ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.349.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 349/01 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 349/02 |
||
2010/C 349/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni |
|
2010/C 349/04 |
||
2010/C 349/05 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass (verżjoni kodifikata)(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-Direttiva) ( 1 ) |
|
2010/C 349/06 |
||
2010/C 349/07 |
||
2010/C 349/08 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2010/C 349/09 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Diċembru 2010
dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna, li jinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ingalina fil-Litwanja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom
(it-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)
2010/C 349/01
Fit-8 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mill-Gvern Litwan, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna li jinsab fis-sit tal-Impjant ta' Enerġija Nukleari ta' Ignalina.
Abbażi ta' din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Lulju 2010 u pprovdut mill-awtoritajiet Litwani fis-16 ta’ Awwissu 2010, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
1. |
Id-distanza bejn l-istallazzjoni u l-eqreb punt ta' Stat Membru ieħor, li f'dan il-każ hija l-Latvja, hija ta' 8 km. L-eqreb Stat Membru li jmiss huwa l-Polonja, li tinsab madwar 250 km 'il bogħod. Il-Belarus, bħala pajjiż ġar, jinsab 5 km 'il bogħod. |
2. |
F'kundizzjonijiet normali tal-operat, ir-rilaxxi ta’ effluwenti likwidi u fil-forma ta' gass mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew pajjiżi ġirien. |
3. |
Skart radjuattiv solidu sekondarju se jinħażen temporanjament fl-istallazzjoni qabel ma jiġi trasferit fil-post tal-faċilità xierqa tat-trattament tal-iskart. L-iskart solidu mhux radjuattiv jew materjali residwi li ma għadhomx suġġetti għall-kontroll regolatorju se jiġu rilaxxati għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew sabiex jiġu użati mill-ġdid jew irriċiklati, skont il-kriterji stipulati fl-Istandards Bażiċi ta' Sikurezza (Id-Direttiva Nru 96/29/Euratom). |
4. |
F'każ li jkun hemm rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jseħħu wara inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jaslu fi Stat Membru ieħor jew pajjiżi ġirien ma jkunux tali li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv taħt kwalunkwe forma li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna, li jinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ingalina fil-Litwanja, kemm matul operat normali u anki f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, ma tistax tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Diċembru 2010
2010/C 349/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3155 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
110,00 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4507 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85030 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9795 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2613 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8620 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,258 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
275,60 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9940 |
RON |
Leu Rumen |
4,2888 |
TRY |
Lira Turka |
2,0479 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3183 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3410 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2264 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7666 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7277 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 516,74 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
8,9584 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,7598 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3864 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 894,14 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1173 |
PHP |
Peso Filippin |
58,342 |
RUB |
Rouble Russu |
40,4468 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,675 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2349 |
MXN |
Peso Messikan |
16,3017 |
INR |
Rupi Indjan |
59,5000 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/4 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni
2010/C 349/03
Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha (1) bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jinżammu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' EUR 2 l-oħra, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom għandu disinn kommemorattiv li huwa simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu
Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-50 anniversarju tan-nomina mill-Gran Dukessa Charlotte ta' binha Jean bħala “lieutenant-représentant”.
Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq in-naħa tal-lemin tal-parti ta' ġewwa, il-munita turi xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug, u fl-isfond ix-xbihat tal-Gran Duka Jean u l-Gran Dukessa Charlotte. Fuq it-tliet xbihat hemm il-kitba “LËTZEBUERG”. Fuqha tidher is-sena “2011”, u maġenbha fuq iż-żewġ naħat il-marka taż-żekka, u l-marka tad-Direttur taż-żekka. L-isem tal-Altezza Rjali jidher taħt ix-xbiha rispettiva.
Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-volum ta' muniti li se jinħarġu: 1,4 miljun munita
Data tal-ħruġ: Jannar 2011
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1-30 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li ħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52-55).
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Diċembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/320/KE tat-22 ta' Marzu 2007 li twaqqaf Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali (1), sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' validità tiegħu
2010/C 349/04
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Jixraq li l-ħidma tal-grupp espert magħruf bħala l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali tissokta bla xkiel sa tmiem l-2013 taħt l-istess regoli stabbiliti minn dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/320/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Fl-Artikolu 7 “Applikazzjoni” tad-Deċiżjoni 2007/320/KE, is-sena “2010” tinbidel b' “2013”.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi-President
(1) ĠU L 119, 9.5.2007, p. 45.
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass (verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-Direttiva)
2010/C 349/05
ESO (1) |
Referenza u titlu tal-istandard armonizzat (u d-dokument ta’ referenza) |
Referenza tal-istandard li ġie sostitwit |
Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit Nota 1 |
CEN |
EN 26:1997 Ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass għall-produzzjoni ta' użijiet sanitarji, li jkollhom magħhom berners atmosferiċi (Inkluż Corrigendum 1998) |
|
|
EN 26:1997/A1:2000 |
Nota 3 |
Data skaduta (18.7.2001) |
|
EN 26:1997/A2:2004 |
Nota 3 |
Data skaduta (18.11.2009) |
|
EN 26:1997/A3:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.6.2007) |
|
EN 26:1997/AC:1998 |
|
|
|
CEN |
EN 30-1-1:2008+A1:2010 Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu fjuwil mill-gass – Parti 1-1: Sigurtà – Ġenerali |
EN 30-1-1:2008 Nota 2.1 |
31.1.2011 |
CEN |
EN 30-1-2:1999 Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 1-2: Sigurtà – Appliances having forced-convention ovens and/or grills |
|
|
CEN |
EN 30-1-3:2003+A1:2006 Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 1-3: Sigurtà – Apparati li għandhom pjanċa taċ-ċeramika tal-ħġieġ li żżomm l-ikel sħun |
EN 30-1-3:2003 Nota 2.1 |
Data skaduta (30.6.2007) |
CEN |
EN 30-1-4:2002 Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 1-4: Sigurtà – Apparati li għandhom berner jew aktar b'sistema awtomatika ta' kontroll tal-berners |
|
|
EN 30-1-4:2002/A1:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.6.2007) |
|
CEN |
EN 30-2-1:1998 Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 2-1: Użu razzjonali ta' enerġija – Ġenerali |
|
|
EN 30-2-1:1998/A1:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (10.12.2004) |
|
EN 30-2-1:1998/A2:2005 |
Nota 3 |
Data skaduta (11.11.2005) |
|
EN 30-2-1:1998/A1:2003/AC:2004 |
|
|
|
CEN |
EN 30-2-2:1999 Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 2-2: Użu razzjonali ta' enerġija – Apparati li għandhom fran u/jew grills li joperaw b'konvezzjoni furzata |
|
|
CEN |
EN 88-1:2007 Regolaturi tal-pressjoni u tagħmir ta' sigurtà assoċjat għal apparati li jaħdmu bil-gass – Parti 1: Regolaturi tal-pressjoni għal pressjonijiet 'il ġewwa sa u 'l fuq minn 500 mbar |
EN 88:1991 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.5.2008) |
CEN |
EN 88-2:2007 Regolaturi tal-pressjoni u tagħmir ta' sigurtà assoċjat għal apparati li jaħdmu bil-gass – Parti 2: Regolaturi tal-pressjoni għal pressjonijiet 'il ġewwa 'l fuq minn 500 mbar sa u inkluż 5 bar |
|
|
CEN |
EN 89:1999 Ħiters għall-ħżin tal-ilma li jaħdmu bil-gass għall-produzzjoni ta' ilma sħun fid-djar |
|
|
EN 89:1999/A1:1999 |
Nota 3 |
Data skaduta (17.10.2000) |
|
EN 89:1999/A2:2000 |
Nota 3 |
Data skaduta (18.7.2001) |
|
EN 89:1999/A3:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.6.2007) |
|
EN 89:1999/A4:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.6.2007) |
|
CEN |
EN 125:2010 Apparati li jikkontrollaw il-fjamma f'apparati li jaħarqu l-gass – Apparati li jikkontrollaw fjammi termo-elettriċi |
EN 125:1991 Nota 2.1 |
Id-data ta’ din il-pubblikazzjoni |
CEN |
EN 126:2004 Kontrolli multifunzjonali għal apparati li jaħarqu l-gass |
EN 126:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (10.12.2004) |
CEN |
EN 161:2007 Valvs li jingħalqu awtomatikament għal berners tal-gass u apparati tal-gass |
EN 161:2001 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.7.2007) |
CEN |
EN 203-1:2005+A1:2008 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 1: Rekwiżiti ta' sigurtà |
EN 203-1:2005 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 203-2-1:2005 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-1: Rekwiżiti speċifiċi – Berners miftuħin u berners wok |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-2:2006 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-2: Rekwiżiti speċifici – Fran |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-3:2005 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-3: Rekwiżiti speċifiċi – Kzazel għat-togħlija |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-4:2005 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-4: Rekwiżiti speċifiċi – Kzazel għall-qali |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-6:2005 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-6: Rekwiżiti speċifiċi – Ħiters ta' ilma sħun għax xorb |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-7:2007 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-7: Rekwiżiti speċifiċi – Pjanċi tal-metall għat-tħammir tal-qoxra ta' l-ikel u apparati għax-xiwi tal-laħam fuq seffud idur |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-8:2005 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-8: Rekwiżiti speċifiċi – Kzazel brat u paëlla |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-9:2005 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-9: Rekwiżiti speċifiċi – Superfiċji solidi, superfiċji għat-tisħin u pjanċi tal-metall għall-kejkijiet |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-10:2007 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-10: Rekwiżiti speċifici – Grills li jaħdmu bil-faħam |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-2-11:2006 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-2: Rekwiżiti speċifici – Kukers tal-għaġin |
EN 203-2:1995 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.2008) |
CEN |
EN 203-3:2009 Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 3: Materjali u partijiet li jiġu f'kuntatt ma' ikel u aspetti sanitarji oħra. |
|
|
CEN |
EN 257:2010 Termostats mekkaniċi għal apparati li jaħarqu l-gass |
EN 257:1992 Nota 2.1 |
31.12.2010 |
CEN |
EN 297:1994 Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip B11 u B11BS li għandhom berners atmosferiċi li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW |
|
|
EN 297:1994/A2:1996 |
Nota 3 |
Data skaduta (29.10.2002) |
|
EN 297:1994/A3:1996 |
Nota 3 |
Data skaduta (24.2.1998) |
|
EN 297:1994/A5:1998 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.12.1998) |
|
EN 297:1994/A6:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (23.12.2003) |
|
EN 297:1994/A4:2004 |
Nota 3 |
Data skaduta (11.6.2005) |
|
EN 297:1994/A2:1996/AC:2006 |
|
|
|
CEN |
EN 298:2003 Sistemi ta' kontroll awtomatiku ta' berners tal-gass għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass li jkollhom jew ma jkollhomx fannijiet |
EN 298:1993 Nota 2.1 |
Data skaduta (30.9.2006) |
CEN |
EN 303-3:1998 Bajli tat-tisħin – Parti 3: Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Muntatura magħmula minn korp ta' bajla u berner b'kurrent furzat |
|
|
EN 303-3:1998/A2:2004 |
Nota 3 |
Data skaduta (11.6.2005) |
|
EN 303-3:1998/AC:2006 |
|
|
|
CEN |
EN 303-7:2006 Bajli tat-tisħin – Parti 7: Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali fornuti b'berner b'kurrent furzat li jiġġeneraw ħruġ ta' sħana nominali li ma taqbiżx l-1 000 kW |
|
|
CEN |
EN 377:1993 Lubrikanti għal applikazzjonijiet f'apparati u kontrolli assoċjati li jużaw gassijiet kombustibbli minbarra dawk iddisinjati biex jintużaw fi proċessi industrijali |
|
|
EN 377:1993/A1:1996 |
Nota 3 |
Data skaduta (11.6.2005) |
|
CEN |
EN 416-1:2009 Ħiters li joperaw bil-gass b'berner waħda u b'tubu li jirradja sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 1: Sigurtà |
EN 416-1:1999 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 416-2:2006 Ħiters li jopera bil-gass b'berner wieħed u b'tubu li jirradja sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija |
|
|
CEN |
EN 419-1:2009 Ħiters radjanti jixegħlu li jkunu fil-għoli u joperaw bil-gass għal użu mhux domestiku – Parti 1: Sigurtà |
EN 419-1:1999 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 419-2:2006 Ħiters luminużi mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jirradjaw is-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija |
|
|
CEN |
EN 437:2003+A1:2009 Gassijiet għall-ittetsjar – Pressjonijiet għat-test – Kategoriji ta' applikazzjoni |
EN 437:2003 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 449:2002+A1:2007 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters tal-ispazju mhux domestiċi bla tromba (fosthom ħiters li jaħdmu b'kombustjoni katalittika diffusiva) |
EN 449:2002 Nota 2.1 |
Data skaduta (23.12.2008) |
CEN |
EN 461:1999 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters tal-ispazju bla tromba mhux domestiċi li ma jaqbżux l-10 kW |
|
|
EN 461:1999/A1:2004 |
Nota 3 |
Data skaduta (10.12.2004) |
|
CEN |
EN 483:1999 Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip C li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW |
|
|
EN 483:1999/A2:2001 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.1.2002) |
|
EN 483:1999/A2:2001/AC:2006 |
|
|
|
CEN |
EN 484:1997 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Pjanċi tal-metall ċatti indipendenti li jżommu l-ikel sħun, fosthom dawk li jinkorporaw grilja għal użu fil-beraħ |
|
|
CEN |
EN 497:1997 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Berners għal skopijiet diversi li jgħallu l-ilma għal użu fil-beraħ |
|
|
CEN |
EN 498:1997 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Barbikjus għal użu fil-beraħ |
|
|
EN 498:1997/AC:2000 |
|
|
|
CEN |
EN 509:1999 Apparati dekorattivi li jaħdmu bil-gass u jħallu effett ta' fjuwil |
|
|
EN 509:1999/A1:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.12.2003) |
|
EN 509:1999/A2:2004 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.6.2005) |
|
CEN |
EN 521:2006 Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt – Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt |
EN 521:1998 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.8.2006) |
CEN |
EN 525:2009 Ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni furzata għat-tisħin ta' spazji, li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ta' 300 kW |
EN 525:1997 Nota 2.1 |
Data skaduta (30.11.2009) |
CEN |
EN 549:1994 Materjal tal-lastku għal siġilli u dijaframmi għal apparati li jaħdmu bil-gass u tagħmir li jaħdem bil-gass |
EN 291:1992 EN 279:1991 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.12.1995) |
CEN |
EN 613:2000 Ħiters li jaħdmu b'konvezzjoni indipendenti li titħaddem bil-gass |
|
|
EN 613:2000/A1:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (23.12.2003) |
|
CEN |
EN 621:2009 Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, bla fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni |
EN 621:1998 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.5.2010) |
CEN |
EN 624:2000 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Tagħmir ta' tisħin ta' spazju fil-magħluq issiġillat biex ikun stallat f'vetturi u dgħajjes |
|
|
EN 624:2000/A2:2007 |
Nota 3 |
Data skaduta (5.6.2009) |
|
CEN |
EN 625:1995 Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjoni ta' ilma sħun domestiku ta' bajli kombinati li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW |
|
|
CEN |
EN 656:1999 Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip B li jiġġeneraw sħana li taqbeż is-70 kW iżda li ma taqbiżx it-300 kW |
|
|
EN 656:1999/A1:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (18.11.2009) |
|
CEN |
EN 676:2003+A2:2008 Berners awtomatiċi li jgħaddi minnhom kurrent sfurzat għal fjuwils gassużi |
EN 676:2003 Nota 2.1 |
Data skaduta (30.6.2010) |
EN 676:2003+A2:2008/AC:2008 |
|
|
|
CEN |
EN 677:1998 Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Rekwiżiti speċifiċi għal bajli kondensaturi li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW |
|
|
CEN |
EN 732:1998 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Friġis li jaħdmu bil-gass |
|
|
CEN |
EN 751-1:1996 Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet tal-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun – Parti 1: Komposti li jgħaqqdu anerobiċi |
|
|
CEN |
EN 751-2:1996 Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet tal-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun – Parti 2: Komposti li jgħaqqdu li ma jitwebbsux |
|
|
CEN |
EN 751-3:1996 Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet tal-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun – Parti 3: Tejps lixxi PTFE |
|
|
EN 751-3:1996/AC:1997 |
|
|
|
CEN |
EN 777-1:2009 Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 1: Sistema D, Sigurtà |
EN 777-1:1999 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 777-2:2009 Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 2: Sistema E, Sigurtà |
EN 777-2:1999 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 777-3:2009 Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 3: Sistema F, Sigurtà |
EN 777-3:1999 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 777-4:2009 Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 4: Sistema H, Sigurtà |
EN 777-4:1999 Nota 2.1 |
Data skaduta (18.11.2009) |
CEN |
EN 778:2009 Ħiters domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 70 kW, bla fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni |
EN 778:1998 Nota 2.1 |
Data skaduta (6.5.2010) |
CEN |
EN 1020:2009 Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, li fihom fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni |
EN 1020:1997 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.5.2010) |
CEN |
EN 1106:2010 Vitijiet li jitħaddmu bl-idejn għal apparati li jaħarqu l-gass |
EN 1106:2001 Nota 2.1 |
Id-data ta’ din il-pubblikazzjoni |
CEN |
EN 1196:1998 Ħiters ta' arja domestiċi u mhux domestiċi li joperaw bil-gass – Rekwiżiti supplementari għal ħiters tal-arja |
|
|
CEN |
EN 1266:2002 Ħiters li jaħdmu b'konvezzjoni indipendenti li titħaddem bil-gass li jinkorporaw fann biex jgħin il-mogħdija ta' arja u/jew gass li jgħaddi minn tubu bi proċess ta' kombustjoni |
|
|
EN 1266:2002/A1:2005 |
Nota 3 |
Data skaduta (28.2.2006) |
|
CEN |
EN 1319:2009 Ħiters domestiċi li joperaw bil-gass u jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni furzata għat-tisħin ta' spazji, b'berners bil-fann li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ta' 70 kW |
EN 1319:1998 Nota 2.1 |
Data skaduta (30.6.2010) |
CEN |
EN 1458-1:1999 Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B22D u B23D li jitqabbdu bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW – Parti 1: Sigurtà |
|
|
CEN |
EN 1458-2:1999 Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B22D u B23D li jitqabbdu bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija |
|
|
CEN |
EN 1596:1998 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters tal-arja mhux domestiċi mobbli u jistgħu jinġarru li joperaw b'konvezzjoni diretta furzata |
|
|
EN 1596:1998/A1:2004 |
Nota 3 |
Data skaduta (10.12.2004) |
|
CEN |
EN 1643:2000 Sistemi li jippruvaw valvs għal valvs li jingħalqu awtomatikament għal berners tal-gass u apparati tal-gass |
|
|
CEN |
EN 1854:2010 Apparati li jħossu l-qawwa tal-pressjoni għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass |
EN 1854:2006 Nota 2.1 |
31.5.2012 |
CEN |
EN 12067-1:1998 Kontrolli li jirregolaw il-proporzjon ta' gass ma' arja għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass – Parti 1: Tipi pnewmatiċi |
|
|
EN 12067-1:1998/A1:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (23.12.2003) |
|
CEN |
EN 12067-2:2004 Kontrolli li jirregolaw il-proporzjon ta' gass ma' arja għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass – Parti 2: Tipi elettroniċi |
|
|
CEN |
EN 12078:1998 Regolaturi zero għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass |
|
|
CEN |
EN 12244-1:1998 Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jitqabbdu direttament bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 1: Sigurtà |
|
|
CEN |
EN 12244-2:1998 Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jitqabbdu direttament bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija |
|
|
CEN |
EN 12309-1:1999 Apparati ta' arja kondizzjonata li jaħdmu bil-gass fejn il-molekuli tar-refriġerant jinħallu f'likwidu jew jibqgħu fil-wiċċ ta' struttura solida u/jew pompi li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW – Parti 1: Sigurtà |
|
|
CEN |
EN 12309-2:2000 Apparati ta' arja kondizzjonata li jaħdmu bil-gass fejn il-molekuli tar-refriġerant jinħallu f'likwidu jew jibqgħu fil-wiċċ ta' struttura solida u/jew pompi li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija |
|
|
CEN |
EN 12669:2000 Apparati li joperaw bil-gass u jkabbru l-kurrent ta' arja sħuna biex jintużaw f'serer u fit-tisħin supplementari ta' spazji mhux domestiċi |
|
|
CEN |
EN 12752-1:1999 Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B li jitqabbdu bil-gass li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 1: Sigurtà |
|
|
CEN |
EN 12752-2:1999 Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B li jitqabbdu bil-gass li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija |
|
|
CEN |
EN 12864:2001 Regolaturi ta' pressjoni baxxa, mhux aġġustabbli, li għandhom ħruġ massimu ta' pressjoni inqas minn jew ugwali 200 mbar, b'kapaċità inqas minn jew ugwali għal 4 kg/h, u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butanu, propanu jew taħlitiet tagħhom |
|
|
EN 12864:2001/A1:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (10.12.2004) |
|
EN 12864:2001/A2:2005 |
Nota 3 |
Data skaduta (28.2.2006) |
|
EN 12864:2001/A3:2009 |
Nota 3 |
Data skaduta (28.2.2010) |
|
CEN |
EN 13278:2003 Ħiters indipendenti bil-quddiem miftuħ li jaħdmu bil-gass fi spazji miftuħin |
|
|
CEN |
EN 13611:2007 Apparati ta' sigurtà u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass – Rekwiżiti ġenerali |
EN 13611:2000 Nota 2.1 |
Data skaduta (31.5.2008) |
CEN |
EN 13785:2005+A1:2008 Regolaturi li għandhom kapaċità sa 100 kg/h, li l-pressjoni massima nominali ta' ħruġ tagħhom tasal sa 4 bar, minbarra dawk koperti minn EN 12864 u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butan, propanu jew taħlitiet tagħhom |
EN 13785:2005 Nota 2.1 |
Data skaduta (5.6.2009) |
CEN |
EN 13786:2004+A1:2008 Valvs li jaqilbu awtomatikament li għandhom ħruġ massimu ta' pressjoni sa 4 bar b'kapaċità sa 100 kg/h, u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butanu, propanu u t-taħlitiet tagħhom |
EN 13786:2004 Nota 2.1 |
Data skaduta (5.6.2009) |
CEN |
EN 13836:2006 Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip B li jiġġeneraw sħana nominali aktar minn 300 kW li ma taqbiżx l-1 000 kW |
|
|
CEN |
EN 14438:2006 Apparat addizzjonali li jaħdem bil-gass għat-tisħin ta' aktar minn kamra waħda |
|
|
CEN |
EN 14543:2005+A1:2007 Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters konnessi ma' umbrelel tax-xemx għal terrazzini – Ħiters radjanti bla tromba biex jintużaw f'zoni fil-beraħ jew ventilati tajjeb ħafna |
EN 14543:2005 Nota 2.1 |
Data skaduta (24.5.2008) |
CEN |
EN 14829:2007 Ħiters indipendenti li jaħdmu bil-gass li jsaħħnu spazji bla trombi ta' ċmieni u jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW |
|
|
CEN |
EN 15033:2006 Hiters tal-ilma ssiġillati għall-użu ta' ħażna fi kmamar għall-produzzjoni ta' ilma sħun sanitarju bl-użu ta' LPG għal vetturi u dgħajjes |
|
|
EN 15033:2006/AC:2008 |
|
|
Nota 1: |
Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor. |
Nota 2.1: |
L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
Nota 2.2: |
L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
Nota 2.3: |
L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid. |
Nota 3: |
F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
NOTA:
— |
Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE. |
— |
L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. |
— |
Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità. |
— |
Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista. |
— |
Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’ http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm |
(1) ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:
— |
CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu), |
— |
Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu), |
— |
ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu). |
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/15 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010
2010/C 349/06
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-manjoka u l-patata ħelwa.
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.
L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine of the People's Republic of China (AQSIQ) |
9 Madiandonglu |
Haidian District |
Beijing 100088 |
P.R. CHINA |
Tel. +86-10-822 60139 |
Fax +86-10-822 60139 |
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/16 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010
2010/C 349/07
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka u l-patata ħelwa.
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.
L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
Department of Foreign Trade |
Ministry of Commerce |
Bureau of Import-Export Certification |
44/100 Nonthaburi 1 Road |
Nonthaburi 11000 |
THAILAND |
Tel. +66 25474829 / 66 25474832 / 66 25474825 |
Fax +66 25474757 |
Posta elettronika: eximdft@moc.go.th |
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/17 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010
2010/C 349/08
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-manjoka.
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.
L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
PT. (Persero) Kawasan Berikat Nusantara |
Unit Usaha Marunda |
(Nusantara bonded zone in Marunda) |
Jl. Lampung No 1 Cilincing |
Jakarta 14120 |
INDONESIA |
Tel. +62 2144851525 |
Fax +62 2144851431 |
Posta elettronika: marunda@kbn.co.id |
PT. (Persero) Kawasan Berikat Nusantara |
Unit Usaha Tanjung Priok |
(Nusantara bonded zone in Tanjung Priok) |
Jl. Pelabuhan Nusantara Tanjung Priok |
Jakarta 14130 |
INDONESIA |
Tel. +62 214301183 |
Fax +62 2153930513 |
Posta elettronika: priok@kbn.co.id |
PT. (Persero) Kawasan Berikat Nusantara |
Unit Usaha Cakung |
(Nusantara bonded zone in Cakung) |
Jl. Raya Cakung Cilincing |
Tg. Priok |
Jakarta 14140 |
INDONESIA |
Tel. +62 2144820909 EXT 1501 |
Fax +62 2144820068 |
Posta elettronika: marketing@kbn.co.id |
Awtorità tal-kontroll a posteriori taċ-ċertifikati tal-oriġini (l-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93) (1):
Director of Export and Import Facilitation |
Directorate General of International Trade |
Jl. M.I. Ridwan Rais No 5 |
Jakarta 10110 |
INDONESIA |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/18 |
Lista ta' aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu) (ir-Regolament CRA)
2010/C 349/09
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu] (ir-Regolament CRA), l-aġenzji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma persuni ġurdiċi li xogħolhom jinkludi l-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq bażi professjonali. Aġenzji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14 (1) b'rabta mal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament CRA. Ir-reġistrazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament CRA. Ir-reġistrazzjoni hija effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 18 (3) tar-Regolament CRA, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit tal-Internet tagħha, lista tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ġew irreġistrati. Din il-lista tiġi aġġornata fi żmien 30 jum wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkun innotifika lill-Kummissjoni bir-reġistrazzjoni.
Reġistrazzjoni skont ir-Regolament CRA ma tinkludix awtomatikament ir-rikonoxximent bħala Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (External Credit Assessment Institution (ECAI) ) skont il-Parti 2 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE.
L-aħħar aġġornament: […]
Isem is-CRA |
Indirizz |
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju: |
Data tad-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti |
|||
Euler Hermes Rating GmbH |
|
Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin) |
16.11.2010 |