ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.107.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
13 ta' April 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 107/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2012/C 107/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Lulju 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier – Rapporteur: Ċipru

2

2012/C 107/03

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier

4

2012/C 107/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4997)  ( 1 )

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 107/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6527 – Rio Tinto/Richards Bay Minerals) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

2012/C 107/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6524 – Sberbank of Russia/BNP Paribas Personal Finance/BNP Paribas Vostok) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

2012/C 107/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark) ( 1 )

13

 

Rettifika

2012/C 107/08

Rettifika għat-taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 19, 25.1.2008)

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ April 2012

2012/C 107/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3153

JPY

Yen Ġappuniż

106,54

DKK

Krona Daniża

7,4384

GBP

Lira Sterlina

0,82470

SEK

Krona Żvediża

8,8912

CHF

Frank Żvizzeru

1,2027

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6100

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,803

HUF

Forint Ungeriż

296,90

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6989

PLN

Zloty Pollakk

4,1802

RON

Leu Rumen

4,3745

TRY

Lira Turka

2,3664

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2645

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3132

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2128

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6001

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6507

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 500,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,4472

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2961

HRK

Kuna Kroata

7,4758

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 055,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,0360

PHP

Peso Filippin

56,176

RUB

Rouble Russu

38,7840

THB

Baht Tajlandiż

40,564

BRL

Real Brażiljan

2,4075

MXN

Peso Messikan

17,2124

INR

Rupi Indjan

67,8550


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Lulju 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier

Rapporteur: Ċipru

2012/C 107/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni preżenti, id-definizzjonijiet tas-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

is-suq għall-karti tal-magażin, li jikkonsistu fil-gradi kollha ta' rollijiet miksija mekkanikament (“CMR”) karta miksija mlestija bil-magna (“MFC”) u karta supercalendered “SC”), inkluż il-karta ekwivalenti SC-B, filwaqt li mhux neċessarji li jiġi konkluż jekk is-suq għandux jiġi definit b'mod aktar wiesa' bħala s-suq għall-karta tar-rivisti jew b'mod aktar dejjem bħala s-suq għall-karta SC (inkluż il-karta ekwivalenti SC-B) f'dan il-każ;

(b)

is-suq għall-istampar tal-gazzetti, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(c)

is-suq għall-akkwist tal-karta rkuprata, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(d)

is-suq għall-akkwist tal-injam, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(e)

is-suq għall-produzzjoni tal-polpa tal-injam, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(f)

is-suq għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(g)

is-suq għall-produzzjoni tal-pannelli tal-injam, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(h)

is-suq għall-produzzjoni tal-injam isserrat, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ din l-operazzjoni, id-definizzjonijiet tas-swieq ġeografiċi rilevanti huma:

(a)

għas-swieq kollha tal-karta tal-magażin u s-segmenti potenzjali tiegħu: iż-ŻEE kif ukoll l-Isvizzera;

(b)

għas-swieq kollha tal-istampar tal-gazzetti: iż-ŻEE kif ukoll l-Isvizzera;

(c)

għas-swieq kollha tal-akkwist tal-karta rkuprata: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(d)

għas-swieq kollha tal-akkwist tal-injam: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(e)

għas-swieq kollha għall-produzzjoni tal-polpa tal-injam: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(f)

għas-swieq kollha tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(g)

għas-swieq kollha għall-produzzjoni tal-pannelli tal-injam: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(h)

għas-swieq kollha għall-produzzjoni tal-injam isserrat: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma toħloqx impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu tas-swieq li ġejjin:

(a)

is-swieq kollha għall-karta tal-magażin, indipendentement mid-definizzjoni preċiża tas-suq;

(b)

is-swieq kollha tal-istampar tal-gazzetti;

(c)

is-swieq kollha għall-akkwist tal-karta rkuprata;

(d)

is-swieq kollha tal-akkwist tal-injam;

(e)

is-swieq kollha għall-produzzjoni tal-polpa tal-injam;

(f)

is-swieq kollha tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku;

(g)

is-swieq kollha għall-produzzjoni tal-pannelli tal-injam;

(h)

is-swieq kollha għall-produzzjoni tal-injam isserrat.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament tal-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/4


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier

2012/C 107/03

SFOND

Fit-28 ta' Jannar 2011 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tiegħu l-korporazzjoni UPM-Kymmene Corporation (“UPM” jew “il-Parti li Tinnotifika”) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv tal-Myllykoski Corporation (“Myllykoski”) u Rhein Papier GmbH (“Rhein Papier”) (li huma wkoll magħrufin flimkien bħala “l-partijiet involuti l-oħrajn.”) Fl-4 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tiftaħ proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

PROĊEDURA BIL-MIKTUB

Fil-5 ta' Mejju 2011 intbagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) lill-parti li tinnotifika fejn il-Kummissjoni stabbiliet il-konklużjoni preliminari li l-konċentrazzjoni notifikata timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta' karta illustrata fi grad eċċezzjonali (“SC”). It-tħassib kien dwar jekk il-karta SC għandhiex titqies bħala suq separat jew parti mis-suq ta' prodotti akbar li jħaddan tipi ta' karta ta' magażin oħra (SC, irfinuti b'kisja minn magna (“MFC”) u rollijiet miksija mekkanikament (“CMR”)). UPM wieġbet għad-DO fiż-żmien stipulat, fl-20 ta' Mejju 2011.

Aċċess għal fajl

Fis-6 ta’ Mejju 2011 ingħata aċċess parzjali għall-fajl. Dokumenti supplementari ġew ipprovduti lil UPM fit-12, 18 u 19 ta' Mejju. UPM ilmentat mad-DĠ Kompetizzjoni dwar dan l-aċċess allegatament tard għall-fajl. Madankollu, billi l-UPM ma semmewli xejn minn dan, u billi ma tat l-ebda argument konvinċenti dwar għaliex ma setgħetx tiddefendi lilha nfisha b'mod effikaċi, inqis li d-dewmien fl-aċċess għal partijiet mill-fajl ma jippreġudikax id-drittijiet tad-difiża ta' UPM.

Smigħ ta’ partijiet terzi

Approvajt status ta' parti terza interessata lil klijent tal-partijiet, jiġifieri Bertelsmann AG u xi sussidjarji tagħha, inklużi Gruner + Jahr AG & Co, Mohn media Mohndruck GmbH u Prinovis Ltd & Co KG (minn hawn 'l quddiem imsejħa flimkien “Bertelsmann”).

Approvajt ukoll l-istatus ta' parti terza interessata lil ċerti kredituri ta' Myllykoski (3), u Rhein Papier (4) wara li spjegawli l-involviment eċċezzjonali tagħhom f'din it-tranżazzjoni, u kif l-interessi tagħhom se jkunu speċifikament affetwati bir-riżultat tal-proċeduri.

Ġurnata qabel is-seduta orali rċevejt ukoll applikazjoni mingħand klijent ta' Myllykoski sabiex jattendi s-seduta orali. Quddiem applikazzjoni li mhix ċara biżżejjed, il-fatt li t-talba ġiet ippreżentata fi stadju daqstant tard, u li l-klijent ma kkontribwixxiex għall-investigazzjoni s'issa (5), kelli dubji serji jekk dan il-klijent setax jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kjarifikazzjoni tal-fatti relevanti għall-każ. Għaldaqstant iddeċidejt li ma nistedinx lil dan il-klijent għas-seduta orali. Madankollu infurmajt lill-klijent li seta' jingħata l-istatus ta' parti terza interessata u seta' jingħata l-opportunità li jinstema' bil-miktub, wara li japplika formalment, ħaġa li, madankollu, l-klijent m'għamilx.

Is-Smigħ Orali

Fit-tweġiba għad-DO, il-parti li tinnotifika talbet li tinstema' f'seduta orali, li saret nhar is-27 ta' Mejju 2011. Fuq talba tagħhom, stedint ukoll lill-partijiet terzi interessati (Bertelsmann, u lil Myllykoski u Rhein Papier lenders), li rajt li jistgħu jagħtu kontribut siewi fil-kjarifikazzjoni tal-fatti relevanti.

Fuq talbiet raġonevoli ta' kull UPM, Myllykoski u l-Myllykoski u Rhein Papier lenders, partijiet mill-preżentazzjonijiet tagħhom saru bil-bibien magħluqa.

L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

L-abbozz ta' deċiżjoni jipprovdi approvazzjoni mingħajr kundizzjonijiet tal-konċentrazzjoni proposta. L-oġġezzjonijiet stabbiliti fid-DO ġew riveduti – u mwarrba – mill-Kummissjoni fid-dawl ta', inter alia, il-kummenti bil-miktub tal-parti li tinnotifika, il-kontribuzzjoni tal-parteċipanti kollha fis-smigħ orali, u aktar investigazzjoni mwettqa wara d-DO.

KONKLUŻJONI

Ma rċivejt l-ebda ilment mill-parti li tinnotifika, il-partijiet l-oħra involuti, jew xi parti terza interessata sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu. F'dan id-dawl u wara li ħadt kont tal-osservazzjonijiet msemmija hawn fuq, inqis li f’dan il-każ ġie rrispettat id-dritt tal-parteċipanti kollha fil-proċedimenti li jinstemgħu.

Brussell, l-4 ta’ Lulju 2011.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(3)  Bayerische Landesbank, Sampo Bank plc, Skandinaviska Enskilda Banken AB (publ) u Nordic Investment Bank (“Myllykoski Lenders (Lead Banks)”), f'isem Myllykoski lenders.

(4)  Nordea Bank Finland plc (fil-kapaċità tiegħu bħala aġent ta' faċilità għall-istituzzjonijiet finanzjarji li huma kredituri ta' Rhein Papier)

(5)  B'mod partikolari, il-klijent ma rrispondiex għal kwestjonarji mibgħuta mid-DĠ Kompetizzjoni waqt il-proċeduri.


13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Lulju 2011

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4997)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 107/04

Fit-13 ta' Lulju 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1), u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna ta' ħidma tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET

(1)

L-UPM hija kumpanija globali bil-kwartieri ġenerali fil-Finlandja li tiżviluppa, tipproduċi u tikkummerċjalizza prodotti tal-karti. Tipproduċi wkoll polpa, elettriku, tikketti, prodotti tal-injam isserrat u tal-folji tal-injam.

(2)

Myllykoski hija kumpanija Finlandiża privata. Tiżviluppa, tipproduċi u tikkummerċjalizza prodotti tal-karti. Tipproduċi wkoll polpa. Għandha fabbriki fil-Finlandja, fil-Ġermanja u fl-Istati Uniti tal-Amerika u attivitajiet ta' bejgħ madwar id-dinja kollha.

(3)

Rhein Papier, li tinsab fil-Ġermanja, tipproduċi prodotti tal-karti fil-Ġermanja u tbigħ madwar id-dinja kollha. Hija amministrata minn Myllykoski u hija kkontrollata mill-istess azzjonisti li jippossedju Myllykoski. Myllykoski u Rhein Papier huma magħrufin bħala l-Grupp Myllykoski.

II.   L-OPERAT

(4)

Fit-28 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika formali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha l-impriża UPM-Kymmene Corporation (“UPM”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) ta' dak ir-Regolament il-kontroll sħiħ ta' Myllykoski Corporation (“Myllykoski”) u Rhein Papier GmbH (“Rhein Papier”).

III.   ID-DIMENSJONI TAL-UNJONI

(5)

L-impriżi kkonċernati għandhom fatturat dinji aggregat flimkien ta' aktar minn EUR 5 000 miljun (2). Kull waħda mill-impriżi għandha fatturat ta' madwar l-UE li jaqbeż l-EUR 250 miljun, iżda huma ma jiksbux aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom madwar l-Unjoni fl-istess Stat Membru. Għalhekk l-operat notifikat għandu dimensjoni tal-Unjoni.

IV.   IL-PROĊEDURA

(6)

Bid-deċiżjoni tal-4 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-konċentrazzjoni mas-suq intern u bdiet proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“l-Artikolu 6(1)(c) id-Deċiżjoni”). UPM ressqet il-kummenti bil-miktub tagħha dwar l-Artikolu 6(1)(c) id-Deċiżjoni fit-22 ta' Marzu 2011.

(7)

Fil-15 ta' April 2011, UPM ressqet għadd ta' dokumenti msejħa “Dokumenti dwar għadd ta' kwistjonijiet ewlenin” u ħabbret li se tressaq studju ekonomiku ieħor. L-istudju tressaq fit-18 ta' April 2011

(8)

Fil-5 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Bis-sottomissjoni tal-20 ta' Mejju 2011 UPM wieġbet għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u talbet għal Seduta Orali.

(9)

Fis-27 ta' Mejju 2011 saret Seduta Orali. Bħala partijiet terzi, Grupp Myllykoski, il-banek li jselfuh il-flus u Bertelsmann AG inklużi s-sussidjarji ta' Bertelsmann Group attendew għas-Seduta Orali.

(10)

Il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konsultattiv seħħet fl-1 ta’ Lulju 2011.

V.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

A.   Swieq rilevanti

(11)

Iż-żewġ partijiet huma attivi fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni tal-karti tar-rivisti u karta tal-gazzetti. L-attivitajiet tal-partijiet jikkoinċidu fl-akkwist tal-karta rkuprata, fl-akkwist tal-injam u fil-produzzjoni tal-polpa tal-injam. Il-konċentrazzjoni tagħti wkoll lok għal bosta relazzjonijiet vertikali.

1.   Karti tar-rivisti

(12)

Fir-rigward tal-karti tar-rivisti, iż-żewġ partijiet huma attivi fil-gradi kollha ħlief għall-karti mingħajr injam (“WFC”) u karta miksija mlestija bil-magna (“MFC”), li l-Grupp Myllykoski ma jipproduċix.

Image

(13)

Kif jidher mill-graff hawn fuq, il-varji gradi u speċifikazzjonijiet tal-karti tar-rivisti jammontaw għal kontiwu ta' kwalitajiet u prezzijiet differenti, li f'termini ġenerali jibdew bil-karti WFC (li jintużaw primarjament għall-qoxra tar-rivista jew preżentazzjonijiet korporattivi ta' kwalità għolja ħafna bħala rapporti annwali), minn rollijiet miksija mekkanikament (“CMR”), u gradi ta' karta supercalendered (“SC”). Il-karti CMR u SC jintużaw primarjament għall-pubblikazzjoni tar-rivisti tal-konsumatur, katalgi u materjali ta' reklamar/kummerċjalizzazzjoni diretta (3).

(14)

Dawn il-gradi tal-karti jistgħu jiġu segmentati ulterjuri f'sottogradi, biex is-CMR tkun subdiviża f'dawk miksija b'piż ħafif (“LWC”), miksija b'piż medju (“MWC”) u miksija b'piż tqil (“HWC”). Bejn SC u CMR hemm karta miksija mlestija bil-magna (“MFC”) li tista' titqies bħala kategorija differenti (4). Il-karta SC tinkludi għadd ta' sottogradi bħal SC-A+ (u anka SC-A++), SC-A, u SC-B. Reċentament, għadd ta' prodotti ġew introdotti fis-suq li, minkejja mhux prodotti fuq il-magni SC u mhux neċessarjament ikklassifikati bħala karti SC, huma ta' kwalità inferjuri mill-gradi SC u huma msemmija bħala Karti ekwivalenti tal-grad SC-B jew SC-C.

(15)

Il-Kummissjoni, bħall-każijiet preċedenti, qieset li l-WFC m'għandhiex tiġi inkluża fis-suq għall-karti tar-rivisti minħabba l-karatteristiċi differenti tal-karta, applikazzjonijiet differenti, differenzi fil-prezz u – jekk ikun hemm – sostituzzjoni limitati min-naħa tal-fornitura bejn il-WFC u tipi oħrajn ta' karti tar-rivisti.

(16)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-karta tal-gazzetti m'għandhiex tiġi inkluża fis-suq għall-karti tar-rivisti hekk kif l-investigazzjoni tas-suq uriet li s-sostituzzjoni kemm min-naħa tad-domanda u kemm min-naħħa tal-fornitura hija limitata.

(17)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li s-segment tal-karta SC m'għandux jiġi suddiviż ulterjorment peress li l-gradi kollha tal-karta SC jappartjenu lill-istess suq ibbażat fuq sostituzzjoni konsiderevoli kemm min-naħa tad-domanda u kemm min-naħħa tal-fornitura.

(18)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li abbażi karatteristiċi simili ħafna tal-prodott, l-applikazzjonijiet identiċi, il-firxa tal-prezzijiet u s-sostituzzjoni bejn l-gradi Ekwivalenti SC-B u SC, il-grad Ekwivalenti SC-B għandu jiġi inkluż fis-segment tal-karta SC u għaldaqstant jitqies bħala parti tal-ispettru tal-karti tar-rivisti.

(19)

Abbażi dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq għall-karti tar-rivista ma jinkludix karta tal-gazzetti u karti WFC, iżda jista' jinkludi l-gradi kollha tas-CMR (u inkluż l-MFC) u tal-SC (inkluż l-Ekwivalenti SC-B) (5). Fi kwalunkwe każ, minħabba li ma jitqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni mill-konċentrazzjoni relatata ma' din id-Deċiżjoni, meta jitqiesu kemm suq usa' tal-karti tar-rivisti li jinkludi CMR u SC, jew anka suq SC dejjaq waħdu, id-definizzjoni eżatta tas-suq tista' titħalla miftuħa.

(20)

Fid-dawl tal-evidenza fir-rigward tal-flussi kummerċjali apprezzabbli fiż-ŻEE u fl-Isvizzera, in-nuqqas ta' ostakoli sinifikanti fil-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE, il-fatt li dak it-trasport huwa kemm possibbli u kemm li qiegħed realment isir fuq distanzi twal, u li l-prezzijiet tal-bejgħ huma uniformi f'dan l-ispazju kollu, il-Kummissjoni tqis li s-suq ġeografiku rilevanti huwa ż-ŻEE u l-Isvizzera.

2.   Karta tal-gazzetti

(21)

Kemm UPM kif ukoll il-Grupp Myllykoski huma attivi fis-suq għall-karta tal-gazzetti. Il-karta tal-gazzetti hija tip ta' karta użata primarjament għall-istampar tal-gazzetti. Id-distinzjonijiet minn karta oħra huma l-prezz relattivament baxx tagħha u hija b'saħħitha ħafna, karatteristiċi li jippermettulha tgħaddi minn magni kbar tal-istampar b'veloċità għolja u f'volumi kbar. Il-karta tal-gazzetti tinstab f'bosta gradi u speċifikazzjonijiet. Iż-żewġ segmenti ewlenin tas-suq għall-karta tal-gazzetti huma karta standard tal-gazzetti u karta mtejba tal-gazzetti (6).

(22)

UPM iddikjarat li, skont każijiet preċedenti tal-Kummissjoni (7), hemm suq tal-karta tal-gazzetti li jista' jitqies bħala wieħed. Jitqies li hemm livell għoli ta' sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda ta' gradi differenti ta' karta tal-gazzetti. B'mod partikolari, hemm użu komuni tal-gradi differenti fl-applikazzjonijiet multipli u l-konsumaturi jistgħu jissostitwixxu, u qegħdin jagħmlu dan, bejn il-gradi differenti. Barra minn hekk, UPM iddikjarat li l-karta mtejba tal-gazzetti tista' tintuża għall-applikazzjonijiet tar-rivisti; b'mod partikolari tista' tissostitwixxi l-karta SC.

(23)

Peress li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni ma jagħtix lok għal definizzjoni alternattiva raġonevoli tas-suq, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodott fir-rigward tas-suq tal-karta tal-gazzetti.

(24)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq ġeografiku rilevanti għall-karta tal-gazzetti huwa ż-ŻEE u l-Isvizzera.

3.   Swieq oħrajn

(25)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li m'hemmx bżonn li jiġu definiti eżattament is-suq tal-prodott u dak ġeografiku rilevanti fir-rigward (i) tal-akkwist tal-karta rkuprata u (ii) tal-akkwsit tal-injam u (iii) tal-produzzjoni tal-polpa tal-injam, (iv) tal-prodotti tal-folji tal-injam u (v) tal-injam isserrat hekk kif f'dan il-każ l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni ma jista' jitqajjem taħt kwalunkwe definizzjonijiet alternattivi raġonevoli tas-suq.

(26)

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li bħalissa mhux neċessarju li jiġi identifikat il-kamp ta' applikazzjoni tas-suq tal-prodott u dak ġeografiku fir-rigward tal-ġenerazzjoni u l-fornitura bl-ingrossa tal-elettriku hekk kif il-konċentrazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompetizzjoni.

B.   Evalwazzjoni kompetittiva

1.   Karti tar-rivisti

(27)

Ishma tas-suq fl-industrija tal-karti huma tipikament ibbażati fuq id-dejta dwar il-kapaċità, li għaliha jeżistu sorsi indipendenti (8). F'konformità ma' din il-prattika, UPM ressqet ishma tas-suq ibbażati fuq il-kapaċità għal suq sħiħ tal-karti tar-rivisti u għas-segment tas-suq tal-SC li kienu ġeneralment ikkonfermati matul l-investigazzjoni tas-suq.

(28)

It-tabella li ġejja tippreżenta l-ishma tas-suq ibbażati fuq il-kapaċità fir-rigward tas-suq sħiħ tal-karti tar-rivisti li jinkludi SC, MFC u CMR:

Kumpanija

Ishma tal-volum

UPM

20-30 %

Grupp Myllykoski (9)

10-20 %

Flimkien

40-50 %

Stora Enso

10-20 %

Norske Skog

5-10 %

SAPPI

5-10 %

Burgo

5-10 %

SCA Forest

5-10 %

Leipa

0-5 %

Oħrajn

5-10 %

Total

100 %

(29)

Dawn l-ishma tas-suq għadhom ma jinkludux il-karti Ekwivalenti SC-B, hekk kif dawn ġew introdotti reċentament fis-suq. Jekk jitqiesu l-prodotti fiċ-ċifri tal-kapaċità msemmija hawn fuq, is-sehem kombinat tas-suq tal-partijiet jista' jasal għal kważi 30-40 %.

(30)

Il-kompetizzjoni mill-karti Ekwivalenti SC-B li ġew introdotti reċentament diġà kellha effett restrittiv sinifikanti fuq il-prodotti SC fejn il-partijiet għandhom pożizzjoni relattivament b'saħħitha. Dawn il-prodotti l-ġodda jikkompetu direttament mal-karti SC, il-bejgħ tagħhom qiegħed jogħla b'mod rapidu u huwa mistenni li l-pressjoni li ġejja mill-produtturi tal-karta Ekwivalenti SC-B se tiżdied fil-ġejjieni qrib.

(31)

Filwaqt li jitqies li s-segment tal-karta SC (inkluż l-Ekwivalenti SC-B) is-sehem kombinat tas-suq għandu jammonta għal 40-50 % tal-kapaċità totali, filwaqt li jifdal għadd ta' kompetituri: Stora Enso (20-30 %), Norske Skog (10-20 %), Holmen (10-20 %) u SCA (5-10 %).

(32)

L-abbiltà tal-kompetituri li jespandu l-produzzjoni b'reazzjoni għal tnaqqis possibbli tal-kapaċità li tirriżulta mit-tranżizzjoni, sa ċertu punt hija ddeterminata mill-kapaċità mhux utilizzata tagħhom u mill-evoluzzjoni tad-domanda.

(33)

Abbażi t-tbassir tax-xejriet tad-domanda, il-Kummissjoni tqis li d-domanda fiż-ŻEE għal karti tar-rivisti (inkluża SC) se tkun stabbli jew saħansitra se tonqos fit-tliet u l-ħames snin li ġejjin.

(34)

Fl-istess ħin, l-analiżi tal-kapaċitajiet mhux utilizzati tal-kompetituri fuq bażi annwali medja turi li l-kompetituri għandhom kapaċità mhux utilizzata sinifikanti fis-suq. Fil-fatt, ir-rata ta' utilizzazzjoni medja annwali tal-kompetituri fis-suq sħiħ għall-karti tar-rivisti kif ukoll għas-segment idjaq tal-karta SC kienet ta' madwar 88 % fl-2010.

(35)

Il-kompetituri għandhom interess qawwi li jużaw il-kapaċitajiet kollha tagħhom hekk kif il-produzzjoni tal-karti tinvolvi kostijiet fissi għoljin ħafna. Għal din ir-raġuni, il-produtturi qegħdin jippruvaw jużaw il-kapaċitajiet kollha tagħhom u għalhekk se jkollhom l-inċentivi biex iżidu r-rati tal-użu tal-kapaċità u l-bejgħ b'reazzjoni għaż-żieda fil-prezz jew għat-tnaqqis minn UPM.

(36)

Fl-aħħar nett, il-kompetituri għandhom kemm l-abbiltà kif ukoll l-inċentiv biex jikkontrabattu kwalunkwe żieda fil-prezz jew kwalunkwe tnaqqis possibbli tal-kapaċità kkontemplat minn UPM wara l-amalgamazzjoni.

(37)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet li ġew indikati hawn fuq u elaborati fid-dettall fid-deċiżjoni proposta, il-Kummissjoni tqis li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se tagħti lok għal impediment sinifikanti ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-karti tar-rivisti jew fi kwalunkwe wieħed mis-segmenti tiegħu.

2.   Karta tal-gazzetti (Newsprint)

(38)

Is-sehem tal-partijiet tal-kapaċità tal-karta tal-gazzetti ma jistgħux jaqbżu l-20-30 %, irrispettivament jekk is-suq jitqiesx bħala suq wieħed għall-karta kollha tal-gazzetti jew fuq swieq separati għal karta tal-gazzetti standard u mtejba. Il-konċentrazzjoni proposta m'għandhiex ikollha effett fuq suq separat għall-karta tal-gazzetta ekstra mtejba jew Ekwivalenti SC-B hekk kif la UPM u lanqas Myllykoski ma jipproduċu din it-tip ta' karta.

(39)

F'termini tal-ishma tal-bejgħ, fl-2010 l-partijiet seta' jkollhom sehem kombinat tas-suq ta' 20-30 % u 20-30 % għal karta tal-gazzetti standard u mtejba rispettivament (10). Fuq suq għall-karta mtejba tal-gazzetti, ħlief il-kapaċità kollha użata għall-produzzjoni tal-karti Ekwivalenti SC-B, il-Kummissjoni tat estimu li s-sehem ikkombinat tas-suq tal-partijiet seta' kien 20-30 %.

(40)

UPM iddikjarat li l-konċentrazzjoni proposta m'għandhiex toħloq tħassib dwar il-kompetizzjoni bħala riżultat ta' dik il-koinċidenza orizzontali għax: (i) hemm atturi b'saħħithom fis-suq li huma kapaċi li jikkompetu mal-entità amalgamata; (ii) atturi iżgħar jistgħu jikkompetu b'suċċess għal kuntratti minħabba l-prattiki ta' fornituri multipli fis-suq u (iii) karti importati għandhom rwol importanti biex tiġi sodisfatta d-domanda taż-ŻEE għall-karta tal-gazzetti.

(41)

Wara l-konċentrazzjoni proposta l-entità kombinata se tkompli taffaċja l-kompetizzjoni minn Stora Enso li se tibqa' l-akbar attur fost kollha (abbażi l-kapaċità) għal karta mtejba tal-gazzetti. Barra minn hekk hemm erba' atturi importanti oħrajn, Norske Skog, SCA, Holmen u Palm.

(42)

Fir-rigward tar-riskju ta' koordinazzjoni potenzjali, il-Kummissjoni nnotat li huwa improbabbli li l-konċentrazzjoni se żżid l-inċentivi għal ftehim, b'mod partikolari hekk kif mhux se jkun hemm tnaqqis fin-numru ta' atturi sinifikanti. Myllykoski hija biss is-sitt l-akbar attur u hija inqas minn 20 % tad-daqs tal-parteċipant l-aktar b'saħħtu, Stora Enso, fis-suq ta' bħalissa.

3.   Swieq oħrajn

(43)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se tagħti lok għal tfixkil sinifikanti lil kompetizzjoni effettiva fir-rigward (i) tas-suq għall-karta tal-gazzetti tas-segmenti potenzjali tiegħu aktar dojoq; (ii) tas-suq għall-akkwist tal-karta rkuprata u tas-segmenti potenzjali tiegħu aktar dojoq; (iii) tas-suq għall-akkwist tal-injam u tas-segmenti tiegħu aktar dojoq u (iv) tas-suq għall-polpa tal-injam u tas-segmenti tiegħu aktar dojoq.

(44)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se tagħti lok għal tfixkil sinifikanti lil kompetizzjoni effettiva fir-rigward tar-relazzjonijiet vertikali li ġejjin: (i) ir-relazzjoni vertikali bejn l-akkwist tal-injam u l-polpa; (ii) ir-relazzjoni vertikali bejn il-polpa u l-karti tar-rivisti skont kwalunkwe definizzjoni alternattiva tas-suq; (iii) ir-relazzjoni vertikali bejn il-polpa u l-karti tar-rivisti skont kwalunkwe definizzjoni alternattiva tas-suq; (iv) ir-relazzjoni vertikali bejn l-akkwist tal-injam u l-prodotti tal-folji tal-injam; (v) ir-relazzjoni vertikali bejn l-akkwist tal-injam u tal-injam isserat; u (vi) ir-relazzjoni vertikali bejn l-akkwist tal-karta rkuprata u l-polpa.

VI.   KONKLUŻJONI

(45)

Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se tfixkel il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f'xi parti sostanzjali minnu b'mod sinifikanti.

(46)

Konsegwentament l-operat notifikat li permezz tiegħu UPM-Kymmene Corporation takkwista l-kontroll sħiħ ta' Myllykoski Corporation u ta' Rhein Papier GmbH fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 huwa hawn ddikkjarat bħala kompatibbli mas-Suq Intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Il-fatturat ġie kkalkulat skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u n-Notifika Konsolidata Ġurisdizzjonali tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).

(3)  Il-karti CMR u l-karti SC jiġu prodotti minn polpa naturali (li tinkludi l-injam). Minħabba li l-kwalitajiet baxxi tal-polpa mill-karta riċiklata jistgħu jiffurmaw ukoll parti mill-input. Il-karti SC, meta mqabbla mal-karti CMR, mhumiex miksija. Il-produzzjoni tat-tipi kollha ta' karti tinvolvi l-użu tal-“calendars” fit-tmiem tal-proċess ta' manifattura biex jillixxaw il-wiċċ. Calender huwa magħmul minn par rollijiet li japplikaw pressjoni fuq il-karta. Fil-produzzjoni tal-karti SC jintużaw mill-inqas żewġ pari ta' rollijiet koperti bil-gomma (soft nips) u bosta drabi aktar.

(4)  L-MFC hija ta' inqas importanza f'termini ta' volum u normalment mhijiex irrappurtata b'mod separat, iżda inkluża fl-LWC. Il-Grupp Myllykoski ma jipproduċix karta MFC.

(5)  Barra minn hekk f'dan id-dokument l-espressjoni “suq tal-karta tal-gazzetti” suppost għandha tinkludi SC, MFC and CMR.

(6)  MFS (sinonimu għal karta mtejba tal-gazzetti), inklużi l-UMI (karta mekkanika mhux miksija mtejba) u UMO (karta mekkanika mhux miksija oħra).

(7)  Ara Każ COMP/M.646 Repola/Kymmene, it-30 ta' Ottubru 1995, paragrafu 12; Każ COMP/M.2498 UPM-Kymmene/Haindl, il-21 ta' Novembru 2001, paragrafu 13; Każ COMP/M.3822 Stora Enso/Schneidersöhne Papier, il-25 ta' Lulju 2005, paragrafu 16.

(8)  Jaakko Pöyry Databank, RISI; CEPI Print hija assoċjazzjoni tal-produtturi tal-karti tal-pubblikazzjoni.

(9)  UPM (fit-Tweġiba għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (ara l-paġni 9 u 63)), ikkoreġiet il-kapaċità tal-Grupp Myllykoski billi naqqsitha għal 93 tunnellata.

(10)  Abbażi l-bejgħ proprji tal-partijiet u tal-bejgħ totali ta' CEPIPRINT.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6527 – Rio Tinto/Richards Bay Minerals)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 107/05

1.

Fit-2 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Rio Tinto plc (“Rio Tinto”, ir-Renju Unit) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tat-totalià tal-impriżi Richards Bay Mining (Proprietary) Limited u ta’ Richards Bay Titanium (Proprietary) Limited (kollettivament magħrufa bħala “Richards Bay Minerals”, l-Afrika ta’ Isfel), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Rio Tinto: grupp li jagħmel xogħol ta’ tħaffir ta’ minjieri tal-aluminju, tal-kupru, tad-djamanti u l-minerali, tal-ħadid mhux maħdum u s-separazzjoni, il-benefizzjoni u t-tidwib għall-kisba tal-metall tal-ilminit tal-ġebel u ta' ramel minerali,

għal Richards Bay Minerals: it-tħaffir tal-mini, is-separazzjoni, il-benefizzjoni u t-tidwib ta' ramel minerali għall-kisba tal-metall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6527 – Rio Tinto/Richards Bay Minerals, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6524 – Sberbank of Russia/BNP Paribas Personal Finance/BNP Paribas Vostok)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 107/06

1.

Fit-30 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sberbank of Russia OAO (“Sberbank”, ir-Russja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' BNP Paribas Vostok, flimkien ma' BNP Paribas SA, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Sberbank: operazzjonijiet bankarji,

għal BNP Paribas Group: operazzjonijiet bankarji u soluzzjonijiet ta' investiment,

għal BNPP Vostok: depożiti, self għall-konsumatur u finanzjament għall-operaturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6524 – Sberbank of Russia/BNP Paribas Personal Finance/BNP Paribas Vostok, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 107/07

1.

Fid-29 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo GmbH (il-Ġermanja) – ikkontrollata minn DONG Energy A/S (“DONG Energy”, (id-Danimarka) – u Boston Holding A/S (id-Danimarka) – ikkontrollati minn Kirkbi Invest A/S (id-Danimarka), li finalment hija kkontrollata mill-familja Kirk Kristiansen, u William Demant Invest A/S (id-Danimarka), li hija kkontrollata mill-Fondazzjoni Oticon – jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-impriża Borkum Riffgrund I Offshore Windpark A/S GmbH & Co oHG (“Borkum Riffgrund I”, il-Ġermanja), permezz ta' kontribuzzjoni ta' flus likwidi u akkwist ta' assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal DONG Energy: attiva prinċipalment fl-Ewropa tat-Tramuntana fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-gass naturali u ż-żejt, il-ġenerazzjoni ta' enerġija u l-bejgħ ta' enerġija,

għal Kirkbi Invest A/S: provvista ta' materjali u esperjenzi tal-logħob kif ukoll materjali tat-tagħlim għat-tfal u t-tħaddim ta' attrazzjonijiet għall-viżitaturi,

għal William Demant Invest: provvista ta' prodotti u tagħmir għall-għajnuna għas-smigħ u l-komunikazzjoni tal-individwi u ortopediji mhux invażivi, l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tat-teknoloġija tar-riproduzzjoni assistita u investiment fi proprjetà immobbli kummerċjali,

għal Borkum Riffgrund I: se tkun is-sid ta', topera u żżomm wind farm offshore li tinsab fil-Baħar tat-Tramuntana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6540 – DONG Energy Borkum Riffgrund I HoldCo/Boston Holding/Borkum Riffgrund I Offshore Windpark, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Rettifika

13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/14


Rettifika għat-taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 19 tal-25 ta' Jannar 2008 )

2012/C 107/08

F'paġna 4, fit-tielet u r-raba' ringiela tat-tabella:

minflok:

“12.12.2007

Olanzapine Teva

olanzapine

Teva Pharma B.V.

Computerweg 10

3542 DR Utrecht

Nederland

EU/1/07/427/001-022

Pilloli miksija b'rita

N05AH03

14.12.2008

EU/1/07/427023-037

Pilloli li jinħallu fil-ħalq

13.12.2007

Atripla

efavirenz/emtricitabine/tenofovir disoproxil fumarate

Bristol-Myers Squibb Gilead Sciences

And Merck Sharp & Dohme Limited

Unit 13

Stillorgan Industrial Park

Blackrock, Co.Dublin

Ireland

EU/1/07/430/001

Pilloli miksija b'rita

J05AR06

18.12.2008”

aqra:

“12.12.2007

Olanzapine Teva

Olanzapine

Teva Pharma B.V.

Computerweg 10

3542 DR Utrecht

Nederland

EU/1/07/427/001-022

Pilloli miksija b'rita

N05AH03

14.12.2007

EU/1/07/427023-037

Pilloli li jinħallu fil-ħalq

13.12.2007

Atripla

Efavirenz/emtricitabine/tenofovir disoproxil fumarate

Bristol-Myers Squibb Gilead Sciences

And Merck Sharp & Dohme Limited

Unit 13

Stillorgan Industrial Park

Blackrock, Co. Dublin

Ireland

EU/1/07/430/001

Pilloli miksija b'rita

J05AR06

18.12.2007”