ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.144.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
14 ta' Mejju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 144/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 144/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6164 – Barclays Bank/EGG Credit Card Assets) ( 2 )

5

2011/C 144/03

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6106 – Caterpillar/MWM) ( 2 )

6

2011/C 144/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6068 – ENI/ACEGASAPS/JV) ( 2 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 144/05

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 144/06

Informazzjoni tariffarja obbligatorja

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 144/07

Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-kariga ta’ membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

13

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 144/08

Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar tal-limitu kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju fir-rigward tal-miżuri ta’ antidumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus: modifika tad-dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

25

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 144/09

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.592 – EFAMA vs. S&P ( 2 )

28

2011/C 144/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6139 – HUK/HDI/WGV/Aspect Online AG) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

31

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 144/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

32

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 144/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.3.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 403/10

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Metodo ISMEA per il calcolo dell'elemento di aiuto delle garanzie

Il-bażi legali

Decreto ministeriale n. 20328 del 7 settembre 2009, di attuazione dell'art. 1, comma 1074, della legge n. 296/2006 (legge finanziaria 2007)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

L-intensità

0 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

ISMEA — Istituto di servizi al mercato agricolo e alimentare

Via Cornelio Celso 6

00161 Roma RM

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 411/10

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Czech Republic

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Zmírnění škod na zemědělském majetku způsobených povodněmi v květnu a červnu roku 2010

Il-bażi legali

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na zmírnění škod způsobených povodněmi v květnu a červnu roku 2010

Usnesení vlády č. 556/2010, k řešení odstranění škod a obnovy částí území České republiky poškozených povodněmi v květnu a v červnu 2010

Zákon č. 218/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech a o změně některý souvisejících zákonů

Zákon č. 252/1997 Sb., o zemědělství, ve znění zákona č. 385/2009 Sb.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 100 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 100 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství České republiky

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 431/10

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Misura 225 pagamenti per interventi silvoambientali.

Art. 36, lett. b), punto V, e art. 47 del regolamento (CE) n. 1698/2005

Il-bażi legali

Misura 225 «Pagamenti per interventi silvoambientali» dei programmi di sviluppo rurale 2007-2013 [art. 36, lett. b), punto V, e art. 47 del regolamento (CE) n. 1698/2005 e successive modifiche].

regolamento (CE) n. 1974/2006 e successive modifiche

risoluzione del Consiglio relativa a una strategia forestale per l'Unione europea (GU C 56 del 26.2.1999, pag. 1)

comunicazione della Commissione al Consiglio e al Parlamento europeo sull'attuazione della strategia forestale dell'Unione europea COM(2005) 84 def del 10 marzo 2005

decreto ministeriale del 21 gennaio 2010, recante criteri minimi concernenti le buone pratiche forestali ai fini dell'applicazione della misura «pagamenti silvo-ambientali»

programma quadro nazionale per il settore forestale (PQSF) approvato in CSR il 18 dicembre 2008

decreto legislativo n. 227/2001 e successive modifiche

decreto ministeriale 15 giugno 2005«Linee guida di programmazione forestale».

leggi e regolamenti regionali e, in assenza, Prescrizioni di massima e d…

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 200 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 40 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.4.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 56/10

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Náhrady poskytované podle § 26 zákona o lesích – Zpracování lesních hospodářských osnov

Il-bażi legali

1)

Zákon č. 289/1995 Sb., o lesích a o změně a doplnění některých zákonů (lesní zákon) – § 26 zákona

2)

Vyhláška č. 84/1996 Sb., o lesním hospodářském plánování

3)

Zákon č. 137/2006 Sb., o veřejných zakázkách

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 250 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 30 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.5.2004-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6164 – Barclays Bank/EGG Credit Card Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 144/02

Fit-18 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6164. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/6


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.6106 – Caterpillar/MWM)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 144/03

Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6106 – Caterpillar/MWM, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-l-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6068 – ENI/ACEGASAPS/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 144/04

Fil-11 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6068. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Mejju 2011

2011/C 144/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4280

JPY

Yen Ġappuniż

115,32

DKK

Krona Daniża

7,4558

GBP

Lira Sterlina

0,87795

SEK

Krona Żvediża

8,9951

CHF

Frank Żvizzeru

1,2667

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8405

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,388

HUF

Forint Ungeriż

267,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9173

RON

Leu Rumen

4,1150

TRY

Lira Turka

2,2592

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3369

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3753

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0978

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7997

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7704

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 552,39

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9203

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2794

HRK

Kuna Kroata

7,3884

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 217,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,2940

PHP

Peso Filippin

61,670

RUB

Rouble Russu

39,8779

THB

Baht Tajlandiż

43,168

BRL

Real Brażiljan

2,3099

MXN

Peso Messikan

16,6091

INR

Rupi Indjan

64,0710


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/8


INFORMAZZJONI TARIFFARJA OBBLIGATORJA

2011/C 144/06

Lista tal-awtoritajiet doganali indikati mill-Istati Membri biex jirċievu applikazzjonijiet għal, jew joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja, adottata skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (2).

Stat Membru

Awtorità Doganali

L-AWSTRIJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Zentralstelle für Verbindliche Zolltarifauskünfte

Vordere Zollamtsstraße 5

1030 Wien

ÖSTERREICH

Il-BELĠJU

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Centrale administratie der douane en accijnzen

Dienst Nomenclatuur (Tarief), Landbouw en Waarde

Cel BTI

North Galaxy — Gebouw A — 8ste verdieping

Koning Albert II-laan 33

1030 Brussel

BELGIË

Administration centrale des douanes et accises

Service nomenclature (Tarif), agriculture et valeur

Cellule RTC

North Galaxy Bâtiment A — 8ième étage

Avenue Albert II 33

1030 Bruxelles

BELGIQUE

IL-BULGARIJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Агенция „Митници“

Централно митническо управление

ул. „Г. С. Раковски“ № 47

1202 София/Sofia

БЪПГАРИЯ/BULGARIA

ĊIPRU

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Τμήμα Τελωνείων

Υπουργείο Οικονομικών

Γωνία Μ. Καραολή και Γρ. Αυξεντίου

Ταχ. Διεύθυνση: Αρχιτελωνείο

1440 Λευκωσία/Nicosia

ΚΥΠΡΟΣ/CYPRUS

ID-DANIMARKA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Skat Århus

(Told — Tariferingscentret)

Lyseng Allé 1

8270 Højbjerg

DANMARK

(applikanti bl-indirizz tan-negozju f'Nordjylland, Midtjylland u Sydjylland-Fyn)

Skat København

Told — Tariferingscentret

Sluseholmen 8 B

2450 København SV

DANMARK

(applikanti oħra)

L-ESTONJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Maksu- ja Tolliamet

Narva mnt 9j

15176 Tallinn

EESTI/ESTONIA

IL-FINLANDJA

Awtoritajiet doganali indikati biex joħorġu informazzjoni tariffarja obbligatorja

Tullihallitus – Nimikkeistö- ja tullietuusyksikkö

Erottajankatu 2

PL 512

FI-00101 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Tullstyrelsen – Enheten för nomenklatur och tullförmåner

Skillnadsgatan 2

PB 512

FI-00101 Helsingfors

SUOMI/FINLAND

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal informazzjoni tariffarja obbligatorja

Il-Bord tad-Dwana u l-uffiċċji kollha tad-dwana

FRANZA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Direction générale des douanes et droits indirects, bureau E1

11 rue des deux Communes

93558 Montreuil Cédex

FRANCE

IL-ĠERMANJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Hauptzollamt Hannover

Waterloostraße 5

30169 Hannover

DEUTSCHLAND

IL-GREĊJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Γραμματεία Φορολογικών & Τελωνειακών Θεμάτων

Γενική Διεύθυνση Τελωνείων & Ειδικών Φόρων Κατανάλωσης

Διεύθυνση Δασμολογική (Δ. 17)

Τμήμα Α' (Δασμολογικό)

Ταχ. Δ/νση: Λεωφ. Αμαλίας 40 — T.K.

105 58 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

L-IRLANDA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Office of the Revenue Commissioners

Classification Unit

Customs Procedures Branch

Government Offices

Nenagh

Co. Tipperary

ÉIRE

L-ITALJA

Awtoritajiet doganali indikati biex joħorġu informazzjoni tariffarja obbligatorja

Agenzia delle Dogane

Ufficio per la tariffa doganale, per i dazi e per i regimi dei prodotti agricoli

Via Mario Carucci 71

00143 Roma RM

ITALIA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal informazzjoni tariffarja obbligatorja

L-uffiċċji doganali kollha

L-IŻVEZJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Tullverket

Box 12854

SE-112 98 Stockholm

SVERIGE

IL-LATVJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Valsts ieņēmumu dienests

Muitas pārvalde

11. novembra krastmala 17

Rīga, LV-1841

LATVIJA

IL-LITWANJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

A. Jakšto g. 1/25

LT-01105 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

IL-LUSSEMBURGU

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Direction des douanes et accises

B.P. 1605

L-1016 Luxembourg

LUXEMBOURG

MALTA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Binding Tariff Information Unit

Customs Department

Customs House

Lascaris Wharf

Valletta

CMR 02

MALTA

L-OLANDA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Belastingdienst Douane

Regio Rotterdam Rijnmond

Team Bindende Tariefinlichtingen

Postbus 3070

6401 DN Heerlen

NEDERLAND

IL-POLONJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Izba Celna w Warszawie

ul. Erazma Ciołka 14A

01-443 Warszawa

POLSKA/POLAND

IL-PORTUGALL

Awtoritajiet doganali indikati biex joħorġu informazzjoni tariffarja obbligatorja

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Direcção de Serviços de Tributação Aduaneira

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

1149-060 Lisboa

PORTUGAL

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal informazzjoni tariffarja obbligatorja

L-uffiċċji doganali kollha

IR-RENJU UNIT

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

HM Revenue and Customs

ECSM, Duty Liability Team

10th Floor, Alexander House

21 Victoria Avenue

Southend-on-Sea

Essex

SS99 1AA

UNITED KINGDOM

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Awtoritajiet doganali indikati biex joħorġu informazzjoni tariffarja obbligatorja

Celní ředitelství Praha

Washingtonova 7

113 54 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal informazzjoni tariffarja obbligatorja

Celní ředitelství Praha

Oddělení závazných informací

Washingtonova 7

113 54 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

IR-RUMANIJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Autoritatea Națională a Vămilor

Str. Matei Millo nr. 13, sector 1

București

ROMÂNIA

IS-SLOVAKKJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Colný úrad Bratislava

Oddelenie colných tarif

Miletičova 42

824 59 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

IS-SLOVENJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Republika Slovenija

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Generalni carinski urad

Šmartinska 55

SI-1523 Ljubljana

SLOVENIJA

SPANJA

Awtoritajiet doganali deżinjati biex joħorġu informazzjoni tariffarja vinkolanti

Departamento de Aduanas e Impuestos Especiales

Avda. Llano Castellano, 17

28071 Madrid

ESPAÑA

Awtoritajiet doganali deżinjati biex jirċievu applikazzjonijiet għal informazzjoni tariffarja vinkolanti

L-uffiċċji kollha tal-Amministrazzjoni pubblika

L-UNGERIJA

Awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu applikazzjonijiet għal, u joħorġu, informazzjoni tariffarja obbligatorja

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Szakértői Intézete

Budapest

Hősök fasora u. 20–24.

1163

MAGYARORSZÁG/HUNGARY


(1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/13


Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-kariga ta’ membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

2011/C 144/07

Dawk kollha interessati li jokkupaw il-karigi ta’ sebgħa minn 14-il membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel stabbilita mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel huma mistiedna japplikaw (1). Is-sede tal-Awtorità tinsab f’Parma, l-Italja.

L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority, EFSA) hija l-element ċentrali tas-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-evalwazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf. L-Awtorità kienet stabbilita biex tipprovdi pariri u appoġġ xjentifiku għal-leġiżlazzjoni u għall-politiki tal-Unjoni fl-oqsma kollha li jista' jkollhom impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet li jorbtu mill-qrib ma' dan fil-qasam tas-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Hija tipprovdi informazzjoni indipendenti dwar dawn il-kwistjonijiet u tiżgura l-komunikazzjoni dwar ir-riskji. Il-missjoni tagħha tinkludi wkoll l-għoti ta' pariri xjentifiċi f'ħafna oqsma tal-liġi tal-ikel u l-għalf u kull meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni titlob hekk, inklużi teknoloġiji ġodda bħall-organiżmi ġenetikament modifikati. L-Awtorità hija rikonoxxuta b'mod wiesa' bħala r-referenza aċċettata, bis-saħħa tal-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika tal-opinjonijiet u l-informazzjoni pubblika tagħha, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u d-diliġenza fil-qadi tar-responsabbiltajiet li bihom ġiet fdata. Minbarra li għandha l-istaff speċjalizzat tagħha, l-Awtorità hija appoġġata minn netwerks ta’ organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell tal-UE.

Il-qafas ġuridiku

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi hawn fuq, “il-membri tal-Bord għandhom jinħatru b’dak il-mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ ħila relevanti u, konsistenti ma’ dawn, l-akbar tqassim wiesa’ ġeografiku possibbli fl-Unjoni”. Barra minn hekk, erbgħa mill-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni “għandhom ikunu ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina tal-ikel”.

Barra minn hekk, il-Premessa 40 tar-Regolament imsemmi hawn fuq tistipula li “Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli” u l-Premessa 41 tiddikjara li “il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jinħatar b’dak il-mod li jiżgura l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ kompetenza relevanti, pereżempju fl-immaniġġjar u l-amministrazzjoni pubblika, u tqassim ġeografiku l-aktar wiesa’ possibbli fl-Unjoni. Dan għandu jiġi ffaċilitat bir-rotazzjoni tal-pajjiżi differenti ta’ oriġini tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni mingħajr ma xi post ikun riżervat għal xi ċittadini ta’ xi Stat Membru speċifiku.”

Ir-rwol u t-tħaddim tal-Bord tal-Amministrazzjoni

Ir-responsabbilitajiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni jinkludu, b’mod partikolari:

il-monitoraġġ ġenerali tax-xogħol tal-Awtorità, biex jiġi żgurat li qed twettaq il-missjoni tagħha u l-ħidmiet mogħtija lilha skont il-mandat tagħha, fi spirtu ta' indipendenza u trasparenza;

il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' lista ta' kandidati stabbilita mill-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, ir-revoka tal-ħatra;

il-ħatra ta’ membri tal-Kumitat Xjentifiku u l-Gruppi Xjentifiċi, li jkunu responsabbli biex jipprovdu l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità;

l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u multiannwali tal-Awtorità u r-rapport ġenerali rigward l-attivitajiet annwali;

l-adozzjoni tar-regoli interni u finanzjarji tal-Awtorità.

Il-Bord jaħdem permezz ta’ laqgħat uffiċjali, seduti privati, kuntatti informali bejn il-membri u l-iskambju ta' korrispondenza. Id-dokumenti tal-EFSA u l-korrispondenza tal-Bord tal-Amministrazzjoni jinkitbu bl-Ingliż, u s-seduti privati jew informali jsiru bl-Ingliż ukoll. Jekk il-Membri jkunu jeħtiġuha, l-interpretazzjoni tiġi żgurata waqt is-seduti formali. Il-Bord jiltaqa' bejn erba' u sitt darbiet fis-sena, l-iktar f'Parma, iżda wkoll f’inħawi oħra fl-UE, skont fejn jaqbel.

Il-Kompożizzjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni:

Il-Bord tal-Amministrazzjoni huwa magħmul minn 14-il membru maħtur mill-Kunsill f’konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, u rappreżentant tal-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (2). Il-mandat għas-seba' membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni attwali jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 (3). Il-mandat tas-seba' membri l-oħra se jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 2014.

Il-lista tal-membri preżenti tal-Bord tingħata fis-sit tal-Internet tal-EFSA: http://www.efsa.europa.eu/en/mb/mbmembers.htm

Din il-pubblikazzjoni tirrigwarda l-applikazzjonijiet għall-karigi ta’ dawk is-seba’ membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li l-mandat tagħhom jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

Il-kwalifiki meħtieġa għall-kariga

Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jkollhom il-kompetenza u l-għarfien espert kollettiv meħtieġ biex jiggwidaw l-Awtorità fil-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-missjoni tagħha, b’mod partikolari biex jiġu żgurati:

(1)

it-tfassil ta' pariri xjentifiċi u l-provvista ta' appoġġ xjentifiku effikaċi biex ikunu jistgħu jinqdew il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea relatati mal-leġiżlazzjoni u l-politiki tagħha, kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-ħidmiet tagħha ta' interess pubbliku;

(2)

l-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ tmexxija u amministrazzjoni pubblika (inklużi r-riżorsi umani, aspetti legali u finanzjarji);

(3)

it-tħaddim tiegħu f'konformità mal-prinċipji ta’ integrità, indipendenza, trasparenza, etika u kwalità xjentifika għolja fiż-żamma tal-kooperazzjoni indispensabbli mal-Istati Membri u l-affidabbiltà mal-partijiet interessati tiegħu;

(4)

komunikazzjoni u informazzjoni effettiva lill-pubbliku dwar il-ħidma xjentifika tal-Awtorità;

(5)

il-promozzjoni tal-koerenza meħtieġa bejn il-missjonijiet tal-evalwazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskji u l-komunikazzjoni dwar ir-riskju.

Il-kandidati jridu juru li jistgħu jikkontribwixxu b'mod effikaċi f'minimu ta' qasam wieħed mill-oqsma msemmija hawn fuq iżda preferibbilment aktar se tingħata kas l-eċċellenza fl-oqsma speċifiċi sabiex fil-Bord jiġi żgurat għarfien kollettiv ekwilibrat. Il-kandidati jrid ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza f’wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma, u fosthom ħames snin f'kariga ta' livell għoli. Il-kandidati għandu jkollhom talanqas ħames snin ta' esperjenza f'xogħol marbut mas-sikurezza fl-ikel tal-bniedem u l-għalf tal-annimali, jew inkella fi kwalunkwe qasam ieħor relatat mal-missjoni tal-Aġenzija, speċjalment is-saħħa u l-benessri tal-annimali, il-protezzjoni tal-ambjent (4), is-saħħa tal-pjanti u n-nutriment. Fuq il-bażi tal-esperjenza tagħhom, il-kandidati għandhom juru li għandhom ħila jaħdmu f’ambjent ikkaratterizzat minn għadd ta' lingwi, kulturi u dixxiplini differenti. Il-kandidati se jintgħażlu abbażi tal-merti rispettivi tagħhom, fid-dawl tal-kriterji msemmija hawn fuq u, b'konformità ma' dawn, tal-usa' firxa ġeografika possibbli fi ħdan l-Unjoni.

Indipendenza u dikjarazzjonijiet ta’ impenn u interess

Il-membri tal-bord se jiġu nnominati fil-kapaċità personali tagħhom. Jeħtiġilhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn li permezz tagħha jintrabtu li jaġixxu fl-interess pubbliku bi spirtu ta' indipendenza, kif ukoll dikjarazzjoni rigward l-interessi li jistgħu jitqiesu li jtellfu l-indipendenza tagħhom.

L-indipendenza tal-Awtorità hija importanti ħafna. Din timplika li l-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni josservaw l-ogħla standard ta' kondotta etika. Huma mistennija jaġixxu b'mod onest, indipendenti, imparzjali, b'diskrezzjoni u mingħajr kas tal-interessi tagħhom stess, u li jevitaw kull sitwazzjoni li tista' twassal għal kunflitt personali tal-interessi. Huma mistennija li jkunu konxji mill-importanza tad-doveri u r-responsabbiltajiet tagħhom, li jqisu l-karattru pubbliku tal-funzjoni tagħhom u li jġibu ruħhom b'mod li jżommu u jippromwovu l-fiduċja tal-pubbliku fl-Awtorità.

Għalhekk, l-applikanti huma mistennija jimlew formola ta' dikjarazzjoni tal-interessi u li jikkonfermaw li huma lesti li jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'indipendenza minn kull influwenza minn barra, li ta' kull sena jagħmlu bil-miktub dikjarazzjoni tal-interessi, u li jiddikjaraw f'kull laqgħa tal-Bord tal-Amministrazzjoni kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jhedded l-indipendenza tagħhom f'rabta mal-punti fuq l-aġenda.

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord

Il-membri jeħtiġilhom jimpenjaw irwieħhom li jieħdu sehem assidwu fil-laqgħat tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Huma mistiedna li, fil-formola tal-applikazzjoni, jikkonfermaw id-disponibbilità tagħhom li jieħdu sehem attiv fil-Bord tal-Amministrazzjoni. Huwa stmat li l-Bord tal-Amministrazzjoni jitlaqqa’ minn erba’ sa sitt darbiet fis-sena. Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni ma jitħallsux ta' xogħlhom. Madankollu, jingħataw rifużjonijiet tal-ispejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ tagħhom. Barra minn hekk, jistgħu jirċievu ħlasijiet kumpensatorji għal kull jum tal-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA, li jipprovdi li “il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni, ħlief ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u l-impjegati ta' istituzzjonijiet jew organizzazzjonjiet pubbliċi nazzjonali, jirċievu ħlas kumpensatorju ta' EUR 385 għal kull jum għal kull laqgħa tal-Bord tal-Amministrazzjoni li jieħdu sehem fiha”.

Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li ġejjin minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari

Il-kandidati huma mitluba li fl-applikazzjoni tagħhom jindikaw u jiġġustifikaw jekk jixtiqux jiġu kkunsidrati bħala membru wieħed mill-erba' Membri tal-Bord li jkollhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-esperjenza tagħhom f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi jew interessi oħra fil-katina alimentari.

Il-ħatra u l-mandat tal-kariga

Minbarra r-rappreżentant tal-Kummissjoni, li jinħatar mill-Kummissjoni nnifisha, il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni jintgħażlu mill-Kunsill, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, minn lista stabbilita mill-Kummissjoni abbażi ta' din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-mandat tal-kariga għandu jkun ta’ erba’ snin u jista' jiġġedded darba. L-applikanti huma informati li l-lista l-qasira tal-Kummissjoni tal-ismijiet tal-kandidati tiġi ppubblikata u li huma għandhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni ta' isimhom minħabba raġunijiet leġittimi billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fid-dikjarazzjoni speċifika tal-privatezza ta' din is-sejħa (disponibbli fit-taqsima “Protezzjoni tad-dejta personali” tas-sejħa). L-individwi li ma jinħatrux, minkejja li isimhom jidher fil-lista tal-Kummissjoni, jistgħu jiġu mistiedna jitniżżlu f'lista ta’ riżervi biex tintuża fil-każ li jkun hemm bżonn li jiġu ssostitwiti xi membri li ma jkunux fil-qagħda li jtemmu l-mandat tagħhom.

Nazzjonalità

F’din is-sejħa, il-Kummissjoni se tfittex li tistabbilixxi lista qasira li, b’mod konsistenti mal-ħatriet li jiggarantixxu l-ogħla standards ta’ kompetenza u firxa wiesgħa ta’ għarfien espert, se tippermetti li l-ħatriet jissodisfaw ukoll l-għan ta' “l-akbar tqassim wiesa' ġeografiku possibbli” ffaċilitat mir-“rotazzjoni tal-pajjiżi differenti ta' oriġini tal-Membri”. Ta' min jinnota li l-membri li l-mandat tagħhom jagħlaq fit-30 ta' Ġunju 2014, diġà jinkludu ċittadini tal-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Portugall, l-Isvezja u s-Slovakkja. Il-membri li se jispiċċaw (li jistgħu jerġgħu japplikaw sakemm ma jkunux għamlu massimu ta’ żewġ mandati) jinkludu ċittadini tal-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Italja, is-Slovenja u r-Renju Unit. Sal-lum, il-Bord tal-Amministrazzjoni għadu ma kienx fih membri mill-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, u r-Rumanija.

Din is-Sejħa hija miftuħa għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE kollha. Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE.

Opportunitajiet Indaqs

Se tingħata attenzjoni kbira biex tiġi evitata kull għamla ta' diskriminazzjoni u l-applikazzjonijiet min-nisa huma mħeġġa b'mod attiv.

Il-proċedura tal-applikazzjoni u d-data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt; inkella ma jitqisux:

(1)

Il-persuni interessati għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni u l-formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi hawn taħt; it-tnejn li huma jistgħu jitniżżlu biex jimtlew fuq il-kompjuter mis-sit tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

Wara li jimtlew, il-formola tal-applikazzjoni u l-formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi għandhom jiġu stampati (jekk tintuża l-verżjoni fuq il-kompjuter), iffirmati u mogħtija data.

(2)

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

ittra ta’ motivazzjoni (iffirmata);

(b)

il-formola tal-applikazzjoni, mimlija kif meħtieġ (u ffirmata);

(c)

il-formola mimlija tad-dikjarazzjoni tal-interessi (iffirmata);

(d)

CV b’minimu ta’ paġna u nofs tul u massimu ta’ tliet paġni.

(3)

L-ittra tal-motivazzjoni, il-formola tal-applikazzjoni, is-CV, u kull dokument ta' appoġġ għandhom jinkitbu f''lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, ikun apprezzat, iżda mhuwiex rekwiżit, li tingħata taqsira tal-esperjenza u kull informazzjoni pertinenti oħra bl-Ingliż sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għażla. Il-kandidati kollha jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Id-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu aktar tard, jekk jintalbu.

(4)

Id-data tal-għeluq finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija l-15 ta' Lulju 2011.

(5)

L-applikazzjoni kompleta għandha tintbagħat:

(a)

jew bil-posta jew b'servizz tal-kurjer, mhux iktar tard mill-15 ta' Lulju 2011, u f’dan il-każ l-evidenza tad-data meta ntbagħtet tkun it-timbru postali jew id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu, lill-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Health and Consumers

Unit 03

For the attention of Mr R. Vanhoorde (Application for the EFSA Management Board)

Office F-101 (Tour) 04/168

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(b)

jew titwassal bl-idejn fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Health and Consumers

Unit 03

For the attention of Mr R. Vanhoorde (Application for the EFSA Management Board)

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

mhux iktar tard mill-16.00 tal-15 ta' Lulju 2011. Fil-każ ta' (b), għandha tinkiseb irċevuta bħala prova tal-preżentazzjoni, iffirmata u bid-data mill-uffiċjal fid-dipartiment ċentrali tal-posta tal-Kummissjoni li jkun ħa l-applikazzjoni. Id-dipartiment huwa miftuħ mit-08.00 sal-17.00 mit-Tnejn sal-Ħamis, u mit-08.00 sal-16.00 nhar ta’ Ġimgħa. Ikun magħluq is-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-btajjel tal-Kummissjoni.

La l-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta elettronika u bil-faks u lanqas dawk mibgħuta direttament lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel ma jiġu aċċettati.

(6)

Bl-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jkunu qegħdin jaċċettaw il-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f'din is-Sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom. Meta jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jirreferu għal dokumenti ta’ kwalunkwe tip ippreżentati f'applikazzjonijiet preċedenti (pereżempju: fotokopji ta' applikazzjonijiet preċedenti ma jiġux aċċettati). Kwalunkwe dikjarazzjoni falza li ssir fl-għoti tal-informazzjoni mitluba tista' twassal għall-esklużjoni tal-kandidat minn din is-sejħa.

(7)

Il-kandidati kollha li japplikaw għal din is-sejħa għall-espressjonijiet ta' interess jiġu infurmati bir-riżultat tal-proċess tal-għażla.

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni se tiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). Dan japplika b'mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' din id-dejta. Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar l-ambitu, l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-kuntest ta' din is-Sejħa, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw id-dikjarazzjoni speċifika tal-privatezza ppubblikata fil-webpage ta' din is-Sejħa f'dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/food/efsa/efsa_management_board_en.htm

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 13.

(3)  ĠU L 165, 26.6.2008, p. 8.

(4)  ekoloġija, il-protezzjoni tal-bijodiversità.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/25


Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar tal-limitu kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju fir-rigward tal-miżuri ta’ antidumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus: modifika tad-dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

2011/C 144/08

Importazzjonijiet tal-klorur tal-potassju li joriġinaw mill-Belarus huma suġġetti għal limitu kwantitattiv. Ir-regoli dettaljati għas-sistema ta' mmaniġġjar ta’ dan il-limitu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1818/2006 (1).

L-Anness I tar-Regolament imsemmi jistabbilixxi lista ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni ġiet infurmata li d-dettalji ta’ kuntatt ta’ xi awtoritajiet inbidlu kif ġej:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1818/2006

Dettalji Ġodda ta' Kuntatt

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

15072 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Fax +372 6313660

Posta elettronika:

Internet:

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

15072 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Fax +372 6313660

Posta elettronika: info@mkm.ee

Internet: http://www.mkm.ee

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana, 162

28046 Madrid

ESPAÑA

Fax +34 913493831

Posta elettronika:

Internet:

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Dirección General de Comercio e Inversiones

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana, 162

28046 Madrid

ESPAÑA

Fax +34 913493831

Posta elettronika:

Internet:

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2

IRELAND

Fax +353 16312562

Posta elettronika:

Internet: http://www.entemp.ie

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Innovation

Import/Export Licensing

23 Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Fax +353 16312562

Posta elettronika:

Internet: http://www.deti.ie

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

Rīga, LV-1519

LATVIJA

Fax +371 7280882

Posta elettronika: licencesana@em.gov.lv

Internet: http://www.em.gov.lv

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

Rīga, LV-1519

LATVIJA

Fax +371 67280882

Posta elettronika: licencesana@em.gov.lv

Internet: http://www.em.gov.lv

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Fax +370 52623974

Posta elettronika: j.vaigauskiene@ukmin.lt

Posta elettronika: j.gutkauskiene@ukmin.lt

Internet: http://tinklalapis: www.ukmin.lt

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Investicijų ir eksporto departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Fax +370 52623974

Posta elettronika: jurate.vaigauskiene@ukmin.lt

Posta elettronika: jurgita.gutkauskiene@ukmin.lt

Internet: http://tinklalapis: www.ukmin.lt

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Budapest

Margit krt. 85.

1024

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Fax +36 13367302

Posta elettronika:

Internet:

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Budapest

Németvölgyi út 37–39.

1124

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Fax +36 14585814

Posta elettronika: mkeh@mkeh.gov.hu

Internet:

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Fax +421 243423919

Posta elettronika:

Internet:

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Fax +421 243423915 / 243423919

Posta elettronika:

Internet: http://www.economy.gov.sk

SVERIGE

Statens jordbruksverk

SE-551 82 Jönköping

SVERIGE

Fax +46 36190546

Posta elettronika: jordbruksverket@sjv.se

Internet: http://www.sjv.se

SVERIGE

Statens jordbruksverk

SE-551 82 Jönköping

SVERIGE

Fax +46 36190546

Posta elettronika: jordbruksverket@jordbruksverket.se

Internet: http://www.sjv.se

ROMÂNIA

Ministerul Economiei și Comerțului

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu nr. 16, sector 1

010036 București

ROMÂNIA

Fax +40 213150454

Posta elettronika: clc@dce.gov.ro

Internet: http://www.dce.gov.ro

ROMÂNIA

Ministerul Economiei, Comerțului și Mediului de Afaceri

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu nr. 16, sector 1

010036 București

ROMÂNIA

Fax +40 213150454

Posta elettronika: clc@dce.gov.ro

Internet: http://www.dce.gov.ro

PORTUGAL

Ministrio das Finanas

Direco-Geral das Alfndegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifcio da Alfândega de Lisboa

1140-060 Lisboa

PORTUGAL

Fax +351 218814261

Posta elettronika:

Internet:

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

1140-060 Lisboa

PORTUGAL

Fax +351 218814261

Posta elettronika: dsl@dgaiec.min-financas.pt

Internet: http://www.dgaiec.min-financas.pt/pt/licenciamento/

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

TS23 2NF

UNITED KINGDOM

Fax +44 1642364269

Posta elettronika:

Internet:

UNITED KINGDOM

Department for Business, Innovation & Skill (BIS)

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

TS23 2NF

UNITED KINGDOM

Fax +44 1642364269

Posta elettronika:

Internet:

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni fornuta u kkonkludiet li l-bidla ta’ dawn id-dettalji bl-ebda mod ma taffettwa s-sistema ta’ limitu kwantitattiv stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1818/2006. Għalhekk, ir-referenza għall-awtoritajiet imsemmija fir-Regolament għandha tinqara kif tidher fil-kolonna “Dettalji ġodda ta’ kuntatt”.


(1)  ĠU L 349, 12.12.2006, p. 3.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/28


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.592 – EFAMA vs. S&P

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 144/09

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf ksur u fejn il-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

Fit-13 ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, meħud flimkien mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2) kontra Standard & Poor's (S&P), taqsima ta' The McGraw-Hill Companies, Inc. tal-Istati Uniti. Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, li tikkostitwixxi evalwazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tfisser l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li S&P kisret l-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE billi stabbiliet prezzijiet inġustament għoljin għad-distribuzzjoni tan-Numri ta' Indentifikazzjoni tas-Sigurtajiet Internazzjonali (International Securities Identification Numbers — ISINs).

(3)

L-ISINs huma l-identifikaturi ċentrali internazzjonali għas-sigurtajiet ibbażati fuq l-istandard internazzjonali ISO 6166. Huma indispensabbli għal għadd ta' operazzjonijiet bħalma huma l-kommunikazzjoni bejn il-banek, ikklerjar u ħlas, kustodja, rappurtaġġ lill-awtoritajiet u ġestjoni ta' dejta ta' referenza. L-ISINs huma ġġenerati, allokati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partecipanti fis-suq mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Enumerazzjoni (National Numbering Agencies — NNAs)

(4)

Fejn jidħlu s-sigurtajiet tal-Istati Uniti, S&P kienet ġiet magħżula mill-Assoċjazzjoni Bankarja Amerikana bħala n-NNA kompetenti u bħala tali tgawdi monopolju għall-ħruġ u d-distribuzzjoni ewlenija tal-ISINs.

(5)

Il-mudell ta' negozju ta' S&P fejn jidħol il-ħruġ u d-distribuzzjoni tal-ISINs jista' jiġi deskritt kif ġej. Impriża reġistrata fl-Istati Uniti li toħroġ sigurtà ġdida tista' titlob ISIN minn S&P sabiex is-sigurtà tkun tista' tiġi identifikata b'mod uniku fis-swieq finanzjarji. S&P imbagħad toħroġ l-ISIN li għaliha hija tiġbor miżata tal-ħruġ.

(6)

Meta jinħarġu l-ISINs, dawn jiġu distribwiti lill-parteċipanti fis-suq għall-iskop ta' kklerjar, ħlas u ta' funzjonijiet oħra. Fejn tidħol id-distribuzzjoni, wieħed jista' jiddistingwi żewġ gruppi ta' utenti. L-ewwel, S&P tiddistribwixxi l-ISINs lill-Fornituri ta' Servizzi ta' Informazzjoni (Information Service Providers — ISPs), jiġifieri dawk li jbigħu d-dejta finanzjarja u lil xi istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jixtiequ jiksbu n-numri tagħhom direttament minn S&P (utenti diretti). Il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet finanzjarji, madankollu, jippreferu li jiksbu l-ISINs mill-ISPs flimnkien ma' dejta oħra, aktar milli direttament mingħand S&P (utenti indiretti). S&P tiġbor kemm mingħand l-utenti diretti kif ukoll minn dawk indiretti miżata ta' liċenzja għad-distribuzzjoni u l-użu tal-ISINs.

(7)

Id-Dikarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet kienet tal-opinjoni li l-istandard ISO 6166 ġie żviluppat fuq livell internazzjonali bħala servizz pubbliku għall-industrija tas-servizzi finanzjarji. Skont il-prinċipju tal-irkupru tal-kosti tal-ISO, l-NNAs ma jistgħux jiġbru ħlas għad-distribuzzjoni tal-ISINs li jkun akbar minn dak neċessarju biex jirkupraw il-kosti li jinħolqu meta jagħmlu hekk, sakemm huma jkunu l-fornitur dirett tal-ISINs. B'żieda ma' dan, skont l-istess prinċipju, fin-nuqqas ta' fornitura diretta, l-NNAs m'għandhomx jiġbru ħlas għas-sempliċi użu tal-ISINs. Fi kliem ieħor, il-ġbir ta' ħlas mingħand utenti diretti għandu josserva l-prinċipju tal-irkupru tal-kosti u m'għandu jkun hemm l-ebda ġbir ta' ħlas mingħand utenti indiretti.

(8)

Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet qieset li l-prinċipju tal-ISO tal-irkupru tal-ispejjeż jipprovdi indikazzjoni qawwija u utli biex wieħed jevalwa jekk il-prezzijiet li jinġabru minn S&P humiex inġusti skont it-tifsira tal-Artikolu 102 TFEU.

(9)

Abbażi ta' dan, id-Dikjarazzjoni tal-Oġġettivi esprimiet it-tħassib li l-miżati ta' liċenzjar ta' S&P għall-ISINs tal-Istati Uniti huma inġusti, għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, S&P tapplika miżata ta' liċenzjar fejn jidħlu utenti indiretti, ħaġa li mhix konformi mal-prinċipji li ssemmew qabel. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li S&P hija l-unika NNA li tiġbor miżata ta' liċenzjar mingħand utenti indiretti. It-tieni, il-miżati ta' liċenzjar li S&P titlob mill-utenti diretti jiżbqu b'mod sinifikanti l-kosti li jinħolqu għal dik l-attività. Il-ksur allegat kien iffaċilitat mill-prassi ta' S&P li tbigħ biss database tal-ISIN komplut, filwaqt li l-istituzzjonijiet finanzjarji ġeneralment ikollhom bżonn biss in-numru tal-ISIN u l-anqas ammont ta' dejta neċessarja għall-identifikazzjoni ta' sigurtà (ir-Reġistru tal-ISIN).

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(10)

S&P ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni fejn tidħol il-kompetizzjoni. L-impenji offruti minn S&P huma miġbura fil-qosor hawn taħt. Verżjoni mhux kunfidenzjali tal-impenji jinsabu ppubblikati bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

(11)

S&P timpenja ruħha li tabolixxi kull ġbir ta' ħlas mingħand utenti indiretti għall-użu tal-ISINs fi ħdan iż-ŻEE. Dan jimplika, l-ewwel nett, li l-miżati ta' liċenzjar mħallsa mill-utenti indiretti kollha li bħalissa għandhom ftehim ta' liċenzjar ma' S&P li jippermettilhom jużaw l-ISINs fi ħdan iż-ŻEE se jitwaqqfu. It-tieni, S&P timpenja ruħha li ma timponix miżati ta' liċenzjar fuq xi utent indirett li bħalissa ma jkollux kuntratt ma' S&P. Utenti indiretti, madankollu, se jkollhom jikkonkludu ftehim ma' S&P li jipprojbixxi l-estrazzjoni tal-CUSIPs (l-ekwivalenti tal-ISINs tal-Istati Uniti għal skop nazzjonali) mid-dejta tal-ISIN kif ukoll ir-ridistribuzzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-ISINs lil kumpaniji ħlief dawk li jkunu jappartjenu għall-istess grupp bħall-utent. Dan il-ftehim se jieħu l-forma ta' ftehim click-through onlajn, bil-ħsieb li titnaqqas il-kumplikazzjoni amministrattiva. L-ISPs se jintalbu jinkorporaw dawn ir-restrizzjonijiet fil-ftehimiet tagħhom anki ma' utenti indiretti. Il-ftehimiet ta’ S&P ma’ utenti indiretti li jkunu Uffiċċji ta’ Servizz (jiġifieri entitajiet li jipprovdu servizzi outsourced ta’ ġestjoni ta’ dejta) jispeċifikaw b’mod espliċitu li l-Uffiċċji ta’ Servizz għandhom jinkorporaw l-istess restrizzjonijiet fil-ftehimiet tagħhom mal-klijenti tagħhom.

(12)

Fejn jidħlu l-utenti diretti u l-ISPs, S&P timpenja ruħha li tiddistribwixxi r-Reġistru tal-ISIN separatament minn informazzjoni oħra ta' valur miżjud, li tikkonsisti biss mir-Reġistru ISIN, permezz ta' twassil ta' FTP kuljum. Il-prezz inizjali ta' dan is-servizz se jkun stabbilit fil-livell ta' USD 15 000 fis-sena, li għandu jkun aġġustat kull sena skont l-inflazzjoni. Abbażi ta' reviżjoni tal-proċessi azjendali ta' S&P u tal-allokazzjoni tal-kosti bejn attivitajiet u prodotti differenti, b'mod partikolari bejn il-CUSIPs u l-ISINs, il-Kummissjoni tqis li dan il-prezz mhux eċċessiv. Il-ftehimiet ma' utenti diretti fihom l-istess restrizzjonijiet bħal dawk ma' utenti indiretti, jiġifieri l-projbizzjoni tal-estrazzjoni tal-CUSIPs mill-ISINs u projbizzjoni ta' ridistribuzzjoni u bejgħ mill-ġdid tal-ISINs, ħlief lil kumpaniji li jkunu jappartjenu lill-istess grupp bħall-utent. Il-ftehimiet mal-ISPs jistipulaw ukoll in-nonestrazzjoni tal-CUSIPs kif ukoll projbizzjoni ta' bejgħ mill-ġdid lil ISPs oħra, ħlief kumpaniji proprjetà tal-istess grupp bħall-ISP fil-kwistjoni.

(13)

L-impenji se jkunu implimentati fi żmien ħames xhur mid-data meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jiġi nnotifikat lil S&P. Id-data eżatta (“id-Data tal-Implimentazzjoni”) se tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

(14)

L-utenti diretti u indiretti, kif ukoll l-ISPs li bħalissa jinsabu f'relazzjoni kuntrattwali ma' S&P għall-użu u/jew id-distribuzzjoni tal-ISINs se jkollhom, wara notifikazzjoni minn qabel minn S&P, id-dritt għal terminazzjoni kmieni tal-kuntratti eżistenti tagħhom ma' S&P, effettiv mid-Data tal-Implimentazzjoni. Mid-Data tal-Implimentazzjoni huma se jkollhom l-għażliet li jissottoskrivu għas-servizzi ta' reġistrazzjoni tal-ISIN il-ġdid biex ikomplu bil-kuntratti eżistenti tagħhom jew biex jissottoskrivu għal xi prodott ieħor li toffri S&P.

(15)

S&P ikkommettiet ruħha li tissottometti lill-Kummissjoni rapport kunfidenzjali kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-impenji. L-impenji se jkollhom validità ta' ħames snin, li jibdew mid-Data tal-Implimentazzjoni.

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(16)

Skont x'kummenti jidħlu b'reazzjoni għal dan l-Avviż, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikjara bħala vinkolanti l-impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Jekk ikun hemm xi tibdiliet sostanzjali fl-impenji jitnieda test ġdid tas-suq.

(17)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti.

(18)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni titlob lill-partijiet interessati biex jikkummentaw anki dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-klawżola li tipprojbixxi r-ridistribuzzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-ISINs minn ISPs lil ISPs oħra? Esklużjonijiet bħal dawn huma normalment aċċettati fil-prassi tal-bejjiegħa ta' dejta finanzjarja?

(b)

X’taħseb li se jkunu l-effetti tal-impenji fuq l-ISPs globali?

(19)

Il-kummenti u t-tweġibiet – kemm jekk ikunu relatati mal-mistoqsijiet speċifiċi jew ma' kwalunkwe aspett ieħor tal-impenji – għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu sostanzjati permezz ta’ loġika ddettaljata, li għandha jkollha l-fatti neċessarji li fuqhom il-kummenti jkunu bbażati u, jekk tiġi identifikata problema, tiġi proposta dwar soluzzjoni għall-problema identifikata.

(20)

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba li jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimi ser ikunu rispettati. Jekk ma tintbagħat l-ebda verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti, il-Kummissjoni tkun intitolata li tqis li l-kummenti ma jinkludu l-ebda informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-partijiet li jikkumentaw biex ifissru r-raġunijiet tal-kummenti tagħhom.

(21)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza “Case COMP/39.592 — EFAMA vs. S&P” jew bl-email (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Antitrust

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u, rispettivament, 102 tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-għanijiet ta' dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(2)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6139 – HUK/HDI/WGV/Aspect Online AG)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 144/10

1.

Fl-4 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi HUK24 AG (il-Ġermanja, ikkontrollata minn HUK-COBURG Haftpflicht-Unterstützungs-Kasse kraftfahrender Beamter Deutschlands a. G. in Coburg; “HUK”), HDI Direct Versicherung AG (il-Ġermanja, ikkontrollata minn HDI Haftpflichtverband der Deutschen Industrie V.a.G., “HDI”) u WGV Holding AG (il-Ġermanja, ikkontrollata minn Württembergische Gemeinde-Versicherung a.G., “WGV”) se jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Aspect Online AG (“Aspect”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal HUK: L-assigurazzjoni,

għal HDI: L-assigurazzjoni,

għal WGV: L-assigurazzjoni,

għal Aspect: Pjattaforma Ġermaniża tal-internet li permezz tagħha jistgħu jitqabblu l-primjums tal-assigurazzjonijiet, il-prezzijiet tal-enerġija u t-tariffi bankarji; senserija tal-assigurazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6139 – HUK/HDI/WGV/Aspect Online AG, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/32


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 144/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“NEW SEASON COMBER POTATOES”/“COMBER EARLIES”

Nru KE: UK-PGI-0005-0810-11.06.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“New Season Comber Potatoes”/“Comber Earlies”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Klassi 1.6:

Frott Ħaxix u Ċereali, friski jew ipproċessati.

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

New Season Comber Potato/Comber Earlies huwa l-isem mogħti lil patata immatura tal-ispeċi Solanum tuberosum fil-familja tas-Solanaceae. In-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies titkabbar minn varjetajiet ta' żerriegħa bażiċi elenkati fir-reġistri nazzjonali tal-varjetajiet tal-Istati Membri tal-UE. Din għandha tinżera’, titkabbar u tinqala’ fiż-żona ddefinita madwar il-belt ta' Comber. It-tuberi taż-żerriegħa għandhom jinżergħu f'raddi mill-bidu ta' Jannar ta' kull sena. Iż-żriegħ iseħħ ferm aktar kmieni minn fil-partijiet oħra tal-Irlanda ta' Fuq, minħabba li fiż-żona nnominata, il-klima hija aktar sħuna u l-ħamrija tiskula b'aktar faċilità li jwasslu għal riskju inqas ta' ġlata mill-kumplament tal-Irlanda ta' Fuq.

Il-pjanti għandhom weraq aħdar skur u l-patata nnifisha hija żgħira fid-daqs (dijametru ta' 30-70 mm) b'għamla tonda jew ovali. Il-qoxra hija ratba, fina, irqiqa u merħija, b'kulur li jiddependi fuq il-varjetà, b'laħam ta' lewn il-krema. It-togħma hija terrena, ħelwa u tixbah il-ġewż, li tagħti t-togħma distintiva ta' patata “bikrija”.

Il-patata tinbiegħ sfuż jew bil-piż, jew ippakkettata f'firxa ta' piżijiet.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli.

3.5.   L-istadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata:

In-New Season Comber potatoes/Comber Earlies għandha tinżera’, titkabbar u tinqala’ fiż-żona nnominata. It-tuberi taż-żerriegħa għandhom jinżergħu f'raddi mill-bidu ta' Jannar ta' kull sena. It-tuberi għandhom jinqalgħu bejn il-bidu ta' Mejju u l-aħħar ta' Lulju qabel ma' jkunu maturi kompletament.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-tqattigħ, il-ħakk u l-ippakkjar, eċċ.:

Mhux applikabbli.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Kull kaxxa jew xkora patata hija mmarkata b'numru ta' identifikazzjoni tas-saħħa tal-pjanta, maħruġ mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għall-Irlanda ta' Fuq li huwa speċifiku għall-impriżi individwali. Dan ifisser li kull lott jista' jiġi ttraċċat lura għall-impriża minn fejn ikun ġie prodott.

Tradizjonalment, il-prodott huwa magħruf lokalment ukoll bħala “Comber Earlies” u jista' jiġi kkumerċjalizzat bħala tali. It-tikkettar għandu jinkludi t-terminu “New Season Comber Potatoes” jew “Comber Earlies”.

4.   Id-definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Ir-reġjun innominat hija ż-żona oriġinarjament deskritta bħala l-artijiet ta' Hamilton Montgomery li jinsabu madwar il-belt ta' Comber, u jinkludi mill-Ards Borough Council sa Arkeen fuq il-peninsula tal-Ards bħala l-limiti tan-Nofsinhar, Crossgar u Killyleagh fuq in-naħa tal-Punent ta' Strangford Lough, North Down Borough Council u partijiet ta' Castlereagh, Belfast u Down District Council fuq in-naħa tal-Lvant tat-triq (A7) li tgħaqqad lill-Carryduff ma' Killyleagh via Saintfield u Crossgar.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-ħamrija u l-klima taż-żona nnominata ssostni r-reputazzjoni tan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies. Iż-żona hija ddominata minn Strangford Lough, l-ikbar bokka fil-ġżejjer Brittaniċi. Il-materjal ewlieni tal-ħamrija madwar il-Lough huwa ġebel ramli aħmar Trijassiku (Triassic red sandstone) u żrar. Dan ifisser li l-ħamrija hija eħfef u tiskula b'mod faċli. Dan jippermetti lill-ħamrija li tinxef u tisħon aktar malajr minn kwalunkwe parti oħra tal-Irlanda ta' Fuq.

Il-protezzjoni mill-Ards Peninsula fuq in-naħa tal-Lvant u l-Mourne Mountains lejn in-Nofsinhar flimkien mal-pożizzjoni fix-Xlokk ifissru li l-klima fiż-żona nnominata hija kemm aktar sħuna kif ukoll aktar xotta minn partijiet oħra tal-Irlanda ta' Fuq. Il-parti l-kbira tar-reġjun tinsab f'livell baxx u Strangford Lough għandu sinifikanti ta' moderazzjoni fuq it-temp xitwi li jirriżulta f'temp inqas kiefer minn kull parti fl-Irlanda ta' Fuq. Għalhekk il-ħamrija hija aktar sħuna u xotta, bl-ogħla ammont ta' xemx matul is-sena (madwar 1 500 siegħa fis-sena), u b'hekk l-istaġun ta' tkabbir għan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies jibda' qabel il-patata fil-kumplament tal-Irlanda ta' Fuq. Għandha l-itwal staġun ta' tkabbir medju ta' aktar minn 270 jum minn kwalunkwe parti tal-Irlanda ta' Fuq. Din il-klima u t-topografija tfisser li hemm inqas riskju ta' ġlata fiż-żona definita.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

In-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies hija kkaratterizzata u vvalutata mid-dehra u t-togħma unika tagħha. Ir-reputazzjoni u d-domanda għan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies huma stabbiliti mill-fatt li hija l-aktar patata bikrija disponibbli fl-Irlanda ta' Fuq u għandha togħma u konsistenza unika.

Għandhom togħma terrena, u tixbah il-ġewż u jintgħarfu immedjatament mill-qoxra ratba u rqiqa tagħhom, li ta' spiss tkun diġà qed titqaxxar fil-ħin tax-xiri. Minħabba l-qoxra ratba u merħija, il-patata tinqala’ bil-mod biex tiġi mminimizzata l-ħsara u biex tinżamm l-integrità tal-qoxra. Il-patata tinqala’ u tiġi kkummerċjalizzata mill-produttur fl-istess jum.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-rikonoxximent tal-prodott “New Season Comber Potatoes/Comber Earlies” bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta huwa ġġustifikat abbażi tal-ħsad bikri tiegħu.

In-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies għandha reputazzjoni ta' kwalità mal-Irlanda ta' Fuq kollha, partikolarment mal-pajjiżi tal-Lvant. Din ir-reputazzjoni teżisti kemm fiż-żoni rurali fi ħdan iż-żona definita u madwarha, kif ukoll fl-ibliet qrib ta' Belfast u Lisburn, fejn il-bejjiegħa u l-fornituri tal-ikel jirreklamaw in-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies fil-ħwienet u fuq il-menus kemm lir-residenti lokali kif ukoll lit-turisti.

Ir-reputazzjoni u d-domanda għan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies huma stabbiliti mill-fatt li hija l-aktar patata bikrija disponibbli u għandha togħma u konsistenza unika. Il-klima taż-żona definita tfisser li l-ħamrija tinxef aktar malajr u b'hekk jonqos ir-riskju ta' ġlata fix-xhur xitwin. Dan ifisser li l-istaġun ta' tkabbir jista' jibda' qabel il-patata fil-kumplament tal-Irlanda ta' Fuq. Il-ħamrija hija iktar niexfa u eħfef minn dik f'żoni oħra tal-Irlanda ta' Fuq. Dan ifisser li minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi u topografiċi taż-żona speċifikata, it-tuberi jistgħu jinżergħu u jinqalgħu aktar kmieni minn kwalunkwe post ieħor fl-Irlanda ta' Fuq. L-abbiltà li n-New Season Combers/Comber Earlies tinqala’ f'età daqshekk żgħira tfisser li l-karatteristiċi organolettiċi tagħha huma differenti b'mod kwalitattiv minn dawk ta' tuberi maturi. It-togħma partikolari terrena u li tixbah il-ġewż u l-qoxra karatteristika ratba u rqiqa wasslu għal reputazzjoni unika tan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies mal-Irlanda ta' Fuq u lil hinn minnha.

Kemm iż-żriegħ bikri kif ukoll il-ħsad bikri li huma possibbli fil-mikroklima taż-żona ta' Comber jikkontribwixxu għat-togħma u l-konsistenza tan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies. Il-pjanti u t-tuberi jikbru b'ritmu mgħaġġel fit-temperaturi sħan.

Flimkien mal-fatt li hija l-iktar patata bikrija fl-Irlanda ta' Fuq, ir-reputazzjoni tagħhom hija tant li l-bejjiegħa lokali jirraportaw fl-istampa bil-miktub meta jirċievu l-ewwel lott tan-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies. Barra minn hekk, wara l-ħsad, il-konsumaturi jkunu lesti li jħallsu prezz ferm ogħla għaliha milli għal patata oħra disponibbli.

L-istorja taż-żona definita hija sinonima mat-tkabbir tal-patata u hija marbuta mal-istorja ta' żewġ familji Ulster-Scots, il-familja Hamilton u dik Montgomery. Is-snin tal-bidu ta' dan l-insedjament ġew irreġistrati fil-“The Montgomery Manuscripts” miktub minn William Montgomery, in-neputi ta' Sir Hugh Montgomery. Dan jinkludi dak li hija mifhuma bħala l-ewwel referenza litterarja għal patata fl-Irlanda b'referenza għall-1606:

“L-eċċelenza tagħha kellha wkoll impriżi fi Greyabbey u Coiner [Comber], kif ukoll fi Newtown, bħala forniment kemm għal persuni li jkunu għadhom kif jaslu kif ukoll għal darha; u faċilment ħaddmet irġiel fl-għelieqi, … li għal dan ix-xogħol tat ħxejjex u ammont ta' qamħ fis-sena, u dar u ġnien biex jgħixu fiha, u art għall-kittien u l-patata” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

Hija ż-żona ta' Hamilton Lands u Montgomery Lands, inkluża Comber, Greyabbey u Newtownards fejn għadhom jitkabbru n-New Season Comber Potatoes. Ir-rabta storika mal-impriża oriġinali tal-pjantaġġun hija evidenti fil-fatt li għad fadal għadd mill-membri tal-familja Hamilton li jkabbru l-patata Comber.

Iż-żona Comber ilha sinonima mat-tkabbir tal-patata għal ħafna mijiet ta' snin. L-ewwel referenza litterarja tal-patata fl-Irlanda (fl-1606) tirreferi għall-art f'Comber li kienet tingħata għat-tkabbir tal-patata. Il-belt tkompli tippromovi lilha nnifisha bħala l-post minn fejn bdiet il-patata fl-Irlanda ta' Fuq. Il-belt hija promossa mill-kunsill lokali mal-Irlanda ta' Fuq bħala l-post fejn bdiet il-patata fl-Irlanda ta' Fuq b'attivitajiet u festivals bħal “Spud (Potato) Fest”. Ir-ristoranti u l-lukandi fl-Irlanda ta' Fuq jippromovu n-New Season Comber Potatoes/Comber Earlies fil-menus tagħhom bħala speċjalità reġjonali u tista' tiġi ppreżentata f'għadd ta' modi, l-aktar mod popolari huwa li titgħalla u tiġi ppreżentata bi ftit butir.

Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/new-season-comber-potatoes.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.