ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.227.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
22 ta' Settembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 227/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 227/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

2009/C 227/03

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2009/C 227/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ April 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/C-3/37.990 – Intel (1) – Rapporteur: Spanja

5

2009/C 227/05

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Il-Każ COMP/C-3/37.990 – Intel (2) – Rapporteur: Spanja

6

2009/C 227/06

Rapport finali tal-uffiċjal tas-smigħ fil-każ COMP/C-3/37.990 – Intel

7

2009/C 227/07

Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 Mejju 2009 dwar proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/C-3/37.990 – Intel)

13

2009/C 227/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/378/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 1 )

18

2009/C 227/09

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Diċembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.5153 – Arsenal/DSP – Relatur: Iir-Repubblika Ċeka

20

2009/C 227/10

Rapport Finali fil-Każ COMP/M.5153 – Arsenal/DSP

22

2009/C 227/11

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2009 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.5153 – Arsenal/DSP) (notifikata bid-dokument numru C(2008) 8439 finali)  ( 1 )

24

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 227/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5557 – SNCF-P/CDPQ/Keolis/Effia) ( 1 )

30

2009/C 227/13

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5601 – RREEF FUND, UFG/SAGGAS) ( 1 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 227/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 258/09

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Short-term export-credit insurance

Il-bażi legali

Act on the State's Export Credit Guarantees No 442/2001

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Assigurazzjoni ta' kreditu tal-esportazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finnvera plc

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.8.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 415/09 & NN 46/09

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation and amendment of the recapitalisation scheme and prolongation of the guarantee scheme

Il-bażi legali

Act on State-Funded Capital Injections into Credit Institutions of 3 February 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Garanzija

L-estimi

Kapitalizzazzjoni mill-ġdid: massimu ta' DKK 100 000 miljun;

Skema ta' garanzija ġdida: massimu ta' DKK 600 000 miljun.

L-intensità

It-tul ta' żmien

8.2009-2.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Kingdom of Denmark

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Settembru 2009

2009/C 227/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4658

JPY

Yen Ġappuniż

135,46

DKK

Krona Daniża

7,4413

GBP

Lira Sterlina

0,90660

SEK

Krona Żvediża

10,1390

CHF

Frank Żvizzeru

1,5182

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6500

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,167

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

272,37

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7038

PLN

Zloty Pollakk

4,1590

RON

Leu Rumen

4,2678

TRY

Lira Turka

2,1875

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7017

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5780

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,3609

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0830

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0788

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 766,41

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0155

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,0098

HRK

Kuna Kroata

7,2915

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 218,74

MYR

Ringgit Malażjan

5,1010

PHP

Peso Filippin

69,903

RUB

Rouble Russu

44,5400

THB

Baht Tajlandiż

49,434

BRL

Real Brażiljan

2,6625

MXN

Peso Messikan

19,5318

INR

Rupi Indjan

70,3730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2009/C 227/03

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati mitluba li jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jinżammu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv simboliku qawwi fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Finlandja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Għeluq il-mitejn sena mill-ewwel Assemblea tal-Finlandja u l-fondazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Gvern Ċentrali fil-Finlandja.

Deskrizzjoni tad-disinn: Iċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita juri l-Katedral Porvoo fil-profil, fejn kien sar il-ftuħ tal-ewwel Assemblea tal-Finlandja. Fin-naħa ta’ fuq tidher is-sena 1809. Is-sena tal-ħruġ tal-munita, 2009, tidher fuq in-naħa tal-lemin. Is-sinjal tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita, “FI”, u s-sinjal taz-zekka jidhru fuq ix-xellug.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Europea.

In-numru ta’ muniti li se jinħarġu: 1,6 miljun

Id-data tal-ħruġ: Ottubru 2009


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ April 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/C-3/37.990 – Intel (1)

Rapporteur: Spanja

2009/C 227/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-suq rilevanti tal-prodott, ħalli jinżamm miftuħ

sew is-suq rilevanti tal-prodott wieħed ta’ x86 Central Processing Units (CPUs) għall-kompjuters kollha (jiġifieri, kompjuters desktop, kompjuters laptop u kompjuters server), kif ukoll

it-tliet swieq relevanti tal-prodott separati: (i) x86 CPUs għall-kompjuters desktop; (i) x86 CPUs għall-kompjuters laptop; u (iii) x86 CPUs għall-kompjuters server.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ambitu ġeografiku tas-swieq rilevanti tal-prodott huwa globali.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-inqas bejn Ottubru 2002 u Diċembru 2007, l-Intel kellha pożizzjoni dominanti fis-suq.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Intel abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq rilevanti billi tat

roħs lill-Dell, Hewlett-Packard (HP), NEC u lil Lenovo b’kundizzjoni ta’ esklussività jew kważi-esklussività, kif ukoll

pagamenti lill-Media-Saturn Holding (MSH) b’kundizzjoni li l-MSH tbigħ b’mod esklussiv kompjuters desktop u kompjuters laptop li huma bbażati fuq is-CPUs tal-Intel.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Intel abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq relevanti billi tat roħs lill-HP, Acer u Lenovo li huma soġġetti għal kundizzjonijiet restrittivi li jirrigwardaw il-kommerċjalizzazzjoni tal-prodotti bbażati fuq l-AMD.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-abbużi differenti jiffurmaw parti minn strateġija komprensiva għal tul ta' żmien li kienet immirata għall-esklużjoni mis-suq tal-AMD u li tikkostitwixxi ksur singlu u kontinwu.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-prattiki abbużivi tal-Intel jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri fit-tifsira tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontrajenti għaż-ŻEE fit-tifsira tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 45 tal-Ftheim taż-ŻEE.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa lill-Intel.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għar-raġunijiet tal-kalkolu tal-multa, il-perjodu li fih sar il-ksur tal-Intel hu ta’ ħames snin u tliet xhur.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/6


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Il-Każ COMP/C-3/37.990 – Intel (2)

Rapporteur: Spanja

2009/C 227/05

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multa.

Minoranza tastjeni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li mhemmx ċirkustanzi mitiganti jew ċirkustanzi aggravanti li għandhom ikunu kkunsidrati.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/7


Rapport finali tal-uffiċjal tas-smigħ fil-każ COMP/C-3/37.990 – Intel (1)

2009/C 227/06

Sal-ġurnata tal-lum, il-każ Intel kien wieħed mill-aktar każijiet kumplessi fir-rigward ta' kwestjonijiet ta' proċedura. Il-qagħda kontroversjali tal-każ bejn dak li għamel l-ilment Advanced Micro Devices (“AMD”) u Intel Corporation (“Intel”) testendi lil hinn mix-xena Ewropea. Il-każ wassal għal numru ta' sfidi marbutin mal-proċedura min-naħa tal-partijiet kollha kkonċernati u minn dawk li pprovdew xi informazzjoni. Diversi kwestjonijiet marbutin mal-proċedura, li ħafna minnhom issemmew b'mod espliċitu fl-abbozz tad-Deċiżjoni, messu mal-kompetenzi ewlenin tal-Uffiċjal tas-Smigħ, u minħabba f'hekk din kellha tippreżenta evalwazzjoni f'dan ir-rapport finali.

Wara t-tluq tal-ex Uffiċjal tas-Smigħ, Is-Sur Serge Durande, fil-31 ta' Diċembru 2007, l-Uffiċjal tas-Smigħ responsabbli nbidel għal dan il-każ.

L-abbozz tad-Deċiżjoni jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin:

I.   IL-PROĊEDURA BIL-MIKTUB

1.   Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet

Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (“DO”) ġiet adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Lulju 2007. Intel ingħata 10 ġimgħat, sal-11 ta' Ottubru 2007, biex iwieġeb għad-DO. Wara talba raġonevoli min-naħa ta' Intel, L-Uffiċjal tas-Smigħ ikkonċeda estensjoni tal-iskadenza sal-4 ta' Jannar 2008, li wara ġiet estiża sas-7 ta' Jannar 2009, prinċipalment b'kunsiderazzjoni għal kwestjonijiet marbutin mal-aċċess tal-fajl li ma ġewx riżolti f'dak iż-żmien partikolari u għall-fatt li t-twettiq ta' analiżi sħiħa dwar l-ispejjeż medji tan-negożju ta' Intel, li setgħu ġew evitati, serva bħala difiża leġittima vis-à-vis l-użu ta' evalwazzjonijiet kumplessi f'mudelli ekonomiċi fid-DO li tikkonċerna r-rifużjonijiet (2). L-evalwazzjoni li saret mill-Uffiċjal ta' Smigħ uriet li, minkejja li evalwazzjoni ekonomika turi li skonti/ħlasijiet lura kundizzjonali setgħu kkaġunaw jew x'aktarx kienu se jikkaġunaw esklużjoni għad-dannu tal-kompetizzjoni, din – skont l-abbozz tad-Deċiżjoni – ma kinitx “indispensabbli” biex biha jinstab abbuż f'dan il-każ (3), u lill-akkużat kellha tingħatalu l-possibbilità li jeżerċita d-drittijiet kollha għad-dispożizzjoni tiegħu.

Intel wieġeb għad-DO fil-ħin

2.   Id-Dikjarazzjoni Supplimentari tal-Oġġezzjonijiet

Id-Dikjarazzjoni Supplimentari tal-Oġġezzjonijiet (“DSO”) ġiet adottata mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Lulju 2008. Fl-istess ħin il-Kummissjoni għaqdet is-sejbiet rilevanti tal-Każ COMP/C 3/39.493 mal-proċedura li ġiet segwita taħt il-każ COMP/C-3/37.990 u kompliet bil-proċedura taħt il-każ COMP/C-3/37.990.

Intel ingħata tmien gimgħat biex jissottometti t-tweġiba tiegħu għad-DSO Permezz ta' ittra bid-data tal-15 ta' Settembru 2008, L-Uffiċjal tas-Smigħ, tah lill-Intel, fuq talba raġjonevoli tiegħu, estensjoni tat-terminu tal-iskadenza sas-17 ta' Ottubru 2008, prinċiplament b'kunsiderazzjoni għall-kumplessità tal-każ li issa ngħaqad u għall-firxa wiesgħa tal-allegazzjonijiet li jmorru lura sal-1997 u li jirrekjedu investigazzjonjiet addizzjonali fi ħdan Intel.

Intel ma weġibx għad-DSO fi ħdan l-iskadenza estiża. Minflok, fl-10 ta' Ottubru 2008, Intel ippreżenta applikazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza (QEI) li tfittex inter alia l-annulament tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tas-Smigħ tal-15 ta' Settembru 2008 li tagħti estensjoni tal-limitu taż-żmien u applika għal darba oħra għal miżuri interim (4)

Permezz tal-ordni tas-27 ta' Jannar 2009, il-President tal-QEI rrifjuta l-applikazzjoni ta' Intel għal miżuri interim fuq il-bażi li l-applikazzjoni prinċipali ta' Intel kienet tidher prima facie mhux ammissibbli. Dan ir-rifjut jinkludi r-rifjut fir-rigward tat-talba ta' Intel għal estensjoni ulterjuri tat-terminu tal-iskadenza tas-17 ta' Ottubru 2008 biex iwieġeb għad-DSO tas-17 ta' Lulju 2008.

3.   Ittra bil-Fatti

Fid-19 ta' Diċembru 2008, Il-Kummissjoni bagħtet ittra lil Intel biex tiġbidlu l-attenzjoni għal numru ta' punti ta' evidenza speċifiċi relatati mal-oġġezzjonijiet eżistenti tagħha u kif indikat hija stess, setgħet tuża f'Deċiżjoni finali potenzjali. (Ittra bil-fatti, “IbF”). Il-Kummissjoni stipulat id-data ta' skadenza tad-19 ta' Jannar 2009, biex jiġu sottomessi kummenti min-naħa ta' Intel dwar dawn il-punti. Din l-iskadenza ġiet estiża mid-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni għat-23 ta' Jannar 2009. Fil-prattika, l-IbF ma bidlitx il-bażi ta' evidenza li fuqha ġew ibbażati l-oġġezzjoniet tal-Kummissjoni kontra Intel, kif stipulati fid-DO jew fid-DSO. Intel talab estenzjoni fuq il-bażi li l-fajl allegatament, ma kienx komplut (cf infra I.4. (d)) u fuq il-bażi tat-talba pendenti tiegħu għal smigħ orali dwar ċerti dokumenti (cf. infra II.2). Permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Jannar 2009, l-Uffiċjal tas-Smigħ ma aċċettax din it-talba.

4.   Aċċess għall-fajl

(a)   It-tħejjija għall-aċċess tal-fajl: Il-ftehimiet dwar il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni.

F'dan il-każ il-fajl kien kbir aktar mis-soltu. Fit-tħejjija għall-aċċess tal-fajl, diversi Produtturi ta' Tagħmir Oriġinali (“PTO”) ikkonkludew b'mod bilaterali Ftehimiet dwar il-Kunfidenzjalità ta' Informazzjoni (“FKI”) ma' Intel, li huma differenti minn xulxin biss minħabba d-dettalji li fihom. Għal każijiet speċifiċi, xi FKI jagħmlu sejħa lill-Uffiċjal tas-Smigħ biex jieħu deċiżjoni hu fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn il-partijiet. Barra dan, Intel irrinunzja parzjalment vis-à-vis il-Kummissjoni għad-dritt tiegħu li jkollu aċċess għall-fajl, bħala prekawzjoni fil-każ li l-aċċess li ngħatalu mill-PTO kien se jillimita d-drittijiet ta' aċċess tiegħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 (5), filwaqt li kull Produttur ta' Tagħmir Oriġinali kkonċernat irrinunzja għad-dritt tiegħu dwar il-protezzjoni tas-sigrieti ta' negożju u informazzjoni kunfidenzjali oħra, fir-rigward tal-informazzjoni li għaddiet b'mod bilaterali taħt il-ftehimiet ma' Intel. L-Uffiċjal ta' Smigħ kien involut fl-istabbiliment ta' dawn il-FKI u appoġġja l-konklużjoni tagħhom f'dan il-każ.

(b)   Il-Ftehim Dell-AMD dwar il-Kunfidenzjalità tal-informazzjoni

Qabel ma seħħ is-Smigħ Orali dwar id-DO, AMD għarraf lill-Uffiċjal tas-Smigħ li kien kkonkluda FKI ma' Dell, li tawh aċċess għall-kwoti maħruġa minn Dell li ntużaw fid-DO. Għall-kuntrarju tal-FKI li ġew konklużi ma' Intel, ftehim bħal dan, li ġie konkluż minn parti li bħala tali ma għandu l-ebda dritt ta' difiża jew dritt biex ikollu aċċess għall-fajl, kien purament bilaterali u ma ħoloq l-ebda dritt u lanqas obbligazzjoni fir-rigward tal-Kummissjoni. Għalhekk, u għall-kuntrarju tal-iżbalji ta' interpretazzjoni min-naħa ta' Intel, l-Uffiċjal ta' Smigħ baqa' jqies il-kwoti kollha ta' Dell fid-DO li ġew aċċettati bħala kunfidenzjali vis-à-vis ta' dak li għamel l-ilment, AMD, biex jibqgħu kunfidenzjali vis-à-vis AMD għall-fini tal-proċedura amministrattiva sħiħa, inkluża s-Smigħ Orali.

(c)   Aċċess sħiħ għall-fajl

Minkejja l-FKI imsemmijin hawn fuq (supra I.4.(a)) il-kumplessità tal-fajl u l-informazzjoni kunfidenzjali ta' natura diversifikata li tinsab fih, taw bidu għal numru ta' talbiet min-naħa ta' Intel biex ikollu aċċess għall-fajl. L-għoti lill-Intel, tal-aċċess għall-fajl sħiħ, kemm jista' jkun, kien jinħtieġ numru ta' ispezzjonijiet personali, min-naħa tal-Uffiċjal tas-Smigħ, ta' dokumenti li skont Intel kellu bżonn biex titfassal difiża effettiva. Diversi minn dawn it-talbiet ingħataw, wara li ġiet ikkunsidrata l-loġika ta' Intel.

Intel ilmenta li ma kellux aċċess sħiħ għal dokumenti relatati mal-laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-PTO (6) Wara talba raġjonevoli min-naħa ta' Intel, l-Uffiċjal tas-Smigħ tkixxef jekk jeżistix jew le xi tip ta' dokument dwar is-suġġett ta' din il-laqgħa. “Nota għall-fajl” bid-data tad-29 ta' Awwissu 2006 ġiet żvelata mid-Direttorat Ġenerali u tpoġġiet fil-fajl wara li l-Uffiċjal tas-Smigħ iddeċieda li dan għandu jsir fis-7 ta' Mejju 2008. Fl-istess ħin, l-Uffiċjal tas-Smigħ iddeċieda li din in-nota taħt l-Artikolu 27 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u taħt l-Artikolu 15 (2) Regolament (KE) Nru 773/2004 , kienet interna fin-natura tagħha. Jekk kellhomx jitħejjew minuti tal-għanijiet jew traskrizzjoni kif suppost ta' din il-laqgħa huwa fil-prinċipju kwistjoni ta' amminstrazzjoni tajba u għalhekk m'għandhiex tkun eżaminata f'rapport finali mill-Uffiċjal tas-Smigħ.

L-Uffiċjal tas-Smigħ jikkunsidra li Intel ingħatatlu l-aċċess sħiħ għall-fajl.

(d)   Aċċess għal dokumenti li ma jinstabux fil-fajl

Kif ġie deskritt fid-dettall fl-abbozz tad-Deċiżjoni (7), Intel talab lill-Kummissjoni, permezz ta' ittra bid-data tal-4 ta' Settembru 2008, biex takkwista lista mingħand AMD, ta' 81 kategorija ta' dokumenti relatati ma' litigazzjoni privata bejn Intel u AMD quddiem il-Qorti tad-Distrett Federali f'Delaware fl-Istati Uniti tal-Amerika, u tgħaddih lilu skont hu, dawn id-dokumenti x'aktarx kienu juru li m'hemmx ħtija. Sussegwentament, fil-25 ta' Settembru 2008, Intel talab lill-Kummissjoni li “kellha tal-inqas titlob lil AMD biex jipprovdi d-dokumenti interni kollha rilevanti għall-allegazzjonijiet kemm fid-DO kif ukoll fid-DSO, li kien jipposjedi” Permezz tal-ittri bid-data tas-17 u d-29 ta' Settembru 2008, Intel ilmenta lill-Uffiċjal tas-Smigħ li “huwa ċar li l-fajl mhuwiex komplut” u minħabba f'hekk id-drittijiet ta' difiża tiegħu kienu qegħdin jiġu kompromessi.

L-Uffiċjal tas-Smigħ wieġbet, permezz ta' ittra bid-data tas-7 ta' Ottubru 2008, waqt li fl-istess ħin għamlet referenza għall-ittri preċedenti tagħha dwar il-kwistjoni bid-data tat-22 ta' Awissu u l-15 ta' Settembru 2008, li il-kwistjoni ta' jekk il-fajl, kif inhu, huwiex komplut jew le hija differenti mill-kwestjoni ta' jekk għandux jingħata l-aċċess sħiħ għal fajl li allegatament mhuwiex komplut. Bi qbil ma' dan, l-argumenti li huma relatati ma' fajl li allegatament mhuwiex komplut ma' jistgħux jistabilixxu l-punt li l-aċċess għall-fajl, kif inhu f’xi żmien partikolari, mhuwiex sħiħ.

Iżjed minn hekk, minkejja r-responsabbilità tal-Uffiċjal tas-Smigħ taħt il-premessa 3 tal-mandat biex jikkontrubwixxi għall-obbjettività, it-trasparaenza u l-effiċjenza tal-proċediment, la l-mandat attwali u lanqas il-ġurisprudenza ma jagħtu s-setgħa lill-Uffiċjal tas-Smigħ li jordna li xi investigazzjoni biex tlesti fajl li allegatament mhuwiex komplut. Għalhekk, jekk id-dokumenti kkonċernati, saħansitra dawk li minħabba n-natura speċifika tagħhom jistgħu potenzjalment juru nuqqas ta' ħtija, humiex fihom infushom rilevanti jew le fir-rigward tad-drittijiet ta' difiża, li tiddeċiedi jekk ċerti kategoriji f'ġurisdizzjoni oħra humiex deskritti b'manjiera speċifika u sostanzjata biżżejjed u/jew għandhomx inkunu investigati jew le, imur lil hinn mill-ambitu tal-mandat tal-Uffiċjal tas-Smigħ. It-talba ta' Intel kellha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala ultra vires.

(e)   Verżjoni mhux kunfidenzali tad-DO u-DSO għal dak li għamel l-ilment jiġifieri AMD

Bħala segwitu għall-Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 , dak li għamel l-ilment għandu d-dritt li jirċievi verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO u d-DSO. Dan id-dritt kien jiddgħajjef ferm u n-norma kienet tkun mingħajr skop li kieku r-reċipjent ma jkunx jista' jifhem il-verżjoni finali li ngħatatlu fl-aħħar.

Fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi u li se tiġi żvelata mhux biss lil dak li ġie indirizzat fid-DO iżda wkoll lil dak li għamel l-ilment, huwa kruċjali li ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali u dik li l-kunfidenzjalità tagħha hija ġġustifikata iżda li se tiġi żvelata xorta waħda sabiex verżjoni mhux kunfidenzjali tkun tista' tintftiehem aħjar. Is-sigrieti tan-negozju m'għadhomx jkunu żvelati u, fil-prinċipju, akkużi ta' nuqqas ta' kunfidenzjalità fil-konfront ta' dak li għamel l-ilment, jekk ġustifikati, huma assoluti. Madanakollu, jekk l-iżvelar tal-informazzjoni rilevanti jrid isir ta' bilfors biex wieħed ikun jista' jifhem l-allegazzjoni prinċipali fid-DO, huwa relatat ma' informazzjoni neċessarja li sservi ta' prova ta' ksur fil-liġi, u huwa bilfors neċessarju li ssir assoċjazzjoni bejn dak li għamel l-ilment u l-proċedura ħalli b'hekk ikun jista' jressaq kummenti mgħarfin dwarha, tali żvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali huwa possibbli u jiddependi fuq apprezzament ibbilanċjat u raġjenevoli min-naħa tal-Uffiċjal tas-Smigħ.

Kemm fir-rigward tad-DO u kif ukoll tad-DSO, l-Uffiċjal tas-Smigħ ma aċċettax it-talbiet ta' Intel biex ikun hemm kunfidenzjalità sħiħa u kellu jevalwa numru esaġerat ta' talbiet dwar kunfidenzjalità raġonevoli u ddetaljati kemm minn Intel kif ukoll minn dawk li pprovdew xi informazzjoni. Dan inkiseb mingħajr l-ebda rikors għal deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tal-Mandat (li permezz tiegħu tinbeda l-proċedura magħrufa bħala “il-proċedura AKZO” (8) kemm min-naħa ta' Intel kif ukoll min-naħa tal-Impriżi l-oħra kkonċernati.

F' Ottubru tal-2008 Intel żvela verżjoni kompluta kunfidenzjali tad-DO lil AMD fil-proċedimenti li saru fl-Istati Uniti. Intel isostni li dan kien żball. Intel għarraf lill-Kummissjoni b'dan il-fatt fis-17 ta' Marzu 2009.

(f)   Il-partijiet terzi

Tliet kumpaniji talbu formalment biex ikunu ammessi għall-proċedimenti bħala partijiet terzi. Bħala risposta għal dawn it-talbiet, l-Uffiċjal tas-Smigħ tah permess lil Silicon Graphics Inc. (il-25 ta' Settembru 2007), lil International Business Machines (“IBM”; it-2 ta' Ottubru 2007) u – ftit qabel ma nbdiet is-Smigħ Orali– lil Hewlett Packard Company (“HP”, l-10 ta' Mazu 2008) biex ikunu preżenti għall-proċedimenti. Barra minn hekk, żewġ organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ġew ammessi bħala partijiet terzi wara li ġġustifikaw kif inhu xieraq, x'kien l-interess speċifiku u l-qagħda tagħhom. l-Organizzazzjoni Ewropea dwar il-Konsumaturi Bureau Européen des Unions des Consommateurs (“BEUC”; It-22 ta' Frar 2008) u Union Fédérale des Consommateurs - Que Choisir, organizzazzjoni tal-konsumatur Franċiża (“UFC”; 6 ta' Marzu 2008). Il-partijiet kollha talbu u ngħataw sommarju mhux kunfidenzjali tad-DO u tad-DSO. L-ebda terza parti kkonċernat ma' ressaq xi kumment bil-miktub.

(g)   DSO addizzjonali li ntalbet għall-ġustifikazzjoni tal-għanijiet

Meta wieġeb għad-DO (9) Intel ħa l-pożizzjoni li dikjarazzjoni addizzjonali tal-oġġezzjonijiet kienet meħtieġa fir-rigward tal-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni tal-għanijiet. Madanakollu, DSO addizzjonali minħabba l-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni tal-għanijiet biss ma kinitx neċessarja. Filwaqt li n-nuqqas ta' ġustfikazzjoni tal-għanijiet hija kundizzjoni negattiva biex jinstab abbuż (10) , il-piż li tipprovdi l-provi jaqa' fuq spallejn il-parti li qiegħed jagħmel talba għal ġustifikazzjoni tal-għanijiet. Jekk Intel offra minn qabel, kwalunkwe ġustifikazzjoni tal-għanijiet li saret bil-ħsieb, fir-rigward tad-diversi tipi ta' kondotta li ġew allegati fid-DO, il-Kummissjoni ittratat ma' dawn ilkoll. Għalhekk id-dritt li wieħed jinstema' ġie rispettat f'dan ir-rigward.

II.   IL-PROĊEDURA ORALI

1.   Is-Smigħ Orali dwar id-DO

Is-Smigħ dwar id-DO sar fil-11 u t-12 ta' Marzu 2008. Minbarra Intel u AMD, tliet partijiet interessati attendew is-Smigħ u taw il-preżentazzjoni tagħhom: HP, UFC Que Choisir u BEUC. Barra mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, rappreżentant tal-Kummissjoni Federali dwar il-Kummerċ ipparteċipa bħala osservatur, wara li saru l-arranġementi amministrattivi tal-1999. Barra u lil hinn mill-arranġamenti li saru mal-Istati Uniti, l-Uffiċjal tas-Smigħ ta permess lill-Prosekutur Ġenerali tal-Istat ta' New York (11) biex jipparteċipa fis-Seduta bħala osservatur. Intel qabel ma' dan b'mod espliċitu. Qabel ma ġie ammess, il-Prosekur Ġenerali qabel mal-impenji espliċiti dwar il-kunfidenzjalità u l-użu tal-informazzjoni.

Minkejja diversi sessjonijiet privati minħabba talbiet dwar il-kunfidenzjalità leġittimi, is-Smigħ Orali, offra opportunità tad-deheb lil Intel biex jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar l-allegazzjonijiet, il-loġika warajhom (12), u l-evalwazzjoni ekonomika. F'dan ir-rigward huwa importanti li wieħed jinnota li matul is-Smigħ il-Kummissjoni għamlitha ċara lil Intel u Intel fehem li l-evalwazzjoni ekonomika ma kinitx kundizzjoni biex jinstab xi tip ta' abbuż.

Fuq din il-bażi mhuwiex l-Uffiċjal tas-Smigħ m'għandux għalfejn jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-evawalzzjoni ekonomika u dwar il-konklużjoni li l-pagamenti min-naħa ta' Intel jista' jkollhom jew x'aktarx li se jkollhom effetti ta' esklużjoni għad-dannu tal-kompetizzjoni (13)

2.   Is-Smigħ Orali li ntalab dwar id-DSO u l-IbF

Intel għamel talba għal smigħ orali dwar (a) partijiet mill-IbF u (b) id-DSO

(a)

Wara l-IbF Intel talab, permezz ta' ittra bid-data tal-20 ta' Jannar 2009, għal Smigħ Orali li jikkonċerna ċerti dokumenti ta' AMD li ġew sottomessi lill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2008 (“id-dokumenti Delaware AMD”) Fit-22 ta' Jannar 2009, l-Uffiċjali tas-Smigħ fakkar li Intel ma kellu l-ebda dritt li jsaqsi, u l-Kummissjoni ma kellha l-ebda obbligu li tipprovdi għal smigħ orali sabiex id-drittijiet ta' difiża ta' Intel ikunu ġew rispettati fir-rigward tal-Ittra bil-Fatti.

Barra minn hekk, smigħ orali ma setax ikun garantit biss fuq is-suġġett tad-dokumenti Delaware AMD minħabba li dawn id-dokumenti ngħataw bħala parti mill-proċedura għall-aċċess tal-fajl wara l-ħruġ tad-DSO, li permezz tagħha Intel diġà kien ingħata l-opportunità li jwieġeb u jagħmel talba għal smigħ orali, u minħabba li s-suġġett ta' smigħ orali huwa definut permezz tal-allegazzjonijiet fid-DO u/jew fid-DSO u mhux permezz tal-parti kkonċernat. Smigħ orali ddedikat esklussivament biex jippreżenta l-fehmiet dwar id-dokumenti li ntagħżlu ma ġiex approvat.

(b)

Fis-sottomissjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 u permezz ta' ittra bid-data tal-10 ta' Frar 2009, Intel talab għal smigħ orali dwar id-DSO.

Id-deċiżjonijiet relatati ma' smigħ orali, li jinkludu d-deċiżjoni li taċċetta jew li tiċħad talba għal smigħ orali li ġiet sottomessa wara t-terminu tal-iskadenza biex twieġeb għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċjal tas-Smigħ li qiegħed taħt mandat.

Għalhekk, permezz ta' ittra bid-data tas-17 ta' Frar 2009, l-Uffiċjal tas-Smigħ wieġeb lil Intel li d-dritt soġġettiv dwar l-għoti ta' smigħ orali jeżisti biss sa tmiem tat-terminu tal-iskadenza biex tiwieġeb għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Jekk talba għal smigħ orali ssir wara l-iskadenza stipulata, dan ma jfissirx li awtomatikament is-smigħ ma jistax isir f'kwalunkwe każ. L-Artikolu 10 (2), li jinqara flimkien mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 , mhux neċessarjament jipprekludi parti milli jagħmel talba għal smigħ orali. Li t-terminu tal-iskadenza ma tintlaħaqx fil-ħin ifisser li ma hemm l-ebda obbligu li smigħ bħal dan għandu jsir. L-Uffiċjal tas-Smigħ hija intitolata u obbligata li teżerċita d-diskrezzjoni tagħha la darba taslilha talba wara l-iskadenza li hija ġustifikata kif inhu xieraq.

L-iskadenza biex twieġeb għad-DSO ma kinitx ġiet estiża. L-Uffiċjal tas-Smigħ ħa nota tal-pożizzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni kif imfissra fl-ittra tagħhom tat-2 ta' Frar 2009 indirizzata lil Intel (14) li skontha l-proċess kif suppost tal-proċedura ma tirrekjedix li smigħ orali għandu isir bilfors. Bl-istess mod, hija kkunsidrat l-argumenti kollha favur l-għoti ta' smigħ li tressqu minn Intel, li prinċipalment jirreferu għad-dritt tiegħu “mingħajr limiti” biex jingħatalu smigħ orali.

Waqt li tkun qiegħda terżerċita d-diskrezzjoni tagħha l-Uffiċjal tas-Smigħ hija obbligata li tikkunsidra inter alia r-rekwiżit tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, li parti essenzjali minn dan l-obbligu teżiġi li l-Kummissjoni għandha taġixxi fi ħdan tul ta' żmien raġonevoli biex id-deċiżjoniet tagħha jkunu ġew addotti. Filwaqt li l-limiti fil-ħin marbutin mal-manjiera li biha l-proċedura dwar kompetizzjoni hija organizzata ma jistgħux jiġġustifikaw il-ksur tad-dritt fundamentali li wieħed jinstema', l-ebda tali konflitt ma tqajjem fil-każ preżenti. F'dan il-każ, Intel bl-ebda mod ma ġie ostakolat milli jħejji u jressaq, fiż-żmien stipulat, it-tweġiba tiegħu fir-rigward tad-DSO fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, almenu bħala prekawzjoni, u dan huwa tabilħaqq aktar minnu peress li l-Uffiċjal tas-Smigħ kien tawwal it-terminu tal-iskadenza. Intel kien ingħata ż-żmiem biex jagħmel talba għal smigħ orali mid-data li fiha d-DSO ġiet servuta f'Lulju tal-2008 sa l-aħħar tal-iskadenza mtawla jiġifieri f'Ottubru 2008. Ma kinitx tkun ħaga impossibbli biex l-għoti tas-smigħ jingħata saħansitra wara t-terminu tal-iskadenza, kieku Intel talab għalih – li ma għamilx. Xejn ma' kien se jipprekludi l-Uffiċjal tas-smigħ milli jistipula d-dati tas-smigħ f'manjiera konsistenti mat-talba li kienet għaddejja għal miżuri interim u b'hekk b'rispett sħiħ għall-proċedimenti quddiem il-Qorti. Għalhekk, minkejja li Intel, matul il-proċedura sħiħa sakemm l-appell tiegħu tressaq lil CFI, aġġixxa b'mod ġenerali, b'ħeffa u fi ħdan it-termini tal-iskadenza stipulati, filwaqt li għamel użu sħiħ tad-drittijiet ta' difiża tiegħu, l-għoti ta' smigħ orali lil Intel taħt iċ-ċirkustanzi preċiżi tas-17 ta' Frar 2009 kienu jpoġġu serjament fil-periklu l-progress f'waqtu tal-proċedura. B'kunsiderazzjoni għal din ir-raġuni u oħrajn li huma speċifiċi għall-każ, it-talba ma setgħetx tkun aċċettata.

L-Uffiċjal tas-Smigħ ma ġiex indirizzat minn Intel dwar il-kwestjoni tal-qagħda tas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-5 ta' Frar 2009.

III.   KONKLUŻJONIJIET

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jiena nikkunsidra li f’dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet li jinstemgħu ġew irrispettati.

L-abbozz tad-Deċiżjoni jindirizza biss l-oġġezzjonijiet rigward liema partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Karen WILLIAMS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.) minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-mandat”

(2)  Cf. para 1045 sa 1156 tal-abbozz tad-Deċiżjoni li tiddiskuti din l-analiżi, pe. para 1066 et. seq. dwar l-analiżi tar-rigressjoni applikata minn Intel.

(3)  Kif intwera b'mod espliċitu fl-abbozz tad-Deċiżjoni para 925, indikat fid-DO para 337 u msemmi fid-DSO para 260.

(4)  Cf. għal dettalji para 18 u 22 tal-abbozz tad-Deċiżjoni u l-Ordni tal-President tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tas-27 ta' Jannar 2009 fil-każ T-457/08 Intel Corp. v. Commission, nyr.

(5)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(6)  Għal dettalji cf. para 39 et seq. tal-abbozz tad-Deċiżjoni.

(7)  Para 71 et seq.

(8)  ECJ, Każ 53/85, AKZO Chemie BV u AKZO Chemie UK Ltd v Commission, [1986] ECR, p. 1965.

(9)  Para 823.

(10)  ECJ, Il-Każ C-95/04 British Airways v il-Kummissjoni [2007] ECR I-2331, paragrafu 69; Każijiet konġunti C-468/06 sa C-478/06 Sot. Lélos kai Sia and Others [2008] nyr, paragrafu 39, u dan l-aħħar il-Każ 52/07, Kanal 5 Ltd. [2008] nyr, sentenza tal-11 ta' Diċembru 2009, para 47.

(11)  Cf. paragrafu 35 tal-abbozz tad-deċiżjoni.

(12)  Cf. para 281 et seq. tal-abbozz tad-deċiżjoni.

(13)  Para 1002-1578 tal-abbozz tad-Deċiżjoni.

(14)  Ara l-abbozz tad-Deċiżjoni para. 24


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/13


Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 Mejju 2009

dwar proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/C-3/37.990 – Intel)

2009/C 227/07

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fit-13 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE indirizzata lill-Korporazzjoni Intel. Ma’ dan, l-Kummissjoni qiegħda tippubblika s-sommarju tad-deċiżjoni, filwaqt li tqis l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni se tkun disponibbli fis-sit elettroniku ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Fit-18 ta’ Ottubru 2000, l-Advanced Micro Devices (AMD) issottomettiet ilment formali lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 17/62, liema lment kien sussegwentement supplementat b’fatti u allegazzjonijiet ġodda, b'mod partikolari f’Novembru 2003.

(3)

F’Mejju 2004, il-Kummissjoni nediet sensiela ta’ investigazzjonijiet relatati ma’ elementi tal-ilment supplementari. F’Lulju 2005, fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni, assistita minn diversi Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni, wettqet spezzjonijiet fuq il-post taħt l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 f’erba’ siti tal-Intel fir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja, kif ukoll f'siti ta' bosta klijenti tal-Intel fi Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit.

(4)

Fis-26 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (DO) dwar l-imġiba tal-Intel fil-konfront ta’ ħames Manifatturi tat-Tagħmir Oriġinali (MTO), jiġifieri: id-Dell, l-HP, l-Acer, in-NEC u l-IBM. L-Intel wieġbet id-DO tas-26 ta' Lulju 2007 fit-8 ta' Jannar 2008 u nżammet seduta orali fil-11 u t-12 ta' Marzu 2008.

(5)

Fis-17 ta’ Lulju 2006, l-AMD ippreżentat ilment lill-Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni Ġermaniża fejn sostniet li l-Intel kienet ipparteċipat f'arranġamenti ta' kummerċjalizzazzjoni ta' esklużjoni, kif ukoll prattiki oħra, mal-Media-Saturn-Holding GmbH (MSH), bejjiegħ bl-imnut Ewropew ta' strumenti mikroelettroniċi. L-Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni Ġermaniża partet informazzjoni dwar dan is-suġġett mal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(6)

Il-Kummissjoni wettqet bosta miżuri investigattivi relatati mal-allegazzjonijiet relevanti tal-AMD, inklużi spezzjonijiet fuq il-post fis-siti ta’ diversi bejjiegħa bl-imnut tal-kompjuters Ewropej u tal-Intel fi Frar 2008. Barra minn dan, intbagħtu diversi talbiet għal informazzjoni lil numru ta’ MTOs ewlenin.

(7)

Fis-17 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet Supplementari (DOS) dwar l-imġiba tal-Intel fil-konfront tal-MSH. Id-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008 kienet tkopri wkoll l-imġiba tal-Intel fil-konfront tal-Lenovo. Kienet tinkludi wkoll evidenza ġdida dwar l-imġiba ta’ Intel fil-konfront ta’ wħud mill-MTOs koperti mid-DO tas-26 ta’ Lulju 2007, li kienet inkisbet mill-Kummissjoni wara s-26 ta' Lulju.

(8)

L-Intel ma weġbitix għad-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008. Minflok, l-Intel ippreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza (QPI) fejn talbet lill-istess qorti biex, fost affarijiet oħrajn, tordna lill-Kummissjoni tikseb diversi kategoriji ta’ dokumenti addizzjonali minn, fost sorsi oħrajn, il-fajl dwar il-proċedimenti legali privati bejn l-Intel u l-AMD fl-Istat ta’ Delaware fl-Istati Uniti. L-Intel talbet ukoll għal miżuri temporanji biex tiġi sospiża l-proċedura tal-Kummissjoni sa ma tingħata d-deċiżjoni tal-QPI dwar il-mertu tar-rikors tagħha u biex tingħata 30 jum mid-data tal-istess sentenza biex twieġeb għad-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008.

(9)

Fid-19 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni bagħtet lill-Intel ittra fejn ġibditilha l-attenzjoni għal numru ta’ provi speċifiċi li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tuża f’Deċiżjoni finali potenzjali. L-Intel ma weġbitx din l-ittra sal-iskadenza li ġiet estiża għat-23 ta’ Jannar 2009.

(10)

Fis-27 ta’ Jannar 2009, il-President tal-QPI ċaħad ir-rikors għal miżuri temporanji tal-Intel u t-talba tagħha għal estensjoni tal-iskadenza biex twieġeb għad-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008.

(11)

Wara d-Digriet tal-President tal-QPI, fil-5 ta’ Frar 2009, l-Intel innotifikat sottomissjoni bil-miktub sostantiva, inklużi osservazzjonijiet dwar id-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008. Is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw l-argumenti relevanti tas-sottomissjoni tardiva tal-Intel, minkejja l-fatt li l-Intel kienet ingħatat opportunità biżżejjed biex tippreżenta t-tweġiba tagħha għad-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008, sal-iskadenża oriġinali tas-17 ta’ Ottubru 2008.

(12)

Fl-10 ta’ Frar 2009, l-Intel kitbet lill-Uffiċjal tas-Seduta u talbet biex ikun hemm smigħ rigward id-DOS tas-17 ta’ Lulju 2008. L-Uffiċjal tas-Seduta wieġeb b’ittra tas-17 ta’ Frar 2009 li biha ċaħad it-talba tal-Intel.

(13)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli unanima fit-28 ta’ April 2009 u t-8 ta' Mejju 2009.

2.2.   Il-prodott ikkonċernat u s-suq

(14)

Il-prodotti kkonċernati mid-Deċiżjoni huma l-Unitajiet ta' Pproċessar Ċentrali (central processor units – CPU) tal-arkitettura x86. Is-CPU huwa komponent ewlieni f’kull kompjuter kemm f’termini ta’ prestazzjoni globali kif ukoll ta’ spiża għas-sistema. Ta’ spiss issir referenza għalih bħala “moħħ” il-kompjuter. Il-proċess ta’ manifattura tas-CPUs jirrikjedi faċilitajiet ta’ teknoloġija għolja u għaljin.

(15)

Is-CPUs użati fil-kompjuters jistgħu jiġu suddiviżi f’żewġ kategoriji: CPUs tal-arkitettura x86 u CPUs li mhumiex tal-arkitettura x86. L-arkitettura x86 hija standard imfassal mill-Intel għas-CPUs tagħha. Tista' titħaddem fuq is-sistemi operattivi Windows u Linux. Il-Windows hija primarjament marbuta mas-sett ta’ istruzzjonijiet x86. Qabel is-sena 2000, kien hemm bosta manifatturi ta’ CPUs tal-arkitettura x86. Iżda bosta minn dawn il-manifatturi m’għadhomx fis-suq. Mis-sena 2000, l-Intel u l-AMD huma essenzjalment l-uniċi żewġ kumpaniji li għadhom jimmanifattura is-CPUs tal-arkitettura x86.

(16)

L-inkjesta tal-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni li suq relevanti tal-prodott mhuwiex aktar estiż mis-suq għas-CPUs tal-arkitettura x86. Din id-Deċiżjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk id-definizzjoni tas-suq tal-prodott relevanti jistax jiġi suddiviż bejn CPUs tal-arkitettura x86 għal kompjuters tat-tip desktop u notebook u għas-servers għaliex, minħabba l-ishma fis-suq tal-Intel fil-każ ta' kwalunkwe definizzjoni, m'hemmx differenza fil-konklużjoni dwar id-dominanza.

(17)

Is-suq ġeografiku ġie ddefinit bħala dak dinji.

(18)

Fil-perjodu ta’ 10 snin kopert mid-Deċiżjoni (1997-2007), l-Intel kellha parti konsistentement għolja ħafna fis-suq, li kienet tissupera jew tilħaq madwar is-70 %.

(19)

Barra minn dan, hemm xkiel sinifikanti għad-dħul fis-suq u għall-espansjoni fis-suq tas-CPUs tal-arkitettura x86. Dan jirriżulta minn investimenti li ma jistgħux jiġu rkuprati fir-riċerka u l-iżvilupp, il-proprjetà intellettwali u l-faċilitajiet tal-produzzjoni meħtieġa għall-produzzjoni ta’ CPUs tal-arkitettura x86. Is-saħħa (must-stock) tal-istatus tal-Intel bħala ditta u d-differenzjazzjoni fil-prodotti li tirriżulta jammontaw ukoll għal xkiel għad-dħul. Ix-xkiel sinifikanti għad-dħul u l-espansjoni li ġie identifikat huwa konsistenti mal-istruttura tas-suq li ġiet osservata, li fiha il-kompetituri kollha tal-Intel, minbarra l-AMD, telqu s-suq jew baqalhom sehem insinifikanti.

(20)

Fuq il-bażi tal-ishma fis-suq tal-Intel u x-xkiel għad-dħul u l-espansjoni, id-Deċiżjoni tikkonkludi li minn tal-anqas fil-perjodu kopert mid-Deċiżjoni (Ottubru 2002 sa Diċembru 2007), l-Intel kellha pożizzjoni dominanti fis-suq.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(21)

Id-Deċiżjoni tiddeskrivi żewġ tipi ta' mġiba tal-Intel fil-konfront tal-imsieħba kummerċjali tagħha: tnaqqis kundizzjonat u l-hekk imsejħa restrizzjonijiet ovvji.

2.3.1.   Tnaqqis kundizzjonat

2.3.1.1.   L-għamla u t-tħaddim tat-tnaqqis

(22)

L-Intel tat lill-MTOs ewlenin tnaqqis li kien jiddependi fuq ix-xiri minn dawn l-MTOs tal-ħtiġijiet ta’ provvista kollha, jew kważi kollha, tagħhom. Dan huwa l-każ għal:

Tnaqqis mill-Intel lid-Dell matul il-perjodu bejn Diċembru 2002 u Diċembru 2005, liema tnaqqis kien suġġett għax-xiri esklussiv mid-Dell ta’ CPUs tal-Intel,

Tnaqqis mill-Intel lill-HP matul il-perjodu bejn Novembru 2002 u Mejju 2005, liema tnaqqis kien suġġett b'mod partikolari għax-xiri mill-HP mingħand l-Intel ta’ mhux inqas minn 95 % tal-ħtiġijiet tagħha għal CPUs għas-segment tad-desktop għan-negozju tagħha (il-5 % li kienu jibqgħu u li setgħu jinxtraw mill-HP mingħand l-AMD kienu suġġetti għal kundizzjonijiet restrittivi ulterjuri li jinsabu fit-taqsima 2.3.2 hawn isfel),

Tnaqqis mill-Intel lin-NEC matul il-perjodu bejn Ottubru 2002 u Novembru 2005, liema tnaqqis kien suġġett għax-xiri esklussiv min-NEC mingħand l-Intel ta’ mhux inqas minn 80 % tal-ħtiġijiet tagħha għal CPUs għas-segmenti tad-desktops u n-notebooks tagħha,

Tnaqqis mill-Intel lil-Lenovo matul is-sena 2007, liema tnaqqis kien suġġett għax-xiri esklussiv mil-Lenovo mingħand l-Intel tal-ħtiġijiet tagħha għat-taqsima tan-notebooks tagħha.

(23)

Bl-istess mod, l-Intel għaddiet pagamenti lill-Media Saturn Holding (MSH), l-akbar bejjiegħ bl-imnut tal-kompjuters fl-Ewropa, liema pagamenti kienu suġġetti għall-bejgħ esklussiv mill-MSH ta’ kompjuters ibbażati fuq l-Intel. Dawn il-pagamenti huma ekwivalenti fl-effett tagħhom għat-tnaqqis kundizzjonali lill-MTOs.

(24)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet konsistentement li: “impriża li tinsab f'pożizzjoni dominanti fis-suq u li torbot lix-xerrejja – anki jekk tagħmel hekk fuq talba tagħhom – permezz ta' obbligu jew wegħda min-naħa tagħhom li jiksbu l-ħtiġijiet tagħhom kollha jew ħafna minnhom esklussivament mingħand l-impriża msemmija, tkun qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 82 KE, sew jekk l-obbligu msemmi jkun stipulat mingħajr kwalifikazzjoni ulterjuri u sew jekk jiġi assunt minħabba l-għoti ta’ tnaqqis. Dan japplika wkoll jekk l-imsemmija impriża, mingħajr ma torbot lix-xerrejja b’obbligu formali, tapplika, jew skont it-termini tal-ftehimiet konklużi ma’ dawn ix-xerrejja jew unilateralment, sistema ta’ tnaqqis ibbażata fuq il-fedeltà tal-klijent, jiġifieri skonti kondizzjonati mill-ksib mill-klijent tal-ħtiġijiet kollha tiegħu jew tal-biċċa l-kbira minnhom – kemm jekk il-kwantità tax-xiri tiegħu tkun kbira jew żgħira - mingħand impriża li tkun f’pożizzjoni dominanti.” (Traduzzjoni mhux uffiċjali) (1)

(25)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li t-tnaqqis kondizzjonali mogħtija mill-Intel jammonta għal tnaqqis ibbażat fuq il-fedeltà tal-klijent, li jissodisfa il-kundizzjonijiet tal-każistika bbażata fuq Hoffman-La Roche. Rigward il-pagamenti kondizzjonali tal-Intel lill-MSH, id-Deċiżjoni tistabbilixxi li l-mekkaniżmu ekonomiku ta' dawn il-pagamenti huwa ekwivalenti għal dak tat-tnaqqis kondizzjonali lill-MTOs. Id-Deċiżjoni għaldaqstant tikkonkludi li dawn ukoll jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-każistika bbażata fuq Hoffman-La Roche.

(26)

Ta’ min jinnota li kien hemm ukoll inċertezza ġenerali dwar il-proporzjon eżatt tat-tnaqqis jew pagamenti li jintilfu fil-każ ta’ (aktar) akkwisti mingħand il-kompetitur tal-Intel, l-AMD. Kien mistenni li l-proporzjon ikun sinifikanti u sproporzjonat għan-numru ta’ unitajiet li jaqilbu għall-AMD. Barra minn dan, kien hemm ukoll il-possibbiltà li t-tnaqqis li ma jingħatax jiġi allokat mill-Intel għall-MTOs rivali. Għaldaqstant, b’riżultat tat-tnaqqis, il-libertà tal-MTOs ikkonċernati u tal-MSH biex jakkwistaw s-CPUs mingħand l-AMD kienet ristretta.

(27)

It-tnaqqis u l-pagamenti li l-Intel tat lill-MTOs l-ewlenin u lill-MSH għandhom ukoll jiġu osservati fil-kuntest tat-theddida kompetittiva li qed tikber irrappreżentata mill-AMD. F’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni turi li l-MTOs, il-maniġers tal-IT u l-Intel qiesu li l-prodotti tal-AMD għandhom numru ta’ karatteristiċi innovattivi pożittivi u li kienu alternattiva vijabbli għal dawk tal-Intel. Minkejja li d-Deċiżjoni ma tagħtix ġudizzju assolut dwar il-prestazzjoni teknika tal-prodotti tal-Intel u tal-AMD ikkonċernati, is-sottomissjonijiet tal-MTOs u d-dokumenti li dawn ippreżentaw fl-istess ħin juru li l-MTOs kienu jikkunsidraw li s-CPUs tal-arkitettura x86 tal-AMD kienu adatti għal minn tal-anqas parti mill-ħtiġijiet ta' provvista rispettivi tagħhom.

2.3.1.2.   L-analiżi tal-kompetitur daqstant effiċjenti

(28)

Apparti milli turi li l-kundizzjonijiet fil-każistika biex jinstab li hemm abbuż huma sodisfatti, id-Deċiżjoni twettaq ukoll analiżi ekonomiku tal-ħila tat-tnaqqis li jeskludi kompetitur li jkun effiċjenti daqs l-Intel, għalkemm mhux dominanti. Essenzjalment, l-eżami jistabbilixxi għal-liema prezz kompetitur “effiċjenti daqs” l-Intel ikollu joffri s-CPUs sabiex jikkumpensa lil MTO għat-telfa ta’ xi tnaqqis mill-Intel.

(29)

Dan l-analiżi tal-kompetitur daqstant effiċjenti huwa eżerċizzju ipotetiku fis-sens li janalizza jekk kompetitur li huwa effiċjenti daqs l-Intel iżda li qed jipprova joffri prodott li m’għandux bażi tal-bejgħ estiża daqs dak tal-Intel huwiex eskluż mill-jidħol fis-suq. Din l-analiżi fil-prinċipju hija indipendenti minn jekk l-AMD kinitx attwalment kapaċi tidħol jew le.

(30)

L-analiżi tqis tliet fatturi: is-sehem li jista’ jiġi kkuntestat (l-ammont tal-ħtiġijiet ta’ xiri ta’ klijent li jista’ realistikament jiġi ttrasferit għal kompetitur ġdid f'kull perjodu partikolari), il-perjodu ta’ żmien relevanti (l-aktar ta' sena waħda) u mod rilevanti biex titkejjel l-ispiża vijabbli (l-ispejjeż medji li setgħu ġew evitati). Jekk l-iskema tal-Intel tat-tnaqqis tfisser li, fid-dawl tas-sehem li jista’ jiġi kkuntestat, sabiex MTO tiġi kkumpensata għat-telfa tat-tnaqqis tal-Intel, kompetitur daqstant effiċjenti jrid joffri l-prodotti tiegħu taħt ammont vijabbli mill-ispiża tal-Intel, dan ifisser li t-tnaqqis jista’ jeskludi l-kompetitur daqstant effiċjenti. B’hekk dan iċaħħad lill-klijenti aħħarin minn għażla bejn prodotti differenti li l-MTO kieku kienet tagħżel li toffri kieku kellha tagħmel id-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tal-mertu relattiv tal-prodotti u tal-prezzijiet għall-unitajiet offruti mill-Intel u l-kompetituri tagħha biss.

(31)

Sar l-istess tip ta’ analiżi fil-każ tal-pagamenti tal-Intel lill-MSH. L-analiżi tal-ħila ta’ dawn il-pagamenti li jeskludu kompetitur daqstant effiċjenti tqis ukoll il-fatt li dawn il-pagamenti jsiru f'livell ieħor tal-katina tal-provvista u li l-effett tagħha jiżdied ma’ dak tat-tnaqqis kundizzjonali lill-MTOs.

2.3.1.3.   L-Importanza strateġika tal-MTOs l-ewlenin

(32)

Id-Deċiżjoni tindika wkoll li xi MTOs, b’mod partikolari d-Dell u l-HP, huma strateġikament aktar importanti minn MTOs oħrajn fil-ħila tagħhom li jipprovdu lil manifattur tas-CPUs aċċess għas-suq. Dawn jistgħu jiġu distinti minn MTOs oħrajn fuq il-bażi ta’ tliet kriterji ewlenin: (i) is-sehem fis-suq; (ii) presenza qawwija fl-aktar parti tas-suq li tħalli profitt; u (iii) il-ħila li jilleġittimizzaw CPU ġdid fis-suq. Konsegwentement, l-iżgħar MTOs mhumiex kapaċi jilleġittimizzaw s-CPUs il-ġodda bl-istess mod bħall-HP u d-Dell, b'mod partikolari fis-segment tal-kumpaniji, li hu l-aktar li jħalli profitt.

2.3.1.4.   Ħsara lill-kompetizzjoni u lill-konsumaturi

(33)

Il-provi miġbura mill-Kummissjoni wasslu għall-konklużjoni li t-tnaqqis u l-pagamenti kondizzjonali tal-Intel wasslu għal-lealtà ta' MTOs importanti u ta’ bejjiegħ bl-imnut ewlieni, b’effetti komplementari f’dak li naqqsu b’mod sinifikanti l-ħila tal-kompetituri li jikkompetu fuq il-merti tas-CPUs tagħhom tal-arkitettura x86. L-imġiba antikompetittiva tal-Intel b’hekk irriżultat fi tnaqqis fl-għażla tal-konsumatur u f’inqas inċentivi għall-innovazzjoni.

2.3.1.5.   Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva

(34)

L-Intel ressqet żewġ tipi differenti ta’ argumenti sabiex tipprova tiġġustifika l-iskemi ta’ tnaqqis tagħha: (i) li, bl-użu tat-tnaqqis, l-Intel biss wieġbet għall-kompetizzjoni fil-prezz mar-rivali tagħha u għaldaqstant irreaġixxiet għall-kompetizzjoni; u (ii) li s-sistema tat-tnaqqis użata fil-konfront ta’ kull MTO individwali kienet meħtieġa biex jintlaħqu effiċjenzi importanti li huma applikabbli għall-industrija tas-CPU. Rigward tal-aħħar, l-Intel sostniet li hemm 4 tipi differenti ta’ effiċjenzi li ntlaħqu b’kull rekwiżit ta’ esklussività tat-tnaqqis tagħha: Prezzijiet aktar baxxi, ekonomiji ta’ skala, tfaddil ieħor mil-lat tal-ispiża u effiċjenzi fil-produzzjoni u effiċjenzi mil-lat tat-tqassim tar-riskju u tal-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn dan, l-Intel saħqet li l-kundizzjonijiet marbuta mat-tnaqqis kienu indispensabbli biex jinkisbu dawn l-effiċjenzi u li l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni kien wieħed minuri għaliex, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-AMD kibret.

(35)

Il-Kummissjoni indirizzat dawn l-argumenti u analizzat safejn l-imġiba tal-Intel tkun adatta għall-kisba tal-effiċjenzi msemmija mill-Intel b'mod proporzjonat. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-argumenti tal-Intel dwar ġustifikazzjoni oġġettiva ma jgħoddux għaliex jirrigwardaw b’mod aktar ġenerali mġiba li l-Kummissjoni m’oġġezzjonatx għaliha (jiġifieri skonti/provvista ta’ tnaqqis), u mhux imġiba li l-Kummissjoni oġġezzjonat għaliha (jiġifieri kundizzjonijiet marbuta mal-iskonti/tnaqqis) u l-ebda waħda mill-ġustifikazzjonijiet dwar l-effiċjenza ma jipprovdu ġustifikazzjoni relevanti għall-imġiba kkonċernata.

2.3.1.6.   Konklużjoni

(36)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li t-tnaqqis kondizzjonali mogħti mill-Intel lid-Dell, l-HP, in-NEC u l-MSH jammonta għal abbuż minn pożizzjoni dominanti taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.3.2.   Restrizzjonijiet ovvji

(37)

L-Intel tat lill-MTOs l-ewlenin pagamenti suġġetti għall-kundizzjoni li dawn l-MTOs jipposponu jew iħassru t-tnedija ta’ prodotti bbażati fuq l-AMD u/jew li jagħmlu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni ta’ prodotti bbażati fuq l-AMD. Dan huwa l-każ għal:

Il-pagamenti tal-Intel lill-HP li kienu bil-kundizzjoni li l-HP tbiegħ id-desktops għan-negozju bbażati fuq l-AMD lil impriżi żgħar u medji biss, permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni diretti biss (minflok permezz ta’ distributuri) u li l-HP tipposponu b’sitt xhur it-tnedija fl-Ewropa tal-ewwel desktop għan-negozju tagħha bbażat fuq l-AMD; dan l-abbuż dam minn Novembru 2002 sa Mejju 2005.

Il-pagamenti tal-Intel lill-Acer, li kienu bil-kundizzjoni li l-Acer tipposponi t-tnedija tan-notebook tagħha bbażat fuq l-AMD minn Settembru 2003 sa Jannar 2004.

Il-pagamenti tal-Intel lil-Lenovo, li kienu bil-kundizzjoni li l-Lenovo tipposponi t-tnedija tan-notebooks tagħha bbażati fuq l-AMD minn Ġunju 2006 sal-aħħar tas-sena 2006.

(38)

F’Irish Sugar, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonkludiet li hemm abbuż meta impriża dominanti tilħaq qbil “ma’ bejjiegħ bl-ingrossa u wieħed bl-imnut li tpartat prodotti taz-zokkor bl-imnut konkorrenti, jiġifieri pakkett ta’ kilogramm wieħed zokkor tal-Eurolux tal-Compagnie française de sucrerie, għall-prodott tagħha” (2) [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Permezz tal-ftehim ta' tpartit ikkonċernat, l-impriża dominanti waqqfet lid-ditta tal-kompetitur milli tkun preżenti fis-suq minħabba li l-bejjiegħa bl-imnut ma kienx għad baqalhom stokk ta' zokkor tad-ditta “Eurolux” u minflok issostitwewh b'zokkor tal-impriża dominanti. F’dan ir-rigward il-QPI sabet li “ir-rikorrent immina l-istruttura kompetittiva li s-suq Irlandiż tal-bejgħ bl-imnut taz-zokkor seta’ kiseb bid-dħul ta’ prodott ġdid, iz-zokkor tad-ditta Eurolux, billi wettaq skambju ta' prodotti, fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, f'suq li fih kellu aktar minn 80 % mill-volum tal-bejgħ (3)” (Traduzzjoni mhux uffiċjali).

(39)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-imġiba tal-Intel kienet ta’ ħsara diretta għall-kompetizzjoni. Kien hemm dewmien jew xkiel għad-dħul fis-suq ta’ prodott li fornitur kien qed jippjana attivament li jvara. Għalhekk il-konsumaturi spiċċaw b’inqas għażla milli kieku kien ikollhom. L-imġiba tal-Intel ma tammontax għal kompetizzjoni normali fuq il-mertu. Barra minn dan, il-ħlasijiet ta’ flus tal-Intel lill-MTOs biex idewmu, iħassru jew b'xi mod ieħor jirrestrinġu l-varar ta' prodott ibbażat fuq l-AMD jew biex jirrestrinġu d-distribuzzjoni tiegħu ma kienu marbuta mal-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva jew effiċjenza.

2.3.3.   Strateġija waħda

(40)

Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li kull imġiba tal-Intel fil-konfront tal-MTOs individwali msemmija hawn fuq u fil-konfront tal-MSH tammonta għal abbuż tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE, iżda li dawn l-abbużi individwali huma wkoll parti minn strateġija waħdanija bl-għan li teskludi lill-AMD, l-uniku kompetitur sinifikanti tal-Intel, mis-suq tas-CPUs tal-arkitettura x86. L-abbużi individwali huma għaldaqstant parti minn ksur waħdani tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE.

(41)

Id-Deċiżjoni żżid li l-prattiki tal-Intel, li kienu applikati b'mod kumulattiv f’żewġ livelli tal-katina tad-distribuzzjoni (MTOs ewlenin u bejjiegħ bl-imnut ewlieni) għandhom jiġu osservati fil-kuntest tat-theddida kompetittiva li qed tikber irrappreżentata mill-AMD. L-effetti tal-imġiba tal-Intel kienu komplementari f’dak li kienu jeskludu l-aċċess tal-kompetituri għas-suq u b'hekk inaqqsu b'mod sinifikanti l-ħila tagħhom li jikkompetu fuq il-merti tas-CPUs tagħhom. B’riżultat, il-klijenti aħħarin kienu mwaqqfa b'mod artifiċjali milli jagħżlu fuq il-bażi tal-mertu tagħhom (prezz u kwalità tas-CPUs) kompjuters li mhumiex ibbażati fuq l-Intel.

(42)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar ukoll il-każistika li skontha “fejn impriża waħda jew aktar f’pożizzjoni dominanti attwalment timplimenta prattika bl-għan li jitwarrab kompetitur, il-fatt li r-riżultat imfittex ma jinkisibx mhuwiex biżżejjed biex jiġi evitat li din il-prattika tiġi karatterizzata bħala abbuż minn pożizzjoni dominanti skont l-Artikolu 86 (issa Artikolu 82) tat-Trattat” (Traduzzjoni mhux uffiċjali) (4).

3.   DEĊIŻJONI

(43)

Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li l-Intel kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE billi wettqet ksur waħdieni u konwinwat tal-Artikolu 82 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE minn Ottubru 2002 sa Diċembru 2007 billi implimentat strateġija bl-għan li teskudi l-kompetituri mis-suq tas-CPU tal-arkitettura x86.

(44)

Ġiet imposta multa ta’ EUR 1 060 000 000 fuq il-Korporazzjoni Intel għall-ksur.

(45)

Il-Korporazzjoni Intel għandha ttemm il-ksur minnufih safejn għadu għaddej u għandha tastjeni minn kull att jew imġiba bl-istess għan jew effett jew b’għan jew effett ekwivalenti.


(1)  Kawża 85/76 Hoffmann-La Roche, [1979] Ġabra p. 461, punt 89.

(2)  Kawża T-228/97, Irish Sugar, [1999] Ġabra p. II-2969, punt 226.

(3)  Idem, punt 233.

(4)  Kawżi T-24/93, T-25/93, T-26/93 u T-28/93 Compagnie Maritime Belge vs il-Kummissjoni, [1996] Ġabra, II-1201, punt 149; ara wkoll il-kawża C-202/07 P France Telecom vs il-Kummissjoni, li għadha ma ġietx ippubblikata, punti 107 sa 113.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/18


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/378/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2009/C 227/08

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-prezunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit Nota 1

CEN

EN 71-1:2005+A8:2009

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi

30.4.2009

EN 71-1:2005+A6:2008

Nota 2.1

31.10.2009

Avviż: “Fil-każ tal-ġugarelli li għandhom missila bid-diska tal-lastku għall-impatt, il-kondizzjonijiet stipulati fil-klawżola 4.17.1 (b), skond liema it-test tat-tensjoni jsir skond il-klawżola 8.4.2.3, ma jkoprix ir-riskju ta’ fgar ippreżentat minn dawn il-gugarelli” – Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/224/EC ta' l-4 ta' April 2007 (ĠU L 96, 11.4.2007, p. 18).

CEN

EN 71-2:2006+A1:2007

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr

16.9.2008

EN 71-2:2006

Nota 2.1

Data skaduta

(16.9.2008)

CEN

EN 71-3:1994

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 3: Migrazzjoni ta' ċerti elementi

12.10.1995

EN 71-3:1988

Nota 2.1

Data skaduta

(30.6.1995)

EN 71-3:1994/A1:2000

14.9.2001

Nota 3

Data skaduta

(31.10.2000)

EN 71-3:1994/A1:2000/AC:2000

8.8.2002

 

 

EN 71-3:1994/AC:2002

15.3.2003

 

 

CEN

EN 71-4:1990

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta' kimika u attivitajiet relatati

9.2.1991

 

 

EN 71-4:1990/A1:1998

5.9.1998

Nota 3

Data skaduta

(31.10.1998)

EN 71-4:1990/A2:2003

9.12.2003

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2004)

EN 71-4:1990/A3:2007

4.10.2007

Nota 3

Data skaduta

(30.11.2007)

CEN

EN 71-5:1993

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 5: Ġugarelli ta' natura kimika (settijiet) minbarra settijiet għal esperimenti

1.9.1993

 

 

EN 71-5:1993/A1:2006

31.5.2006

Nota 3

Data skaduta

(31.7.2006)

CEN

EN 71-7:2002

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 7: Żebgħat li jitpinġew bis-swaba′ – Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

15.3.2003

 

 

CEN

EN 71-8:2003

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 8: Bandli, żrieraq u logħob għal attivitajiet simili biex jintużaw mill-familja fid-dar jew fil-beraħ

9.12.2003

 

 

EN 71-8:2003/A1:2006

26.10.2006

Nota 3

Data skaduta

(30.11.2006)

CENELEC

EN 62115:2005

Ġugarelli elettriċi – Sigurtà

IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004

8.3.2006

EN 50088:1996

+ A1:1996

+ A2:1997

+ A3:2002

Nota 2.1

Data skaduta

(1.1.2008)

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Brussels, BELGIUM. Tel. +32 25500811; fax +32 25500819 (http://www.cen.eu),

CENELEC: Avenue Marnix 17, 1000 Brussels, BELGIUM. Tel. +32 25196871; fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu),

ETSI: 650, route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE. Tel. +33 492944200; fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu).


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/20


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Diċembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.5153 – Arsenal/DSP

Relatur: Iir-Repubblika Ċeka

2009/C 227/09

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (“ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet”).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni kienet stabblita permezz tal-Artikolu 22(3), deċiżjoni tas-16 ta’ Mejju 2008 wara t-talbiet għar-riferiment mill-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni ta’ Spanja u l-Ġermanja taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Amalgamazzjonijiet.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni ta’ bħalissa, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

aċdu benzojiku solidu ta’ grad tekniku

(b)

benżoat tas-sodju bħala suq tal-prodott li hu separat mis-sorbati waqt li jħalli miftuħ fuq jekk il-benżoat tal-potassju u l-benżoat tal-kalċju humiex parti mill-istess suq jew le.

(c)

plastifikaturi tad-di-benzoat

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni ta’ bħalissa:

(a)

is-suq ġeografiku relevanti għall-aċdu benzojiku solidu ta’ grad tekniku għandu skop għaż-ŻEE kollha

(b)

is-suq ġeografiku relevanti għall-benzoat tas-sodju jista’ jitħalla miftuħ

(c)

is-suq ġeografiku relevanti għall-plastifikaturi tad-di-benzoat għandu skop għaż-ŻEE kollha

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta għandha twassal għal effetti unilaterali fis-suq madwar iż-ŻEE għall-aċdu benzojiku solidu ta’ grad tekniku, li bħala riżultat jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma twassalx għal effetti unilaterali fis-suq għall-benżoat tas-sodju, irrespettivament mid-definizzjoni ġeografika, li bħala riżultat jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma twassalx għal effetti koordinati fis-suq għall-benżoat tas-sodju, li bħala riżultat jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-entità amalgamata ser ikollha abbiltà limitata u l-ebda inċentiv sabiex teskludi mis-suq il-kompetituri fis-suq downstream ta’ madwar iż-ŻEE għall-plastifikaturi tad-di-benzoat u, bħala riżultat, il-konċentrazzjoni proposta m’hi ser ikollha l-ebda impatt ħażin fuq dan is-suq downstream.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji sottomessi mill-partijiet, jiġifieri: it-tneħħija totali tal-aċdu benzojiku likwidu kif ukoll taż-żewġ prodotti downstream ta’ aċdu benzojiku solidu u benżoat tas-sodju huma biżżejjed biex ineħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni minħabba l-konċentrazzjoni fis-suq madwar iż-ŻEE għall-aċdu benzojiku solidu ta’ grad tekniku.

Minoranza tastjeni.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, suġġett għal konformità sħiħa mal-impenji offruti mill-partijiet, it-tranżazzjoni proposta mhijiex impediment kbir għal kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew għal parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2(2), 8(2) u 10(2) tar-Regolament tal-Amalgamazzjoni u li l-konċentrazzjoni proposta għandha għalhekk tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-Suq Komuni u l-Ftehim taż-ŻEE.

Minoranza tastjeni.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'll Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/22


Rapport Finali (1) fil-Każ COMP/M.5153 – Arsenal/DSP

2009/C 227/10

L-abbozz tad-deċiżjoni jagħti lok għall-kummenti li ġejjin:

INTRODUZZJONI

Wara referenza skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni (2) mingħand Spanja u l-Ġermanja, il-Kummissjoni rċeviet, fis-17 ta’ Ġunju tal-2008, notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha Arsenal Capital Partners (Arsenal) takkwista l-kontroll uniku fuq DSM Special Products B.V. (DSP) permezz tax-xiri tal-ishma.

Fis-6 ta’ Awwissu 2008 il-Kummissjoni bdiet proċedimenti fuq il-bażi li l-konċentrazzjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni (3).

Sussegwentement, fis-7 ta’ Ottubru tal-2008, Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet kienet innotifikata lil Arsenal li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni orizzontali fi-suq tal-aċidu benżojku solidu u benżoat tas-sodju kif ukoll tħassib dwar il-kompetizzjoni vertikali fis-suq tal-plastiċiżżanti tal-benżoat, li huma mmanifatturati mill-aċidu benzojku.

Arsenal wieġbet għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet fil-21 ta’ Ottubru tal-2008.

Aċċess għall-fajl

Il-parti li qed tinnotifika ingħatat aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kif kien jeżisti fil-jum tan-notifikazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet fit-8 u d-9 ta' Ottubru tal-2008. Il-parti li kien fadal tal-fajl saret disponibbli sussegwentement flimkien mal-informazzjoni mhux kunfidenzjali li waslet wara n-notifikazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Għalhekk ingħata aċċess ulterjuri fit-22 ta’ Ottubru kif ukoll fl-4 u l-5 ta' Novembru tal-2008.

Seduta Verbali

Fuq it-talba tal-parti li qed tinnotifika saret Seduta Verbali fis-27 ta’ Ottubru tal-2008, li għaliha attendew kemm Arsenal kif ukoll DSP.

Proċedura ta’ wara s-smigħ

In vista tas-sottomissjonijiet bil-miktub u dawk verbali tal-parti il-Kummissjoni reġgħet eżaminat uħud mis-sejbiet inizjali tagħha fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u llimitat is-suq relevanti tal-prodott għall-plastiċiżżanti tal-benżoat biex ikopri biss il-plastiċiżżanti tad-dibenżoat u, bħala konsegwenza ta’ dan, adattat l-oġġezzjoni bbażata fuq l-effetti ta’ esklużjoni vertikali.

Sussegwentement, fl-4 ta’ Novembru tal-2008, intbgħatet Ittra ta’ Fatti li tispjega l-oġġezzjoni modifikata lill-parti li qed tinnotifika, li ngħatat l-opportunità biex tibgħat il-kummenti tagħha dwar l-elementi l-ġodda u l-konklużjonijiet li saru f’dik l-ittra. Fl-4 u l-5 ta’ Novembru tal-2008 ingħata aċċess għall-informazzjoni li fuqha l-Kummissjoni bbażat l-oġġezzjoni modifikata tagħha.

Fil-fehma tiegħi l-Ittra ta’ Fatti kienet kemm meħtieġa kif ukoll suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li jiġi rispettat id-dritt tal-parti li qed tinnotifika li tingħata vuċi filwaqt li tingħata l-opportunità li tipproponi rimedji adegwati biex jitneħħew id-dubji modifikati fuq il-kompetizzjoni.

L-Impenji

Sabiex il-konċentrazzjoni ssir kompatibbli mas-suq komuni il-parti li qed tinnotifika ssottomettiet proposta ta' rimedji fis-6 ta' Novembru 2008, li kienet eżaminata fl-isfond tas-suq mill-Kummissjoni.

Il-parti li qed tinnotifika ingħatat aċċess għat-tweġibiet mhux kunfidenzjali tal-eżami fl-isfond tas-suq fil-21 ta' Novembru tal-2008.

Wara l-eżami fl-isfond tas-suq il-Kummissjoni qieset li r-rimedji ma kinux biżżejjed biex jitneħħew id-dubji identifikati fuq il-kompetizzjoni u, sussegwentement, fit-3 ta’ Diċembru tal-2008, Arsenal ipprovdiet proposta imtejba ta’ rimedji.

L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

Fl-abbozz tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni abbandunat l-oġġezzjoni tagħha fir-rigward tas-suq tal-benżoat tas-sodju u l-plastiċiżżanti tal-benżoat Hija tikkonkludi wkoll li r-rimedji mtejba huma biżżejjed biex jitneħħew id-dubju identifikati dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tas-suq tal-aċidu benzojku solidu. B’hekk il-Kummissjoni sabet li, suġġett għall-konformità mar-rimedji, il-konċentrazzjoni notifikata hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet mill-partijiet li qed tinnotifika jew minn xi parti terza oħra. In vista ta’ dan u meta wieħed iqis l-osservazzjonijiet li saru hawn fuq nikkunsidra li dan il-każ ma jitlobx xi kummenti partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ smigħ.

Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2008.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 fuq it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(3)  Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/24


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Jannar 2009

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.5153 – Arsenal/DSP)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 8439 finali)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 227/11

Fid-9 ta' Jannar 2009 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-ĠURIŻDIZZJONI

(1)

Dan il-każ jikkonċerna notifika ta’ konċentrazzjoni proposta rċevuta mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2008 wara talba ta’ diferiment skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li permezz tagħha l-impriża Arsenal Capital Partners (“Arsenal”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża DSM Special Products B.V. (“DSP”, l-Olanda), sussidjarja tar-Royal DSM N.V. (“DSM”, l-Olanda), permez ta’ xiri ta’ ishma.

(2)

F’dan il-każ il-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni hi mfassla fuq it-talba ta’ diferiment tat-2 ta’ April 2008 ippreżentata mill-Awtorità Spanjola dwar il-Kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. L-Awtorità Ġermaniża dwar il-Kompetizzjoni ngħaqdet ma’ din it-talba fit-28 ta’ April 2008. Il-Kummissjoni aċċettat id-diferiment bid-deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2008, li ġiet ikkomunikata lill-parti li qed tinnotifika fid-29 ta’ Mejju 2008.

II.   IL-PARTIJIET

(3)

L-Arsenal hi impriża ta’ ekwità privata li tikkontrolla, permezz tal-fund Arsenal Capital Partners QP tagħha, l-impriża tal-Velsicol Chemical Corporation (“Velsicol”, l-Estonja). Il-Velsicol tipproduċi plastiċizzanti, addittivi tal-ikel u intermedji industrijali. Hu l-unika negozju tal-Arsenal b’attivitajiet fis-settur milqut bit-transazzjoni.

(4)

Id-DSP, sussidjarja tad-DSM, tipproduċi addittivi tal-ikel u intermedji industrijali.

(5)

Il-Velsicol u kif ukoll id-DSP huma attivi fil-manifattura u fil-fornitura tal-aċidu benzoniku u tal-benzonat tas-sodju. Il-Velsicol timmanifattura wkoll plastiċizzanti tal-benzonat, prodott downstream tal-aċidu benzoniku, fiż-ŻEE (l-Estonja), l-Istati Uniti tal-Amerika u ċ-Ċina. Fiċ-Ċina, il-Velsicol tipproduċi dan il-prodott f’impriża konġunta mal-Wuhan Youji Industries Company Limited (“Wuhan”, iċ-Ċina), l-akbar kompetitur Ċiniż tal-partijiet għall-produzzjoni tal-aċidu benzoniku. Fl-Istati Uniti, il-Velsicol takkwista l-aċidu benzoniku għall-produzzjoni tal-plastiċizzanti minn Emerald Kalama Chemical LLC (“Emerald”, l-Istati Uniti), l-unika kompetitur Amerikan (l-Istati Uniti) tal-partijiet għall-produzzjoni tal-aċidu benzoniku, il-benzonat tas-sodju u tal-plastiċizzanti tal-benzonat.

III.   L-OPERAT

(6)

L-operat jirrigwardja l-akkwist tal-kontroll tad-DSP mill-Arsenal. Id-DSP hi sussidjarja li hi propjetà sħiħa tad-DSM, il-bejjiegħ. It-transazzjoni li tikkonċerna l-manifattura tal-kimiċi bażiċi, tikkonsisti fl-akkwist ta' 100 % tal-ishma tad-DSP mill-Arsenal.

(7)

Madankollu, il-marka tal-fabbrika tal-VevoVitall se tibqa’ propjetà tad-DSM Nutritional Products (“DNP”, l-Olanda), sussidjarja tal-grupp DSM. Taħt il-ftehim ta’ fornitura ffirmat bejn id-DNP u d-DSP fil-5 ta’ Frar 2008, id-DSP se tibqa timmanifattura u tbigħ il-VevoVitall lid-DNP. Il-VevoVitall hi l-marka tal-fabbrika mogħtija lill-aċidu benzoniku ta’ purità għolja għall-użu fl-għalf tal-annimali; il-marka tal-fabbrika hi attwalment protetta minn brevett li hu l-propjetà tad-DSP.

(8)

Peress li t-transazzjoni se tagħti lill-Arsenal il-kontroll sħiħ tad-DSP permezz tal-akkwist tal-kapital azzjonarju sħiħ tagħha, dan jikkostitwixxi konċentrazzjoni hekk kif imfisser fl-Artikolu 3 (1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

IV.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.   Is-swieq rilevanti

(9)

It-transazzjoni tirrigwardja l-produzzjoni tal-aċidu benzojiku solidu ta’ grad tekniku, l-benzonat tas-sodju u l-plastiċizzanti tal-benzonat. Dawn il-prodotti huma manifatturati bl-użu tal-aċidu benzojiku likwidu bħala sors. Il-partijiet tat-transazzjoni huma l-unika produtturi tal-aċidu benzojiku likwidu ta’ grad tekniku, aċidu benzojiku solidu ta’ grad tekniku u benzonat tas-sodju fiż-ŻEE. Il-Velsicol tipproduċi wkoll plastiċizzanti tal-benzonat fiż-ŻEE.

(10)

Filwaqt li d-DSP kif ukoll il-Velsicol jipproduċu wkoll aċidu benzojiku likwidu ta’ grad tekniku, aċidu benzojiku solidu ta’ grad tekniku u benzonat tas-sodju fl-impjanti rispettivi tagħhom f’Rotterdam u fl-Estonja, l-attivitajiet tal-partijiet tat-transazzjoni għandhom konverġenza biss għal dak li jirrigwardja l-aċidu benzojiku solidu u l-benzonat tas-sodju hekk kif il-Velsicol tipproduċi aċidu benzoniku likwidu għall-użu vinkolatni biss.

1.1.   Is-suq għall-aċidu benzojiku solidu ta’ grad tekniku

1.1.1.   Suq tal-prodott

(11)

Skont il-preżentazzjoni tal-parti li qed tinnotifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċidu benzojiku ta’ grad tekniku jikkostitwixxi suq tal-prodott distint meta mqabbel ma’ aċti benzoniċi ta’ grad ogħla ta’ purità, jiġifieri aċidu benzoniku li hu ultra pur u aċidu benzoniku għall-għalf tal-annimali, waqt li jiġu kkunsidrati t-talba limitata u s-sostittwibbiltà min-naħa tal-fornitura bejn dawn il-prodotti. Barra minn hekk, mhemm l-ebda konverġenza bejn il-partijiet rigward l-aċidu benzoniku ta’ grad ogħla ta’ purità peress li d-DSP biss tipproduċi dan il-prodott.

(12)

Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll fil-preżentazzjoni tal-parti li qed tinnotifika li l-aċidu benzoniku ta’ grad tekniku għandhu jiġi suddiviż aktar, f'aċidu benzoniku solidu u likwidu waqt li jiġu kkunsidrati it-talba limitata u s-sostittwibbiltà min-naħa tal-fornitura. B’mod partikolari, l-aċidu benzoniku likwidu ta’ grad tekniku jista’ jiġi trasportat biss b’mod limitat, minħabba li jeħtieġ teknoloġija speċjalizzata ta’ trasport biex jibqa’ likwidu. L-aċidu benzoniku solidu ta’ grad tekniku hu prodott billi jintuża “flaker”, makkinarju fejn l-aċidu benzoniku likidu hu solidifikat u ppakkjat. Il-forom differenti ta’ aċidu benzoniku ta’ grad tekniku (likwidu vs. solidu) jimplikaw li l-klijenti jeħtieġu faċilitajiet differenti, li jkunu tal-post, għat-trasport u għall-iproċessar għal dawn il-prodotti, u b’hekk it-tibdil minn prodott għall-ieħor mhux istantanju u jeħtieġ aġġustament tal-proċess u investimenti fit-tagħmir (1).

(13)

Skont l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċidu benzoniku solidu ta' grad tekniku (minn issa 'l quddiem “aċidu benzoniku solidu”) jikkostitwixxi suq tal-prodott separat.

1.1.2.   Suq Ġeografiku

(14)

Il-parti li tinnotifika ppreżentat li s-suq ġeografiku relevanti tal-aċidu benzoniku solidu jkopri mill-inqas iż-ŻEE, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Asja, fejn dawn ir-reġjuni bażikament jammontaw għall-produzzjoni globali kollha. Din il-preżentazzjoni hi bbażata inter alia fuq il-fatt li l-flussi tal-kummerċ sinifikanti jsiru bejn żoni differenti tad-dinja.

(15)

L-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni wriet li, bil-kontra tal-preżentazzjonijiet tal-parti li qed tinnotifika, is-suq għall-aċidu benzoniku solidu hu mifrux maż-ŻEE għar-raġunijiet li ġejjin: (i) is-suq għall-aċidu benzoniku ta’ grad tekniku fiż-ŻEE hu fil-biċċa l-kbira dominat mill-produtturi li huma bbażati fiż-ŻEE, imma miċ-Ċina u mill-Istati Uniti tal-Amerika ġejjin biss importazzjonijiet marġinali, u din it-tendenza kienet kostanti mill-inqas għal dawn l-aħħar disa' snin; (ii) l-ispejjeż tat-trasport u t-tariffa doganali ta’ 6.5 % jikkostitwixxu barrieri importanti għad-dħul għall-produtturi li mhumiex Ewropej, (iii) il-klijenti jaħsbu li l-kwalità tal-aċidu benzoniku Ċiniż hi waħda baxxa meta mqabbla mal-aċidu benzoniku prodott mill-produtturi li huma bbażati fiż-ŻEE, u (iv) il-prezzijiet fir-reġjuni differenti, jiġifieri ż-ŻEE, l-Asja, l-Amerika ta’ Fuq, mhux qed jimxu bl-istess mod flimkien kif ikun mistenni fil-każ li jkun hemm suq globali usa’. B’hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq ġeografiku relevanti tal-aċidu benzoniku solidu hu mifrux madwar iż-ŻEE.

1.2.   Is-suq għall-benzonat tas-sodju

1.2.1.   Suq tal- prodott

(16)

Il-parti li tinnotifika ppreżentat li s-suq tal-prodott relevanti għall-benzonat tas-sodju għandu jinkludi l-benzonat tal-potassju, benzonat tal-kalċju u sorbati. L-investigazzjoni wriet li t-transazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib ta’ kompetizzjoni dwar is-suq definit bl-aktar mod ristrett possibbli tal-benzonat tas-sodju. B’hekk il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-mistoqsija fuq jekk il-benzonat tal-kalċju u l-benzonat tal-potassju ma jagħmlux parti mill-istess suq tal-prodott bħala l-benzonat tas-sodju. Madankollu, għal dak li jirrigwardja s-sorbati u minħabba r-riżultati tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-benzonat tas-sodju jikkostitwixxi suq separat mis-sorbati.

1.2.2.   Suq Ġeografiku

(17)

Il-parti li tinnotifika tikkunsidra li s-suq ġeografiku relevanti tal-benzonat tas-sodju jkopri mill-inqas il-produtturi fiż-ŻEE, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Asja, fejn bażikament jammontaw għall-produzzjoni globali kollha.

(18)

Ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni mhumiex konklusivi: filwaqt li hemm ċerti fatturi li jippuntaw lejn suq mifrux taż-ŻEE, hemm ukoll fatturi li huma konsistenti ma' suq usa’ miż-ŻEE. Madankollu, peress li t-transazzjoni ma’ tagħtix lok għal xi tħassib dwar kompetizzjoni, lanqas dwar is-suq madwar iż-ŻEE definit bl-aktar mod ristrett, il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-mistoqsija fuq jekk is-suq ġeografiku mhux usa’ jew le mis-suq taż-ŻEE.

1.3.   Is-suq għall-plastiċizzanti tal-benzonat

1.3.1.   Is-Suq tal- prodott

(19)

Il-parti li tinnotifika ppreżentat li l-plastiċizzanti kollha (inklużi, pereżempju, il-ftalati, il-polimeriċi, it-trimellitati, l-epossi jew il-plastiċizzanti tal-benzonat) għandhom ikunu kkunsidrati li jikkostitwixxu suq tal-prodott singolu wieħed hekk kif ħafna mill-platiċizzanti jistgħu jkunu sostitwiti minn plastiċizzant ieħor li jaqa’ f’kategorija differenti. Hekk kif il-parti li tinnotifika tipproduċi plastiċizzanti tal-benzonat, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni fuq jekk il-plastiċizzanti tal-benzonat mhux parti minn suq usa’ tal-plastiċizzanti jew forma ta’ suq minnhom infushom.

(20)

Ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni wrew li l-plastiċizzanti tal-benzonat mhumiex teknikament sustitwibbli mal-plastiċizzanti l-oħrajn kollha iżda ma’ proporzjon limitat (l-hekk imsemmijin plastiċizzanti tal-ftalati). Madankollu, peress li l-ftalati huma soġġetti għal regolamenti ġodda tal-UE minħabba t-tossiċità tagħhom, hemm biss numru żgħir ħafna ta’ applikazzjonijiet (bħall-art magħmula mill-PVC) li għalihom il-plastiċizzanti tal-ftalati u tal-benzonat huma sustitwibbli. B’hekk il-Kummissjoni ddeċidiet li l-plastiċizzanti tal-benzonat jiffurmaw suq tal-prodott tagħhom infushom.

(21)

Fil-plastiċizzanti tal-benzonat, hemm tipi differenti ta’ dan il-prodott bħal mono-benzonati, di-benzonati, tri-benzonati, tetra-benzonati u taħlitiet varji ta’ benzonati. Il-maġġoranza tal-prodotti tal-plastiċizzant tal-Velsicol jaqgħu fil-kategorija tal-plastiċizzanti tad-di-benzonat.

1.3.2.   Suq Ġeografiku

(22)

Is-suq ġeografiku għall-plastiċizzanti tad-di-benzonat hu soġġett għall-istess restrizzjonijiet, bħall-ispejjeż tat-trasport u tariffi doganali, kif ukoll is-swieq għall-aċidu benżoniku u l-benzonat tas-sodju. L-ispejjeż tat-trasport jammontaw għal madwar 8-10 % tal-ispiża tal-prodott ittrasportat bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa. Il-plastiċizzanti tad-di-benzonat li jidħlu fiż-ŻEE huma, bħall-aċidu benzoniku u l-benzonat tas-sodju, soġġetti għal tariffa doganali ta’ 6.5 %.

(23)

Barra minn hekk, l-Emerald, il-produttriċi mill-Istati Uniti tal-Amerika u li mhix parti miż-ŻEE, hi l-unika kompetitriċi tal-Velsicol li tesporta il-plastiċizzanti tad-di-benzonat fiż-ŻEE u li attwalment għandha sehem tas-suq ta’ [5-10] % (2). Mhemm l-ebda esportazzjonijiet ta’ dan il-prodott miċ-Ċina għaż-ŻEE.

(24)

B’hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq għal plastiċizzanti tad-di-benzonat hu mifrux fiż-ŻEE fl-ambitu tiegħu, u li r-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata mill-produttur tal-Istati Uniti, l-Emerald, hi limitata ħafna.

2.   Il-valutazzjoni kompetittiva

2.1.   Is-suq għall-aċidu benzojiku solidu ta’ grad tekniku

(25)

Il-produtturi prinċipali ta' madwar id-dinja tal-aċidu benzoniku solidu huma l-Velsicol, id-DSP, l-Emerald (l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-Wuhan (iċ-Ċina). Bosta produtturi Ċiniżi iżgħar oħrajn huma attivi wkoll. Madankollu, kif jidher hawn taħt, il-Velsicol u d-DSP huma l-uniċi fornituri kredibbli tal-aċidu benzoniku fiż-ŻEE. L-ishma tas-suq tal-partijiet għat-transazzjoni u tal-kompetituri tagħhom fl-2007 għall-provisti tal-aċidu benzoniku solidu fiż-ŻEE huma kif ġejjin:

Aċidu benzoniku – l-ishma tas-suq fuq il-livell taż-ŻEE fl-2007 (suq merkantili)

 

DSP

Velsicol

DSP + Velsicol

Emerald (l-Istati Uniti tal-Amerika)

Wuhan (iċ-Ċina)

Oħrajn

AB Solidu

[45-55] %

[40-50] %

[90-100] %

[2-4] %

[0-3] %

[1-4] %

Sors: Mill-analiżi tas-CO u tal-Kummissjoni.

(26)

Qabel it-transazzjoni, id-DSP u l-Velsicol huma l-uniċi żewġ produtturi tal-aċidu benzoniku solidu li huma bbażati fiż-ŻEE b’ishma tas-suq li huma diġa għoljin ħafna. Il-produtturi li mhux bbażati fiż-ŻEE jesportaw biss volum marġinali ħafna ta’ aċidu benzoniku lejn iż-ŻEE u dan kien kostanti matul dawn l-aħħar disa’ snin.

(27)

Wara t-transazzjoni, l-entità l-ġdida għandha tgawdi minn pożizzjoni li hi kważi dik ta’ monopolju b’sehem tas-suq kombinat b’livell għoli daqs ta’ 90-100 % fiż ŻEE, fejn il-produtturi l-oħra, bħall-Emerald (l-Istati Uniti tal-America) u il-Wuhan (iċ-Ċina), għandhom ikollhom biss preżenza marġinali ħafna.

(28)

L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li l-partijiet li qed jieħdu sehem fit-transazzjoni huma l-eqreb kompetituri ta’ xulxin meta jiġi kkunsidrat it-tħassib imqajjem minn klijenti dwar prodotti Ċiniżi u l-preżenza limitata ħafna ta’ produtturi Ċiniżi u Amerikana fiż-ŻEE. Għalhekk, it-transazzjoni għandha twassal għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet kompetittivi importanti li l-partijiet li qed jieħdu sehem fit-transazzjoni kienu qed jagħmlu qabel lil xulxin.

(29)

Flimkien mal-ishma tas-suq li huma għoljin ħafna, l-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni wriet li l-produtturi fiż-ŻEE huma protetti minn barrieri importanti għad-dħul, bħat-tariffi tal-klijenti u tal-ispejjeż tat-trasport li jillimitaw id-dħul jew l-espansjoni tal-kompetituri Ċiniżi jew Amerikani fiż-ŻEE. Il-prodotti Amerikani u Ċiniżi għandhom spejjeż u tariffi ta’ trasportazzjoni addizzjonali li jirrappreżentaw madwar 10-15 % tal-prezz tal-aċidu benzoniku solidu.

(30)

B’hekk il-Kummissjoni tikkonkludi li hu wisq improbabbli li l-produtturi Amerikani jew Ċiniżi tal-aċidu benzoniku għandhom iżidu b'mod sostanzjali l-bejgħ tagħhom fiż-ŻEE jekk l-entità amalgamata tiddeċiedi li żżid il-prezzijiet jew tirrestrinġi l-produzzjoni fiż-ŻEE.

(31)

In-nuqqas tal-pressjoni kompetittiva mill-Wuhan u mill-Emerald fuq il-produtturi fiż-ŻEE hi illustrata l-aħjar bil-fatt li ħadd minn dawn iż-żewġ produtturi ma żiedu l-bejgħ tagħhom fiż-ŻEE meta l-kondizzjonijiet tas-suq fis-suq tal-aċidu benzoniku kienu ristretti ħafna fl-2007 u fil-bidu tal-2008 minħabba t-twaqqif milli joperaw tal-impjanti ta’ żewġ produtturi fiż-ŻEE, għal raġunijiet ta’ manutenzjoni li jsiru fl-istess ħin jew għal żmien twil mhux tas-soltu. Minflok, il-Wuhan effettivament żiedet il-prezzijiet tal-aċidu benzoniku tagħha. Għalhekk, ir-restrizzjonijiet kompetittivi li huma eżerċitati mill-kompetituri, wara it-transazzjoni, jidhru li huma limitati ħafna, u hu improbabbli li l-kompetituri tal-entità amalgamata jistgħu jfixklu kull żidiet fil-prezzijiet fiż-ŻEE.

(32)

Skont dak li hu msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-transazzjoni proposta għandha twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq taż-ŻEE tal-aċidu benzoniku solidu.

2.2.   Is-suq għall-benzonat tas-sodju

(33)

Il-konverġenza orizzontali bejn l-attivitajiet tal-partijiet fil-manifattura u fil-fornitura tal-benzonat tas-sodju għandha tirriżulta fl-entità amalgamata li ssir l-unika produttriċi tal-benzonat tas-sodju fiż-ŻEE b’sehem tas-suq ta’ [60-70] %, filwaqt li madwar [30-40] % għandhom ikunu f’idejn il-produtturi Ċiniżi.

(34)

Is-sehem tas-suq miżmum mill-produtturi Ċiniżi jidher li hu restrizzjoni sinifikanti li għandha tiddixxipplina l-entita’ kombinata wara it-transazzjoni, jekk tkun biħsieba li żżid il-prezzijiet tal-livelli kompetittivi ta’ hawn fuq. Dan hu ddokumentat l-aħjar bl-iżvilupp tal-persentaġġ marġini gross taż-żewġ partijiet tat-transazzjoni fiż-ŻEE (li jista’ jkunu maħsub bħala l-kelj tal-grad tal-kompetizzjoni fis-suq) li beda jonqos b’mod gradwali matul iż-żmien hekk kif l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-benzonat tas-sodju kienu qed jiżdiedu.

(35)

Flaħħar, il-kapaċitajiet ta’ riserva tal-produtturi Ċiniżi u tal-Wuhan jindikaw b’mod partikolari li l-Wuhan għandha jkollha l-abbiltà li tforni aktar prodotti liż-ŻEE jekk l-entità amalgamata żżid il-prezzijiet tal-benzonat tas-sodju aktar mil-livelli kompetittivi.

(36)

Minħabba dak li hu msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-abbiltà u l-inċentiv tal-entità kombinata biex iżżid il-prezzijiet b’mod unilaterali wara l-amalgazzjoni fiż-ŻEE ‘il fuq minn livell kompetittiv għandhom ikunu restritti l-aktar bl-importazzjonijiet tal-benzonat miċ-Ċina kif ukoll bit-theddieda ta’ żieda tal-importazzjoni miċ-Ċina. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-transazzjoni proposta ma għandhiex twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-benzonat tas-sodju, irrespettivament jekk l-ambitu ta' dan is-suq hu ta’ madwar iż-ŻEE jew ta’ madwar id-dinja kollha.

(37)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk it-transazzjoni proposta ma għandhiex toħloq jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti kollettiva jew le fuq is-suq tal-benzonat tas-sodju u sabet li hu improbabbli li t-transazzjoni għandha twassal għal tali riżultat. Dan hu minħabba li l-produtturi Ċiniżi żiedu l-bejgħ tagħhom fiż-ŻEE b’aktar minn 400 % mill-1999 sal-2007 u attwalment jammonta għal madwar [25-45] % tas-suq taż-ŻEE. B’hekk kwalunkwe skema ta’ koordinazzjoni teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, daqs li kieku l-entità amalgamata u l-produttur Amerikan involuti fi skemi ta’ koordinazzjoni ta’ kull tip, aktarx li tkun twassal f’aktar żidiet ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi liż-ŻEE peress li l-esportaturi Ċiniżi jkun irnexxilhom iżidu s-sehem tagħhom tas-suq fl-aħħar disa’ snin b’35 %.

(38)

B’hekk il-mistoqsija li tibqa hi jekk il-produtturi Ċiniżi mhux ser isibuha bħala ta’ profitt jew le li jidħlu fi skema ta’ koordinazzjoni. Hekk kif il-produtturi Ċiniżi rnexxilhom iżidu l-esportazzjonijiet lejn iż-ŻEE b'400 % fl-aħħar disa’ snin, hu improbabbli li l-imġiba tagħhom tinbidel wara t-transazzjoni. Barra minn dan, hu importanti li jkun innotat li hemm erba’ produtturi Ċiniżi, u b’hekk kwalunkwe skema ta’ koordinazzjoni għandha teħtieġ parteċipazzjoni ta’ bosta minnhom (jekk mhux kollha) hekk kif jidher li hemm kapaċitajiet ta’ riserva kbar fiċ-Ċina.

(39)

B’hekk il-Kummissjoni fl-aħħar ikkonkludiet li l-akkwist tad-DSP minn Velsicol ma għandhiex toħloq jew iżżid kwalunkwe inċentiv għall-produtturi tal-benzonat tas-sodju biex jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom.

2.3.   Is-suq għall-plastiċizzanti tal-benzonat

2.3.1.   Abbiltà ta’ esklużjoni

(40)

L-aċidu benzoniku hu l-komponent prinċipali użat biex jiġu prodotti l-plastiċizzanti tad-di-benzonat, hekk kif 0.75 ta’ tunnellata ta’ aċidu benzoniku hu neċessarju biex tiġi prodotta tunnellata ta' plastiċizzanti tad-di-benzonat. Mhemm l-ebda sostitut għall-aċidu benzoniku, u l-entità amalgamata għandha tkun l-unika produttriċi tal-aċidu benzoniku likwidu fiż-ŻEE u għandha jkollha [90-100] % tas-suq tal-aċidu benzoniku solidu. Attwalment il-produtturi kollha tal-plastiċizzanti għandhom kuntratti għal tul ta’ żmien għall-fornitura tal-aċidu benzoniku likwidu, b’wieħed mill-erba’ produtturi (Ferro) li dan l-aħħar ġew offruti kuntratt ġdid għal tul ta’ żmien għall-fornitura tal-aċidu benzoniku likwidu.

(41)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li l-entità amalgamata għandha jkollha saħħa tas-suq vis-à-vis il-kompetituri downstream tagħha rigward il-fornitura tal-aċidu benzoniku solidu, l-abbiltà tagħha li teskludi l-kompetituri downstream għandu ikun limitat minħabba l-eżistenza tal-kuntratti għal tul ta' żmien.

2.3.2.   Inċentiv għall-esklużjoni

(42)

Qabel it-transazzjoni, id-DSP mhix f’kompetizzjoni mal-produtturi tal-plastiċizzanti tal-benzonat u għandha inċentiv li tforni dawn il-produtturi b’aċidu benzoniku bi prezz li jkun kompetittiv biżżejjed biex jippermettilhom li jibqgħu fis-suq b’mod li jkollhom qliegħ. L-akkwist tad-DSP mill-Velsicol ibiddel l-inċentiv tad-DSP hekk kif din tal-aħħar għandha mbagħad issir parti minn kumpanija integrata b’mod vertikali li tforni aċidu benzoniku iżda tipproduċi wkoll plastiċizzanti tad-di-benzonat. B’hekk l-inċentiv tad-DSP/tal-Velsicol biex teskludi l-kompetituri downstream tagħha għandha tiddependi fuq il-profitt ta’ strateġija ta’ esklużjoni bħal din.

(43)

L-analiżi tal-Kummissjoni wriet li l-entità amalgamata ma għandha jkollha l-ebda inċentiv biex teskludi kwalunkwe waħda mill-erba’ kumpaniji tal-plastiċizzanti tal-benzonat (Caffaro, Ferro, Evonik u Exxon Mobil), peress li l-profitt li għandha tagħmel fis-suq downstream tal-plastiċizzanti tal-benzonat ikun aktar milli bbilanċjat mit-telf fis-suq upstream tal-aċidu benzoniku likwidu.

2.3.3.   Impatt fuq il-klijenti

(44)

Hekk kif il-Velsicol/id-DSP għandha jkollha abbiltà limitata biex teskludi u f’kull każ l-ebda inċentiv biex teskludi kwalunkwe wieħed mill-kompetituri tagħha fiż-ŻEE, it-transazzjoni ma għandha jkollha l-ebda impatt fis-suq downstream.

3.   Rimedji

3.1.   L-ewwel sett ta’ rimedji

(45)

Fis-6 ta’ Novembru 2008 il-parti li tinnotifika pproponiet rimedji sabiex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar is-suq għall-aċidu benzoniku solidu. Bħala rimedji l-parti li tinnotifika offriet it-tneħħija tal-kapaċità tal-produzzjoni kollha tal-aċidu benzoniku solidu u tal-benzonat tas-sodju fl-impjant Estonjan hekk kif ukoll il-listi tal-klijenti ta’ madwar id-dinja għall-aċidu benzoniku u għall-benzonat tas-sodju. Dwar l-aċidu benzoniku likwidu, is-sors ewlieni għall-produzzjoni tal-aċidu benzoniku solidu u tal-benzonat tas-sodju, il-parti li tinnotifika pproponiet il-ħolqien ta' Impriża Konġunta (“IK”) fl-istess impjant Estonjan. Kull sieħeb tal-IK għandu jingħata 50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni attwali tal-aċidu benzoniku likwidu. Filwaqt li l-IK għandha tiġi kontrollata b’mod konġuint miż-żewġ imsieħba, il-parti li tinnotifika għandha jkollha l-propjetà ta’ 51 % tal-ishma u l-bqija tal-ishma għanha tkun il-propjetà tax-xerrej.

(46)

Il-maġġoranza vasta ta' dawk li wieġbu (12 minn 15) għat-test tas-suq mill-Kummissjoni dwar ir-rimedji proposti kkunsidraw li din tal-aħħar mhix se tassigura l-vijabbiltà tan-negozju mibjugħ u ma għandhiex terġa tistabbilixxi l-kompetizzjoni fis-suq għall-aċidu benzoniku solidu.

(47)

L-oppożizzjoni ewlenija għall-impenji relatati mal-IK għall-aċidu benzoniku likwidu. B’mod partikolari, dawk li wieġbu emfasizaw li l-parti li tinnotifika, peress li għandha kontroll b’mod konġunt fuq l-aċidu benzoniku likwidu, li hu s-sors ewleniji għall-produzzjoni tal-aċidu benzoniku solidu, għandha tibqa jkollha influwenza fuq il-produzzjoni tal-aċidu benzoniku solidu. F’suq duwopolju, għaqda strutturali bħal din bejn ix-xerrej tan-negozju mibjugħ u l-entita’ amalgamata, l-unika żewġ produtturi tal-aċidu benzoniku solidu fiż-ŻEE, x’aktarx li se timpedixxi kompetizzjoni effettiva. Uħud minn dawk li wieġbu esprimew ukoll it-tħassib li (i) il-prinċipju tat-teħid ta’ deċiżjonijiet komuni jipperikola l-amministrazzjoni ta’ kuljum tan-negozju, u (ii) l-IK għandha żżid it-trasparenza fis-suq għall-aċidu benzoniku solidu hekk kif il-parti li tinnotifika għandha tkun konxja tal-istruttura tal-ispejjeż tal-unika kompetitur tagħha fiż-ŻEE.

(48)

Barra minn hekk, uħud minn dawk li wieġbu qalu li l-parti li tinnotifika ma għandhiex ikollha interess biex tibda estensjoni tal-kapaċità fl-impjant Estonjan (b’mod konġiunt max-xerrej) iżda aktar fis-sit ta’ Rotterdam. Għalhekk, ix-xerrej għandu jinvesti b’mod unilaterali biex iżid il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Estonja u b’hekk iħallas l-ispejjeż relatati kollha għall-kapaċità miżjuda, li skont il-parti li tinnotifika għandha tkun mill-inqas 20 Ktpa. Dawk li wieġbu kkunsidraw li x-xerrej ma għandux jagħmel investiment bħal dan sakemm ma jiggwadanjax il-maġġoranza tas-sehem tal-IK u l-kontroll tal-IK.

(49)

Skont l-informazzjoni ta’ hawn fuq, kien konkluż li l-ewwel sett ta’ rimedji ppreżentati mill-parti li tinnotifika ġie rifjutat mis-suq. L-istruttura tal-IK ma kinetx ikkunsidrata bħala ta’ xorta li tista’ tiżgura l-vijabbiltà tan-negozju mibjugħ, u kien hemm kunsens fis-suq biex jiġi kkunsidrat li l-parti li tinnotifika għandha żżomm kontroll de facto tal-produzzjoni tal-aċidu benzoniku solidu. L-ewwel proposta ta’ rimedju, filwaqt li jitneħħa xi ftit mit-tħassib tal-kompetizzjoni mqajma bit-transazzjoni, ma neħħietx it-tħassib kollu. B’hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ewwel sett ta’ rimedji ma setgħux ikunu aċċettati.

3.2.   It-tieni sett ta’ rimedji

(50)

Fit-3 ta’ Diċembru 2008 l-Arsenal ippreżentat sett emendat ta’ rimedji li jinkludu t-tneħħija tal-impjant upstream tal-aċidu benzoniku likwidu fis-sit Estonjan u t-tneħħija taż-żewġ impjanti downstream tal-aċidu benzoniku solidu u tal-benzonat tas-sodju fis-sit Estonjan flimkien mat-trasferiment tal-klijenti ta’ madwar id-dinja tal-Arsenal għall-aċidu benzoniku solidu u għall-benzonat tas-sodju.

(51)

It-tielet impjant downstream li jibqa fis-sit Estonjan għall-produzzjoni tal-plastiċizzanti tal-benzonat għandu jibqa’ bħala propjetà tal-Arsenal, u l-ħtiġijiet tiegħu għall-aċidu benzoniku likwidu għandu jkun megħjun minn kuntratt għal tull ta’ żmien indeterminat max-xerrej tan-negozju mibjugħ. Permezz ta’ dan il-kuntratt ta’ fornitura għal żmien twil, l-Arsenal għandha tiġi intitolata għal 50 % tal-kapaċità tal-aċidu benzoniku likwidu tal-impjant. Il-prezz tal-aċidu benzoniku likwidu skont il-ftehim tal-fornitura għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ bħalissa u indiċi ta’ formula għall-ipprezzar.

(52)

It-tieni proposta tar-rimedji għandha tieħu ħsieb it-tħassib rifless fuq ir-rimedji tat-test tas-suq, b’mod partikolari l-aktar tħassib sinifikanti li jirrigwardaw l-IK biex tinħoloq mix-xerrej u l-Arsenal taħt l-ewwel sett ta' impenji. Skont is-sett il-ġdid ta' rimedji, ir-rabta strutturali bejn in-negozju mibjugħ u l-Arsenal (permezz l-IK upstream tal-aċidu benzoniku likwidu) għandha tisparixxi. Ir-rimedji l-ġodda għandhom isolvu wkoll it-tħassib li nstab mit-test tas-suq li x-xerrej tal-beni mibjugħin hu improbabbli li se jagħmel kwalunkwe espansjoni tal-kapaċità fl-Estonja fil-qafas ta’ IK li fiha kellha biss sehem minotarju.

V.   KONKLUŻJONI

(53)

Minħabba t-tieni sett ta’ impenji ppreżentati mill-Arsenal, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhix ser timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew f'parti sostanzjali tiegħu.

(54)

Bħala konsegwenza, id-deċiżjoni tiddikjara l-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE, b'konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  Eżempju, klijent li juża aċidu benzoniku solidu jeħtieġ tagħmir li jħoll l-aċidu benzoniku qabel ma jkun jista' jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni.

(2)  Is-sehem fis-suq madwar id-dinja tal-Velsicol għall-plastiċizzanti tal-benzonat kien ta’ [60 %-70 %] fl-2007, meta mqabbel mal-[10 %-20 %] għall- Emerald. Sors: Minn CO.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/30


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5557 – SNCF-P/CDPQ/Keolis/Effia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 227/12

1.

Fil-15 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi SNCF-Participations (Franza), li tappartjeni għall-grupp SNCF, kif ukoll il-Caisse de Dépôt et de Placement du Québec (CDPQ – Québec), jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt kollu tal-impriża Keolis u tas-soċjetà Effia.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-grupp SNCF: it-trasport tal-vjaġġaturi bil-ferrovija, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazjoni u s-servizzi derivati, l-aktar fi Franza,

CDPQ: il-ġestjoni ta’ fondi tal-pensjoni, u tal-assikurazzjoni, l-aktar fi Québec,

Keolis: operatur privat tat-trasport pubbliku għall-vjaġġaturi u attivitajiet oħra marbuta mat-trasport,

Effia: servizzi maħsuba biex jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-vjaġġaturi u biex itejbu l-intermodalità tat-trasport pubbliku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5557 – SNCF-P/CDPQ/Keolis/Effia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/31


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5601 – RREEF FUND, UFG/SAGGAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 227/13

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fis-26 ta' Awwissu 2009, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej irċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn RREEF FUND, UFG u SAGGAS. Fis-16 ta' Settembru 2009, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika.