sħana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6628 – Trinecke Zelezarny/ZDB Dratovna, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/5


Rettifika għall-avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità - Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku fin-Norveġja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 168 tal-14 ta’ Ġunju 2012 )

2012/C 236/05

F’paġna 4, fit-tielet linja “Perjodu ta’ validità tal-kuntratt”:

fejn hemm:

“Mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Marzu 2016”

għandu jinqara:

“Mill-1 ta’ Diċembru 2012 sal-31 ta’ Marzu 2016”