ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.186.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
26 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 186/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012)

1

2012/C 186/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/334/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 543/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

3

2012/C 186/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 186/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 186/05

Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking

7

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 186/06

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 186/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express) ( 1 )

9

2012/C 186/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6620 – Platinum Equity/Caterpillar Logistics Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 186/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

2012/C 186/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012)

2012/C 186/01

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.

Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm

Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom) fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sas-27 ta' Awwissu 2012.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 12.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/334/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 543/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

2012/C 186/02

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/334/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 543/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

Fit-18 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju 2012 il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni nominati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Unita tal-Koordinazzjoni – DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 75.

(2)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 15.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

2012/C 186/03

L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012 (2), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawn il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti ta' dawn l-Annessi.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C Unità ta' Koordinazzjoni

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 80.

(2)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 20.


Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Ġunju 2012

2012/C 186/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2488

JPY

Yen Ġappuniż

99,57

DKK

Krona Daniża

7,4335

GBP

Lira Sterlina

0,80285

SEK

Krona Żvediża

8,8165

CHF

Frank Żvizzeru

1,2008

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4980

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,813

HUF

Forint Ungeriż

287,53

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6964

PLN

Zloty Pollakk

4,2548

RON

Leu Rumen

4,4678

TRY

Lira Turka

2,2703

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2480

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2861

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6908

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5881

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6023

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 451,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5618

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9465

HRK

Kuna Kroata

7,5330

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 836,60

MYR

Ringgit Malażjan

3,9903

PHP

Peso Filippin

53,256

RUB

Rouble Russu

41,4700

THB

Baht Tajlandiż

39,824

BRL

Real Brażiljan

2,5932

MXN

Peso Messikan

17,3833

INR

Rupi Indjan

71,2000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/7


Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking

2012/C 186/05

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja: ENIAC-2012-2

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:

http://www.eniac.eu/web/calls/ENIACJU_Call7_2012-2.php


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/8


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

2012/C 186/06

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw aktar ’il quddiem l-opportunità li jelaboraw, jikkonfutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Il-miżuri

Ir-referenza

Id-data tal-iskadenza (3)

Ferrosilikon

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Kazakistan u r-Russja

Dazju tal-anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 (ĠU L 55, 28.2.2008, p. 6) kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1297/2009 (ĠU L 351, 30.12.2009, p. 1)

1.3.2013


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 186/07

1.

Fil-15 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża United Postal Service Inc. (“UPS”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża TNT Express N.V. (“TNT Express”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' offerta pubblika ta' akkwist taħt il-liġi Olandiża.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal UPS: fornitur globali tas-servizzi tat-trasport u tal-loġistika speċjalizzati. Hija attiva fis-servizzi ta' kunsinna ta' pakketti żgħar, merkanzija bl-ajru, spedizzjoni tal-merkanzija u loġistika tal-kuntratti,

għal TNT Express: attiva fis-settur tal-loġistika globali u tipprovdi servizzi ta' kunsinna ta' pakketti żgħar, kunsinji ta' merkanzija bl-ajru u bl-art, spedizzjoni tal-merkanzija u loġistika tal-kuntratti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6570 – UPS/TNT Express, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6620 – Platinum Equity/Caterpillar Logistics Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 186/08

1.

Fid-19 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Platinum Equity LLC (“Platinum”, l-Istati Uniti) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdieni ta’ Caterpillar Logistics Services LLC (“CLS”, l-Istati Uniti) mingħand Caterpillar Inc. (“Caterpillar”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Platinum hija kumpanija ta’ ekwità privata li tispeċjalizza fl-akkwist u l-operat ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f'firxa wiesgħa ta’ kummerċ inklużi t-teknoloġija tal-informatika, it-telekomunikazzjoni, it-trasport u l-loġistika, is-servizzi ta’ metall, il-manifattura u d-distribuzzjoni,

CLS hija attiva fil-forniment tal-loġistika tal-kuntratti,

Caterpillar hija l-kumpannija possedenti aħħarija ta’ grupp diversifikat globali li hija attiva, inter alia, fil-forniment ta’ makkinarju, magni u prodotti finanzjarji. Timmanifattura u tbigħ magni u makkinarju għal għadd kbir ta’ applikazzjonijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6620 – Platinum Equity/Caterpillar Logistics Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 186/09

Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għal applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“ΚΟΠΑΝΙΣΤΗ” (KOPANISTI)

Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0450-09.03.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (li għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta' emenda/i:

Emenda għad-Dokument Uniku jew l-Iskeda tas-Sommarju

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta' DPO jew IĠP reġistrati li għalihom ma ġewx ippubblikati la d-Dokument Uniku u lanqas l-Iskeda tas-Sommarju.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni li ma tesiġix emendi għad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja għall-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-metodu għall-produzzjoni tal-Kopanisti, kif inhu attwalment prodott f'impriżi tal-ġobon organizzati, ġie mtejjeb u huwa kemxejn differenti mill-metodu użat għall-produzzjoni domestika tal-ġobon sabiex tkun iffaċilitata l-produzzjoni, titjeb il-kwalità, tintuża l-materja prima disponibbli fuq kull gżira u jonqsu l-ispejjeż.

Il-grupp applikant, bħala produttur ta' Kopanisti fl-impriża tal-ġobon tiegħu, qed jitlob li jiġi emendat il-metodu ta' produzzjoni tal-Kopanisti kif ġej:

(a)

wara li tinqasam, il-baqta tal-ġobon għandha titqiegħed għall-iskulatura fi xkejjer li jistgħu jkunu tad-drapp iżda wkoll minn materjali adattati oħra. Wara għandha tingħasar sabiex jitneħħa l-likwidu. L-ixkejjer tad-drapp mhumiex faċli biex jintużaw u t-tindif tagħhom għall-użu mill-ġdid jieħu ħafna xogħol u ħin. L-ixkejjer sintetiċi magħmula minn materjal li jista’ jinutża mal-ikel huma żvilupp teknoloġiku riċenti.

(b)

alternattivament, għandu jkun possibbli, fl-istadju meta l-baqta skulata titħallat mal-melħ, li jiġi miżjud butir frisk sa proporzjon ta' 15 % sabiex jitjiebu t-tessut, it-togħma u l-aroma tal-Kopanisti, prattika li hija mifruxa sew fil-produzzjoni domestika tal-ġobon fi ħdan iż-żona ta' produzzjoni. Il-butir isir mill-krema miksuba mill-ixkumar tal-ħalib prodott fiż-żona taċ-Ċikladi, li jintuża fil-produzzjoni ta' ġobnijiet oħra fiż-żona. Il-ħalib huwa prodott mill-istess annimali tal-impriża tal-ħalib li jinżammu taħt l-istess kundizzjonijiet u mitmugħa l-istess dieta fi ħdan iż-żona identifikata tal-gżejjer taċ-Ċikladi.

Il-konsumaturi jqisu li Kopanisti tajjeb għandu jkollu tessut kremuż, togħma punġenti għal waħda kemxejn pikkanti jew tal-bżar kif ukoll aroma pjaċevoli. Il-butir frisk huwa ideali biex jingħataw dawn it-tliet karatteristiċi lill-Kopanisti u biex titjieb b'mod sifinikanti l-kwalità tiegħu: iżid il-kontenut ta' xaħam tiegħu, iżid il-kremożità tiegħu, itaffi t-togħma pikkanti/ta' bżar u jtejjeb l-aroma tiegħu.

3.2.   Tikkettar:

Fl-interess ta' informazzjoni sħiħa għall-konsumatur, it-tip jew tipi ta' ħalib użati biex isir il-Kopanisti u kwalunkwe butir miżjud għandhom jiġu inklużi fl-indikazzjonijiet obbligatorji.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΚΟΠΑΝΙΣΤΗ” (KOPANISTI)

Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0450-09.03.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Κοπανιστή” (Kopanisti)

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Kopanisti huwa ġobon mielaħ b'tessut kremuż u togħma punġenti li huwa tradizzjonalment prodott mill-ħalib tal-baqra, ħalib tan-nagħġa jew ħalib tal-mogħża jew minn taħlita ta' dawn.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-Kopanisti huma:

Kontenut massimu tal-ilma: 56 %

Kontenut minimu ta' xaħam (materja niexfa): 43 %

Konsistenza: ġobon artab b'tessut kremuż

Qoxra: ma għandux

Tessut: artab, kremuż

Kulur: safrani għal kannella ċar

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

Il-kwalità tal-Kopanisti hija determinata direttament mit-tip ta' ħalib li minnu jiġu magħmul. Aktar ma jkun rikk fil-kostitwenti solidi tiegħu, iżjed ma jkun tajjeb il-Kopanisti. Ir-razez tal-annimali tradizzjonalment imrobbija fiż-żona tal-Prefettura taċ-Ċikladi u l-ispeċifiċitajiet klimatiċi u ġeografiċi taż-żona jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta' ħalib ta' din il-kwalità.

L-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-ħalib sabiex ikun jista' jiġi prodott il-Kopanisti huma dawn li ġejjin:

għandu joriġina fir-reġjun ġeografiku tal-Prefettura taċ-Ċikladi

għandu jkun ħalib tal-baqra, ħalib tan-nagħġa jew ħalib tal-mogħża jew taħlita ta' dawn

għandu jiġi minn razez tan-nagħġa, tal-mogħża jew tal-baqra li huma mrobbija b'mod tradizzjonali, huma adatti għaż-żona u jieklu minn dieta li ġeneralment hija msejsa fuq il-flora taż-żona.

għandu jkun ħalib kompletament xaħmi.

għandu jiġi min taħlib imwettaq mill-anqas għaxart ijiem wara li l-annimal iwelled

il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-ġobon ma għandux ikun konċentrat jew jinkludi trab tal-ħalib jew ħalib konċentrat, proteini tal-ħalib, kaseinati, sustanzi koloranti, preservattivi jew sustanzi antibijotiċi

jista' jiġi miżjud butir frisk sa proporzjon ta' 15 % tal-baqta skulata tal-ġobon li ssir Kopanisti wara l-maturazzjoni. Il-butir isir mill-krema miksuba mill-ixkumar tal-ħalib prodott fiż-żona tal-Prefettura taċ-Ċikladi, li jituża fil-produzzjoni ta' ġobnijiet oħra fiż-żona.

3.4.   Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Id-dieta tal-annimali hija fil-biċċa l-kbira msejsa fuq ir-rigħi fuq mergħat b'kapaċità baxxa ta' mergħa iżda b'flora partikolarment rikka, unika għall-għadd ta' speċijiet endemiċi ta' veġetazzjoni tagħha.

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet klimatiċi tagħhom, il-gżejjer taċ-Ċikladi għandhom staġuni ċarament iddefiniti: staġun bix-xita (minn Ottubru sa April) u staġun niexef (minn Mejju sa Settembru).

Minn Mejju sa Settembru, il-veġetazzjoni tal-mergħat tinxef kompletament. Matul dan il-perjodu, l-annimali, fil-biċċa l-kbira, jieklu veġetazzjoni nativa lokali tal-mergħat jew għalf taċ-ċereali jew legumi (ġulbiena, silla, xnien, eċċ) mill-għelieqi fi ħdan iż-żona definita. Madankollu, l-għalf li huwa prodott fi ħdan iż-żona definita mhuwiex biżżejjed u minn Mejju sa Settembru (produzzjoni mnaqqsa tal-ħalib) id-dieta tal-annimali hija supplimentata minn għalf prodott barra ż-żona sa proporzjoni ta' 40 % tad-dieta tagħhom. Tali għalf jinkludi żrieragħ taċ-ċereali llamtati, fibra alimentari u tiben.

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeorgrafika definita:

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-ħalib, l-ipproċessar tal-ħalib u l-maturazzjoni tal-prodott finali jitwettqu fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-tikkettar:

L-ippakkjar tal-Kopanisti għandu juri l-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Κοπανιστή” (Kopanisti)

denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO):

ġobon

fejn applikabbli, it-tip jew tipi ta' ħalib użati biex isir il-prodott u fejn xieraq, l-indikazzjoni: “bil-butir miżjud”

fejn jintuża ħalib mhux ipproċessat (mhux pasturizzat), indikazzjoni tal-marka speċjali prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE (il-Kapitolu IV tat-Taqsima tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004)

l-isem u l-post tal-produttur u dak li jippakkja

il-piż tal-kontenut

id-data ta' produzzjoni

id-dejta ta' kontroll li ġejja:

l-ewwel żewġ ittri tad-denominazzjoni ta' oriġini: KO

in-numru tas-serje tal-materjal tal-ippakkjar (eż. ΚΟ1650-20/12/94)

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-Kopanisti hija ddefinita mill-fruntieri amministrattivi tal-Unità Reġjonali taċ-Ċikladi fil-Greċja, li hija magħmula minn 24 gżira abitata u iktar minn aktar minn 100 gżira u gżejriet mimlija blat mhux abitati u li jinsabu fil-Baħar Eġew tan-nofsinhar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

(a)   Ħamrija

Iż-żoni li fihom jiġi prodott il-Kopanisti huma l-kumpless ta' gżejjer taċ-Ċikladi, magħmul minn iktar minn 124 gżira u gżejriet mimlijin blat abitati kif ukoll mhux abitati, li jammontaw għal total ta' 2 768 kilometru kwadru.

Il-blat li jiffurma l-istruttura taċ-Ċikladi huma ta' oriġini splussiva, volkanika u metamorfika. Il-mergħat ikopru aktar minn 55 % tal-erja ta' superfiċje tal-Prefettura taċ-Ċikladi.

(b)   Klima

Ir-reġjun taċ-Ċikladi, fejn l-isotermi annwali jvarjaw bejn 18 °C u 19 °C, għandu klima moderata sa waħda marittima, b'livell baxx ta' xita fis-sena. Huwa primarjament reġjun relattivament niexef u wieħed bl-ikbar ammont ta' riħ fil-Greċja. Is-sjuf huma friski minħabba r-riħ etesjan.

L-umdità relattiva annwali medja, it-temperatura annwali medja, l-għadd ta' ġranet ta' xita u s-sigħat ta' xemx fis-sena f'żoni differenti tal-Prefettura taċ-Ċikladi fejn huwa prodott il-Kopanisti huma dawn li ġejjin:

Stazzjon meteoroloġiku

Umdità relattiva annwali medja (%)

Temperatura annwali medja (°C)

Ġranet ta' xita

Sigħat ta' xemx

Syros

65

18,5

79,6

2 894,7

Paros

76

18,4

63,1

2 840,7

Naxos

71

18,4

82,0

2 622,5

(Ministeru tad-Difiża, 1978)

(c)   Flora

Li ġejjin huma flora tipika taċ-Ċiklidi:

Speċijiet endemiċi: Fritillaria tuntasia (Kythnos), Campanula sartorii (Andros), Mysorus heldreichii (Dilos), Symphytum naxicola (Naxos), Helichrysum amorgianum (Amorgos) (Voliotis, 1987).

Frigana (arbuxell) Quercus coccifera, Sarcopoterium spinosum, Genista acanthoclada, Anthyllis hermanniae, Euphorbia acanthothamnos, Thymelaea hirsuta, Hypericum empetrifolium, Cistus incanus, Cistus salvifolius, Satureja thymbra, Thymus capitus, Globularia alypum, eċċ.

Veġetazzjoni ta' arbuxelli għudin: Laurus nobilis, Cercis siliquastrum, Calicotome villosa, Spartium junceum, Cotinus coggygria, Erica arborea, Myrtus communis, Erica manipuliflora, Asparagus acutifolius, eċċ.

Flora kostali

Bajjiet bil-blat u bjur tal-melħ: Arthrocnemum fruticosum, Salsola kali, Matthiola tricuspidata, Cakile maratima, Eryngium maritinum, Eryngium creticum, Crithmum maritimum, Inula crithmoides, eċċ.

Bajjiet tar-ramel: Pinus pinea, Polygonum maritimum, Glaucium flavum, Malcolmia flexuosa, Cakile maritima, Medicago marina, Euphorbia peplis, Tamarix spp., Eryngium maritimum, Eryngium creticum, Echinophora spinosa, Cionura erecta, Calystegia soldanella, Xanthium strumarium, Pancratium maritimum, eċċ. (Polunin, 1980).

Tipi u razez ta' annimali li jipproduċu ħalib u l-krema użata biex jiġi preparat il-ġobon kopanisti

Il-kundizzjonijiet ġeofiżiċi u klimatiċi speċifiċi tal-Greċja kienu fatturi determinanti għall-iżvilupp tat-trobbija tal-mogħoż u n-nagħaġ. Il-karatteristiċi ewlenin huma l-prevalenza tas-sistema ta' trobbija estensiva, impriżi ta' skala żgħira u l-iżvilupp ta' razez ta' nagħaġ u mogħoż b'kostituzzjoni b'saħħitha, il-ħila ta' adattament għall-kundizzjonijiet diffiċli prevalenti fil-Greċja u l-produzzjoni baxxa tal-ħalib. L-adattament għall-kundizzjonijiet fiżiċi u l-użu ta' mergħat b'varjetà kbira ta' veġetazzjoni, uniċi għall-għadd tagħhom ta' speċijiet ta' veġetazzjoni endemika, jirriżultaw fil-produzzjoni ta' ħalib li għandu kompożizzjoni partikolarment rikka u proprjetajiet organolettiċi eċċellenti. Il-kwalità tal-ħalib, flimkien mal-esperjenza tal-produtturi tal-ġobon, jissarrfu f'sensiela ta' ġobnijiet ta' kwalità, fejn wieħed mill-iktar magħrufin minnhom huwa l-Kopanisti.

Il-biċċa l-kbira tan-nagħaġ imrobbija fil-Greċja, u speċjalment fiċ-Ċikladi, jikkondividu sfond ġenetiku komuni iżda l-karatteristiċi tagħhom ivarjaw abbażi tal-kundizzjonijiet partikolari taż-żona li fiha jiġu mrobbija. L-annimali huma żgħar fid-daqs u adatti sew għall-kundizzjonijiet ġeofiżiċi u klimatiċi diffiċli tal-Greċja; jipproduċu kwantitajiet żgħar ta' ħalib (80-120 kg fis-sena), iżda l-ħalib tagħhom huwa ta' kwalità eċċellenti. Dan huwa primarjament dovut għall-mod kif jiġu mrobbija l-annimali u d-diversità tal-flora tal-kampanja Griega Il-biċċa l-kbira tan-nagħaġ fil-Greċja jappartjenu għar-razza Zackel (Ovis Aries L.). Flimkien mar-razez nativi ta' nagħaġ, hemm ukoll razez barranin u taħlit ta' dawn ir-razez ma' dawk nativi, iżda l-ħalib tagħhom għandu kompożizzjoni aktar dgħajfa (Hatziminaoglou & Co., 1985).

Fir-rigward tal-mogħoż, il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni (madwar 80 %) hija magħmula minn razez lokali u madwar 14 % huma annimali mtejba li ġew imħallta ma' razez barranin differenti, filwaqt li s-6 %, bejn wieħed u ieħor, li jifdal huwa magħmul mir-razza Zaanen. Mogħoż indiġenu jvarja fir-rigward tal-kulur tiegħu u għandu l-karatteristiċi ta' annimal mhux imtejjeb, bħal statura żgħira, livelli baxxi ta' twelid multiplu, produzzjoni baxxa ta' ħalib u kostituzzjoni b'saħħitha. Il-produzzjoni annwali tal-ħalib tvarja bejn il-50 sal-100 kg ħalib għall-annimali fiż-żoni muntanjużi u minn 120 sa 150 kg għall-annimali fil-pjanuri. Fiż-żoni muntanjużi, semi-muntanjużi u tal-gzejjer, il-biedja marbuta mal-mogħoż hija kważi esklussivament ibbażata fuq ir-ragħi ħieles. Fil-pjanuri, fejn jinżammu r-razez imtejba jew barranin, tiddomina t-trobbija domestika jew semi-domestika. (Hatziminaoglou & Co., 1985).

Fir-rigward tal-baqar, hemm predominanza tar-razza Holstein-Friesian, ir-razza Svizzera u r-razza nativa Kea fil-Prefettura taċ-Ċikladi (Dipartiment Agrikolu taċ-Ċikladi, 1993).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-karatteristika ewlenija tal-Kopanisti hija l-kontenut għoli ta' melħ tiegħu, it-togħma qawwija, pikkanti/ta' bżar tiegħu, kif ukoll it-tessut kremuż u l-aroma rikka tiegħu.

It-togħma qawwija, pikkanti/ta' bżar tiegħu hija dovuta lill-proteolisi u l-lipolisi estensivi waqt il-proċess ta' maturazzjoni. Il-ġobon jimmatura b'mod uniku. Il-massa skulata u mielħa, kemm jekk arrikkita bil-butir frisk mhux ipproċċesat jew le, titqiegħed f'kontenituri b'għonq wiesa' u tiġi ttrasferita f'post frisk b'umdità relattiva għolja, fejn titħalla mingħajr ebda intervent ulterjuri sakemm jitfaċċa tkabbir mikrobjali abbundanti fuq il-wiċċ. Meta jseħħ dan, il-massa tal-ġobon hija magħġuna sabiex it-tkabbir mikrobjali jinfirex b'mod uniformi madwar il-ġobon. Ladarba jsir dan, il-ġobon jiġi sostitwit fil-kontenituri ta' għonq wiesa'. Il-proċess huwa ripetut bejn darbtejn u erba' darbiet waqt il-perjodu ta' maturazzjoni, li normalment idum bejn 30 u 40 ġurnata.

Sabiex jitħaffef il-proċess u sa ċertu punt tiġi kkontrollata l-maturazzjoni tal-Kopanisti, il-massa tal-ġobon li għadha kif ġiet skulata u aċida, ta' spiss titħallat ma' Kopanisti qadim ta' kwalità tajba, imsejħa l-“mamma tal-Kopanisti”, sa propozjon ta' 10 % tal-massa tagħha.

It-tkabbir mikrobjali abbundanti li jinkiseb mill-manipulazzjonijiet imwettqa waqt l-istadju ta' maturazzjoni jipprovdi lill-ġobon l-enżimi mikrobjali li jikkaġunaw il-proteolisi u lipolisi rapidi u estensivi, li jwasslu għall-maturazzjoni rapida, it-togħma punġenti u l-aroma rikka tal-Kopanisti.

It-tessut kremuż tal-Kopanisti huwa r-riżultat kemm tal-azzjoni tal-enżimi tal-flora mikrobjali li tiżviluppa waqt l-istadju ta' maturazzjoni u l-kontenut ikbar ta' ilma tal-ġobon, li permezz tiegħu jiġi klassifikat bħala ġobon artab. It-tessut huwa saħansitra aktar kremuż jekk il-butir frisk jiġi miżjud waqt il-proċess ta' produzzjoni. Minbarra dan, din il-prattika, jiġifieri it-taħlit tal-butir frisk fil-baqta tal-ġobon, kienet u għadha prattika normali fil-produzzjoni domestika tal-Kopanisti, tal-anqas f'Tinos.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-elementi ewlenin tar-rabta fiżika bejn il-kwalità u l-karatteristiċi tal-Kopanisti u l-ambjent ġeografiku jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

It-togħma rikka tal-Kopanisti hija marbuta partikolarment mal-kompożizzjoni kimika rikka tal-ħalib użat, li jiġi prodott minn razez lokali ta’ annimali li jipproduċu kwantitajiet żgħar ta’ ħalib (80-120 kg fis-sena), għandhom kostituzzjoni b'saħħitha u huma adatti sew għal kundizzjonijiet ġeofiżiċi u klimatiċi diffiċli taċ-Ċikladi (livelli baxxi ta’ xita, sigħat twal ta' dawl tax-xemx, riħ qawwi, eċċ.)

L-aroma distinta tal-Kopanisti hija dovuta, fost affarijiet oħra, lill-eżistenza ta' patrmonju ta' pjanti endemiċi u aromatiċi fil-mergħat naturali taż-żona definita, li jintużaw mill-bdiewa tal-bhejjem biex jitimaw il-bhejjem fid-dawl tal-esperjenza tagħhom.

It-togħma qawwija, pikkanti/tal-bżar tiegħu hija dovuta lill-proteolisi u l-lipolisi estensivi permezz ta' tkabbir mikrobjali abbundanti waqt il-proċess ta' maturazzjoni.

Il-kwalità konsistenti tal-prodott tinżamm billi titħallat il-baqta friska tal-ġobon ma' Kopanisti qadim ta' kwalità tajba, sa proporzjoni ta' 10 % tal-massa tiegħu.

Il-metodu għall-produzzjoni tal-Kopansti ġie żviluppat matul is-snin permezz tal-esperjenza stabbilita tal-produtturi u jisfrutta kemm jista' l-materja prima kif ukoll il-kundizzjonijiet klimatiċi tal-gzejjer taċ-Ċikladi. L-iskulatura tal-baqta tal-ġobon sakemm tintlaħaq umdità xierqa u, wara, it-taħlit tal-baqta skulata mal-melħ sakemm jinfirex b'mod uniformi u l-massa tal-ġobon tkun omoġenja għandhom rwol sinifikanti, u b'hekk joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir mikrobjali kkontrollat. Il-materja mikrobjali abbundanti li tiżviluppa mingħajr intervent ulterjuri fuq is-superfiċje tal-ġobon hija mifruxa b'mod uniformi madwar il-massa tal-ġobon minħabba l-manipulazzjonijiet differenti li jitwettqu matul il-maturazzjoni. Dan jipprovdi enżimi mikrobjali lill-baqta tal-ġobon li jikkaġunaw proteolisi u lipolisi rapidi u estensivi u jikkontribwixxu għall-maturazzjoni rapida, it-togħma punġenti, it-tessut kremuż u l-aroma rikka tal-Kopanisti.

Il-Kopanisti huwa magħruf sew bħala ġobon tradizzjonali li nħoloq u ġie żviluppat fil-Greċja u b'mod partikolari fil-gżejjer tal-Prefettura taċ-Ċikladi. Dan ġie prodott fiċ-Ċikladi mingħajr waqfien għal bosta snin.

Ir-referenza għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-ġobon fil-Greċja jmorru lura sekli sħaħ. Għall-Griegi Antiki, il-ħalib kien meqjus bħala ikel sagru peress li Zeus kien jiġi mogħti l-ħalib tal-mogħża Amaltea. Skont il-mitoloġija Griega, l-arti tal-produzzjoni tal-ġobon kien don mogħti lin-nies mortali mill-allat tal-Olimpu. Tyro, bint Salmoneas u Alkidiki “… tat l-isem tagħha lill-kelma Griega għall-ġobon (“tyri”) minħabba l-bjuda u l-irtubija ta' ġisimha …” (Diodorus Siculus). Fl-Odissea (I, 218-250), Omeru jirreferi għat-tħejjija tal-ġobon miċ-Ċiklopu Polifemu (Sideris, 1982).

Fil-ktieb tiegħu “Vjaġġ sa Tinos, waħda mill-gzejjer tal-Arċipelagu” ippubblikat bil-Franċiż fl-1809 f'Pariġi u maħruġ mill-ġdid fl-1998 mill-assoċjazzjoni “Ħbieb ta' Kronos ta' Tinos”, fit-traduzzjoni Griega tiegħu, Markakis Zalonis, tabib u filosfu minn Tinos, jikteb fil-kapitlu “prodotti ta' Tinos”: “… Tinos jipproduċi … Huma jipproduċu ġobnijiet rotob, ftit li xejn żejt …” u taħt, fil-kapitlu dwar “id-dieta tal-abitanti ta' Tinos”: “… l-ikel li jifforma l-tliet ikliet ewlenin tal-abitanti ta' Tinos huma primarjament preparazzjonijiet tal-laħam. Ma' dan huma jżidu bajd, ġobon frisk, ġobon artab li huwa punġenti u aktar qawwi minn Roquefort jew Géromé maturati, u ġobon mielaħ mill-Peloponnese …” F'dan l-istadju, huwa ċar li M. Zalonis qed jirreferi għal Kopanisti ta' Tinos, u jsibu iktar qawwi u punġenti minn ġobon Roquefort maturat!

Fl-Olimpijadi tal-1859 u l-1870, hemm referenza għall-premji distribwiti lill-prodotti differenti esibiti. Fil-kategorija tal-prodotti tal-ġobon, hemm referenza għall-għoti ta' premju lill-Kopanisti minn Syros.

Liambeis (1899), waqt li kien qed jirreferi għall-metodu ta' produzzjoni tal-Kopanisti, kiteb: “… il-ġobon għandu togħma qawwija u ta' bżar, u minħabba dawn il-karatteristiċi dan jitqies bħala speċjalità alimentari … u jinbiegħ għal prezz għoli mhux ħażin bħala oġġett ta' lussu”.

Deskrizzjonijiet estensivi tal-Kopanisti huma mogħtija wkoll minn Dimitriadis (1900), Tzouliadis (1936) u Zigouris (1952, 1956).

Fl-aħħar nett, B. K. Veinoglou u E. Anifantakis jiddeskrivi l-Kopanisti fil-kapitlu intitolat “produzzjoni speċifika tal-ġobon” tal-manwal universitarju tagħhom “Teknoloġija tal-Qasam tal-Ħalib – It-Tieni Volum”, Edituri Karamberopoulos (1980). Dawn jinnutaw li “… it-tipi l-aktar magħrufa ta' Kopanisti huma l-Kopanisti minn Mykonos u Kopanisti minn Tinos …”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/greek/data/Προδιαγραφές%20Κοπανιστή%20ΠΟΠ.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/18


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 186/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“ΚΑΛΑΜΑΤΑ” (KALAMATA)

Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0037-21.12.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta' emenda/i:

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

£ Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

F'din l-applikazzjoni, iż-żejt taż-żebbuġa prodott huwa deskritt b'aktar dettall milli fid-dossier inizjali ta' reġistrazzjoni. Qed jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet aktar stretti ta' kwalità b'mod li jiġi żgurat li l-isem jintuża biss għal dak iż-żejt taż-żebbuġa tal-ogħla kwalità fiż-żona.

3.2.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO hija definita bħala żona magħluqa bejn il-fruntieri amministrattivi ta' Messinia, li hija unità reġjonali tar-Reġjun ta' Peloponnese, sabiex ikunu inklużi ż-żoni kollha fejn jitkabbar iż-żebbuġ u fejn jiġi prodott iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata. Ta' min jinnota li l-varjetajiet ta' żebbuġ imkabbra, il-metodi ta' kultivazzjoni użati, l-ipproċessar tal-frott, l-istorja tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u r-rabta mill-qrib mal-manjieri u d-drawwiet tan-nies, kif ukoll il-ħamrija u l-klima, huma simili fiż-żoni kollha ta' Messinia fejn jitkabbar iż-żebbuġ. Għaldaqstant, iż-żejt taż-żebbuġa extraverġini li jsir fiż-żoni kollha ta' Messinia li jinsabu barra l-provinċja antika ta' Kalamata għandu l-istess proprjetajiet fiżiċi u kimiċi u l-istess karatteristiċi organolettiċi bħaż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO.

It-testijiet organolettiċi li saru fuq kampjuni ta' żejt taż-żebbuġa extraverġini minn Messinia fil-laboratorju kimiku tal-Ministeru tal-Iżvilupp – is-Segretarjat Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumaturi, u li huwa rikonoxxut mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ, juru li ż-żjut taż-żebbuġa kollha li joriġinaw minn Messinia għandhom karatteristiċi organolettiċi simili. Fil-grupp taż-żjut taż-żebbuġa prodotti fiż-żona attwali tad-DPO, il-medjan tal-fruttat huwa Mf = 3,4 u l-medjan tad-difetti huwa Md = 0. Fil-grupp taż-żjut taż-żebbuġa prodotti fil-bqija ta' Messinia, il-medjan tal-fruttat huwa Mf = 3,9 u l-medjan tad-difetti huwa Md = 0. Fil-grupp taż-żjut taż-żebbuġa prodotti fiż-żona attwali tad-DPO, il-medjan tal-qrusa huwa Mf = 2,37 u l-medjan tal-attribut pikkanti huwa Md = 3,33. Fil-grupp taż-żjut taż-żebbuġa prodotti fil-bqija ta' Messinia, il-medjan tal-qrusa huwa Mf = 2,51 u l-medjan tal-attribut pikkanti huwa Md = 3,21.

It-testijiet li saru fil-laboratorju kimiku tal-Ministeru tal-Iżvilupp - is-Segretarjat Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur mis-sena 2000 sal-2010, juru li ż-żejt taż-żebbuġa Kalamata li jiġi prodott madwar Messinia kollha għandu l-istess karatteristiċi, hekk kif jidher fit-tabella hawn taħt.

 

Medja għaż-żona ġeografika attwali

Medja għall-bqija ta' Messinia

Aċidità

0,49

0,49

Valur tal-perossidu

8,35

8,05

Κ270

0,14

0,13

Κ232

1,73

1,53

Steroli totali

1 310

1 267

Aċidu palmitiku %

11,82

11,75

Aċidu palmitolejku %

0,86

0,86

Aċidu steariku %

2,78

2,61

Aċidu olejku %

75,63

76,79

Aċidu linolejku %

7,07

6,1

Għalhekk jeħtieġ li tiġi definita żona ġeografika ġdida, skont l-ispeċifikazzjonijiet stretti stipulati f'din l-applikazzjoni.

3.3.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-metodu ta' produzzjoni ġie emendat b'mod li jinkludi l-użu tal-magni għall-qtugħ taż-żebbuġ (shakers), fejn it-terren ikun jippermetti dan. L-użu tax-shakers iġib miegħu numru ta' vantaġġi, bl-għan li jinqata' żebbuġ ta' kwalità aħjar u għalhekk jiġi prodott żejt taż-żebbuġa ta' kwalità aħjar.

B'mod aktar speċifiku, l-użu tax-shakers, għall-kuntrarju taċ-ċaqliq manwali tas-siġar, jirriżulta:

fi tnaqqis fl-ispiża u l-ħin tal-qtugħ; li jippermetti l-ksib ta' frott mhux mittiefes fiż-żmien ta' qtugħ previst,

f'siġar produttivi ħafna, minħabba li ż-żebbuġ jinqata' u s-siġar jinżabru immedjatament,

fi qtugħ ottimu, mingħajr ma ssir ħsara lill-friegħi jew lill-frott.

Minbarra dan, meta ż-żebbuġ jiġi proċessat fil-magħsar taż-żebbuġ, it-temperatura tal-pejst taż-żebbuġ waqt il-malassazzjoni m'għandhiex taqbeż is-27 °C sabiex tiġi garantita l-kwalità taż-żejt u jitħarsu l-karatteristiċi volatili, il-kulur u l-karattru antiossidanti tiegħu.

L-indikazzjoni fakultattiva “Estrazzjoni Kiesħa”, imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta' marketing għaż-żejt taż-żebbuġa, għalhekk tista' tiġi inkluża fuq l-imballaġġ.

3.4.   Rabta:

Iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata huwa marbut mill-qrib mal-istorja, tradizzjonijiet u l-kultura tar-reġjun kollu ta' Messinia u jikkostitwixxi l-attività prinċipali li jwettqu r-residenti matul ix-xitwa. L-għarfien dwar il-bidu tat-tkabbir taż-żebbuġ u tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa f'Messinia intilef maż-żmien, hekk kif juru sorsi storiċi u skavi li saru minn żmien għal żmien. Iż-żejt taż-żebbuġa huwa u minn dejjem kien fattur ekonomiku u soċjali kruċjali għall-iżvilupp u l-prosperità tar-residenti.

Fir-rigward ta' ħamrija u klima, il-kundizzjonijiet fil-provinċja antika ta' Kalamata u fil-bqija ta' Messinia huma l-istess: artijiet inklinati u bl-għoljiet, ammont moderat ta' xita fis-sena (madwar 750-800 mm), xtiewi moderati, sjuf twal u sħan, sigħat twal ta' xemx, irjieħ moderati u qawwija, terren bl-għoljiet (fejn l-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ ikunu esposti bl-aħjar mod għad-dawl u jkollhom ħafna arja), dawl, ħamrija bil-ġir b'PH li jvarja minn newtrali sa alkalin u konċentrazzjonijiet suffiċjenti ta' fosforu, potassju, boron, eċċ. It-tekniki ta' kultivazzjoni u l-metodi ta' proċessar huma wkoll l-istess fiż-żona ġeografika definita kollha. Iż-żejt taż-żebbuġa prodott f'Messinia kollha u dak li kien jiġi prodott fil-provinċja antika ta' Kalamata għandhom l-istess karatteristiċi speċifiċi ta' kwalità: lewn intens, togħma pjaċevoli, transluċidi b'mod naturali u li fihom bosta sustanzi aromatiċi, livelli ta' aċidità ferm taħt il-limitu massimu permess, profil speċifiku ta' aċidu grass, fruttat medju b'aroma ta' frotta ħadra, ftit qarsa u livell baxx sa livell medju ta' togħma pikkanti.

Il-fatturi li jagħtu l-karatteristiċi speċifiċi lill-materja prima, li jingħaddu liż-żejt taż-żebbuġa Kalamata huma:

il-klima eċċellenti taż-żona (it-taħlita ta' sigħat twal ta' xemx, ammont eċċellenti ta' xita, eċċ)

ix-xtiewi moderati u s-sjuf twal, sħan u nexfin

l-irjieħ moderati u qawwija u t-terren bl-għoljiet fiż-żona, flimkien mal-forma ta' kikkra li l-bdiewa jagħtu lis-siġar matul iż-żabra. It-terren bl-għoljiet f'Messinia mhux dejjem jippermetti li t-tkabbir taż-żebbuġ isir b'mod mekkanizzat jew li l-frott jinqata' b'magna, għalhekk għadhom jintużaw metodi tradizzjonali (żabra, għasir, qtugħ).

ħamrija ħafifa u bil-ġir b'PH li jvarja minn newtrali sa alkalin

konċentrazzjonijiet suffiċjenti ta' fosforu, manjeżju, manganiż, boron, eċċ.

iċ-ċokon tal-ħbula art, li jippermettu lill-bdiewa taż-żebbuġ minn Messinia li jieħdu ħsieb sew tas-siġar tagħhom u jipproduċu żejt ta' kwalità għolja, li jservihom sena sħiħa.

il-qtugħ metikoluż taż-żebbuġ li jsir kif eżatt jintlaħaq il-livell ġust ta' maturazzjoni u l-kundizzjonijiet eċċellenti ta' proċessar. L-omoġeneità taż-żona ġeografika bejn Taïgetos u l-Baħar Jonju, bil-mikroklima partikolari tagħha, li tagħti karatteristiċi komuni liż-żejt taż-żebbuġa Kalamata kollu li ġej minn Messinia.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΚΑΛΑΜΑΤΑ” (KALAMATA)

Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0037-21.12.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Καλαμάτα” (Kalamata)

2.   Stat membru jew Pajjiż terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġetti tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Dan huwa żejt taż-żebbuġa extraverġni prodott miż-żebbuġ tal-varjetajiet Koroneiki u Mastoeidis. Iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO joriġina prinċipalment miż-żebbuġ tal-varjetà Koroneiki b'massimu ta' 5 % li jkun ġej miż-żebbuġ tal-varjetà Mastoeidis. Għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

L-aċidità massima totali espressa fi grammi ta' aċidi olejċi ma taqbiżx iż-0,50 g għal kull 100 g żejt.

L-indikaturi tal-preżenza ta' sustanzi ossidati fiż-żejt taż-żebbuġa għandu jkollhom il-valuri li ġejjin meta jsir l-imballaġġ taż-żejt:

Κ232: massimu 2,20

Κ270: massimu 0,20

Valur tal-perossidu: ≤ 14 MeqO2/kg

Steroli totali: > 1 100 mg/kg

Kontenut ta' aċidi grassi (%):

Aċidu olejku: 70-80

Aċidu linolejku: 4,0-11,0

Aċidu steariku: 2,0-4,0

Aċidu palmitolejku: 0,6-1,2

Aċidu palmitiku: 10,0-15,0

Karatteristiċi organolettiċi:

Deskrizzjoni

Valur medju

Fruttat taż-żebbuġa

3-5

Qrusa

2-3

Togħma Pikkanti

2-4

Difetti

0

Iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO għandu fruttat medju, b'aroma ta' frott aħdar, huwa ftit qares u għandu livell minn baxx sa medju ta' togħma pikkanti.

Kulur: aħdar għal aħdar fl-isfar

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-kultivazzjoni, il-produzzjoni u l-għasir għandhom isiru biss fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Iż-żejt taż-żebbuġa għandu jiġi prodott u, fil-bidu, maħżun fil-fabbriki li jinsabu fiż-żona ġeografika definita li jkunu konformi mar-regoli ta' produzzjoni tal-ikel tal-UE u dawk nazzjonali fis-seħħ u mgħammra b'makkinarju tal-istainless steel u b'tankijiet għall-ħażna tal-istainless steel.

Qtugħ, trasport u ħżin taż-żebbuġ

F'bosta żoni ż-żebbuġ jinġabar billi jiġi mċaqlaq għal isfel minn fuq is-siġra, bl-idejn jew bil-moxtijiet jew bil-magni (shakers) meta l-frotta minn ħadra ssir ħadra fl-isfar u sakemm 50 % tiegħu isir ta' lewn sewdieni, mill-aħħar ta' Ottubru għal madwar 4 sa 5 ġimgħat, skont il-kundizzjonijiet tat-temp li jkun hemm. Il-qtugħ dejjem isir permezz tal-użu ta' xbieki taż-żebbuġ, li jitferrxu taħt is-siġar. Frott li jkun waqa' mal-art (windfalls) qatt ma għandu jinġabar għat-tagħsir.

Iż-żebbuġ jiġi trasportat lejn il-mgħasar taż-żebbuġ f'ċestuni sodi, ventilati, tal-plastik jew fi xkejjer li jkunu magħmulin biss b'materjali naturali, b'kapaċità ta' 30-50 kg. Għandu jiġi trasportat lejn il-mgħasar fejn jingħasar fi żmien 24 siegħa fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli (ħżin 'il bogħod mid-dawl u fuq pallets biex tkun tista' tiċċirkola l-arja u biex ma jkunx hemm kuntatt dirett mal-art), biex b'hekk jiġi evitat kwalunkwe taħsir. Iż-żebbuġ għandu jinżamm f'post frisk sakemm jingħasar. Ma jistgħux jgħaddu aktar minn 24 siegħa bejn il-qtugħ tal-frott u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa extraverġni Kalamata DPO. Iż-żebbuġ ma jistax jinżamm fl-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ, fejn ikun espost għal diversi perikli naturali u mikrobijoloġiċi.

Proċessar taż-żebbuġ

Iż-żebbuġ jiġi proċessat f'mgħasar taż-żejt tradizzjonali jew ċentrifugi, fejn it-temperatura tal-pejst taż-żebbuġ tinżamm taħt 27 °C waqt il-malasazzjoni u tul l-istadji kollha tal-ipproċessar. Fil-magħsar, il-frott jiġi separat mill-weraq u mir-rimjiet, jinħasel u jintbagħat fil-misħaq. Imbagħad, issir il-malasazzjoni tal-pejst taż-żebbuġ għal 20-30 minuta u ż-żejt jiġi estratt jew bi pressjoni jew b'qawwa ċentrifuga, hekk kif jiġi miżjud ftit ilma f'każijiet fejn iż-żebbuġ ma jkunx fih biżżejjed likwidi tal-pjanti.

Il-mgħasar taż-żebbuġ iridu jkunu lokalizzati fil-fruntieri ta' Messinia.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO irid jinħażen f'tankijiet tal-istainless steel f'postijiet ta' ħżin adatti u f'temperatura li ma taqbiżx l-24 °C. Għall-bidu, il-postijiet fejn jinħażen iż-żejt taż-żebbuġa jistgħu jkunu lokalizzati fil-mgħasar fejn jiġi prodott.

Iż-żejt taż-żebbuġa jista' jiġi trasportat mill-magħsar lejn dawk il-postijiet ta' ħżin tal-impjanti għall-ibbottiljar f'tankijiet tal-istainless steel li jkunu tnaddfu b'mod metikoluż biss.

Iż-żejt jista' jiġi bbottiljat fil-fliexken fiż-żona ġeografika definita jew barra minnha, sakemm ikun hemm sistema affidabbli ta' traċabbiltà u sakemm dan ikun tikkettat kif xieraq.

Għall-kummerċ bl-ingrossa, il-prodott jista' jiġi trasportat f'tankijiet tal-istainless steel, li hekk kif jintlew jiġu siġillati u tikkettati kif xieraq, sakemm ikun hemm stabbilita sistema ta' traċabbiltà xierqa. Għal bejgħ bl-imnut, huwa permess li jintuża kwalunkwe pakkett li jkollu sa 5 litri sakemm ikun konformi mar-regoli stipulati mil-liġi tal-UE u l-liġi Griega.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

It-tikkettar għandu jinkludi kodiċi magħmul minn ittri u ċifri li jindikaw in-numru tas-serje tat-tikketta u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena tal-produzzjoni, imniżżla kif ġej:

KA/numru tas-serje tat-tikketta/l-aħħar żewġ ċifri tas-sena ta' produzzjoni.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata jiġi prodott fil-fruntieri amministrattivi tal-unità reġjonali ta' Messinia, li tinsab fir-reġjun ta' Peloponnese. Il-konfini taż-żona huma stabbiliti, min-naħa tat-Tramuntana bix-xmara Neda u l-muntanji ta' Arcadia, mil-Lvant bit-Taïgetos, min-naħa tan-Nofsinhar bil-Golf ta' Messinia u mill-Punent bil-Baħar Jonju.

L-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ ikopru żona ta' madwar miljun stremmata (100 000 ettaru).

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika definita tinsab fit-tarf tan-naħa tal-Lbiċ tal-Peloponnese u tkopri żona ta' 2 991 kilometru kwadru. Il-parti tal-Lvant ta' Messinia hija dominata mill-muntanji Taïgetos, li wkoll jiffurmaw il-fruntiera naturali li tmiss mal-prefettura ta' Laconia. Il-muntanji Taïgetos huma mifruxa fuq 115 –il kilometru, bil-quċċata tilħaq 2 400 metru, u toħloq il-mikroklima taż-żona. L-akbar u l-iktar pjanura fertili hija l-pjanura ta' Messinia, segwita minn oħrajn iżgħar bħall-pjanura ta' Kiparissia, Gargaliani, Pylos, Methoni, Koroni, Longa u Petalidi.

Il-klima u l-ħamrija fiż-żona ġeografika definita għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma tajbin ħafna għat-tkabbir taż-żebbuġ, għalhekk l-uniċi intervenzjonijiet li jridu jitwettqu matul l-istaġun ta' tkabbir huma dawk li huma essenzjali għall-iżvilupp normali tas-siġar. Il-mikroklima taż-żona hija kkaraterizzata minn klima li tvarja minn waħda Mediterranja moderata (xerotermika – temperatura moderata) għal klima subtropikali. Ix-xtiewi huma moderati u s-sjuf twal u sħan. L-istaġun frisk idum minn Novembru sa April u l-istaġun sħun minn Mejju sa Ottubru. Il-medja tal-ammont ta' xita li tinżel fis-sena hija madwar 750-800 mm, hekk kif, fil-biċċa l-kbira, ix-xita tinżel fix-xitwa (madwar 330 mm). Fil-ħarifa tinżel madwar 250 mm, fir-rebbiegħa 146 mm u fis-sajf 23 mm. L-aktar xahar niexef huwa Lulju (5,2 mm) u l-aktar xahar umdu huwa Novembru (138,2 mm)

Il-medja tal-umdità relattiva annwali hija 67,7 %. Lulju huwa l-aktar xahar niexef (58 %) u l-aktar xahar umdu huwa Novembru (74 %).

Rigward it-temperaturi medji fix-xahar matul is-sena, l-aktar temperaturi baxxi huma f'Diċembru u Jannar (10 °C) u l-ogħla f'Lulju u f'Awwissu (28 °C). Fiż-żona, ix-xemx tiddi għal aktar minn 3 000 siegħa kull sena.

Il-mikroklima hija ideali biex fiha jikber iż-żebbuġ. Ma hemmx differenzi kbar ħafna fit-temperatura u l-livell u d-distribuzzjoni tax-xita huma tajbin. Iċ-ċiklu annwali tas-siġra taż-żebbuġ għalhekk jista' jagħmel progress fl-aqwa kundizzjonijiet.

Il-ħamrija hija taflija/ramlija, b'PH li jvarja minn naturali għal alkalin. L-art fiż-żona ġeografika definita tikkonsisti, prinċipalment, minn għoljiet. Hija relattivament permeabbli, fuqha jseħħ ixxottar suffiċjenti u għandha fluss mexxej tal-ilma u tas-soluzzjonijiet tal-ħamrija; biex b'hekk ma żżommx l-ilma u ma tixxaqqaqx. Il-ħamrija għandha ammonti suffiċjenti ta' fosforu, boron, manganiż u manjeżju iżda għandha kemmxejn nuqqas ta' nitroġenu u potassju, li jwassal biex jiġu applikati kwantitajiet xierqa ta' fertilizzanti minerali. Mil-lat mekkaniku, il-ħamriji għandhom kompożizzjoni li tvarja minn ħafifa għal waħda medja. L-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ jitħawlu l-aktar fuq art imżerżqa u bl-għoljiet sabiex is-siġar ikollhom ħafna arja, u dan iwassal għall-kwalità tajba tal-prodott.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata huwa prodott mill-varjetajiet eċċellenti ta' żebbuġ Koroneiki u Mastoeidis u ż-żejt kollu prodott huwa klassifikat bħala żejt extraverġni, hekk kif l-aċidità hija ferm taħt il-limitu massimu permess, u l-parametri l-oħra (valur tal-perossidu u l-koeffiċjent ta' estinsjoni K232) huma taħt l-ogħla livelli permessi stabbiliti mir-Regolament tal-Unjoni Ewropea. Għandu wkoll profil speċifiku ħafna ta' aċidu grass, li huwa karatteristika taż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO. Il-perċentwali ta' aċidu olejku huwa għoli ħafna, filwaqt li l-valuri tal-aċidu linolejku, steariku, palmitolejku u palmitiku huma speċifiċi ħafna, hekk kif inhu l-proporzjon bejniethom, li jiddistingwieh minn żjut taż-żebbuġa oħrajn. Dan il-profil speċifiku tal-aċidu grass flimkien mal-fruttat medju u l-aroma ta' frott aħdar, it-togħma ftit qarsa u ftit pikkanti jagħtu liż-żejt taż-żebbuġa Kalamata DPO l-karatteristiċi speċifiċi u uniċi tiegħu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Rabta storika

L-għarfien dwar il-bidu tat-tkabbir taż-żebbuġ fiż-żona ġeografika definita intilef biż-żmien. Dan jidher mis-sejbiet arkeoloġiċi u r-reġistri bil-miktub u miżmuma li jiddikjaraw li ż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa kienu kkunsmati bħala ikel, użati bħala bażi għall-fwieħa u kienu element ta' arti. Skavi li saru fil-Palazz ta' Nestor qrib Chora żvelaw 1 200 lapida tat-tafal bi skrittura lineari B, li provdew informazzjoni prezzjuża dwar ir-rwol tas-siġra taż-żebbuġ u kif din influwenzat il-ħajjiet tan-nies lokali fis-sekli 14-13 QK.

Fiż-żona ta' Karpofora nstabu għadam taż-żebbuġ tas-sena 1900 QK. Bl-użu tal-metodu tad-dijagramma tat-trab tad-dakra, ibbażat fuq ir-radjokronoloġija, saru estimi dwar it-tkabbir taż-żebbuġ fiż-żona ta' Pylos. Instab li ż-żebbuġ ilu jitkabbar mill-1100 QK u kien, essenzjalment, iż-żebbuġ komuni.

Il-varjetà Koroneiki oriġinat minn Messinia, hekk kif juri isimha, li jfisser li ġejja minn Koroni, raħal żgħir maġenb il-baħar fil-parti tax-Xlokk taż-żona ġeografika definita.

Iż-żejt taż-żebbuġa kien jiġi kkumerċjalizzat mill-portijiet ta' Methoni u Navarino (il-belt moderna ta' Pylos). In-negozjanti Griegi kienu jżidu l-merkanzija tagħhom b'żejt miż-żona madwar Kiparissia.

L-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ fuq art pubblika tħawlu fuq proprjetajiet Torok li kienu waqgħu f'idejn il-konkwistaturi Venezjani u jinkrew lill-bdiewa. Biex tintlaħaq id-domanda, beda jasal ukoll xi żejt taż-żebbuġa minn barra ż-żona ta' Koroni, u minn Mani u b'mod aktar ġenerali mill-Messinia kollha.

Rabta naturali

Il-fatturi li jagħtu l-karatteristiċi speċifiċi lill-materja prima, li jingħaddu liż-żejt taż-żebbuġa Kalamata huma:

Il-klima eċċellenti taż-żona: taħlita ta' sigħat twal ta' xemx, ammont eċċellenti ta' xita (madwar 750-800 mm), xtiewi moderati u sjuf twal, sħan u nexfin

L-irjieħ moderati u qawwija, it-terren bl-għoljiet flimkien mal-forom ta' kikkra li l-bdiewa jagħtu lis-siġar (3-4 friegħi prinċipali għal kull siġra u t-tneħħija ta' parti mill-faxxina minn ġewwa) li jfisser li l-imsaġar taż-żebbuġ ikollhom esponiment eċċellenti għad-dawl u jkunu arjużi, sabiex il-frotta timmatura kif xieraq, fatturi li jiddeterminaw il-karatteristiċi speċifiċi taż-żejt prodott, li għandu ħafna pigments, kulur intens u togħma pjaċevoli. It-terren bl-għoljiet f'Messinia mhux dejjem jippermetti li t-tkabbir taż-żebbuġ isir b'mod mekkanizzat jew li l-frott jinqata' b'magna, għalhekk għadhom jintużaw metodi tradizzjonali (żabra, għasir, qtugħ).

Ħamrija ħafifa u bil-ġir b'PH li jvarja minn newtrali sa alkalin. Il-ħamrija bil-ġir, li ma tippermettix li s-siġar jassorbu l-ħadid b'mod aktar effettiv minn ħamriji oħrajn u tista' żżomm l-ilma b'mod aħjar, li jfisser li s-siġar taż-żebbuġ imkabbra f'din it-tip ta' ħamrija ma jinxfux daqshekk faċilment fi żminijiet ta' nixfa. Il-karatteristiċi organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġ Kalamata DPO huma l-aktar dovuti għas-sustanzi aromatiċi li jiffurmaw minħabba karatteristiċi speċifiċi tal-ħamrija (dawl, ħamrija tal-ġir) u l-fatt li s-siġar jassorbu ftit ilma, minħabba li tinżel ftit xita meta l-frotta tkun qed timmatura u li s-siġar taż-żebbuġ imkabbar għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fiż-żona ġeografika definita jkollu irrigazzjoni limitata.

Konċentrazzjonijiet suffiċjenti ta' fosforu, manjeżju, manganiż, boron eċċ. B'mod partikolari, il-preżenza tal-manganiż (element li jservi ta' katalista għal bosta proċessi enżimatiċi u bijokimiċi u għandu wkoll rwol deċisiv fil-formazzjoni tal-klorofilla) u tal-manjeżju (element li għandu rwol deċisiv fil-formazzjoni tal-molekula tal-klorofilla) hija kruċjali fil-produzzjoni ta' żejt ta' lewn karatteristiku aħdar fl-isfar u li għandu ħafna sustanzi aromatiċi.

L-esperjenza tal-produtturi fl-għażla tal-aħjar perjodu għall-qtugħ taż-żebbuġ. Żebbuġ mhux misjur jipproduċi żejt taż-żebbuġa b'kulur aħdar intens u togħma qarsa bi ftit elementi aromatiċi. Min-naħa l-oħra, jekk iż-żebbuġ jinqata' meta jkun għadda l-istadju fiżjoloġiku ta' maturazzjoni, il-livell ta' elementi aromatiċi jonqos, l-aċidità tiżdied u jkun hemm bidla fil-kulur.

Kundizzjonijiet eċċellenti ta' proċessar, li jgħinu fil-produzzjoni ta' żejt taż-żebbuġa extraverġni b'aroma ta' frott b'intensità medja, li jkun ftit qares b'livell minn baxx sa livell medju ta' togħma pikkanti b'ammonti kbar ta' steroli totali. Il-malasazzjoni tal-pejst taż-żebbuġ isseħħ f'temperaturi li jkunu inqas minn 27 °C, għal perjodu qasir ta' żmien u b'użu limitat ta' ilma, b'mod li tipprevjeni milli tidħol l-arja, l-ossidazzjoni u t-telf ta' elementi aromatiċi. Ir-riżultat huwa żejt taż-żebbuġa ta' kwalità għolja li huwa reżistenti għall-ossidazzjoni.

Iċ-ċokon tal-ħbula art jippermetti lill-bdiewa taż-żebbuġ minn Messinia li jieħdu ħsieb sew tas-siġar tagħhom u jipproduċu żejt ta' kwalità għolja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

http://www.minagric.gr/greek/data/prod_elaioladou_kalamata_291211.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.