ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.174.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 174

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
28 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 174/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

III   Atti preparatorji

 

INIZJATTIVI TAL-ISTATI MEMBRI

 

Il-Kunsill

2009/C 174/02

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li taġġusta s-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol

5

2009/C 174/03

Inizjattiva tal-Isvezja u ta' Spanja bl-iskop li tiġi adottata deċiżjoni gwarniċ tal-Kunsill fuq Akkreditazzjoni tal-attivitajiet tal-Laboratorji Forensiċi

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 174/04

Rata tal-kambju tal-euro

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 174/05

Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

10

2009/C 174/06

Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

12

2009/C 174/07

Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

14

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 174/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5528 – Mubadala/UTC/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

16

 

Rettifika

2009/C 174/09

Corrigendum tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà (ĠU C 157, 10.7.2009)

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 174/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.3.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 71/09

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Auxílio estatal ao Banco Privado Português-BPP

Il-bażi legali

Lei N.o 112/97

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: 450 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-5.6.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta-l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sua Excelência Dr. Luís AMADO

Ministro dos Negócios Estrangeiros e das Comunidades Portuguesas

Largo do Rilvas

1399-030 Lisboa

PORTUGAL

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 251/09

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation du dispositif de refinancement en faveur des institutions financières

Il-bażi legali

Article 6 de la loi no 2008-1061 du 16 Octobre 2008 de finances rectificative pour le financement de l'économie

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija, Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

Baġit globali: 265 000 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

12.5.2009-11.11.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

SFEF (Société de financement de l'économie française)

P/O Banque de France

39 rue Croix des Petits Champs

75001 Paris

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 328/09

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Proroga del regime italiano di garanzia

Il-bażi legali

Decreto-legge n. 157 del 13 ottobre 2008 e Decreto Ministeriale attuativo

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero dell'Economia e delle Finanze

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 336/09

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prórroga del régimen de avales para las entidades de crédito en España

Il-bażi legali

Real Decreto-ley 7/2008

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit annwali: 100 000 miljun EUR; Baġit globali: 200 000 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2009-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Espana

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.7.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 358/09

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Support scheme for housing loans

Il-bażi legali

2009. évi IV. törvény a lakáscélú kölcsönökre vonatkozó állami készfizető kezességről

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Appoġġ lill-konsumaturi individwali

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: 35 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

2009-2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Pénzügyminisztérium

Budapest

József nádor tér 2–4.

1051

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


III Atti preparatorji

INIZJATTIVI TAL-ISTATI MEMBRI

Il-Kunsill

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/5


Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li taġġusta s-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol

2009/C 174/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Personal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (1), (minn issa msejħa r-“Regolamenti tal-Personal”), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka (2),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (3),

Wara li kkunsidra r-reviżjoni tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol mill-Bord tat-Tmexxija tal-Europol,

Billi:

(1)

Fir-reviżjoni tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol, il-Bord tat-Tmexxija kkunsidra t-tibdil fl-għoli tal-ħajja fl-Olanda, kif ukoll it-tibdil fis-salarji fis-servizz pubbliku fl-Istati Membri.

(2)

Il-perijodu ta' reviżjoni mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008 jiġġustifika żieda ta' 1,2 % tar-remunerazzjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009.

(3)

Hija kompetenza tal-Kunsill, li jaġixxi unanimament, li jaġġusta s-salarji bażiċi u l-benefiċċji tal-uffiċjali tal-Europol, abbażi tar-reviżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti tal-Personal huma b'dan emendati kif ġej:

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008:

(a)

fl-Artikolu 45, it-tabella tas-salarji bażiċi fix-xahar għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:

 

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

1

15 578,99

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

13 989,27

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

9 601,74

9 849,73

10 097,73

10 364,80

10 631,87

10 911,63

11 190,13

11 483,94

11 779,62

12 091,21

12 399,59

4

8 361,77

8 584,33

8 803,72

9 035,81

9 267,91

9 512,71

9 754,34

10 011,89

10 269,40

10 539,67

10 809,91

5

6 889,73

7 070,95

7 248,99

7 439,76

7 630,53

7 834,00

8 034,30

8 247,32

8 457,16

8 679,71

8 902,28

6

5 904,14

6 059,89

6 215,70

6 381,03

6 543,17

6 714,86

6 886,55

7 067,78

7 248,99

7 439,76

7 630,53

7

4 921,68

5 052,05

5 179,21

5 315,93

5 452,63

5 595,72

5 738,78

5 891,40

6 040,83

6 199,81

6 358,77

8

4 184,07

4 295,35

4 403,43

4 521,09

4 635,53

4 756,36

4 877,17

5 007,54

5 134,71

5 271,42

5 404,94

9

3 688,09

3 786,64

3 885,22

3 986,93

4 088,69

4 196,78

4 304,89

4 419,34

4 530,66

4 651,45

4 769,08

10

3 198,47

3 284,32

3 366,96

3 455,97

3 541,84

3 637,22

3 732,59

3 831,15

3 926,53

4 031,46

4 133,20

11

3 099,91

3 182,58

3 262,04

3 347,90

3 433,73

3 525,93

3 614,97

3 710,35

3 805,73

3 907,48

4 006,00

12

2 460,87

2 527,59

2 591,18

2 657,97

2 724,74

2 797,85

2 870,98

2 947,29

3 020,41

3 099,91

3 179,39

13

2 114,28

2 171,52

2 225,57

2 285,99

2 343,22

2 406,79

2 467,21

2 533,97

2 597,58

2 667,51

2 734,26

(b)

fl-Artikolu 59(3), l-ammont “EUR 1 036,76” għandu jiġi sostitwit minn “EUR 1 049,20”;

(c)

fl-Artikolu 59(3), l-ammont “EUR 2 073,51” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 098,39”;

(d)

fl-Artikolu 60(1), l-ammont “EUR 276,48” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 279,80”;

(e)

fl-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 289,03” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 292,50”;

(f)

fl-Artikolu 3(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 12 566,73” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 12 717,53”;

(g)

fl-Artikolu 3(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 2 827,52” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 861,45”;

(h)

fl-Artikolu 3(2) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 16 965,09” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 17 168,67”;

(i)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 1 256,68” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 1 271,76”;

(j)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 942,53” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 953,84”;

(k)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 628,33” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 635,87”;

(l)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 502,66” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 508,69”;

(m)

fl-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 1 773,42” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 1 794,70”;

(n)

fl-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 2 364,57” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 392,94”;

(o)

fl-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 2 955,70” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 991,17”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23.

(2)  ĠU …

(3)  Opinjoni mogħtija fi …


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/7


Inizjattiva tal-Isvezja u ta' Spanja bl-iskop li tiġi adottata deċiżjoni gwarniċ tal-Kunsill fuq Akkreditazzjoni tal-attivitajiet tal-Laboratorji Forensiċi

2009/C 174/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (c), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Isvezja u r-Renju ta' Spanja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea għamlitu bħala l-għan tagħha li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; għandu jiġi pprovdut livell għoli ta' sigurtà permezz ta' azzjoni komuni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.

(2)

Dak l-għan għandu jinkiseb bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità permezz ta' koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri, waqt li jiġu rispettati l-prinċipji u r-regoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt li fuqhom l-Unjoni hi mibnija u li huma komuni fl-Istati Membri.

(3)

L-iskambju ta' informazzjoni u intelligence dwar il-kriminalità u attivitajiet kriminali huwa kruċjali sabiex l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom il-possibbiltà li jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw il-kriminalità u attivitajiet kriminali. Azzjoni komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija skont l-Artikolu 30(1)(a) tat-Trattat u azzjoni komuni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali skont l-Artikolu 31(1)(a) tat-Trattat jimplikaw il-ħtieġa ta' tiġi pproċessata informazzjoni rilevanti li għandha tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet adatti dwar il-protezzjoni tad-data personali.

(4)

L-iskambju intensifikat ta' informazzjoni rigward l-evidenza forensika u l-użu akbar ta' evidenza minn Stat Membru wieħed fil-proċessi ġudizzjarji ta' ieħor, jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kwalità tad hija għolja biżżejjed.

(5)

Informazzjoni li toriġina minn proċessi forensiċi fi Stat Membru wieħed tista' attwalment tkun assoċjata ma' livell ta' inċertezza fi Stat Membru ieħor fir-rigward ta' kif element ikun ġie ttrattat, x'metodi ntużaw u kif ir-riżultati ġew interpretati.

(6)

Huwa partikolarment importanti li tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-informazzjoni skambjata meta din tkun relatata ma' personali sensittiva bħal profili tad-DNA u marki tas-swaba'.

(7)

Skont l-Artikolu 7(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (2), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-integrità tal-profili tad-DNA li jkunu saru disponibbli jew intbagħtu biex jitqabblu lil Stati Membri oħrajn u sabiex jiżguraw li dawn il-miżuri jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, bħall-Istandard Internazzjonali EN ISO/IEC 17025 – Rekwiżiti Ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar.

(8)

Il-profili tad-DNA u l-marki tas-swaba' ma jintużawx biss fi proċedimenti kriminali iżda huma wkoll kruċjali għall-identifikazzjoni tal-vittmi, fost l-oħrajn wara diżastri.

(9)

L-akkreditament ta' proċessi forensiċi huwa pass importanti lejn skambju aktar sikur u aktar effettiv ta' evidenza xjentifika ġewwa l-Unjoni. L-akkreditament joffri l-garanziji meħtieġa li l-attivitajiet tal-laboratorji jitwettqu skont l-istandards internazzjonali rilevanti, bħall-Istandard Internazzjonali EN ISO/IEC 17025 – Rekwiżiti Ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar u l-ikkalibrar, kif ukoll linji gwida applikabbli u rilevanti.

(10)

L-akkreditament jingħata minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jkollu kompetenza esklussiva biex jivvaluta jekk laboratorju jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti minn standards armonizzati. Korp ta' akkreditament jikseb l-awtorità tiegħu mill-Istat. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (3) fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kompetenza tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament.

(11)

In-nuqqas ta' ftehim għall-applikazzjoni ta' standard komuni ta' akkreditament għall-analiżi ta' evidenza xjentifika huwa difett li ser ikollu jiġi rimedjat; il-Kunsill għalhekk iqis li huwa meħtieġ li jiġi adottat strument legalment vinkolanti dwar l-akkreditament tal-attivitajiet tal-laboratorji forensiċi għall-fornituri forensiċi kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Għan

1.   L-għan ta' din id-Deċiżjoni Qafas huwa li jiġi żgurat li r-riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji ta' Stat Membru wieħed jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.

2.   Dan l-għan jinkiseb billi jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-laboratorji jiġu akkreditati minn korp ta' akkreditament bħala li huma jikkonformaw mal-Istandard Internazzjonali EN ISO/IEC 17025 – Rekwiżiti Ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-attivitajiet tal-laboratorji relatati ma':

(a)

DNA; u

(b)

marki tas-swaba'.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni-Qafas:

(a)

“attività tal-laboratorju” tfisser kwalunkwe miżura li tittieħed meta evidenza forensika tkun qed tiġi ttrattata, żviluppata, analizzata jew interpretata bil-ħsieb li jingħataw opinjonijiet esperti jew li tiġi skambjata evidenza forensika;

(b)

“korp ta' akkreditament” tfisser l-uniku korp fi Stat Membru li jwettaq akkreditament b'awtorità mogħtija minn dak l-Istat.

Artikolu 4

Akkreditament

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-laboratorji tagħhom jiġu akkreditati minn korp ta' akkreditament li huma jikkonformaw mal-Istandard Internazzjonali EN ISO/IEC 17025 – Rekwiżiti Ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar.

Artikolu 5

Rikonoxximent reċiproku tar-riżultati

Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-riżultati tal-attivitajiet ta' akkreditament tal-laboratorji mwettqin fi Stati Membri oħrajn jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji akkreditati nazzjonali.

Artikolu 6

Spejjeż

1.   Kull Stat Membru għandu jerfa' l-ispejjeż li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni Qafas.

2.   Il-Kummissjoni hija mħeġġa tikkunsidra appoġġ finanzjarju għal proġetti nazzjonali u transnazzjonali relatati, fost l-oħrajn għall-iskambju ta' esperjenza, id-disseminazzjoni ta' kompetenzi u l-ittestjar tal-profiċjenza.

Artikolu 7

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas qabel l-1 ta' Jannar 2012.

2.   Qabel l-1 ta' Lulju 2012, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Abbażi ta' dak it-test u ta' informazzjoni oħra pprovduta mill-Istati Membri fuq talba, il-Kummissjoni għandha, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas.

4.   Sa tmiem l-2014, il-Kunsill għandu jivvaluta safejn l-Istati Membri jkunu kkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni ta'... (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Lulju 2009

2009/C 174/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4269

JPY

Yen Ġappuniż

135,61

DKK

Krona Daniża

7,4449

GBP

Lira Sterlina

0,86530

SEK

Krona Żvediża

10,5265

CHF

Frank Żvizzeru

1,5237

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8010

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,517

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

268,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7024

PLN

Zloty Pollakk

4,1761

RON

Leu Rumen

4,2075

TRY

Lira Turka

2,1122

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7331

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5433

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0586

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1697

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0545

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 772,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0541

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,7472

HRK

Kuna Kroata

7,3270

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 222,20

MYR

Ringgit Malażjan

5,0205

PHP

Peso Filippin

68,535

RUB

Rouble Russu

43,8435

THB

Baht Tajlandiż

48,465

BRL

Real Brażiljan

2,6950

MXN

Peso Messikan

18,7709

INR

Rupi Indjan

68,7270


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/10


Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2009/C 174/05

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (1).

II.   SKADENZI

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fis-6 ta' Awwissu 2009 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu nhar ta' Ħamis fid-dati ta' hawn taħt, fl-10:00, ħin ta' Brussell:

is-27 ta' Awwissu 2009,

l-10 u l-24 ta’ Settembru 2009,

il-15 u d-29 ta’ Ottubru 2009,

it-12 u s-26 ta’ Novembru 2009,

it-3 u s-17 ta’ Diċembru 2009.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-seħjiet parzjali li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: intervec@fega.mapya.es

Feks +34 913104618 / 915219832 / 915224387 / 913476387 / 913474708

L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (KE) Nru 676/2009”.

L-ebda offerta ma tista' tiġi irtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isisru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija mal-organizzazzjoni kompetenti.

V.   ATTRIBUZZJONI TAL-KUNTRATT

L-attribuzzjoni tal-kuntratt tikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi d-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità konċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt (a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/12


Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2009/C 174/06

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (1).

II.   SKADENZI

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fis-6 ta' Awwissu 2009 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu nhar ta' Ħamis fid-dati ta' hawn taħt, fl-10:00, ħin ta' Brussell:

is-27 ta' Awwissu 2009,

l-10 u l-24 ta’ Settembru 2009,

il-15 u d-29 ta’ Ottubru 2009,

it-12 u s-26 ta’ Novembru 2009,

it-3 u s-17 ta’ Diċembru 2009.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-seħjiet parzjali li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e Impostos Especiais sobre o Consumo

Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

1149-060 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218814263

Feks +351218814261

L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (KE) Nru 677/2009”.

L-ebda offerta ma tista' tiġi irtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isisru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija mal-organizzazzjoni kompetenti.

V.   ATTRIBUZZJONI TAL-KUNTRATT

L-attribuzzjoni tal-kuntratt tikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi d-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità konċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/14


Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

2009/C 174/07

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu kopert bil-kodiċi tan-NM 1007 00 90 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 675/2009 (1).

II.   SKADENZI

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fis-6 ta' Awwissu 2009 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu nhar ta' Ħamis fid-dati ta' hawn taħt, fl-10:00, ħin ta' Brussell:

is-27 ta' Awwissu 2009,

l-10 u l-24 ta’ Settembru 2009,

il-15 u d-29 ta’ Ottubru 2009,

it-12 u s-26 ta’ Novembru 2009,

it-3 u s-17 ta’ Diċembru 2009.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-seħjiet parzjali li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: intervec@fega.mapya.es

Feks +34 913104618 / 915219832 / 915224387 / 913476387 / 913474708

L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu — ir-Regolament (KE) Nru 675/2009”.

L-ebda offerta ma tista' tiġi irtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 għandhom isisru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija mal-organizzazzjoni kompetenti.

V.   ATTRIBUZZJONI TAL-KUNTRATT

L-attribuzzjoni tal-kuntratt tikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità konċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 5.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5528 – Mubadala/UTC/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 174/08

1.

Fil-15 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mubadala Development Company PJSC (“Mubadala”, Abu Dhabi) u Sikorsky Aircraft Corporation (“Sikorsky”, l-Istati Uniti tal-Amerika, proprjetà ta’ United Technologies (“UTC”) group) jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża MIL MRO JV (“JV”, l-Emirati Għarab Magħquda), permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li jikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

UTC: Prodotti ta’ teknoloġija għolja u servizzi għas-sistemi ta’ bini u industriji aerospazjali madwar id-dinja,

Mubadala: investiment globali f’firxa wiesgħa ta' setturi strateġiċi, inklużi l-enerġija, l-utilitajiet, il-qasam immobiljari, sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat, il-qasam aerospazjali, l-industriji bażiċi u s-servizzi,

JV: manutenzjoni, tiswija u servizzi ta’ reviżjoni ġenerali (“MRO”) għal ajruplani miltari bi gwienaħ fissi u bi ġwienaħ rotanti kif ukoll servizzi relatati ta’ modifika u potenzjament, servizzi ta’ ġestjoni tal-katina ta’ forniment u servizzi ġestjoni ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5528 – Mubadala/UTC/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Rettifika

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/17


Corrigendum tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 157 tal-10 ta' Lulju 2009 )

2009/C 174/09

It-test tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 157 tal-10 ta' Lulju 2009, p. 1, għandu jiġi kkunsidrat null u bla effett peress li test identiku ġie diġà ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 156 tad-9 ta' Lulju 2009, p. 3.