ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.261.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 261

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
28 ta' Settembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 261/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekommissjonar u ż-żarmar tar-Reattur FRM tar-Riċerka, li jinsab f'Garching fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 261/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 261/03

Tagħrif fil-qosor dwar għajnuna kkommunikata mill-Istati Membri mogħtija f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 261/04

Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma Persuni tal-2011, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

6

2010/C 261/05

Sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma tal-2011 u l-2012 tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 261/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5960 – CA/Carispe) ( 1 )

8

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Settembru 2010

li tikkonċerna l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekommissjonar u ż-żarmar tar-Reattur FRM tar-Riċerka, li jinsab f'Garching fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

2010/C 261/01

Fil-5 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mill-Gvern tal-Ġermanja skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali relatata mal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekommissjonar u miż-żarmar tar-Reattur FRM tar-Riċerka.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza bejn l-istallazzjoni u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Awstrija, hija 70 km;

(2)

Matul ix-xogħlijiet normali ta’ dekommissjonar u żarmar, it-tnixxijiet ta’ effluwenti likwidi u gassużi mhux se joħolqu esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor;

(3)

L-iskart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament ġo faċilità fuq is-sit qabel ma finalment jintrema f'repożitorju approvat. L-iskart solidu mhux radjuattiv jew materjali residwi li ma għadhomx suġġetti għall-kontroll regolatorju se jiġu rilaxxati għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew sabiex jiġu użati mill-ġdid jew irriċiklati, skont il-kriterji stipulati fl-Istandards Bażiċi ta' Sigurezza (Id-Direttiva 96/29/Euratom);

(4)

F'każ ta' tnixxijiet mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x'aktarx jolqtu l-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor ma jkunux tali li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv taħt kwalunkwe forma li jirriżulta mid-dekommissjonar u ż-żarmar tar-Reattur FRM tar-Riċerka, li jinsab f'Garching fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kemm matul xogħol normali u anki f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, ma tistax tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Settembru 2010

2010/C 261/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3477

JPY

Yen Ġappuniż

113,52

DKK

Krona Daniża

7,4503

GBP

Lira Sterlina

0,85040

SEK

Krona Żvediża

9,1710

CHF

Frank Żvizzeru

1,3257

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9145

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,570

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

276,69

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7096

PLN

Zloty Pollakk

3,9497

RON

Leu Rumen

4,2430

TRY

Lira Turka

1,9876

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4026

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3795

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4549

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8344

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7806

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 545,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4390

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0192

HRK

Kuna Kroata

7,2928

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 058,01

MYR

Ringgit Malażjan

4,1658

PHP

Peso Filippin

59,158

RUB

Rouble Russu

41,2235

THB

Baht Tajlandiż

41,192

BRL

Real Brażiljan

2,3019

MXN

Peso Messikan

16,8463

INR

Rupi Indjan

60,6730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/4


Tagħrif fil-qosor dwar għajnuna kkommunikata mill-Istati Membri mogħtija f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

2010/C 261/03

Għajnuna Nru: XF 8/10

Stat Membru: Repubblika tal-Lituwanja

Reġjun jew awtorità li tagħti l-għajnuna: Il-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Litwanja

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Parama gamtos išteklių apsaugai gerinti žuvininkystės tvenkiniuose (għajnuna biex titjieb il-protezzjoni tar-riżorsi naturali fil-ħwat)

Il-bażi ġuridika: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2009 m. rugpjūčio 10 d. įsakymas Nr. 3D-584 „Paramos gamtos išteklių apsaugai gerinti žuvininkystės tvenkiniuose taisyklės“

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema u l-ammont tal-għajnuna ad hoc mogħtija: LTL 2,75 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tad-dħul fis-seħħ: Id-19 ta’ Awwissu 2009

Tul tal-iskema jew għotja tal-għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); Indika:

taħt l-iskema: sa liema data tista' tingħata l-għajnuna: sal-31 ta’ Diċembru 2013.

fil-każ ta' xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li jrid jitħallas.

Għan tal-għajnuna: il-protezzjoni tar-riżorsi naturali u tad-diversità ġenetika u t-titjib tal-kwalità kif ukoll il-ġestjoni tal-pajsaġġi u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 japplikaw: Dan huwa f’konformità mal-Artikolu 12

Attività kkonċernata: Kumpens għat-tnaqqis fil-produzzjoni ta' ħut bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-miżuri li jipproteġu l-ambjenti akkwatiċi fil-ħwat.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino per. 19

LT-01103 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Indirizz tas-sit elettroniku fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra skema ta' għajnuna: http://www.zum.lt/lt/teisine-informacija/isakymai/4948/

Ġustifikazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew tas-Sajd Taħt il-programm “miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku” li jifforma parti mill-attività “akkwakultura” tal-miżura “l-akkwakultura, is-sajd fl-ilmijiet interni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” taħt it-tieni assi prijoritarja tal-Programm ta' Azzjoni għas-Settur tas-Sajd Litwan għall-2007-2013 approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C/2007/6703 tas-17 ta' Diċembru 2007, l-għajnuna skont l-iskema għall-protezzjoni tal-għasafar tal-ilma għandha tingħata lill-intrapriżi akkwakulturali sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ħabitats li huma importanti għall-għasafar tal-ilma, jinħolqu żoni ta' trankwilità kif ukoll għal miżuri oħra ta' konservazzjoni tan-natura li jmorru lilhinn mill-prattika normali ta' akkwakultura tajba. L-għajnuna tingħata skont indikaturi bħat-tnaqqis fid-dħul tal-intrapriżi akkwakulturali bħala riżultat tan-numru kbir ta' għasafar selvaġġi fis-siti kkonċernati, it-tul ta' żmien li l-għasafar jibqgħu fis-siti u l-ammont ta' prodotti u foraġġ ikkonsumati minnhom. Saru pjanijiet biex jiġu allokati fondi għal miżuri u/jew oqsma ta' attività li jaqgħu taħt it-tieni assi prijoritarja għall-perjodu 2007-2013 u ma saret l-ebda dispożizzjoni għall-possibbiltà li jiġu allokati fondi għal programm ieħor fil-qasam “miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku” u, għalhekk, kellha tiġi stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat.

Skont l-iskema ta' Għajnuna mill-Istat imsemmija, “l-għajnuna għall-protezzjoni tar-riżorsi naturali fil-vaski tal-ħut” għandha tingħata lil persuni legali u fiżiċi li jrabbu l-ħut sabiex joffru kenn għal speċijiet ta' għasafar tal-ilma u tal-artijiet mistagħdra li huma protetti, rari u fil-periklu, sabiex jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-passaġġ sikur tagħhom. L-għajnuna tingħata skont indikaturi bħat-tnaqqis fil-kapaċità kubika tal-ilma fil-ħwat meta mqabbel mal-kapaċità kubika ppjanata kif ukoll it-tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni tal-ħut fil-ħwat.

Għajnuna Nru: XF 11/10

Stat Membru: L-Italja

Reġjun/Awtorità li qed jagħti/tagħti l-għajnuna: Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

Direzione centrale risorse agricole, naturali e forestali

Servizio pesca e acquacoltura

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento recante criteri e modalità per la concessione di contributi alle associazioni del settore pesca professionale e dell’acquacoltura operanti in Regione, in attuazione dell’articolo 5, comma 1, della legge regionale 28 dicembre 2007, n. 30 (Legge strumentale alla manovra di bilancio 2008)

Bażi legali: Decreto del Presidente della Regione 16 aprile 2010, n. 074/Pres.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont tal-għajnuna individwali mogħti lill-impriża: EUR 200 000

Intensità massima tal-għajnuna: sa 100 %

Data tad-dħul fis-seħħ: id-29 ta’ April 2010

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna jew tal-għajnuna individwali (mhux lil hinn mill-30 ta’ Ġunju 2014); jindika:

fil-kuntest tal-iskema: id-data sa meta tista' tingħata l-għajnuna: sat-30 ta’ Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għandha l-għan li ssostni programmi ta' attività ta' interess komuni kif imwettqa minn assoċjazzjonijiet tas-settur tas-sajd professjonali u tal-akkwakultura li joperaw fir-Reġjun u li jkollhom rilevanza nazzjonali.

Indika l-Artikolu jew l-Artikoli applikati (minn fost l-Artikoli 8 sa 24): L-Artikolu 17 “Għajnuna għal azzjonijiet kollettivi”

Setturi ekonomiċi: Is-sajd u l-akkwakultura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Direzione centrale risorse agricole, naturali e forestali

Servizio pesca e acquacoltura

Via Sabbadini 31

33100 Udine UD

ITALIA

Tel. +39 0432555225

Fax +39 0432555140

Posta elettronika: s.pesca.agrifor@regione.fvg.it

Sit tal-internet fejn jinsab it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tingħata għajnuna individwali lil hinn minn skema ta' għajnuna: http://arpebur.regione.fvg.it/newbur/visionaBUR?bnum=2010/04/28/17

Ġustifikazzjoni: L-iskema ta' għajnuna qed tiġi stabbilita biex tattwa l-liġi reġjunali tat-28 Diċembru 2007, nru 30; it-tipi ta' għajnuna previsti mir-regolament reġjunali huma ta' akkompanjament għall-miżuri ta' intervent strutturali li għalihom huwa għad-dispożizzjoni l-finanzjament tal-FES.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/6


Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma “Persuni” tal-2011, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2010/C 261/04

B’dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skond il-programmi ta’ ħidma “Persuni” tal- 2011, tas-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

Titlu tas-sejħa

Identifikatur tas-sejħa

Il-Lejl tar-Riċerkaturi

FP7-PEOPLE-2011-NIGHT

Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta’ ħidma tal-2011 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4897 tad-19 ta’ Lulju 2010.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/7


Sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma tal-2011 u l-2012 tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2010/C 261/05

B’dan tiġi avżata t-tnedija ta’ sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta’ħidma Kooperazzjoni, tal-2011 u l-2012 tas-Seba’ Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppublikati fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku Kooperazzjoni:

It-Tema

L-Identifikatur tas-Sejħa

It-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni

FP7-2011-ICT-7

FP7-ICT-2011-EU-BRASIL

Dawn is-sejħiet għal proposti jirrigwardaw il-programmi ta’ ħidma adottati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2010) 4900 tad-19 ta' Lulju 2010.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji ta’ gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti huma disponibbli fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5960 – CA/Carispe)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 261/06

1.

Fl-20 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Crédit Agricole SA (Franza), impriża li tmexxi l-grupp tal-banek u tal-finanzi Franċiż Crédit Agricole, takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Cassa di Risparmio della Spezia SpA (l-Italja), bank Taljan attwalment indirettament ikkontrollat minn Intesa SanPaolo SpA, u kif ukoll minn netwerk magħmula minn 96 aġenzija appartenenti lil Intesa SanPaolo SpA jew lil impriżi tal-grupp tagħhom, permezz ta' xiri tal-ishma u xiri tal-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Crédit Agricole SA: hi l-organu ċentrali ta' grupp tal-banek u tal-finanzi multinazzjonali preżenti f'66 pajjiż. Il-grupp hu preżenti fl-oqsma kollha tas-swieq bankarji u finanzjarji, destinati għall-individwi, għall-impriżi u għall-kollettivitajiet lokali u kif ukoll fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja,

Cassa di Risparmio della Spezia SpA: huwa bank li jipprovdi, f'żona ġeografika t'attività, is-servizzi kollha marbutin mas-servizzi ta' pagamenti, għat-tfaddil u għall-kreditu għall-individwi u l-familji, u kif ukoll għall-impriżi żgħar u medji,

Aġenziji appartenenti għal Intesa SanPaolo SpA: huma aġenziji bankarji tal-bejgħ bl-imnut appartenenti għal netwerk ta' Intesa SanPaolo SpA fejn l-attività tikkonsisti minn distribuzzjoni ta' servizzi bankarji, tfaddil u kreditu għall-individwi u kif ukoll għall-impriżi żgħar u medji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5960 – CA/Carispe, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).