ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.307.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
19 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 307/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 307/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 307/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 1 )

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 307/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

5

2011/C 307/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

6

2011/C 307/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 307/07

Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2012 Nies tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 307/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6383 – Cargill/KoroFrance) ( 1 )

9

2011/C 307/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6406 – Colisée Laffitte/CDC/Ensemble immobilier Paris) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 307/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 307/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.7.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33117 (11/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Fionia — modification of commitments

Il-bażi legali

Lov nr. 1003 af 10. oktober 2008, rammeaftale mellem afviklingsselskabet og Fionia Bank af 22. februar 2009

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: DKK 9 300 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

2009-2014

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Afviklingsselskabet til sikring af finansiel stabilitet A/S Dronningens Tværgade 4,1

1302 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ottubru 2011

2011/C 307/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3676

JPY

Yen Ġappuniż

104,97

DKK

Krona Daniża

7,4456

GBP

Lira Sterlina

0,87020

SEK

Krona Żvediża

9,1589

CHF

Frank Żvizzeru

1,2348

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7605

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,925

HUF

Forint Ungeriż

298,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7057

PLN

Zloty Pollakk

4,3684

RON

Leu Rumen

4,3525

TRY

Lira Turka

2,5568

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3489

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4018

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6373

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7360

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7423

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 567,60

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0432

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7262

HRK

Kuna Kroata

7,4715

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 061,31

MYR

Ringgit Malażjan

4,2854

PHP

Peso Filippin

59,256

RUB

Rouble Russu

42,8780

THB

Baht Tajlandiż

42,095

BRL

Real Brażiljan

2,4332

MXN

Peso Messikan

18,5187

INR

Rupi Indjan

67,5500


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2011/C 307/03

ESO (1)

Referenza u titlu ta’ l-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

CEN

EN 71-1:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 1: Proprjetajiet mekkaniċi u fiżiċi

18.6.2011

 

 

CEN

EN 71-2:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr

21.7.2011

 

 

CEN

EN 71-8:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 8: Ġugarelli għal attivitajiet fid-dar

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

Cenelec

EN 62115:2005

Ġugarelli elettriċi – Sigurtà

IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004

11.8.2011

 

 

EN 62115:2005/A2:2011

IEC 62115:2003/A2:2010 (Modifikat)

11.8.2011

Nota 3

Data skaduta

(11.8.2011)

EN 62115:2005/A2:2011/AC:2011

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu),

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu),

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/5


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 307/04

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

13.8.2011

Tul ta' żmien

13.8.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

SRX/89-C.

Speċi

Rebekkini u Raj (Rajidae)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni VIII u IX

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

870462

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/6


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 307/05

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

13.8.2011

Tul ta' żmien

13.8.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

HKE/8ABDE.

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

870462

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/7


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 307/06

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

11.5.2011

Tul ta' żmien

11.5.2011-31.12.2011

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

WHB/8C3411

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

Iż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

887256

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/8


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2012 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

2011/C 307/07

Bil-preżenti, qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2012 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija (2007 sal-2013).

Qegħdin jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. L-iskadenzi u l-baġits tas-sejħa huma mogħtija fit-testi tas-sejħa, li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku “Nies”:

Titlu tas-Sejħa

Identifikatur tas-Sejħa

Ko-finanzjament ta’ Programmi Reġjonali, Nazzjonali u Internazzjonali

FP7-PEOPLE-2012-COFUND

Sħubiji u direzzjonijiet tal-industrija-akkademja

FP7-PEOPLE-2012-IAPP

Dawn is-sejħiet għal proposti huma relatati mal-programm ta’ ħidma tal-2012 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 5033 tad-19 ta' Lulju 2011.

Tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu proposti huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6383 – Cargill/KoroFrance)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 307/08

1.

Fil-11 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċiviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cargill, Incorporated (“Cargill”, Stati Uniti), il-kumpanija holding aħħarija tal-Grupp Cargill, permezz tas-sussidjarja kollha kemm hi tagħha Cargill International Luxembourg 3 Sàrl, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll assolut tal-impriża KoroFrance SAS (“KoroFrance”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Cargill: attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali tal-ikel, l-agrikoltura u l-ġestjoni tal-prodotti u s-servizzi ta' riskju. In-negozju kummerċjali tal-Cargill jinkludi l-kummerċjalizzazzjoni taċ-ċereali u l-komoditajiet, l-ipproċessar u r-raffinazzjoni taż-żerriegħa u tal-kolza, tħin tad-dqiq, l-ipproċessar tal-laħam u s-servizzi finanzjarji,

Għal KoroFrance: kumpanija holding tal-Grupp Provimi, li hi attiva fil-manifattura u l-fornitura tal-ikel tal-annimali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6383 – Cargill/KoroFrance, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6406 – Colisée Laffitte/CDC/Ensemble immobilier Paris)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 307/09

1.

Fil-11 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din il-konċentrazzjoni proposta tirrigwarda l-għoti ta’ kontroll uniku eżerċitat minn Colisée Laffitte (Franza) lil kontrollur konġunt, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, eżerċitat minn Colisée Laffitte u mill-Caisse des Dépôts et Consignations (CDC, Franza) dwar blokk ta’ bini li jinsab f’Pariġi (id-9 arrondissement/distrett).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Colisée Laffitte, sussidjarja tal-Grupp Axa, hija kumpanija ta’ investiment immobbli,

CDC huwa stabbiliment pubbliku Franċiż li jwettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali fuq naħa, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fuq oħra,

Il-blokk immobbli huwa magħmul minn bini għall-użu prinċipali ta’ uffiċċji li jinsabu f'Pariġi (id-9 arrondissement/distrett).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6406 – Colisée Laffitte/CDC/Ensemble immobilier Paris, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 307/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ABENSBERGER SPARGEL”/“ABENSBERGER QUALITÄTSSPARGEL”

KE Nru: DE-PGI-0005-0852-26.01.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Abensberger Spargel”/“Abensberger Qualitätsspargel”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Ħaxix tal-kategorija 1.6

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

L-ispraġ (Asparagus officinalis) jifforma parti mill-familja tal-ġilju. Iz-zkuk tal-ispraġ li jistgħu jittieklu huma r-rimjiet tal-arbuxelli perenni li jitpoġġew fis-suq imqaxxra jew bil-qoxra b’kollox. L-ispraġ tat-tip “Abensberger Spargel” jitkabbar skont ir-regoli ta’ prattiki agrikoli tajbin.

Bl-eċċezzjoni ta' dak li jinbiegħ direttament mill-produttur lill-konsumatur, l-ispraġ tat-tip “Abensberger” jiġi ppreparat skont l-Istandard FFV04 tal-UNECE (l-ispraġ). Madankollu, dan l-istandard japplika wkoll għall-ispraġ abjad u vjola li jkollu dijametru minimu li ma jaqbiżx il-5 mm. Barra minn hekk, ir-rimjiet maqsuma tal-ispraġ jistgħu jiġu kkummerċjalizzati wkoll taħt il-kategorija tal-“ispraġ maqsum”.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-produzzjoni tal-ispraġ tat-tip “Abensberger Spargel”, minn meta jinżara' sa ma jinqata', għandha ssir fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Sabiex l-ispraġ jibqa’ ta’ kwalità tajba, wara li jinqata’ għandu jitkessaħ malajr kemm jista’ jkun. Iz-zkuk għandhom jinqatgħu bit-tul meħtieġ u jintgħażlu b’mod espert. Dawn imbagħad għandhom jinħażnu f'temperatura ta’ 1 sa 2 °C f'post umduż ferm, imma mhux ġol-ilma. Il-produttur ma għandux iwaqqaf din il-katina ta’ kesħa. Il-postijiet fejn isir l-ippakkjar, it-tkessiħ u kwalunkwe bejgħ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iġjene.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Meta jitpoġġa għall-bejgħ, l-ispraġ tat-tip “Abensberger Qualitätsspargel” għandu jkollu l-lowgo li ġej fuq it-tikketta:

Image

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tkopri, b'mod partikolari, dak li jissejjaħ is-“Sandgürtel” (iċ-ċintorin tar-ramel) li jinsab bejn Siegenburg, Neustadt an der Donau, Abensberg u Langquaid, u tinsab esklużivament fid-distrett rurali ta' Kelheim.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-ordni tal-Karmelitani minn Maximilian Georg Kroiss tiddikjara li probabbli l-ispraġ ilu jitkabbar fir-reġjun ta' Abensberg sa mill-1730. L-istess sors jiżvela wkoll li l-istoriku Angrüner sejjer żball meta jgħid li l-ispraġ beda jitkabbar f'Abensberg madwar l-1900. Kroiss jenfasizza wkoll il-fatt li Abensberg, anke llum, hija famuża ħafna għall-ispeċjalità tal-ispraġ tagħha.

Iż-żona ta' madwar Abensberg, li tissejjaħ is-“Sandgürtel” u li tinsab bejn Siegenburg, Neustadt an der Donau, Abensberg u Langquaid hija adattata ħafna għat-tkabbir tal-ispraġ minħabba l-kundizzjonijiet eċċellenti tal-ħamrija u tal-klima. Pereżempju, it-temperatura medja annwali ta' 9,8 °C u l-ammont medju ta’ xita ta’ 703 mm ta’ din iż-żona tat-tkabbir jippreżentaw kundizzjonijiet klimatiċi tajbin għat-tkabbir tal-ispraġ. Skont l-atlas bid-dejta ġeografika tas-sistema tal-informazzjoni dwar il-ħamrija tal-Bavarja, il-ħamrija hija prinċipalment imrammla.

F'żona kkultivata ta' 312-il ettaru hemm 67 produttur tal-ispraġ (is-sitwazzjoni fl-2007). Ir-reġjun ta' Abensberg huwa wieħed miż-żoni ewlenin tat-tkabbir tal-ispraġ fil-Bavarja. Barra minn hekk, il-bdiewa lokali dejjem jiżviluppaw u jtejbu t-tekniki tagħhom tal-produzzjoni.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

L-ispraġ tat-tip “Abensberger Spargel” għandu fama tajba mal-konsumaturi u min jifhem fih jikkunsidrah bħala prodott speċjali ta' togħma tajba. Dan l-ispraġ huwa speċjalità tradizzjonali tal-Bavarja u jissemma wkoll fil-bażi tad-dejta tal-internet tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali miżmuma mill-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Bavarja (http://www.food-from-bavaria.de). Flimkien mal-isem “Abensberger Spargel”, minn għaxar snin ilu 'l hawn, dan il-prodott qed jiġi kkummerċjalizzat ukoll bil-marka kollettiva rreġistrata “Abensberger Qualitäts-Spargel”. Ir-regoli biex tingħata din il-marka kollettiva jispeċifikaw li l-prodott irid ikun ta' kwalità għolja ħafna.

Il-kwalità għolja tal-prodott tfisser li l-konsumaturi huma lesti jħallsu ħafna għalih. Fil-fatt, il-prezz tal-ispraġ tat-tip “Abensberger Spargel” huwa saħansitra ogħla minn dak tal-ispraġ famuż tat-tip “Schrobenhausener Spargel”.

Il-fama tal-ispraġ tat-tip “Abensberger Spargel” tidher ukoll mill-fatt li hemm ktieb tat-tisjir miktub speċifikament dwaru. Barra minn hekk, kull sena tintgħażel ir-reġina tal-ispraġ tat-tip “Abensberger” biex tirrappreżenta din l-ispeċjalità tal-ħaxix minn dan ir-reġjun Fl-2007 ġie ċċelebrat il-75 anniversarju tat-tkabbir tal-ispraġ f'Abensberg.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-għarfien tal-bdiewa lokali fir-reġjun huma r-raġunijiet ewlenin għall-kwalità għolja tal-ispraġ tat-tip “Abensberger Spargel” u għall-fama tajba li għandu mal-konsumaturi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)

Fit-taqsima 7a-aa tal-volum 19 tal-“Markenblatt” tal-14 ta’ Mejju 2010, p. 8178

http://www.register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/13351


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.