ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.052.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 52

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
22 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 052/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6474 – GE/Microsoft/JV) ( 1 )

1

2012/C 052/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6436 – Volkswagen Financial Services/D'Ieteren/Volkswagen D'Ieteren Finance JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 052/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 052/04

Sejħiet għall-Proposti – Il-Programm ESPON 2013

3

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 052/05

Notifika tal-inizjazzjoni ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 052/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6473 – Sun Capital/Elix) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

13

2012/C 052/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

14

2012/C 052/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6478 – Mitsubishi Corporation/Maxingvest/ML Participações/Paraguaçu Participações/Friele/Ipanema) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

2012/C 052/09

Ri-notifika ta’ konċentrazzjoni li tkun diġa’ ġiet avżata (Każ COMP/M.6500 – Ravago/Barentz Europe/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 052/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

17

2012/C 052/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6474 – GE/Microsoft/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/01

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6474. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6436 – Volkswagen Financial Services/D'Ieteren/Volkswagen D'Ieteren Finance JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/02

Fl-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6436. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Frar 2012

2012/C 52/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3222

JPY

Yen Ġappuniż

105,38

DKK

Krona Daniża

7,4358

GBP

Lira Sterlina

0,83640

SEK

Krona Żvediża

8,8107

CHF

Frank Żvizzeru

1,2073

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5200

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,912

HUF

Forint Ungeriż

288,03

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6977

PLN

Zloty Pollakk

4,1837

RON

Leu Rumen

4,3565

TRY

Lira Turka

2,3182

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2385

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3172

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2547

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5839

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6613

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 488,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2166

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3258

HRK

Kuna Kroata

7,5820

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 888,20

MYR

Ringgit Malażjan

3,9997

PHP

Peso Filippin

56,421

RUB

Rouble Russu

39,4500

THB

Baht Tajlandiż

40,671

BRL

Real Brażiljan

2,2670

MXN

Peso Messikan

16,8286

INR

Rupi Indjan

65,2240


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/3


Sejħiet għall-Proposti – Il-Programm ESPON 2013

2012/C 52/04

Fil-qafas tal-Programm ESPON 2013, is-Sejħiet għall-Proposti se jinfetħu fit-18 ta’ April 2012.

Se jiġi organizzat fi Brussell Jum ta' Tagħrif u Partner Café għall-benefiċjarji potenzjali li se jsir fl-10 ta’ Mejju 2012.

Jekk jogħġbok żur http://www.espon.eu b'mod regolari għal aktar tagħrif.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/4


Notifika tal-inizjazzjoni ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

2012/C 52/05

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' sussidju minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksijin bi prodott organiku, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, qed ikunu l-oġġett ta’ sussidju u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fid-9 ta’ Jannar 2012 mill-Eurofer (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, li f’dan il-każ huwa ta’ aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksijin b’materjal organiku.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa ċerti prodotti tal-azzar miksijin bi prodott organiku, jiġifieri prodotti ċatti mremblin tal-azzar mhux illigat u l-azzar illigat (bl-esklużjoni tal-azzar li ma jissaddadx) li jkunu miżbugħin, miksijin bil-verniċ jew miksijin b'xi plastik tal-inqas minn naħa waħda, bl-esklużjoni tal-hekk imsejħa “sandwich panels” tat-tip li jintużaw għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq in-naħa ta' barra b'ġewwieni li jistabbilizza ta’ materjal insulatur li jkun maqbud bejniethom, u bl-esklużjoni ta' prodotti li jkollhom kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa b'ammont kbir ta’ żingu li bħala piż fih 70 % jew aktar f'żingu) (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   L-allegazzjoni ta’ sussidju

Il-prodott li allegatament qed ikun l-oġġett ta’ sussidju huwa l-prodott li qed jiġi investigat, u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment huwa klassifikat bil-kodiċi NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw bħala tagħrif biss.

Qed jiġi allegat li l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina gawdew minn għadd ta’ sussidji mogħtija mill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

L-ilmentatur qed jallega wkoll li s-sussidji jikkonsistu, inter alia, f’eżenzjonijiet mit-taxxa tad-dħul jew taxxi diretti oħrajn (pereżempju, kreditu fuq it-taxxa tad-dħul għax-xiri ta’ tagħmir tal-produzzjoni manifatturat domestikament, politiki ta' taxxa preferenzjali għal intrapriżi b’teknoloġija għolja u ġdida, politiki ta’ taxxa għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-R&D, konċessjonijiet fuq it-taxxa tad-dħul għal intrapriżi impenjati fl-utilizzazzjoni komprensiva tar-riżorsi, kreditu fuq it-taxxa li jikkonċerna x-xiri ta’ tagħmir speċjali, politika preferenzjali fuq it-taxxa tad-dħul u traħħis fit-taxxi lokali għall-intrapriżi stabbiliti f’reġjuni speċifiċi, eżenzjoni fit-taxxa tad-dħul għall-investiment f’rinnovazzjoni teknoloġika domestika, eżenzjoni fuq id-dividend bejn intrapriżi residenti kwalifikati), eżenzjonijiet fuq taxxa indiretta u tariffa (pereżempju, tnaqqis fil-VAT fuq assi fissi), self preferenzjali u sussidji fuq rati ta' interess (pereżempju, self politiku, maħfra fuq self u interessi, garanziji finanzjarji intrasettorjali), programmi ta' ekwità (pereżempju, bdil ta’ dejn b’ekwità, infużjonijiet ta’ ekwità, dividendi mhux imħallsa), il-provvista ta’ oġġetti mill-gvern għal ħlas inqas minn adegwat (pereżempju, għoti ta' drittijiet tal-użu tal-art, ilma, elettriku, kontributi), xiri ta’ oġġetti mill-gvern bi prezzijiet ogħla minn tas-suq, rati ta’ taxxa preferenzjali għal intrapriżi b’investiment barrani (pereżempju, eżenzjonijiet fuq it-taxxa tad-dħul jew tnaqqisiet skont il-programm tnejn b’xejn/tlieta nofs, eżenzjonijiet jew tnaqqisiet fuq it-taxxa tad-dħul lokali, konċessjonijiet fuq it-taxxa, refużjonijiet tal-VAT fuq xiri ta’ tagħmir manifatturat domestikament, eżenzjonijiet ta’ dazju u VAT għal intrapriżi b’investiment barrani u ċerti intrapriżi domestiċi li jużaw tagħmir importat f’industriji mħeġġa), programmi ta’ għotjiet (pereżempju, iċ-China World Top Brand Programme, il-Famous Brands Programmes ta' Chongqing, il-Provinċja ta' Hubei, Ma'anshan, il-Provinċja ta' Shandong u Wuhan), kif ukoll ta’ programmi reġjonali li jagħtu benefiċċji lill-industrija tal-azzar (pereżempju, mogħtija mill-gvernijiet reġjonali ta’ Tianjin, ir-reġjun tal-Grigal, il-Provinċja ta’ Jiangsu, il-Provinċja ta’ Hebei).

L-ilmentatur qed jallega wkoll li dawn l-iskemi ta' hawn fuq huma sussidji billi dawn jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew minn Gvernijiet reġjonali oħra (inklużi l-entitajiet pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lid-destinatarji, jiġifieri lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġu investigati. Huwa allegat li dawn huma kontinġenti fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi fuq dawk importati u/jew limitati għal ċerti intrapriżi jew gruppi ta’ intrapriżi u/jew prodotti u/jew reġjuni, u għalhekk huma speċifiċi u kumpensatorji.

4.   L-allegazzjoni ta' dannu

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li ngħatat mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Billi wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, hi b'dan qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qed jiġi ssussidjat u jekk dawn l-importazzjonijiet issussidjati kinux ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni ser teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-għoti ta' sussidji

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat li hu mill-pajjiż ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.1.1.1.   Il-proċedura għall-għażla ta' produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

(a)   Teħid ta’ kampjun

Peress li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness A ta’ dan l-avviż:

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula biex ikunu f’dan il-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jkollu tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija jew kumpaniji tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija jew kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkooperaw (“produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Bla ħsara għat-Taqsima b) hawn taħt, id-dazju kompensatorju li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkooperaw ma għandux jaqbeż il-marġni medju b'piż differenzjat ta’ sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġni individwali ta’ sussidju għall-kumpaniji li mhumiex inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini individwali ta’ sussidju tagħhom (“marġni individwali ta’ sussidju”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġni individwali ta’ sussidju għandhom jitolbu kwestjonarju u formoli oħrajn ta’ talba applikabbli u jibagħtuhom lura mimlija kif meħtieġ fl-iskadenzi stipulati fis-sentenza li ġejja. Il-kwestjonarju komplut għandu jiġi ppreżentat fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni individwali ta’ sussidju għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ sussidju individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (4)  (5)

Il-produtturi esportaturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ impurtaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness B ta’ dan l-avviż.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija jew kumpaniji tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija jew kumpaniji fir-rigward tal-prodott investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott investigat.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tad-dannu (6) hi msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi studju oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet issussidjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid tal-kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun għandhom jikkuntattjaw il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju komplut se jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija jew kumpaniji tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija jew kumpaniji, l-attivitajiet tal-kumpanija jew kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidjar u dannu kkawżat minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi rappreżentattivi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 31 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Il-possibbiltà ta’ seduta mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta' smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta għandha titressaq fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet bil-miktub kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristrett” (7).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.

Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22981697

Posta elettronika: TRADE-OCS-SUBSIDY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jiġi injorat u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.

Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika ir-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, is-sussidjar, id-dannu, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Din is-seduta, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Ipproċessar ta' dejta personali

Kull dejta personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (8).


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Il-produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(3)  Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, kull ammonti żero u de minimis ta’ sussidji kompensatorji u ammonti ta’ sussidji kompensatorji stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, għandhom jitwarrbu.

(4)  Importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3 fl-Anness B.

(5)  Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni ta' sussidju.

(6)  Dannu jfisser dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddida ta’ dannu materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija bħal din.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa wieħed meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS A

Image

Image


ANNESS B

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6473 – Sun Capital/Elix)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/06

1.

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sun Capital Partners V, L.P. (“Sun Capital Fund”, l-Istati Uniti), ikkontrollata l-aħħar minn Sun Capital Partners, Inc, akkwistat b’mod indirett fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll uniku indirett fuq Elix Polymers S.L. (“Elix”, Spanja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Sun Capital: ditta privata tal-investimenti tal-ekwità; kif ukoll,

Għal Elix: produttur tal-akrilonitrili-butadiene-stirene u tal-istirene-akrilonitrili.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6473 – Sun Capital/Elix, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/07

1.

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha NIH (Guernsey) Limited (“NIH”, Guernsey), ikkontrollata minn Nomura Holdings, Inc. (“Nomura”, il-Ġappun), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta’ Hamburger Lebensversicherung Aktiengesellschaft (“HLV”, il-Ġermanja), Delta Lloyd Pensionskasse Aktiengesellschaft (“DLP”, il-Ġermanja), Delta Lloyd Anlagemanagement GmbH (“DLA”, il-Ġermanja), u Delta Lloyd Lebensversicherung Aktiengesellschaft (“DLL”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal NIH: kumpanija holding li ġiet stabbilita dan l-aħħar, inkorporata taħt il-liġijiet tal-Guernsey,

għal Nomura: grupp ta’ kumpaniji attivi fin-negozju ta’ strumenti finanzjarji, f’attivitajiet bankarji u fiduċjarji, fin-negozju tal-assigurazzjoni, f’servizzi finanzjarji oħra u n-negozji relatati kif ukoll fir-riċerka b’rabta mal-ekonomija, s-swieq finanzjarji jew kapitali jew l-infrastruttura,

għal HLV: assigurazzjoni tal-ħajja,

għal DLP: negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja, prodotti tal-pensjoni biss,

għal DLA: ġestjoni tal-assi,

għal DLL: assigurazzjoni tal-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6478 – Mitsubishi Corporation/Maxingvest/ML Participações/Paraguaçu Participações/Friele/Ipanema)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/08

1.

Fit-13 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), Tchibo (l-Awstrija) Holdings GmbH (“Tchibo Austria”, l-Awstrija) ikkontrollati minn Maxingvest ag (“Maxingvest”, il-Ġermanja), ML Participações S/A (“ML”, il-Brażil), Paraguaçu Participações Ltda (“PP”, il-Brażil) u Friele Brazil AS (“Friele”), ikkontrollati l-aħħar mill-familja Friele (in-Norveġja), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-impriżi Ipanema Agricola S/A u Ipanema Commercial e Exportadora S/A (flimkien, “Ipanema”, il-Brażil) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MC: attivitajiet ġenerali ta’ kummerċ f’diversi industriji, inklużi l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimika, l-ikel u prodotti ġenerali,

għal Tchibo Austria: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ kafè inkaljat, prodotti oħra tal-kafè, u sensiela ta’ prodotti u servizzi oħra tal-konsumatur, li mhumiex relatati mal-ikel. Tchibo Austria hija sussidjarja ta’ Maxingvest, kumpanija li hija l-aktar attiva fil-provvista ta’ prodotti u servizzi tal-konsumatur,

għal ML: strument tal-investiment għall-individwi, bil-għan ta’ investiment f’Ipanema,

għal PP: strument tal-investiment għall-individwi, bil-għan ta’ investiment f’Ipanema,

għal Friele: strument tal-investiment għal Frico Invest AS, bil-għan ta’ investiment f’Ipanema, u,

għal Ipanema: It-tkabbir, l-ipproċessar, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ fażola mhix maħduma tal-kafè u kafè nkaljat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6478 – Mitsubishi Corporation/Maxingvest/ML Participações/Paraguaçu Participações/Friele/Ipanema, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/16


Ri-notifika ta’ konċentrazzjoni li tkun diġa’ ġiet avżata

(Każ COMP/M.6500 – Ravago/Barentz Europe/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/09

1.

Fid-19 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Barentz Europe (“Barentz”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Ravago SA (“Ravago”, il-Lussemburgu) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ Barentz Ravago Chemical Specialist SA (“the JV”, il-Lussemburgu), permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

Din in-notifika ġiet iddikjarata bħala mhux kompleta fis-26 ta’ Jannar 2012. L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 fil-15 ta’ Frar 2012.

3.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Barentz: distribuzzjoni ta’ ingredjenti u addittivi għall-industriji tal-ikel, tal-farmaċewtika u l-kożmetiċi, tal-kimiki u tan-nutrizzjoni tal-annimali,

għal Ravago: servizzi ta’ distribuzzjoni, bejgħ mill-ġdid, taħlit u riċiklaġġ ta’ materja prima elastomerika u tal-plastik,

għall-JV: distribuzzjoni tal-kimiki.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6500 – Ravago/Barentz Europe/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 52/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CILIEGIA DI VIGNOLA”

Nru KE: IT-PGI-0005-0858-21.02.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Ciliegia di Vignola”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6.

Frott u ħaxix u ċereali friski u pproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fl-punt 1:

Fil-produzzjoni ta’ “Ciliegia di Vignola” jintuża l-frott tal-varjetajiet li ġejjin:

Bikrin: Bigarreau Moreau, Mora di Vignola;

Medji: Durone dell’Anella, Anellone, Giorgia, Durone Nero I, Samba, Van;

Mwaħħrin: Durone Nero II, Durone della Marca, Lapins, Ferrovia, Sweet Heart;

Iċ-“Ciliegia di Vignola” irid ikollha l-karatteristiċi kwalitattivi li ġejjin:

Polpa konsistenti u tqarmeċ ħlief għall-Mora di Vignola;

Qoxra dejjem tleqq li għat-tip “Durone della Marca” għandha tkun ta’ kulur isfar u aħmar brillanti, u għat-tipi l-oħra ta' kulur aħmar brillanti li jvarja għal aħmar skur;

Togħma ħelwa u tal-frott;

Il-gradi Brix ma jridux ikunu inqas minn 10 ° għall-varjetajiet bikrin u 12 ° għat-tipi l-oħra kollha;

Aċidità ta’ 5 sa 10 g/l li tirriżulta mill-aċidu maliku.

Fir-rigward tat-tipoloġija tal-varjetajiet hemm definiti l-qisien minimi li ġejjin:

 

20 mm: Mora di Vignola;

 

21 mm: Durone dell’Anella, Giorgia, Durone Nero II, Durone della Marca, Sweet Heart;

 

22 mm: Bigarreau Moreau, Lapins, Van;

 

23 mm: Durone Nero I, Anellone, Samba, Ferrovia.

Meta l-frott jitlesta għall-konsum irid ikun:

sħiħ, mingħajr ħsara;

bil-friegħi (pedunkulu);

nadif, mingħajr materjal barrani viżibbli;

b’saħħtu, mingħajr tħassir u residwi viżibbli ta’ mard;

mingħajr parassiti.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni taċ-“Ciliegia di Vignola” sal-ġbir tal-prodott iridu jseħħu esklussivament fl-ambitu taż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.:

“Ciliegia di Vignola” titqiegħed fis-suq fl-imballaġġi li ġejjin li huma ssiġġillati b’tali mod li l-pakkett ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża wara li jinfetaħ:

kaxxi tal-injam, tal-kartun jew tal-plastik tal-5 kg, maqsumin f’żewġ partijiet b’diviżorji tal-kartonċin mqiegħda perpendikolarment mal-itwal naħa tal-kaxxa.

kaxxi tal-kartun, tal-injam jew tal-plastik 40 × 60 li fihom joqogħdu 10/12-il tilar għal ammont totali ta’ 5 jew 6 kg.

kaxxi tal-kartun, tal-injam jew tal-plastik 30 × 40 li fihom joqogħdu 6 tilari ta’ 500 g għal ammont totali ta’ 3 kg.

pakketti tal-kartun ta’ 1 200, 2 000 u 2 500 g.

pakketti f’boroż tal-plastik polimeriku li tgħaddi l-arja minnu ta’ 250, 500 g jew 1 kg.

Il-kontenut ta' kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss ċirasa tal-istess kwalità u varjetà; huma previsti l-qisien li ġejjin:

minn 20 sa 24 mm

minn 24 sa 28 mm

iktar minn 28 mm

Iċ-Ciliegia di Vignola tintgħażel għall-imballaġ u tiġi ppakkjata eżatt wara l-ġbir, direttament fl-ażjenda jew fil-kooperattivi fiż-żona tal-produzzjoni. Hekk il-prodott jasal fis-suq u għand il-konsumatur f’qasir żmien u mingħajr manipulazzjoni żejda.

Il-preservazzjoni taċ-“Ciliegia di Vignola”, jiġifieri t-tħejjija kif suppost tal-prodott għall-imballaġġ u t-tqegħid fil-pakketti indikati, trid isseħħ fiż-żona tal-oriġini bħala garanzija tal-karatteristiċi tal-kwalità tal-frotta marbutin ma’ kemm hija friska u integra u biex jiġi evitat li tinqasam jew titħassar il-qoxra minħabba operazzjonijiet ripetuti ta’ manipulazzjoni u trasportazzjoni li jħassru l-frotta u konsegwentement il-prodott ma jinbiegħx.

Huwa permess li jintużaw tekniki ta’ konservazzjoni fi friġġ, sakemm it-temperatura ma tinżilx taħt – 0,5 °C u ma jinqabiżx id-90 % tal-umdità relattiva; bil-għan li ċ-“Cilegia di Vignola” tibqa friska, il-perjodu massimu tal-preservazzjoni tal-frott fil-friġġ huwa ta’ erba’ ġimgħat.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Il-logo taċ-“Ciliegia di Vignola” IĠP huwa dan li ġej:

Image

Dan irid jitwaħħal fuq il-pakketti għall-bejgħ u b'mod obbligatorju jrid ikollu miegħu s-simbolu grafiku tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Fuq il-pakketti differenti jistgħu ivarjaw il-qisien tal-logo sakemm jibqa’ proporzjonat għall-qisien standard.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni taċ-“Ciliegia di Vignola” tikkonsisti minn faxxa art mal-għoljiet tul ix-xmara Panaro u mogħdijiet minuri oħrajn tal-ilma, minn 30 metru sal-limitu ta’ 950 metru ’l fuq mill-livell tal-baħar, u tinkludi t-territorji tal-Komuni li ġejjin tal-Provinċji ta’ Modena u Bologna:

Il-provinċja ta' Modena: Castelfranco Emilia, Castelnuovo Rangone, Castelvetro di Modena, Guiglia, Lama Mocogno, Marano sul Panaro, Modena, Montese, Pavullo nel Frignano, San Cesario sul Panaro, Savignano sul Panaro, Serramazzoni, Spilamberto, Vignola, u Zocca.

Il-provinċja ta’ Bologna: Bazzano, Casalecchio di Reno, Castel d’Aiano, Castello di Serravalle, Crespellano, Gaggio Montano, Marzabotto, Monte S. Pietro, Monteveglio, Sasso Marconi, Savigno, Vergato, u Zola Predosa.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni hija kkaratterizzata mill-passaġġi fl-għoljiet tul ix-xmara Panaro u mogħdijiet minuri oħrajn tal-ilma, li jiffurmaw faxx ta' art fejn il-klima flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija partikolari huma favorevoli ħafna għall-kultivazzjoni taċ-ċirasa. Il-klima hija friska u ftit li xejn kontinentali fejn fir-rebbiegħa tinżel ħafna xita u fis-sajf rari jkun hemm in-nixfa. Ir-radjazzjoni tax-xemx mhix għolja ħafna.

Il-ħamrija, li hija ta’ oriġini alluvjali għandha t-tendenza tkun maħlula, l-ilma jgħaddi minnha sew u friska, u hija partikolarment fertili minħabba d-depożiti tal-ħamla li spiċċaw hemm matul l-għargħar, mix-xmara Panaro u mogħdijiet minuri oħra tal-ilma.

Il-medda tal-kultivazzjoni taċ-ċirasa tinsab minn 30 metru sa 950 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Iċ-ċirasa ma tiġix ikkultivata barra minn din iż-żona ġeografika definita; fil-fatt fiż-żoni biswit, il-kultivazzjoni ġiet abbandunata żmien ilu, minħabba l-fatt li l-produzzjoni u l-kwalità tal-prodott jirriżultaw fi frotta li hija definittivament inferjuri meta mqabbla mal-prodott li ġej minn ġewwa ż-żona definita, tant li l-kultivazzjoni ma trendix ekonomikament. Apparti mill-partikolaritajiet tal-ħamrija tat-territorju u l-ispeċifiċità tal-mikroklima deskritta hawn fuq, il-fatturi l-oħra li jiddeterminaw il-kwalità taċ-Ciliegia di Vignola huma l-għarfien u l-kapaċità tal-produtturi; dawn jgħaddu mill-missier għall-iben minn ġenerazzjoni għall-oħra u jikkonsistu fit-teknika agronomika, il-ġbir u l-ippakkjar tal-prodott, li jsiru biss bl-idejn, u li jippermettu li l-konsumatur jiġi ppreżentat bi prodott li għandu karatteristiċi kummerċjali eċċellenti.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Iċ-Ċiliegie di Vignola jintgħażlu skont qisien akbar minn dawk stabbiliti fl-istandards tat-tqegħid fis-suq u jilħqu qies ta’ iktar minn 28 mm. Minħabba din il-partikolarità, kif jirriżulta mill-istħarriġ u l-istudji fis-suq li jsiru minn kumpaniji tar-riċerka speċjalizzati, fis-swieq bħal ta’ Turin, Milan u Hamburg il-prezz taċ-ċirasa huwa kważi dejjem ogħla meta mqabbel ma’ ċirasa oħra, u ħafna mill-konsumaturi jirrikonoxxu lil Vignola bħala ċirasa li ġejja minn żona tal-produzzjoni eċċellenti.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Iċ-ċirasa hija frotta li tippreferi l-frisk u ħamrija newtrali jew nieqsa mill-aċidu. Iż-żona tat-tkabbir taċ-ċirasa ta' Vignola għandha dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, u minħabba f'hekk il-frotta sabet ambjent ideali fejn infirxet u stabbiliet lilha nnifisha.

Il-karatteristiċi tal-ħamrija taż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta’ “Ciliegia di Vignola” jippermettu li ċ-ċirasa tikber partikolarment sabiħa.

Il-kwantità ta’ radjazzjoni tax-xemx, li mhix għolja wisq, tinfluwenza l-intensità tal-kulur tal-frotta tal-għadma b'mod pożittiv u tistimula l-mod ta' kif tleqq b’mod naturali, u minħabba f’hekk il-prodott ippreżentat fis-suq huwa estetikament eċċellenti mingħajr il-bżonn ta’ xi trattament partikolari.

Mhux ta’ min wieħed jinsa’ l-professjonalità tal-operaturi, b’mod partikolari l-produtturi, li sal-lum għadhom japplikaw il-patrimonju tal-għarfien li ġie akkumulat matul iż-żmien, fit-teknika tal-produzzjoni, il-ġbir u ppakkjar.

Fil-fatt, filwaqt li hemm it-tendenza naturali lejn l-innvovazzjoni tal-proċessi, il-ġbir, l-għażla u l-ippakkjar iseħħu rigorożament bl-idejn minn persuni esperti li minn dejjem kienu “jafu” ċ-ċirasa sew. Din il-professjonalità hija fatt kulturali li jirriżulta direttament mit-tradizzjoni; għarfien li għadda minn ġenerazzjoni għall-oħra u li llum jippermetti li jżid, ma' prodott li huwa diġà eċċezzjonali, marka oħra ta' rikonoxximent li tiddistingwi ċ-ċirasa li ġejja minn Vignola bħala superjuri għal kwalunkwe ċirasa oħra li ġejja minn postijiet oħrajn.

Il-produttori ilhom minn għexieren ta' snin ilu li ddeċidew, bis-saħħa ta' impenji vinkolanti reċiproċi, li jippreservaw biss frott li d-daqs minimu tiegħu huwa skont il-qisien definiti fil-punt 3.2, sabiex jipproteġu l-produzzjoni lokali u biex joħorġu l-ispeċifiċità taċ-ċirasa kkultivata u ppakkjata fiż-żona tal-oriġini.

Minbarra dan, l-għażla varjata li matul iż-żmien ġiet stabbilita fiż-żona ġeografika u l-iżvilupp tal-kultivazzjoni f'altitudnijiet varji jiżguraw perjodu estensiv fil-kalendarju tal-ġbir u l-preżenza tal-prodott fis-suq matul l-istaġun kollu tal-produzzjoni li regolarment jikseb l-approvazzjoni tal-konsumaturi u impatt tajjeb fuq il-prezzijiet.

Iċ-“Ciliegia di Vignola” hija għalhekk mingħajr dubju marbuta mat-territorju, il-partikolarità tal-ħamrija, l-eċċezzjonalità tal-mikroklima, u l-għarfien u l-kapaċità tal-produtturi. Jidher li huwa importanti wkoll il-fatt li l-bdiewa taż-żona ġeografika identifikata kienu jikkonċentraw il-provvista taċ-ċirasa ġewwa Vignola, fejn sa mill-1928 diġà kien hemm is-suq tal-frott ta’ Vignola (Mercato Ortofrutticolo di Vignola), wieħed mill-iktar antiki fl-Italja, li wara ġie segwit minn strutturi ta' ħidma u kummerċ oħrajn. Dawn il-fatturi kollha ddeterminaw li l-konsumaturi jidentifikaw il-produzzjoni taż-żona mal-isem ta’ Ciliegia di Vignola.

L-istabbilment fis-swieq taċ-“Ciliegia di Vignola” għalhekk ippermetta l-iżvilupp ta’ inizjattivi kummerċjali b’saħħithom, li jaffettwaw katina sħiħa tal-kummerċ mill-produzzjoni sat-tqegħid tal-frott fis-suq; fil-fatt fit-territorju ġew żviluppati impriżi agrikoli, kooperattivi ta’ ħidma / tqegħid fis-suq, suq tal-frott b’erba’ kummissarji, artiġjani, produtturi tal-ippakkjar, trasportaturi u persuni li jiġbru l-frott.

L-importanza taċ-“Ciliegia di Vignola” għat-territorju li storikament jipproduċiha ħarġet matul is-snin f’għadd ta’ fieri, festi u pubblikazzjonijiet; il-“Festa dei Ciliegi in Fiore” li tingħata ħafna importanza, seħħet l-ewwel darba f’April tal-1970 u l-festa “a Vignola, è tempo di Ciliegie”, seħħet l-ewwel darba fl-1989.

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali “Città delle Ciliegie”, stabbilita f’Ġunju tal-2003, kull sena torganizza Konkors Nazzjonali “Ciliegie d’Italia” fl-okkażjoni tal-Festa Nazzjonali “Città delle Ciliegie” li kull sena tiġi ċċelebrata f’lokalità differenti; iċ-ċirasa ta’ Vignola rebħet l-ewwel premju fl-2005 ġewwa Celleno (VT), fl-2006 ġewwa Orvieto (TR) u fl-2009 ġewwa Bracigliano (SA), konferma tar-reputazzjoni tal-kwalità għolja li ċ-Ciliegia di Vignola irnexxielha tikseb matul is-snin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Din l-Amministrazzjoni varat il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ciliegia di Vignola” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 283 tat-3 ta’ Diċembru 2010 (suppliment ordinarju Nru 264):

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, tal-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u finalment fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/22


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 52/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CABRITO DO ALENTEJO”

Nru KE: PT-PGI-0005-0791-08.10.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Cabrito do Alentejo”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1.

Laħam (u ġewwieni) frisk

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Il-“Cabrito do Alentejo” huwa l-karkassa/l-laħam li jirriżulta mill-qtil ta’ annimali tar-razza tal-mogħoż imwielda, imrobbija u maqtula skont ir-regoli stabbiliti, imniżżla fir-reġistru tat-twelid, li jkunu l-wild ta’ missier u omm irreġistrati fir-reġistru żootekniku u/jew fir-reġistru tal-bhejjem għar-razza tal-mogħoż Serpentina, jew ukoll il-wild ta' tgħammir ta' darba b’bodbod li jkun imniżżel fir-reġistru żootekniku u/jew fir-reġistru tal-bhejjem għar-razza tal-mogħoż Serpentina.

Skont il-prattiki lokali tradizzjonali tat-trobbija tal-annimali taż-żewġ sessi, il-qatla ssir meta jkollhom bejn 30 u 120 jum, biex b’hekk jipprovdu karkassi li jiżnu bejn 3,50 u 7,50 kg b’ammont baxx ta' xaħam, kontenut għoli ta' muskoli, lewn aħmar ċar, u li jkunu torja, immerrqa u b'aroma pjaċevoli.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Il-gidjien tal-“Cabrito do Alentejo” jitreddgħu mit-twelid sa ma jilħqu l-età ta’ bejn 30 u 120 jum.

Meta l-gidjien ikollhom madwar 15-il jum, jingħataw sustanzi fibrużi magħrufa bħala “roedores” (li jintmagħdu) sabiex jgħinu l-iżvilupp tas-sistema diġestiva tagħhom jew biex jintlaħqu l-bżonnijiet istintivi tagħhom ta’ tgerrim, u b'hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' stress. Dan l-ikel jikkonsisti f’li ġej: ħuxlief u tiben ta’ kwalità tajba (ħuxlief b’togħma tajba u li jiġi diġestit malajr); materjal tas-siġar tas-sufra u tal-ilċi; ċereali; prodotti li jikkonsistu esklussivament minn ċereali bħal qamħirrun, qamħ, ħafur, xgħir, segala, eċċ; uċuħ tar-raba' tal-proteini bħal piżelli, ful, ġlieben, Lathyrus cicera, Ornithopus sativus, eċċ; żerriegħa tal-ġirasol, sojja, pitravi, eċċ; u prodotti sekondarji oħrajn mill-agrikoltura, l-ortikultura u l-produzzjoni tal-frott.

L-għalf tagħhom jista’ jkun magħmul ukoll, fi kwantitajiet żgħar biss, minn xaħmijiet, karbonati, bikarbonati, fosfati u kloruri, flimkien ma’ trab tax-xorrox u addittivi ta’ vitamini u minerali.

Dan l-ikel kollu jista’ jkun biss ta’ suppliment għall-ħalib tal-omm, u ma jistax jaqbeż il-15 % tat-teħid totali tal-ikel tal-gidjien waqt li jkunu qegħdin jikbru.

L-użu ta' kwalunkwe promutur tat-tkabbir, sterojdi anaboliċi, ormoni jew ta’ prodotti simili naturali jew artifiċjali huwa pprojbit.

Il-provvista tagħhom tal-ilma u l-ikel għandha tkun konformi mal-istandards minimi ta’ iġjene u ta’ benessri tal-annimali.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-produzzjoni ssir fiż-żona ġeografika ddefinita, filwaqt li l-qatla, it-tqattigħ u l-ippakkjar jistgħu jsiru ’l barra miż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Il-“Cabrito do Alentejo” jista’ jitqiegħed fis-suq bħala karkassa sħiħa jew nofs karkassa, ippakkjat jew mod ieħor, jew fil-qatgħat li ġejjin: spalla, għonq, sider, kustilja, sieq u ġewwieni. Il-qatgħat għandhom jitqiegħdu fis-suq ippakkjati f'kontenituri żgħar.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

It-tikkettar irid ikollu l-kliem “Cabrito do Alentejo — IGP” u l-logo relevanti (ara Fig. 1), il-logo IĠP u l-marka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni.

Figura 1

Image

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni hija limitata, għal finijiet amministrattivi, għad-distretti ta’ Portalegre, Evora u Beja (ħlief il-muniċipalità ta’ Sines u l-parroċċi ta’ Vila Nova de Milfontes, Langueira, Almograv u Zambujeira do Mar fil-muniċipalità ta' Odemira); il-muniċipalitajiet ta’ Grândola (ħlief il-parroċċi ta’ Carvalhal u Melides), Alcácer do Sal (ħlief il-parroċċi ta' Santa Maria do Castelo u Comporta), Santiago do Cacém (ħlief il-parroċċa ta’ Santo André), Alcoutim (ħlief il-parroċċa ta’ Vaqueiros); u l-parroċċi ta’ Couço u Santana do Mato, fil-muniċipalità ta' Coruche, S. Marcos da Serra, fil-muniċipalità ta' Silves, u Ameixial, fil-muniċipalità ta' Loulé.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika fejn jitwieldu u jitrabbew l-annimali hija limitata għall-Alentejo u ż-żoni ġirien fejn il-ħamrija hija fqira u tikkonsisti, b'mod partikolari, fi blat tafli mittiekel, b’art għall-mergħa li ħafna minnha tinsab f’għoljiet weqfin bis-siġar, fejn ma hemmx aċċess għal makkinarju agrikolu u fejn speċijiet oħrajn ikollhom diffikultà kbira biex jgħixu (minħabba l-kwalità tal-mergħa jew minħabba d-diffikultà tal-aċċess).

It-trobbija tal-annimali fir-reġjun hija estensiva u tapplika sistema mħallta ta’ agrikoltura, foresti u mergħa. Il-mogħoż jitrabbew b’mod estensiv u jridu bilfors jitkabbru fil-miftuħ. Għaldaqstant, l-art hija fil-biċċa l-kbira koperta minn foresti Mediterranji (siġar tas-sufra u ilċi), produzzjoni taċ-ċereali (żoni mhux irrigati), uċuħ tar-raba' li jinħartu (għalf ikkultivat u mergħat naturali jew imtejba), u art mhix maħduma.

Din iż-żona ġeografika hi kkaratterizzata minn xtiewi kesħin u bix-xita, kif ukoll minn sjuf sħan u nexfin. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom influwenza mhux biss fuq it-tip ta’ veġetazzjoni eżistenti iżda wkoll fuq il-varjabbiltà tagħha matul is-sena. Il-veġetazzjoni tikkonsisti l-aktar minn ħaxix nattiv (Dactylis glomerata, Lolium ssp., Bromus ssp. fost oħrajn) u legumi (l-aktar tipi differenti ta’ Trifolium u Mendicago kif ukoll Ornithopus, Lotus, Scorpiurus, eċċ.), kif ukoll minn diversi tipi ta’ speċijiet ta’ arbuxell (tipi differenti ta’ Cistus li ħafna drabi jissejħu “estevas”, “sargaços”, “piorno” u “tojo”), u ċerti tipi ta’ ballut (siġar tas-sufra u ilċi) li jipprovdu l-ġandra u l-friegħi. Din il-firxa ta’ veġetazzjoni ma tipprovdix biss ikel għall-annimali adulti iżda hija wkoll fattur deċiżiv minħabba li ma tinfluwenzax biss, permezz ta’ selezzjoni naturali, il-karatteristiċi tal-annimali li jegħlbu l-kundizzjonijiet u li jirnexxielhom jgħixu, irabbu u jitimgħu liż-żgħar tagħhom f’kundizzjonijiet daqstant diffiċli, bħalma huwa l-każ tal-mogħoż tas-Serpentina u l-gidjien tagħhom, iżda hija wkoll fattur fit-tibdil tal-karatteristiċi tal-ħalib skont iż-żmien tas-sena.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Studji fuq il-karkassi tal-“Cabrito do Alentejo” jipprovdu l-karatteristiċi distintivi li ġejjin: lewn ċar, minħabba l-preżenza ta' xaħam ta’ taħt il-ġilda, li wkoll għandu lewn ċar; muskoli, minn 60 sa 66 %, estremament torja u mmerrqa; medja ta’ 25 % għadam; perċentwal baxx ta’ xaħam minn ġenotipi studjati oħrajn; rendiment ekonomiku sinifikanti, minħabba li s-sieq, l-ispalla u l-kustilji flimkien jammontaw għal madwar 70 % tal-piż totali tal-karkassa; il-partijiet li jittieklu, li jikkonsistu minn muskoli u xaħam intermuskolari u intramuskolari ta’ taħt il-ġilda, ikollhom minn 6 sa 8 % xaħam.

L-aċidi xaħmin ewlenin li jinsabu fix-xaħam tal-“Cabrito do Alentejo” u li jammontaw għal aktar minn 70 % tat-total, huma aċidi olejċi (C18:1 cis-9), palmitiċi (C16:0) u steariċi (C18:0).

Il-konċentrazzjoni ta’ aċidu linolejku (Linoleic acid concentration — CLA) tvarja minn 0,34 sa 0,66 % matul is-sena.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):

Il-karatteristiċi tal-pjanti, tal-blat u tal-klima taż-żona ġeografika, taħt l-influwenza tal-bniedem, jiddefinixxu l-ekosistema. Dan il-fatt, flimkien ma’ tekniki tal-kura tar-riżorsi li jappartjenu lir-reġjun tal-Alentejo u l-karatteristiċi tar-razza, irriżulta fit-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-mogħoż tar-razza Serpentina u tal-gidjien tagħha bħala prodott distintiv maħsub għall-konsum, speċjalment fi żminijiet tradizzjonali għall-familji u għas-soċjetà inġenerali. Għaldaqstant, żmien ilu l-“Cabrito do Alentejo” sar (hemm referenzi bil-miktub u riċetti għall-“Cabrito do Alentejo” li jmorru lura għas-seklu 16), isem magħruf fih innifsu fost il-konsumaturi, minħabba n-natura speċjali tal-kwalità organolettika tal-laħam u l-valur gastronomiku tiegħu, b’mod speċjali fiż-żewġ staġuni tas-sena meta jittiekel l-aktar: il-Milied u l-Għid.

Prattika komuni fir-reġjun titlob li l-qtil tal-gidjien isir qabel ma jiġu miftuma u għalhekk qabel ma jilħqu l-istadju ta’ xtarr. Għalhekk, il-ħalib ta’ ommijiethom huwa kruċjali għall-kwalità tal-laħam tal-gidjien. Minħabba li d-dieta tal-omm tiddependi ħafna mill-pjanti u mill-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni, u minħabba li dawn ivarjaw matul is-sena, il-livelli ta’ CLA fil-ħalib ivarjaw ukoll biex b’hekk ikun possibbli li tiġi stabbilita korrelazzjoni pożittiva mal-livelli li jkun hemm fix-xaħam intramuskolari u l-muskolu longissimus dorsi tal-gidi li, min-naħa l-oħra, jinfluwenza l-lewn, it-togħma u l-meraq tal-laħam. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni ta’ CLA u ta’ aċidi xaħmin oħrajn dejjem tkun akbar f’gidjien tal-“Cabrito do Alentejo” milli f'gidjien oħrajn, u l-profil tal-aċidi xaħmin ivarja b’mod sinifikanti fil-laħam tal-gidi matul is-sena. Dawn iż-żewġ elementi jirriżultaw f’domanda evidenti għall-“Cabrito do Alentejo” mill-konsumatur fiż-żewġ żminijiet ta’ festi, jiġifieri fil-Milied u fl-Għid.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.gpp.pt/Valor/Cabrito_Alentejo_CE_MAIO2011.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.