ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.147.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 147

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
25 ta' Mejju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 147/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Tfassil mill-ġdid), u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 147/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

15

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 147/03

Rata tal-kambju tal-euro

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 147/04

Sejħa għall-proposti 2012 – Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili – Eżerċizzji tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

25.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Tfassil mill-ġdid), u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju

2012/C 147/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Din l-Opinjoni hija parti minn pakkett ta’ 4 Opinjonijiet tal-KEPD relatati mas-settur finanzjarju, kollha kemm huma adottati fl-istess jum (3).

2.

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (Tfassil mill-ġdid) (id-“Direttiva proposta”) u proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju (ir-“Regolament propost”) (minn hawn ’il quddiem iż-żewġ testi se jissejħu b’mod konġunt “il-Proposti”).

3.

Il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali qabel l-adozzjoni tal-proposti. Il-KEPD josserva li ħafna mill-kummenti tiegħu ttieħdu f’kunsiderazzjoni fil-proposti.

1.2.   Għan u kamp ta’ applikazzjoni tal-proposti

4.

Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (“MiFID”), fis-seħħ sa minn Novembru 2007, hija pilastru ewlieni fl-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE. Bħalissa, tikkonsisti minn Direttiva qafas (id-Direttiva 2004/39/KE), Direttiva ta’ implimentazzjoni (id-Direttiva 2006/73/KE) u Regolament ta’ implimentazzjoni (ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006).

5.

Il-MiFID tistabbilixxi qafas regolatorju għall-forniment ta’ servizzi ta’ investiment fl-istrumenti finanzjarji (bħas-senserija, pariri, innegozjar, ġestjoni tal-portafoll, sottoskrizzjoni, eċċ.) minn banek u ditti tal-investiment u għat-tħaddim ta’ swieq regolati minn operaturi tas-suq. Tistabbilixxi anki s-setgħat u d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet. B’mod konkret, tabolixxi l-possibbiltà għall-Istati Membri milli jitolbu li n-negozjar kollu fl-istrumenti finanzjarji jseħħ biss fi skambji speċifiċi u tippermetti li jkun hemm kompetizzjoni madwar l-Ewropa kollha bejn l-iskambji tradizzjonali u ċentri alternattivi.

6.

Wara aktar minn tliet snin fis-seħħ, illum hemm kompetizzjoni bejn ċentri fin-negozjar ta’ strumenti finanzjarji u għażla akbar għall-investituri f’termini ta’ fornituri tas-servizzi u strumenti finanzjarji disponibbli. Madanakollu, feġġew xi problemi wkoll. Pereżempju, il-benefiċċji mill-kompetizzjoni akbar ma waslux bl-istess mod għand il-parteċipanti kollha fis-suq u mhux dejjem għaddew lill-investituri aħħarin, fil-livell tal-konsum jew operaturi, l-iżviluppi fis-suq u teknoloġiċi ħadu post diversi dispożizzjonijiet fil-MiFID u l-kriżi finanzjarja kixfet dgħjufija fir-regolamentazzjoni ta’ ċerti strumenti.

7.

L-iskop tar-reviżjoni tal-MiFID huwa li jiġu adattati u aġġornati r-regoli attwali mal-iżviluppi fis-suq, inklużi l-kriżi finanzjarja u l-iżvilupp teknoloġiku u sabiex titjieb l-effikaċja tagħhom.

1.3.   Skop tal-Opinjoni tal-KEPD

8.

Diversi aspetti tal-proposti jħallu impatt fuq id-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Dawn huma: (1) obbligi li jinżammu rekords u r-rapportar ta’ tranżazzjonijiet; (2) setgħat tal-awtoritajiet kompetenti (inklużi s-setgħa ta’ spezzjonar u s-setgħa li jintalbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data); (3) pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet; (4) rapportar ta’ ksur, u b’mod partikolari dispożizzjonijiet dwar il-whistle-blowing; (5) kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-AETS.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTI

2.1.   Applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data

9.

Diversi premessi (5) tal-proposti jsemmu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-Direttiva 95/46 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Madanakollu, għandha tiddaħħal referenza għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data f’Artikolu sostantiv tal-proposti.

10.

Eżempju tajjeb ta’ dispożizzjoni amministrattiva bħal din jista’ jinstab fl-Artikolu 22 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (6), li b’mod espliċitu jipprevedi bħala regola ġenerali li d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali fi ħdan il-qafas tal-proposta. Reċentement, il-KEPD ħareġ Opinjoni dwar din il-proposta fejn jilqa’ bi ħġaru din id-dispożizzjoni komprensiva. Madanakollu, il-KEPD jissuġġerixxi li tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet se japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

11.

Għaldaqstant, il-KEPD jissuġġerixxi li tiddaħħal dispożizzjoni sostantiva simili bħal dik fl-Artikolu 22 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (7), soġġetta għas-suġġerimenti li huwa għamel f’din il-proposta (8), jiġifieri, billi tiġi enfasizzata l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data eżistenti u tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jiġi speċifikat li d-dispożizjonijiet se japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

12.

Barra minn hekk, il-premessi għandhom jużaw il-kliem li l-Istati Membri “iridu” u mhux biss “għandhom” jirrispettaw il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data, peress li din tal-aħħar hija fis-seħħ u ma hemm l-ebda diskrezzjoni fir-rigward tal-applikabbiltà tagħha.

2.2.   Obbligu li jinżammu rekords u rapportar ta’ tranżazzjonijiet

2.2.1.   Obbligu fir-Regolament propost

13.

Il-premessa 27 u l-Artikoli 21 sa 23 tar-Regolament propost jintroduċu l-prinċipju li skont dan l-awtoritajiet kompetenti koordinati mill-AETS għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw il-persuna li ħadet id-deċiżjoni ta’ investiment, kif ukoll dawk responsabbli mill-eżekuzzjoni tagħha (premessa 28).

14.

Sabiex jimplimenta din l-attività ta’ sorveljanza, l-Artikolu 22 jobbliga lid-ditti tal-investiment sabiex iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti dik id-data rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li huma wettqu għal tal-inqas 5 snin. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanjarji jridu jiġu rraportati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettulhom jidentifikaw u jinvestigaw każijiet potenzjali ta’ abbuż tas-suq, jissorveljaw il-funzjonament ġust u ordinat tas-swieq, kif ukoll l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment. Anki l-AETS tista’ titlob aċċess għal din id-data.

15.

Id-ditta tal-investiment trid tirraporta d-detatlji kollha ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, inkluża l-identità tal-klijenti, lill-awtoritajiet kompetenti malajr kemm jista’ jkun (Artikolu 23). Jekk il-klijenti involuti huma persuni fiżiċi, dawn l-operazzjonijiet jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali fit-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 u possibilment il-ħolqien ta’ bażijiet ta’ dejta ġenerali.

16.

Il-valutazzjoni tal-impatt ma tidhirx li tindirizza l-evalwazzjoni tal-perjodu ta’ żamma ta’ 5 snin għar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet. Hekk kif jeħtieġ l-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar milli huwa meħtieġ għall-iskop li għalih inġabret id-data. Sabiex ikun hemm konformità ma’ dan ir-rekwiżit, il-KEPD jissuġġerixxi li l-perjodu minimu ta’ żamma ta’ 5 snin jiġi sostitwit b’perjodu massimu ta’ żamma. Il-perjodu magħżul għandu jkun meħtieġ u proporzjonat għall-iskop li għalih tinġabar id-data.

2.2.2.   Obbligu fid-Direttiva proposta

17.

L-Artikolu 16 tad-Direttiva jinkludi rekwiżiti organizzazzjonali applikabbli għad-ditti tal-investiment. B’mod partikolari, id-ditti jridu jiżguraw li jinżammu r-rekords tas-servizzi u t-tranżazzjonijiet kollha, u din iż-żamma tkun tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jissorveljaw il-konformità mar-rekwiżiti f’din id-Direttiva. Dawn ir-rekords ikunu jippermettu sabiex jiġi verifikat li d-ditta tal-investiment tkun ikkonformat mal-obbligi relatati mal-klijenti jew mal-klijenti potenzjali. Għad li dan mhuwiex speċifikat fit-test, huwa supponut li data bħal din ikun fiha data personali tal-klijenti u l-impjegati.

18.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa mill-Artikolu 16(12) sabiex tadotta atti ddelegati biex tispeċifika r-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti mfissra fl-Artikolu. F’dan ir-rigward, il-KEPD jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkonsultah fil-mument tal-adozzjoni tal-atti ddelegati. Fi kwalunkwe każ, dawn il-miżuri għandu jkollhom l-iskop li jimminimizzaw il-ħżin u l-ipproċessar ta’ data personali li għandha tiġi rreġistrata mid-ditti tal-investiment. Kif diġà ġie osservat fir-rigward tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa bir-reqqa liema perjodu ta’ żamma għandu jiġi introdott għal data bħal din sabiex jiġi żgurat li ż-żamma tkun adegwata u proporzjonata.

2.3.   Dmir ta’ rrekordjar ta’ konverżazzjoni telefonika jew komunikazzjonijiet elettroniċi

19.

Skont id-Direttiva proposta, għandhom jiġu rreġistrati konverżazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi.

20.

Rekords ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi normalment ikun fihom data personali tal-partijiet fil-komunikazzjoni, anki jekk ikunu relatati ma’ tranżazzjonijiet finanzjarji jew attivitajiet professjonali. Data relatata ma’ komunikazzjonijiet elettroniċi tista’ tgħaddi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni personali, inkluża data dwar it-traffiku iżda anki kontenut. Barra minn hekk, l-użu tat-terminu ‘konverżazzjoni’ jimplika li l-kontenut tal-komunikazzjonijiet se jiġi rrekordjat.

21.

Sa fejn tkun involuta data personali fit-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001, japplikaw ir-regoli ewlenin dwar il-protezzjoni tad-data u b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ limitazzjoni tal-iskop, ta’ ħtieġa u proporzjonalità u l-obbligu li d-data ma tinżammx għal aktar milli huwa meħtieġ.

Limitazzjoni tal-iskop

22.

Skont l-Artikolu 6.1 (b) tad-Direttiva 95/46/KE, data personali trid tinġabar għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawn l-iskopijiet.

23.

L-Artikolu 16.7 tad-Direttiva proposta ma jispeċifikax b’mod espliċitu l-iskop tal-irrekordjar tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u l-komunikazzjonijiet elettroniċi. Madanakollu, diversi skopijiet differenti huma msemmija fil-Premessa 42, Artikolu 16.6 tad-Direttiva proposta, fil-parir tal-KRET u fil-valutazzjoni tal-impatt.

24.

L-Artikolu 16.6 tad-Direttiva proposta jistipula li ditta tal-investimenti għandha żżomm rekords tas-servizzi u t-tranżazzjonijiet kollha li hija twettaq “sabiex jgħinu jippermettu lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-konformità mal-ħtiġiet mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikulari sabiex taċċerta ruħha illi d-ditta tal-investiment tkun ikkonformat mal-obbligi kollha rigward il-klijenti jew il-klijenti potenzjali”.

25.

Il-premessa 42 tad-Direttiva proposta tispejga li “l-irrekordjar ta’ konversazzjonijiet telefoniċi jew ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvi ordnijiet tal-klijent (…) huwa ġustifikat sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, biex tittejjeb is-sorveljanza tas-suq u jżid iċ-ċertezza legali fl-interessi tad-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom”. Il-premessa tirreferi wkoll għall-parir tekniku lill-Kummissjoni Ewropea, maħruġ mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) fid-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-kwistjoni tal-importanza ta’ dawn ir-rekords (9).

26.

Il-parir tal-KRET jixħet dawl fuq il-fatt li, skont l-awtoritajiet kompetenti, l-irrekordjar ta’ konverżazzjonijiet ikun meħtieġ (i) sabiex jiżgura li hemm provi sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet bejn ditta tal-investiment u l-klijenti tagħha fuq it-termini tat-tranżazzjonijiet; (ii) sabiex jassisti x-xogħol superviżorju fir-rigward tar-regoli tal-kondotta tal-operazzonijiet; u (iii) sabiex jgħin jipprevjeni u jidentifika abbuż tas-suq u sabiex jiffaċilita l-infurzar f’dan il-qasam. L-irrekordjar mhux l-uniku mezz sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni mill-awtoritajiet, iżda “jista’ jgħin” jassisti lil awtorità kompetenti sabiex tivverifika l-konformità ma’, pereżempju, ir-rekwiżiti fil-MiFID dwar l-informazzjoni lil klijenti u klijenti potenzjali, dwar l-aħjar eżekuzzjoni u dwar il-ġestjoni tal-ordnijiet tal-klijenti.

27.

Il-valutazzjoni tal-impatt tispjega li “l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu din l-informazzjoni (irrekordjar tat-telefon u elettroniku) sabiex jiżguraw integrità tas-suq u infurzar tal-konformità mar-regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet” (10).

28.

L-iskopijiet differenti msemmija fil-Premessa 42, Artikolu 16.6 tad-Direttiva proposta, fil-parir tal-KRET u fil-valutazzjoni tal-impatt mhumiex spjegati b’mod loġiku u konsistenti, iżda jinstabu f’diversi postijiet fil-Proposta u dokumenti sekondarji. Skont l-Artikolu 6.1 tad-Direttiva 95/46/KE, id-data trid tinġabar għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi. Għaldaqstant, il-KEPD jeħtieġ li l-leġiżlatur jiddefinixxi b’mod ċar u preċiż l-iskop tal-irrekordjar tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u l-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Aritkolu 16.7 tad-Direttiva proposta.

Ħtieġa u proporzjonalità

29.

Skont l-Artikolu 6.1 (c) tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali trid tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-iskopijiet li hija miġbura għalihom u/jew ipproċessata ulterjorment, jiġifieri d-data miġbura trid tkun limitata għal dak li huwa xieraq sabiex jinkiseb l-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tiksbu.

30.

L-Artikolu 16.7 jirreferi għall-konverżazzjonijiet telefoniċi jew il-komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi tal-inqas tranżazzjonijiet konklużi meta wieħed jinnegozja f’ismu u ordnijiet tal-klijenti meta jiġu pprovduti s-servizzi tar-riċeviment u trażmissjoni tal-ordnijiet u l-eżekuzzjoni f’isem il-klijenti.

31.

L-ewwel nett, ħlief għat-tranżazzjonijiet imsemmija b’mod espliċitu, l-Artikolu 16.7 ma jispeċifikax għal liema konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi qed jirreferu r-rekords. Il-KEPD jifhem li dawn jikkonċernaw komunikazzjonijiet relatati mas-servizzi u t-tranżazzjonijiet mwettqa minn ditta tal-investiment. Madanakollu, dan għandu jiġi ċċarat b’mod speċifiku. Barra minn hekk, l-użu tat-termini “inkluż tal-inqas” tħalli spazju għall-irrekordjar ta’ bosta serje ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-kuntrarju, din id-dispożizzjoni għandha tiddefinixxi b’mod ċar il-komunikazzjonijiet li se jiġu rrekordjati u tillimitahom għal dawk meħtieġa għall-iskopijiet ta’ rrekordjar.

32.

It-tieni nett, id-dispożizzjoni ma tippreċiżax x’kategoriji ta’ data se jinżammu. Kif diġà ssemma, id-data relatata ma’ komunikazzjonijiet elettroniċi tista’ tgħaddi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni personali, bħall-identità tal-persuni li jagħmlu u jirċievu l-komunikazzjoni, l-indikazzjonijiet tal-ħin, in-netwerk użat, il-post ġeografiku tal-utent f’każ ta’ strumenti portabbli, eċċ. Dan jimplika wkoll aċċess possibbli għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-referenza għall-“konverżazzjonijiet” timplika li l-kontenut tal-komunikazzjonijiet se jiġi rrekordjat. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-data personali li tinsab fir-rekords tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u l-komunikazzjonijiet elettroniċi trid tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop li nġabret għalih.

33.

Jekk, pereżempju, l-iskop tal-irrekordjar tal-komunikazzjonijiet huwa ż-żamma tal-provi tat-tranżazzjonijiet, jidher li ma jkun hemm l-ebda għażla ħlief li jiġi rrekordjat il-kontenut tal-komunikazzjonijiet sabiex tkun tista’ tinstab xi prova tat-tranżazzjonijiet. Madanakollu, l-irrekordjar tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet għall-iskopijiet ta’ għajnuna u identifikazzjoni tal-abbuż tas-suq jew għas-sorveljanza ġenerali tal-konformità mar-rekwiżiti fid-Direttiva proposta jkun eċċessiv u sproporzjonat. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 71.2 (d) tad-Direttiva proposta li jipprovdi lill-awtorità kompetenti bis-setgħa li titlob rekords tat-telefon u tad-data dwar it-traffiku miżmuma minn ditta tal-investiment fejn ikun hemm suspett raġonevoli ta’ ksur tad-Direttiva proposta jeskludi b’mod espliċitu l-kontenut tal-komunikazzjoni. Bl-istess mod, anki l-Artikolu 17.2 (f) tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (11), li jipprovdi l-istess setgħa investigattiva lill-awtoritajiet kompetenti sabiex juru li jkun hemm abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq, jeskludi b’mod espliċitu l-kontenut tal-komunikazzjoni.

34.

Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda bi ħġaru li fl-Artikolu 16.7 tad-Direttiva proposta jiġi speċifikat x’tip ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll il-kategoriji ta’ data relatati mal-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet se jiġu rrekordjati. Din id-data trid tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-istess skop.

Perjodu ta’ żamma tad-data

35.

Skont l-Artikolu 6.1 (e) tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali għandha tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data mhux għal aktar minn dak li huwa meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret id-data (12). Il-perjodu ta’ żamma indikat fl-Artikolu 16(7) huwa ta’ tliet snin. Il-valutazzjoni tal-impatt tirrikonoxxi li kwalunkwe miżura f’dan il-qasam għandha tirrispetta r-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. Madanakollu, tixħet dawl fuq il-fatt li l-perjodu ta’ żamma tad-data li jrid jitfassal għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar iż-żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata b’rabta mad-dispożizzjoni ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għall-finijiet ta’ ġlieda kontra reat serju. Targumenta li għaldaqstant, instab li dan il-massimu ta’ tliet snin huwa konformi mal-prinċipji ta’ ħtieġa u proporzjonalità meħtieġa sabiex tiġi garantita interferenza legali ma’ dritt fundamentali (13).

36.

Fil-fehma tal-KEPD, l-analiżi dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tad-dewmien tal-miżura mhijiex adegwata. L-ebda mill-iskopijiet differenti (u kemxejn nieqsa miċ-ċarezza) għall-irrekordjar tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u l-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16.6, Premessa 42, fil-valutazzjoni tal-impatt jew fil-parir tal-KRET ma jsemmi l-ġlieda kontra reat serju.

37.

L-evalwazzjoni trid issir skont l-iskopijiet tal-irrekordjar fil-qafas tad-Direttiva proposta. Jekk, pereżempju, l-iskop huwa “li jiġi żgurat li hemm provi sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet bejn ditta tal-investiment u l-klijenti tagħha fuq it-termini ta” tranżazzjonijiet (14), f’dak il-każ, il-valutazzjoni tal-impatt għandha tevalwa għal kemm għandha tinżamm id-data fir-rigward tal-istatut tal-limitazzjonijiet tad-drittijiet li fuq il-bażi tiegħu jistgħu jqumu kwistjonijiet bħal dawn.

38.

Għaldaqstant, il-KEPD jistieden lil-leġiżlatur sabiex jevalwa bir-reqqa liema perjodu ta’ żamma huwa meħtieġ għall-iskop ta’ rrekordjar tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-proposta.

2.4.   Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

39.

L-Artikolu 71 tad-Direttiva jelenka s-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti.

40.

L-Artikolu 71(4) jirreferi għad-Direttiva 95/46/KE billi jiddikkjara li fi kwalunkwe każ, l-ipproċessar ta’ data personali fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi għandu jitwettaq filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali għal privatezza u protezzjoni tad-data. Il-KEPD jilqa’ din id-dispożizzjoni li b’mod speċifiku tindirizza r-rabta bejn ir-rwol tal-awtoritajiet bħala investigaturi u l-ipproċessar ta’ data personali li huwa involut fl-attivitajiet tagħhom.

2.4.1.   Is-setgħa ta’ twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post

41.

L-Artikolu 71(2)(c) jipprevedi s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post. B’mod kuntrarju għall-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (15) din id-dispożizzjoni ma fiha l-ebda referenza għas-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti sabiex “jidħlu fi proprjetà privata sabiex jikkonfiskaw dokumenti”. Dan jista’ jissuġġerixxi li s-setgħa ta’ spezzjoni hija limitata għall-bini tad-ditti tal-investiment u ma jkoprix bini privat. Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ ċarezza aħna nissuġġerixxu li din il-limitazzjoni tiġi ċċarata b’mod espressiv fit-test. Jekk minflok, il-Kummissjoni beħsiebha tippermetti spezzjoni ta’ bini privat, il-KEPD jirreferi għall-kumment li għamel dwar din il-kwistjoni fl-Opinjoni tiegħu dwar il-proposta msemmija aktar ’il fuq (16) li skont kif qal fiha, huwa jqis li r-rekwiżit ġenerali ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel, indipendentemenet minn jekk il-liġi nazzjonali jeħtieġx hekk, ikun ġustifikat fid-dawl tal-intrużività potenzjali tas-setgħa kkonċernata.

2.4.2.   Is-setgħa li jintalbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data

42.

L-Artikolu 71(2)(d) tad-Direttiva proposta jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex “jeħtieġu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u tat-traffiku eżistenti tal-informazzjoni rekords eżistenti tad-dejta dwar it-traffiku miżmuma minn ditti tal-investiment”. Jiċċara li t-talba hija soġġetta għall-eżistenza ta’ “suspett raġonevoli” li dawn ir-rekords “jistgħu ikunu rilevanti għall-evidenza ta’ ksur mid-ditta tal-investiment tal-obbligi tagħha” skont id-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, ir-rekords ma għandhomx jinkludu “il-kontenut tal-komunikazzjoni li magħha jkunu relatati”. Il-KEPD japprezza li t-test jikkwalifika s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti billi jitlob is-suspett raġonevoli ta’ ksur bħala kundizzjoni għall-aċċess għar-rekords u billi jeskludi l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet.

43.

Madanakollu, ma hemm l-ebda definizzjoni tal-kunċetti ta’ “rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data” fid-Direttiva proposta. Id-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika) tirreferi biss għal “data dwar it-traffiku” iżda mhux għal “rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data”. Ovjament, it-tifsira preċiża ta’ dawn il-kunċetti tiddetermina l-impatt li s-setgħa investigattiva tista’ tħalli fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-persuni kkonċernati. Il-KEPD jissuġġerixxi li tintuża t-terminoloġija diġà fis-seħħ fid-definizzjoni ta’ “data dwar it-traffiku” fid-Direttiva 2002/58/KE.

44.

Data relatata mal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni tista’ tgħaddi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni personali, bħall-identità tal-persuni li jagħmlu u li jirċievu t-telefonata, il-ħin u d-dewmien tat-telefonata, in-netwerk użat, il-post ġeografiku tal-utent f’każ ta’ strumenti portabbli, eċċ. Barra minn hekk, ċerta data dwar it-traffiku relatata mal-użu tal-internet u l-posta elettronika (pereżempju l-listi ta’ websajts li nfetħu) tista’ tikxef dettalji importanti dwar il-kontenut tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, l-ipproċessar ta’ data dwar it-traffiku huwa f’kunflitt mas-segretezza tal-korrispondenza. Fir-rigward ta’ dan, id-Direttiva 2002/58/KE stabbilixxiet il-prinċipju li d-data dwar it-traffiku trid titħassar jew titrenda anonima meta ma tkunx għadha meħtieġa għall-iskop tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni (17). Skont l-Artikolu 15.1 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jinkludu derogi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal skopijiet leġittimi speċifiċi, iżda jridu jkunu meħtieġa, xierqa u proporzjonati fi ħdan soċjetà demokratika għall-kisba ta’ dawn l-iskopijiet (18).

45.

Il-KEPD jirrikonoxxi li l-iskopijiet fil-mira tal-Kummissjoni fir-Regolament CRA huma leġittimi. Jifhem il-ħtieġa għal inizjattivi bil-għan li jsaħħu s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji sabiex tiġi ppreservata s-solidità tagħhom u jiġu protetti aħjar l-investituri u l-ekonomija inġenerali. Madanakollu, setgħat investigattivi direttament relatati mad-data dwar it-traffiku, minħabba n-natura potenzjalment intrużiva tagħhom, iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ħtieġa u proporzjonalità, jiġifieri jridu jkunu limitati għal dak li huwa xieraq sabiex jiksbu l-għan fil-mira u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiksbuh (19). Għaldaqstant, minn din il-perspettiva huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet jiġu abbozzati b’mod ċar rigward il-kamp ta’ applikazzjoni personali u materjali tagħhom kif ukoll iċ-ċirkustanzi li fihom u l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jintużaw. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut għal salvagwardji adegwati għal kontra r-riskju ta’ abbuż.

46.

Ovjament ir-rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data kkonċernati se jinvolvu data personali fit-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE, id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Għaldaqstant, għandu jiġi aċċertat li jiġu rispettati bis-sħiħ il-kundizzjonijiet għal ipproċessar ġust u legali ta’ data personali, kif stabbiliti fid-Direttivi u r-Regolament.

47.

Il-KEPD josserva li l-Artikolu 71(3) jagħmel l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja obbligatorja kull meta awtorizzazzjoni bħal din tkun meħtieġa mil-liġi. Madanakollu, il-KEPD iqis li rekwiżit ġenerali għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel – indipendentement minn jekk il-liġi nazzjonali teħtieġx hekk – ikun ġustifikat fid-dawl tal-intrużività potenzjali tas-setgħa kkonċernata u fl-interess ta’ applikazzjoni armonizzata tal-leġiżlazzjoni madwar l-Istati Membri kollha tal-UE. Għandu jitqies ukoll li diversi liġijiet tal-Istati Membri jipprovdu għal garanziji speċjali dwar l-invjolabbiltà kontra spezzjonijiet, tiftix jew sekwestri sproporzjonati u mhux irregolati bir-reqqa, b’mod partikolari meta dawn isiru minn istituzzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

48.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi introdott ir-rekwiżit li l-AETS titlob rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data permezz ta’ deċiżjoni formali fejn tispeċifika l-bażi legali u l-iskop tat-talba u x’informazzjoni hija meħtieġa, il-limitu ta’ żmien li fih l-informazzjoni trid tiġi pprovduta kif ukoll id-dritt tad-destinatarju sabiex ikollu d-deċiżjoni reveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja.

49.

L-espressjoni “rekords tat-telefon u tad-data dwar it-traffiku eżistenti” ma tidhirx li hija ċara biżżejjed. Ir-rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data mhumiex definiti, għad li l-Artikolu 71(2)(2) tal-proposta tal-MiFID jispeċifika li dawn huma biss dawk “miżmuma minn ditti tal-investiment”. Aktarx li d-data miżmuma mid-ditti tal-investiment hija dik indikata fl-Artikoli 16.6 u 16.7, ikkummentati aktar ’il fuq. Dan għandu jfisser li t-test jeskludi rekords miżmuma minn fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li għandhom kuntratt ta’ provvista mad-ditta tal-investiment ikkonċernata. Għall-finijiet ta’ ċarezza, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi ċċarat għalxiex qed jirreferu r-rekords tat-telefon u tad-data dwar it-traffiku miżmuma minn ditta tal-investiment.

2.5.   Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet jew miżuri oħrajn

2.5.1.   Pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet

50.

L-Artikolu 74 tad-Direttiva proposta jobbliga lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe sanzjoni jew miżura imposta għal ksur tar-Regolament propost jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta mingħajr dewmien żejjed, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli minnu, sakemm divulgazzjoni bħal din ma tqegħidx f’riskju serju s-swieq finanzjarji. Dan l-obbligu huwa mitigat biss fejn il-pubblikazzjoni tkun tikkawża “ħsara sproporzjonata” lill-partijiet involuti, u f’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

51.

Il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet tkun qed tikkontribwixxi għal deterrenza akbar, peress li l-atturi attwali jew potenzjali ta’ reat jkunu skoraġġiti milli jwettqu reati sabiex jevitaw ħsara fir-reputazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, iżżid it-trasparenza, peress li l-operaturi tas-suq isiru konxji li jkun twettaq ksur minn persuna partikolari (20). Dan l-obbligu huwa mitigat biss fejn il-pubblikazjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għall-partijiet involuti, u f’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima. Barra minn hekk, filwaqt li jirrikonoxxi li l-introduzzjoni ta’ reġim tas-sanzjonijiet (kemm jekk permezz ta’ armonizzazzjoni minima jew sħiħa) jkollha impatt fuq id-drittijiet fundamentali bħall-Artikoli 7 (rispett tal-ħajja privata u tal-familja) u 8 (protezzjoni ta’ data personali) u potenzjalment anki fuq l-Artikoli 47 (dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali) u 48 (preżunzjoni ta’ innoċenza u dritt għad-difiża) tal-Karta tal-UE (21), il-valutazzjoni tal-impatt ma tidhirx li tixtarr l-effetti possibbli tal-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet nfushom fuq dawn id-drittijiet.

52.

Skont l-Artikolu 75(2)(a), l-awtoritajiet kompetenti diġà għandhom, fost is-setgħat ta’ sanzjonar tagħhom, is-setgħa li joħorġu dikajrazzjoni pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur (22). Mhuwiex ċar kif l-obbligu ta’ pubblikazzjoni fl-Artikolu 74 jista’ jiġi rikonċiljat mas-setgħa li tinħareġ dikjarazzjoni pubblika skont l-Artikolu 75(2)(a). L-inklużjoni tas-setgħa li tinħareġ dikjarazzjoni pubblika fl-Artikolu 75(2)(a) turi li l-pubblikazzjoni hija minnha nnifisha sanzjoni reali, li għandha tiġi valutata fuq il-bażi ta’ każ b’każ fid-dawl tal-kriterji ta’ proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 76 (23).

53.

Il-KEPD mhuwiex konvint li l-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet, hekk kif inhi fformulata bħalissa, tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data kif iċċarati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Schecke  (24). Huwa tal-fehma li l-iskop, il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura mhumiex stabbiliti biżżejjed u li, fi kwalunkwe każ, kellhom jiġu previsti salvagwardji kontra r-riskji għad-drittijiet tal-individwi.

2.5.2.   Ħtieġa u proporzjonalità tal-pubblikazzjoni

54.

Fis-sentenza Schecke, il-Qorti tal-Ġustizzja ħassret id-dispożizzjonijiet ta’ Regolament tal-Kunsill u Regolament tal-Kummissjoni li jeħtieġu l-pubblikazzjoni obbligatorja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-benefiċjarji ta’ fondi agrikoli, inkluża l-identità tal-benefiċjarji u l-ammonti rċivuti. Il-Qorti ddikkjarat li din il-pubblikazzjoni kkostitwixxiet l-ipproċessar ta’ data personali li taqa’ taħt l-Artikolu 8(2) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali (il-“Karta”) u għaldaqstant, ikkostitwixxiet interferenza mad-drittijiet rikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

55.

Wara li analizzat li “d-derogi għall-protezzjoni tad-data personali u l-limitazzjonijiet tagħha għandhom jiġu applikati biss sa fejn dan ikun assolutament meħtieġ”, il-Qorti kompliet tanalizza l-iskop tal-pubblikazzjoni u l-proporzjonalità tagħha. Ikkonkludiet li ma kien hemm xejn x’juri li, meta adottaw il-leġiżlazzjoni kkonċernata, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu f’kunsiderazzjoni metodi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu konsistenti mal-għan ta’ pubblikazzjoni bħal din filwaqt li fl-istess ħin jikkawżaw inqas interferenza ma’ dawn il-benefiċjarji.

56.

L-Artikolu 74 tad-Direttiva proposta jidher li huwa affettwat minn uħud min-nuqqasijiet li l-ECJ xeħtet dawl fuqhom fis-sentenza Schecke. Għandu jitqies li għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data ta’ dispożizzjoni li teħtieġ divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni personali, huwa ta’ importanza kruċjali li jkun hemm skop ċar u definit sew li l-pubblikazzjoni prevista beħsiebha taqdi. Huwa biss bi skop ċar u definit sew li jkun jista’ jiġi valutat jekk il-pubblikazzjoni ta’ data personali involuta hijiex verament meħtieġa u proporzjonata (25).

57.

Wara li nqraw il-proposta u d-dokumenti li jakkumpanjawha (jiġifieri, ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt), il-KEPD għandu l-impressjoni li l-iskop, u konsegwentement il-ħtieġa, ta’ din il-miżura mhumiex stabbiliti b’mod ċar. Filwaqt li l-premessi tal-proposti ma jgħidu xejn dwar dawn il-kwistjonijiet, ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt jiddikkjara biss li l-“pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet hija element importanti fl-iżgurar li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq id-destinatarji u hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali” (26). Dikjarazzjoni ġenerali bħal din ma tidhirx li hija biżżejjed sabiex tintwera l-ħtieġa tal-miżura proposta. Jekk l-iskop ġenerali huwa ż-żieda tad-deterrenza, jidher li l-Kummissjoni missha spjegat, b’mod partikolari, għalfejn ma kinux ikunu biżżejjed penali finanzjarji akbar (jew sanzjonijiet oħrajn li ma jwasslux għall-pubblikazzjoni tal-isem u ċ-ċanfir pubbliku).

58.

Barra minn hekk, ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ma jidhirx li jieħu biżżejjed f’kunsiderazzjoni metodi inqas intrusivi, bħall-pubblikazzjoni limitata għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew pubblikazzjoni li tiġi deċiża fuq bażi ta’ każ b’każ. B’mod partikolari, prima facie, din l-għażla msemmija l-aħħar tidher li hija soluzzjoni aktar proporzjonata, speċjalment jekk wieħed iqis li -kif rikonoxxut fl-Artikolu 75(2)(a)- il-pubblikazzjoni hija sanzjoni, li għaldaqstant trid tiġi valutata fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti, bħall-gravità tal-ksur, il-grad ta’ responsabbiltà personali, reċidiviżmu, telf għal partijiet terzi, eċċ. (27).

59.

Fil-fehma tal-KEPD, il-possibbiltà li l-każ jiġi valutat fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi jrendi din is-soluzzjoni aktar proporzonata u għaldaqstant, għażla ppreferuta meta mqabbla mal-pubblikazzjoni obbligatorja fil-każijiet kollha. Pereżempju, din id-diskrezzjoni tkun tippermetti lill-awtorità kompetenti sabiex tevita l-pubblikazzjoni f’każi ta’ ksur inqas serju, fejn il-ksur ma jkun ikkawża l-ebda dannu sinifikanti, fejn il-parti tkun uriet attitiduni kooperattiva, eċċ.

60.

L-Artikolu 35(6) tar-Regolament propost jikkonċerna l-pubblikazzjoni fuq il-websajt tal-AETS ta’ avviż għal kwalunkwe deċiżjoni li tiġi imposta jew imġedda kwalunkwe limitazzjoni fuq l-abilità ta’ persuna sabiex tidħol f’kuntratt tad-derivati ta’ prodotti bażiċi. Għaldaqstant, l-identità tal-persuni li l-abilità ta’ negozjar tagħhom tkun ġiet limitata mill-AETS trid tiġi ppubblikata, flimkien mal-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi rilevanti bħan-numru massimu ta’ kuntratti li l-persuna jew il-klassi ta’ persuni inkwistjoni tista’ tidħol fihom, u r-raġunijiet għal dan. Id-dħul fis-seħħ tal-miżura jiddependi mill-pubblikazzjoni nnifisha (Artikolu 35(7)). Fuq il-bażi tar-raġunament żviluppat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur sabiex jikkunsidra jekk il-pubblikazzjoni hijiex meħtieġa u jekk jeżistux mezzi inqas restrittivi oħrajn f’każijiet fejn ikunu involuti persuni fiżiċi.

2.5.3.   Il-ħtieġa għal salvagwardji adegwati

61.

Id-Direttiva proposta missha pprevediet salvagwardji adegwati sabiex tiżgura bilanċ ġust bejn l-interessi differenti kkonċernati. L-ewwel nett, is-salvagwardji huma meħtieġa fir-rigward tad-dritt tal-persuna akkużata sabiex tappella d-deċiżjoni quddiem qorti u l-preżunzjoni ta’ innoċenza. F’dan ir-rigward, missha ġiet inkluża lingwa speċifika fit-test tal-Artikolu 74 sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati jieħdu l-miżuri xierqa fir-rigward taż-żewġ sitwazzjonijiet fejn id-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell u fejn tiġi eventwalment imħassra minn qorti (28).

62.

It-tieni nett, id-Direttiva proposta għandha tiżgura li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jiġu rrispettati b’mod proattiv. Il-KEPD japprezza l-fatt li l-verżjoni finali tal-proposta tipprevedi l-possibbiltà li l-pubblikazzjoni tiġi eskluża f’każijiet fejn din tkun tikkawża ħsara sproporzjonata. Madanakollu, approċċ proattiv għandu jimplika li s-suġġetti tad-data jiġu mgħarrfa minn qabel bil-fatt li se tiġi ppublikata deċiżjoni li tissanzjonahom, u li huma għandhom id-dritt li joġġezzjonaw skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE fuq il-bażi ta’ raġunijiet leġittimi aċċettabbli (29).

63.

It-tielet, filwaqt li d-Direttiva proposta ma tispeċifikax il-mezz li bih l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata, fil-prattika, huwa immaġinabbli li f’ħafna mill-Istati Membri l-pubblikazzjoni sseħħ fuq l-Internet. Il-pubblikazzjonijiet fuq l-Internet iqajmu kwistjonijiet u riskji speċifiċi li b’mod partikolari jikkonċernaw il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-informazzjoni ma tinżammx online għal żmien itwal milli huwa meħtieġ u li d-data ma tkunx tista’ tiġi manipolata jew mbagħbsa. L-użu ta’ muturi ta’ riċerka esterni jinvolvi anki r-riskju li l-informazzjoni tittieħed barra mill-kuntest tagħha u tgħaddi minn ġewwa u barra l-internet b’modi li mhux faċilment jistgħu jiġu kkontrollati (30).

64.

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, hemm bżonn li l-Istati Membri jiġu obbligati jiżguraw li d-data personali tal-persuni kkonċernati tinżamm online għal perjodu ta’ żmien raġonevoli biss, u wara dan iż-żmien din titħassar b’mod sistematiku (31). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li jkunu implimentati miżuri u salvagwardji ta’ sigurtà adegwati, b’mod partikolari sabiex jipproteġuhom minn riskji relatati mal-użu ta’ muturi ta’ riċerka esterni (32).

2.5.4.   Konklużjonijiet dwar il-pubblikazzjoni

65.

Il-KEPD huwa tal-fehma li d-dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet -kif inhi fformulata bħalissa- ma tikkonfromax mad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Il-leġiżlatur għandu jivvaluta bir-reqqa l-bżonn tas-sistema proposta u jivverifika jekk l-obbligu ta’ pubblikazzjoni jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb l-għan tal-interess pubbliku fil-mira u jekk hemmx miżuri inqas restrittivi sabiex jikseb l-istess għan. Soġġett għar-riżultat ta’ dan it-test tal-proporzjonalità, l-obbligu ta’ pubblikazzjoni għandu jkun appoġġjat minn salvagwardji adegwati fi kwalunkwe każ sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati sabiex joġġezzjonaw, is-sigurtà/il-preċiżjoni tad-data u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat.

2.6.   Rapportar ta’ ksur

66.

L-Artikolu 77 tad-Direttiva proposta jindirizza l-mekkaniżmi għar-rapportar ta’ ksur, magħrufa wkoll bħala skemi ta’ whistle-blowing. Filwaqt li dawn jistgħu jservu bħala għodda ta’ konformità effettiva, dawn is-sistemi jqajmu kwistjonijiet sinifikanti mill-perspettiva tal-protezzjoni ta’ data (33). Il-KEPD jilqa’ l-fatt li d-Direttiva proposta fiha salvagwardji speċifiċi, li jridu jiġu żviluppati ulterjorment fil-livell nazzjonali, li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-persuni li jirraportaw il-ksur issuspettat u b’mod aktar ġenerali l-protezzjoni tad-data personali. Il-valutazzjoni tal-impatt issemmi l-iskemi ta’ whistle-blowing bħala parti mill-għażliet għall-introduzzjoni tas-sanzjonijiet fil-valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali (34) u tiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni sabiex tikkonforma mal-prinċipji u l-kriterji ta’ protezzjoni tad-data indikati mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data. Il-KEPD huwa konxju mill-fatt li d-Direttiva tistabbilixxi biss l-elementi ewlenin tal-iskema li trid tiġi implimentata mill-Istati Membri. Minkejja dan, jixtieq jiġbed l-attenzjoni lejn il-punti addizzjonali li ġejjin.

67.

Bħal fil-każ ta’ opinjonijiet oħrajn (35), il-KEPD jixħet dawl fuq il-ħtieġa li tiġi introdotta referenza speċifika għall-ħtieġa li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblowers u tal-informaturi. Il-KEPD jisħaq li l-pożizzjoni tal-whistleblowers hija waħda sensittiva. Il-persuni li jipprovdu informazzjoni bħal din għandhom jiġu aċċertati li l-identità tagħhom se tinżamm kunfidenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-persuna li allegatament wettqet il-ksur irraportat (36). Il-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblowers għandha tkun garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm din ma tmurx kontra r-regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ġudizzjarji. B’mod partikolari, jista’ jkun meħtieġ li l-identità tiġi divulgata fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti miġjuba bħala konsegwenza tal-inkjesta (anki jekk ikun ġie stabbilit li l-persuna għamlet dikjarazzjonijiet foloz b’mod malizzjuż dwaru/dwarha) (37). Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li fl-ittra b tal-Artikolu 77.1 tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja: “l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tiġi garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm id-divulgazzjoni tagħha ma tkunx meħtieġa mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti”.

68.

Il-KEPD jisħaq ulterjorment dwar l-importanza li jiġu pprovduti regoli xierqa sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-aċċess tal-persuni akkużati, li huma marbutin mill-qrib mad-drittijiet ta’ difiża (38). Il-proċeduri għar-riċevuta tar-rapport u s-segwitu tagħhom imsemmija fl-Artikolu 77.1(a) għandhom jiżguraw li d-drittijiet ta’ difiża tal-persuni akkużati, bħad-dritt li wieħed jiġi mgħarraf, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni u l-preżunzjoni ta’ innoċenza, jiġu rispettati b’mod adegwat u llimitati biss sa fejn ikun meħtieġ (39). F’dan ir-rigward, il-KEPD jissuġġerixxi li fid-Direttiva proposta tiżdied id-dispożizjoni tal-Artikolu 29 ittra d) tal-propost tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, li teħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw “proċeduri xierqa biex jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata għad-difiża u li tinstema’ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilha, u d-dritt li tfittex rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li tikkonċerna lilha”.

69.

Finalment, fir-rigward tal-ittra c) tal-Artikolu 77.1, il-KEPD huwa kuntent li jara li din id-dispożizzjoni teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali kemm tal-persuna akkużata kif ukoll dik li takkuża, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. Madanakollu, jissuġġerixxi li titneħħa l-frażi ‘l-prinċipji stabbiliti fi’, sabiex ir-referenza għad-Direttiva ssir aktar komprensiva u vinkolanti. Rigward il-bżonn li tiġi rrispettata l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fl-implimentazzjoni prattika tal-iskemi, il-KEPD jixtieq jixħet dawl, b’mod partikolari, fuq ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 fl-Opinjoni tiegħu tal-2006 dwar il-whistle-blowing. Fost l-oħrajn, meta jimplimentaw skemi nazzjonali, l-entitajiet ikkonċernati għandhom iżommu f’rashom il-bżonn li tiġi rrispettata l-proporzjonalità billi jiġu limitati, kemm jista’ jkun possibbli, il-kategoriji ta’ persuni intitolati li jirraportaw, il-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jiġu inkriminati u l-ksur li għalih jistgħu jiġu inkriminati; il-bżonn ta’ promozzjoni tar-rapporti identifikati u kunfidenzjali kontra rapporti anonimi; il-bżonn li jiġi pprovdut għal divulgazzjoni tal-identità tal-whistleblowers fejn il-whistleblower ikun għamel dikjarazzjonijiet malizzjużi; u l-bżonn ta’ konformità ma’ perjodi stretti ta’ żamma ta’ data.

2.7.   Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-AETS

2.7.1.   Kooperazzjoni taħt id-Direttiva proposta

70.

L-Artikolu 83 jintroduċi l-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u bejnhom u l-AETS. B’mod partikolari, il-paragrafu 83(5) jipprevedi obbligu għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jinnotifikaw lill-AETS u lil awtoritajiet oħrajn bid-dettalji ta’ (a) kwalunkwe talba lil kwalunkwe persuna li pprovdiet l-informazzjoni dwar skopertura totali sabiex tieħu passi biex tnaqqas din l-iskopertura (skont l-Artikolu 72(1)(f)) u ta’ (b) kwalunkwe limiti fuq l-abilità tal-persuni sabiex jidħlu f’kuntratti ta’ prodotti bażiċi (skont l-Artikolu 72(1)(g)). In-notifika għandha tinkludi d-dettalji rigward l-identità tal-persuna li hija d-destinatarja ta’ dawn il-miżuri, kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limiti, it-tip ta’ strumenti finanzjarji koperti u informazzjoni oħra.

71.

Barra minn hekk, huwa stipulat li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri li tirċievi n-notifiki spjegati aktar ’il fuq “tista tieħu miżuri skont l-Artikolu 72(1)(f) jew (g) fejn hija ssodisfata li l-miżura hija meħtieġa biex jinkiseb l-għan tal-awtorità kompetenti l-oħra.” Il-KEPD jixtieq jisħaq li dan it-tip ta’ deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti tista’ tiġi interpretata bħala waħda li tissodisfa l-kriterji ta’ “deċiżjonijiet individwali awtomatizzati” kif spjegati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 95/46/KE: din l-interpretazzjoni ġejja mill-fatt li l-Artikolu 72 jeħtieġ li l-awtorità kompetenti li tirċievi tivverifika jekk il-miżura kkonċernata tistax tikseb l-għan tal-awtorità kompetenti l-oħra. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti tal-Istati Membru li tirċievi n-notifika mhijiex speċifikament meħtieġa twettaq analiżi indipendenti taċ-ċirkustanzi tal-każ -anki fuq il-bażi ta’ data personali tas-suġġett- sabiex toħroġ miżura li tillimita d-drittijiet tiegħu. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 95/46/KE jistipula li kull persuna għandha tingħata d-dritt li ma tkunx soġġetta għal deċiżjoni li tipproduċi effetti legali li jikkonċernawha u li hija bbażata unikament fuq l-ipproċessar awtomatizzat ta’ data maħsuba għall-evalwazzjoni ċerti aspetti personali bħall-prestazzjoni fuq ix-xogħol, l-affidabbiltà kredizja, l-affidabbiltà, eċċ. Għall-kuntest eżaminat, il-paragrafu 15(2) tad-Direttiva 95/46/KE huwa rilevanti: jistipula li persuna tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni tat-tip imsemmi aktar ’il fuq, jekk id-deċiżjoni “tkun awtorizzata b’liġi” u jkunu implimentati salvagwardji li jipproteġu l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data. Il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva jkunu jikkostitwixxu l-bażi legali għall-eċċezzjoni tal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 95/46/KE, madanakollu, ma huma introdotti l-ebda salvagwardji speċifiċi sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data.

72.

Għaldaqstant, it-test tad-Direttiva proposta jidher li jintroduċi l-possibbiltà ta’ deċiżjoni awtomatizzata li taffettwa l-abilità li jiġu konklużi kuntratti minn awtorità bbażata fi Stat Membru differenti minn dak li fih ġiet oriġinarjament applikata s-sanzjoni. Minħabba l-impatt li deċiżjoni bħal din tista’ tħalli fuq id-drittijiet ta’ persuna professjonalment impenjata fl-attivitajiet ta’ investiment, il-KEPD jixħet dawl fuq il-fatt li t-test għandu speċifikament jintroduċi referenza għad-dritt ta’ oġġezzjoni għal deċiżjonijiet individwali awtomatizzati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 95/46/KE. Għandu jintroduċi b’mod espressiv salvagwardji sabiex jiggarantixxi li s-suġġett tad-data jkun jista’ jiġi mgħarraf bit-trasferiment u bl-eżistenza ta’ proċess mibdi mill-awtorità kompetenti li tirċievi sabiex tadotta deċiżjoni bħal din, sabiex ikun jista’ jeżerċita b’mod effettiv id-dritt li joġġezzjona.

2.7.2.   Kooperazzjoni taħt ir-Regolament propost

73.

L-Artikolu 34(2) tar-Regolament jistabbilixxi li wara notifika ta’ kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 83(5) tad-Direttiva, l-AETS għandha tirreġistra l-miżura u r-raġunijiet għaliha, u għandha żżomm u tippubblika fuq il-websajt tagħha bażi ta’ data bis-sommarji tal-miżuri fis-seħħ fir-rigward tal-miżuri skont l-Artikolu 72(1) subparagrafu (f) u (g) tad-Direttiva, “inklużi d-dettalji dwar il-persuni jew il-klassi ta’ persuni konċernati”.

74.

Pubblikazzjoni bħal din tikkostitwixxi attività ta’ pproċessar ulterjuri li tinvolvi data personali. F’dan il-każ japplikaw l-istess osservazzjonijiet imqajma fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-Kapitolu 2.5 aktar ’il fuq. Fil-valutazzjoni tal-impatt ma jidhirx li hemm evalwazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali ta’ dan it-tip ta’ pubblikazzjoni fuq l-internet. Għaldaqstant, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur sabiex jaħseb sew dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità attwali ta’ din il-miżura.

2.8.   Skambji ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi

75.

Il-KEPD josserva r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari għall-Kapitolu 4 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fl-Artikolu 92 tad-Direttiva proposta.

76.

Madanakollu, fid-dawl tar-riskji kkonċernati fi trasferimenti bħal dawn, il-KEPD jirrakkomanda li jiżdiedu salvagwardji speċifiċi bħall-valutazzjoni ta’ każ b’każ, il-garanzija tal-ħtieġa tat-trasferiment, ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni espressa minn qabel tal-awtorità kompetenti għal trasferiment ulterjuri ta’ data lejn u minn pajjiż terz u l-eżistenza ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ data personali fil-pajjiż terz li jirċievi d-data personali.

77.

Eżempju tajjeb ta’ dispożizzjoni bħal din li fih salvagwardji xierqa jista’ jinstab fl-Artikolu 23 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (40).

3.   KONKLUŻJONIJIET

78.

Il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

tiddaħħal dispożizzjoni sostantiva fil-proposti bil-kliem li ġej: “Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-AETS fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 45/2001”;.

il-perjodu minimu ta’ żamma ta’ 5 snin fl-Artikolu 22 tar-Regolament propost jiġi sostitwit b’perjodu massimu ta’ żamma,

fl-Artikolu 16.7 tad-Direttiva proposta jiġu speċifikati (i) l-iskop tal-irrekordjar tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u (ii) għal liema tip ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u komunikazzjonijiet elettroniċi ssir referenza kif ukoll il-kategoriji ta’ data relatati mal-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet li se jiġu rrekordjati.

fl-Artikolu 71.2 (c) tad-Direttiva proposta jiġi ċċarat li s-setgħa ta’ spezzjonar hija limitata għall-bini tad-ditti tal-investiment u ma tkoprix bini privat;

fl-Artikolu 71.2 (d) li jikkonċerna s-setgħa li jintalbu rekords tat-telefon u tad-data dwar it-traffiku, tiġi introdotta l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel bħala rekwiżit ġenerali u r-rekwiżit ta’ deċiżjoni formali li tispeċifika: (i) il-bażi legali (ii) l-iskop tat-talba (iii) x’informazzjoni hija meħtieġa (iv) il-limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni u (v) id-dritt tad-destinatarju li jkollu d-deċiżjoni reveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja;

jiġi ċċarat għal liema rekords tat-telefon u tad-data dwar it-traffiku qed jirreferi l-Artikolu 71.2(d);

fid-dawl tad-dubji espressi f’din l-Opinjoni, jiġu valutati l-ħtieġa u l-proporzjonalità tas-sistema proposta ta’ pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet. Soġġetti għar-riżultati tat-test tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità, fi kwalunkwe każ għandu jiġi pprovdut għal salvagwardji adegwati sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati sabiex joġġezzjonaw, is-sigurtà/il-preċiżjoni tad-data u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat.

fir-rigward tal-Artikolu 77.1 (i) fl-ittra b) għandha tiżdied dispożizzjoni li tgħid li: “l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tiġi garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm id-divulgazzjoni tagħha ma tkunx meħtieġa mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti”; (ii) tiżdied ittra d) li teħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw “proċeduri xierqa sabiex jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata għal difiża u li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonċernaha u d-dritt li din tfittex rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura meħuda kontriha”; (iii) titneħħa l-frażi “l-prinċipji stabbiliti fi” mill-ittra c) tad-dispożizzjoni;

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Opinjonijiet tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 dwar il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MIFID/MIFIR) u l-abbuż tas-suq.

(4)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(5)  Ara l-premessi 20, 30 u 45 tar-Regolament propost u l-premessi 41, 43, 69 u 103 tad-Direttiva proposta.

(6)  COM(2011) 651.

(7)  Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, COM(2011) 651.

(8)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, COM(2011) 651.

(9)  Parir tekniku tal-KRET lill-Kummissjoni Ewropea fil-Kuntest tar-Reviżjoni tal-MiFID –Protezzjoni tal-Investitur u Intermedjarji, 29 ta' Lulju 2010, KRET/10-417 p. 7, http://www.esma.europa.eu/system/files/10_417.pdf

(10)  Valutazzjoni tal-Impatt, paġna 150.

(11)  COM(2011) 651 finali.

(12)  L-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46/KE.

(13)  Valutazzjoni tal-impatt, paġna 150.

(14)  Ara l-istudju tal-KRET imsemmi fil-paragrafu 26 aktar ’il fuq.

(15)  COM(2011) 651.

(16)  Ara l-Opinjoni reċenti tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq.

(17)  Ara l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(18)  L-Artikolu 15.1 tad-Direttiva 2002/58/KE jistipula li restrizzjoni bħal din trid “tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f'soċjeta’ demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (i.e. is-sigurtà ta' l-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew ta' użu mhux awtorizzat tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jadottaw miżuri leġislativi li jipprovdu għaż-żamma tal-informazzjoni għal perjodu limitat iġġustifikat għarr-raġunijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu (…)”.

(19)  Ara, eż., il-Kawżi Magħquda C-92/09 u C-93/09, Volker und Markus Schecke GbR (C-92/09), Hartmut Eifert (C-92/09) v. Land Hessen, għadhom mhux ippubblikati fil-Ġabra, punt 74.

(20)  Ara r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, p. 42 et seq.

(21)  Ara wkoll il-paġna 43 – valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-għażla “armonizzazzjoni minima”: “L-għażla tinterferixxi mal-Artikoli 7 (rispett tal-ħajja privata u tal-familja) u 8 (protezzjoni ta’ data personali) u potenzjalment anki mal-Artikoli 47 (dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali) u 48 (preżunzjoni ta’ innoċenza u dritt għad-difiża) tal-Karta tal-UE. L-għażla tipprovdi għal-limitazzjoni ta’ dawn id-drittijiet fil-liġi filwaqt li tirrispetta l-essenza ta’ dawn id-drittijiet. Il-limitazzjoni ta’ dawn id-drittijiet hija meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali ta’ żgurar tal-konformità mar-regoli tal-MiFID sabiex jiġu żgurati negozjar ġust u ordinat u protezzjoni tal-investitur. Sabiex ikunu legali, il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li huma imposti jridu jkunu proporzjonati għall-ksur tar-reat, jirrispettaw id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat, il-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt għad-difiża, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali fiċ-ċirkustanzi kollha […]”.

(22)  Ara l-Opinjoni reċenti tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 dwar il-proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.

(23)  “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta qed jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti inkluż: (a) is-serjetà u d-durata tal-ksur; (b) il-grad ta’ responsabilità tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli; (c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika, kif indikat mill-qligħ totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli; (d) l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jkunu determinati; (e) it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dan ikun jista’ jkun determinat; (f) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti; (g) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika […]”.

(24)  Kawżi Magħqudin C-92/09 u C-93/09, Schecke, paragrafi 56-64.

(25)  F’dan ir-rigward, ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD tal-15 ta’ April 2011 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 13).

(26)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 11 aktar ’il fuq.

(27)  Jiġifieri skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva proposta li tistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni tas-sanzjonijiet.

(28)  Pereżempju, il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet nazzjonali: jissospendu l-pubblikazzjoni sakemm l-appell jiġi miċħud jew, kif inhu suġġerit fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, jindikaw b’mod ċar li d-deċiżjoni għadha soġġetta għal appell u li l-individwu huwa preżunt innoċenti sakemm id-deċiżjoni ssir finali, jippubblikaw rettifika f’każijiet fejn id-deċiżjoni titħassar minn qorti.

(29)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD tal-10 ta’ April 2007 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU C 134, 16.6.2007, p. 1).

(30)  F’dan ir-rigward, ara d-dokument ippubblikat mid-DPA Taljana Personal Data As Also Contained in Records and Documents by Public Administrative Bodies: Guidelines for Their Processing by Public Bodies in Connection with Web-Based Communication and Dissemination (Data Personali kif Tinsab Ukoll fir-Rekords u d-Dokumenti f’Korpi Amministrattivi Pubbliċi: Linji Gwida għall-Ipproċessar Tagħha minn Korpi Pubbliċi b’Rabta mal-Komunikazzjoni u t-Tixrid Ibbażati fuq l-Internet), disponibbli fuq il-websajt tad-DPA Taljana, http://www.garanteprivacy.it/garante/doc.jsp?ID=1803707

(31)  Dan it-tħassib huwa marbut ukoll mad-dritt aktar ġenerali li s-suġġett tad-data jintesa, li l-inklużjoni tiegħu fil-qafas leġiżlattiv ġdid għall-protezzjoni tad-data personali qed tiġi diskussa.

(32)  Dawn il-miżuri u s-salvagwardji jistgħu jikkonsistu, pereżempju, fl-esklużjoni tal-indiċjar tad-data permezz ta’ muturi ta’ riċerka esterni.

(33)  Fl-2006, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 ippubblika opinjoni dwar skemi bħal dawn li tindirizza l-aspetti relatati mal-protezzjoni tad-data ta’ dan il-fenomenu: l-Opinjoni 1/2006 dwar l-applikazzjoni ta’ regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data għal skemi ta’ whistle blowing intern fl-oqsma tal-kontabbiltà, kontrolli tal-kontabbiltà interna, materji tal-awditjar, ġlieda kontra t-tixħim, reati bankarji u finanzjarji (Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-whistle blowing). L-Opinjoni tista’ tinstab fuq il-websajt tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29: http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/index_en.htm

(34)  Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt, p. 137-138: “Rigward l-introduzzjoni ta’ ‘skemi ta’ whistle blowing’, din tqajjem kwistjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ data personali (Art. 8 tal-Karta tal-UE u Art. 16 tat-TFUE) u l-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għal difiża (Art. 48) tal-Karta tal-UE. Għaldaqstant, kwalunkwe implimentazzjoni tal-iskemi ta’ whistle blowing għandha tikkonforma u tintegra l-prinċipji u l-kriterji dwar il-protezzjoni tad-data indikati mill-awtoritajiet tal-UE għall-protezzjoni tad-data u tiżgura salvagwardji b’konformità mal-Karta tad-drittijiet fundamentali”.

(35)  Ara, pereżempju, l-Opinjoni dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni tal-15 April 2011, u l-opinjoni dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-1 Ġunju 2011, it-tnejn li huma disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(36)  L-importanza taż-żamma kunfidenzjali tal-identità tal-whistleblower diġà ġiet enfasizzata mill-KEPD f’ittra lill-Ombudsman Ewropew tat-30 ta’ Lulju 2010 fil-każ 2010-0458, li tista’ tinstab fuq il-websajt tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu). Ara wkoll l-Opinjonijiet ta’ verifika minn qabel tal-KEPD tat-23 ta’ Ġunju 2006, dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (Każ 2005-0418), u tal-4 ta’ Ottubru 2007 rigward investigazzjonijiet esterni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (Każi 2007-47, 2007-48, 2007-49, 2007-50, 2007-72).

(37)  Ara l-Opinjoni dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni 15 April 2011, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(38)  F’dan ir-rigward, ara l-Linji gwida tal-KEPD li jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ data personali f’inkjesti amministrattivi u proċeduri dixxiplinarji mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, li juru r-relazzjoni mill-qrib bejn id-dritt ta’ aċċess tas-suġġetti tad-data u d-dritt għal difiża tal-persuni akkużati (ara p. 8 u 9) http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Supervision/Guidelines/10-04-23_Guidelines_inquiries_EN.pdf

(39)  Ara l-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-whistle-blowing, p. 13-14.

(40)  L-Artikolu 23 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq COM(2011) 651 jiddikjara kif ġej:

“1.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 25 jew 26, u biss fuq bażi ta’ każ b’każ. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiżgura li t-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-pajjiż terz ma jittrasferixxix dejta lejn pajjiż terz ieħor sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Id-dejta personali tista’ tiġi trasferita biss lil pajjiż terz li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta personali.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżvela biss informazzjoni riċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun kisbet qbil espliċitu mill-awtorità kompetenti li tkun ittrasmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, l-informazzjoni tiġi żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tat il-kunsens tagħha.

3.   Fejn ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għall-iskambju ta’ dejta personali, għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE.”


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/15


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 147/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.1.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 598/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Berlin, Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Förderrichtlinien der Medienboard Berlin-Brandenburg GmbH

Il-bażi legali

Förderrichtlinien der Medienboard Berlin-Brandenburg GmbH

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 17,50 miljun

 

Baġit globali: EUR 87,5 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Medienboard Berlin-Brandenburg

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.4.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32582 (11/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thüringen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ergänzungsnotifizierung zum großen Investitionsvorhaben der ersol Solar Energy AG (heute: Bosch Solar Energy AG), Arnstadt (staatl. Beihilfe N 539/08) — Investitionszulage zu Gunsten der CRS Reprocessing Germany GmbH

Il-bażi legali

Investitionszulagengesetz 2007

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impjiegi, Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,27 miljun

L-intensità

10 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Manifattura ta' kimiċi bażiċi inorganiċi oħrajn

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finanzamt Leipzig II

Nordplatz 11

04105 Leipzig

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/17


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Mejju 2012

2012/C 147/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2557

JPY

Yen Ġappuniż

99,75

DKK

Krona Daniża

7,4313

GBP

Lira Sterlina

0,80095

SEK

Krona Żvediża

8,9760

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5360

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,390

HUF

Forint Ungeriż

299,78

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6975

PLN

Zloty Pollakk

4,3483

RON

Leu Rumen

4,4680

TRY

Lira Turka

2,3180

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2842

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2877

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7491

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6660

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6016

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 477,95

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5046

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9542

HRK

Kuna Kroata

7,5758

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 828,69

MYR

Ringgit Malażjan

3,9460

PHP

Peso Filippin

54,789

RUB

Rouble Russu

39,7675

THB

Baht Tajlandiż

39,655

BRL

Real Brażiljan

2,5565

MXN

Peso Messikan

17,5421

INR

Rupi Indjan

69,8420


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/18


Sejħa għall-proposti 2012 – Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili – Eżerċizzji tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili

2012/C 147/04

1.

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili, qed tniedi sejħa għall-proposti bil-għan li tidentifika proposti relatati ma’ eżerċizzji li jistgħu jkunu eliġibbli għal sostenn finanzjarju fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom (1), li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili, adottata fil-5 ta' Marzu 2007, u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom (2), li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (imfassla mill-ġdid), adottata fit-8 ta' Novembru 2007. Dan is-sostenn finanzjarju se jingħata f’forma ta' għotjiet.

2.

L-oqsma kkonċernati, in-natura u l-kontenut tal-proposti u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament huma elenkati fil-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja rilevanti, li fiha wkoll struzzjonijiet dettaljati dwar fejn u meta wieħed jista’ jressaq proposta. Il-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja, kif ukoll il-formoli ta' applikazzjoni għal għotja rilevanti jistgħu jitniżżlu mill-websajt Europa f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/echo/funding/opportunities/proposals_en.htm

3.

Il-proposti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz muri fil-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja sas-16 ta’ Lulju 2012. Il-proposti jridu jintbagħtu bil-posta jew permezz ta' servizz privat ta' distribuzzjoni mhux aktar tard mis-16 ta' Lulju 2012 (il-prova tkun tikkonsisti mid-data tal-impustar, it-timbru tal-posta jew id-data fuq iċ-ċertifikat tal-impustar). Jistgħu wkoll jitwasslu bl-idejn fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja, mhux aktar tard mis-16 ta’ Lulju 2012 fil-17.00 (il-prova tkun il-konferma tal-wasla, iddatata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli).

Il-proposti mibgħuta bil-faks, bil-posta elettronika, applikazzjonijiet mhux kompluti, jew applikazzjonijiet mibgħuta f'diversi partijiet, ma jiġux aċċettati.

4.

Il-proċedura biex jingħataw l-għotjiet hija skedata kif ġej:

wasla, reġistrazzjoni u konferma tal-wasla mill-Kummissjoni,

valutazzjoni tal-proposti mill-Kummissjoni,

deċiżjoni tal-għoti u notifika tar-riżultat lill-applikanti.

Il-benefiċjarji jintgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja u fil-limiti tal-baġit disponibbli.

Fl-eventwalità ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni, jiġi konkluż ftehim biex tingħata għotja bejn il-Kummissjoni u l-parti li tressaq il-proposta.

Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali.