ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.173.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
25 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 173/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

2009/C 173/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5469 – Renova Industrie/Sulzer) ( 1 )

5

2009/C 173/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5551 – F2i/Finavias/ERG) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 173/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

2009/C 173/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħat tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar każ COMP/39.125 – PO/Carglass (2) – Rapporteur: Il-Litwanja

7

2009/C 173/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal Tas-seduta fil-każ Carglass (COMP/39.125 – PO/Carglass) (skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it- termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

9

2009/C 173/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.125 – PO/Carglass (1) – Rapporteur: IL-Litwanja

11

2009/C 173/08

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.125 – Carglass)

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 173/09

Avviż ta’ applikazzjoni għal liċenzja ta’ tfittix ta’ żejt u gass, fiż-żona msejħa gold – Ir-Repubblika Taljana – Ir-reġjun ta' Sqallija – Id-Direttorat Reġjonali tal-Industrija – Id-Dipartiment Reġjonali għall-Industrija u għall-Minjieri – L-Uffiċċju Reġjonali għall-idrokarburi u l-enerġija ġeotermika (U.R.I.G.)

17

2009/C 173/10

Avviż ta' applikazzjoni għal permess għal tiftix ta' idrokarburi fi stat likwidu u gassuż imsejħa Petralia Soprana – Ir-Repubblika Taljana – Reġjun ta' Sqallija – Direzzjoni Reġjonali għall-Industrija – Dipartiment Reġjonali għall-Minjieri – Uffiċċju Reġjonali għall-Idrokarburi u l-Ġeotermija (U.R.I.G.)

20

2009/C 173/11

Avviż ta' applikazzjoni għal permess ta' tiftix ta' idrokarburi likwidi u gassużi bl-isem Vita – Ir-Repubblika Taljana – Reġjun ta' Sqallija – Ministeru Reġjonali għall-industrija – Dipartiment Reġjonali għall-minjieri – Uffiċċju Reġjonali għall-idrokarburi u l-ġeotermija (U.R.I.G.)

22

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 173/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5568 – Volkswagen/Fleet Investments/Leaseplan Corporation JV) ( 1 )

24

2009/C 173/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5581 – Euroports Holding/Benelux Port Holdings) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

2009/C 173/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 59/03 ex N 667/02 u N 665/02

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Veemarkt Leeuwarden

Il-bażi legali

Kaderwet LNV-subsidies, Algemene subsidieverordening Fryslan, Algemene subsidieverordening Leeuwarden

It-tip tal-miżura

Appoġġ għall-investiment ta’ darba biss u appoġġ tal-operat

L-għan

L-għajnuna ta’ investiment kienet meħtieġa li tkun f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, fejn il-kundizzjonijiet addizzjonali huma stabbiliti ta’ iġene u tal-benessri tal-bhejjem wara t-tfaqqigħa tal-FMD fl-2001. L-għajnuna għall-operat kienet meħtieġa biex tegħleb l-ispejjeż tal-ftuħ mill-ġdid tal-investimenti u ta’ bdil sinifikanti fil-proċess ta’ negozju minħabba bdil fir-regolamentazzjoni.

Il-forma tal-għajnuna

Miżura ta’ darba, appoġġ ta’ investiment, sussidju

L-estimi

Għajnuna ta’ investiment ta’ 40 % ta1-EUR 1 470 000 u EUR 223 500 f’għajnuna tal-operat fl-ewwel sitt xhur tal-ftuħ mill-ġdid.

L-intensità

40 %

It-tul ta' żmien

2001

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura – Kummerċ ta’ bhejjem ħajjin

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

City Council of Friesland

Leeuwarden

The Netherlands

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 99/08

Stat Membru

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun

Land Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Abengoa Bioenergy Germany GmbH

Il-bażi legali

Investitionszulagengesetz 2007 vom 15. Juli 2006 in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Februar 2007 (BGBl. 2007 I S. 282) (InvZulG 2007) and Investitionszulagengesetz 2010 vom 7. Dezember 2008 (InvZulG 2010).

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

L-iżvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju

L-estimi

EUR 64 252 000 valur skontat

L-intensità

11,73 %

It-tul ta' żmien

Sal-2014

Setturi ekonomiċi

Anness I

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finanzamt Ribnitz-Damgarten

Sandhufe 3

18311 Rignitz-Damgarten

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 346/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Cataluña

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Miżuri ta’ appoġġ għall-integrazzjoni, il-ħolqien jew it-tkabbir ta’ kooperattivi u entitajiet agrikoli oħra

Il-bażi legali

Orden AAR/320/2007, de 3 de septiembre, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas plurianuales para el fomento de la modernización, la ínter cooperación y la concentración de las cooperativas y otras entidades asociativas agrarias, y se convocan las correspondientes al año 2007, et Ordenes anuales.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-promozzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka u l-għaqda ta' kooperattivi agrikoli u l-organizzazzjonijiet agrikoli assoċjati

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Total ta' EUR 59 500 000 għall-perjodu 2007-2013, b'nefqa annwali ta' madwar EUR 8 500 000.

L-intensità

Varjabbli

It-tul ta' żmien

2007-2013

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Generalitat de Catalunya

Departament d'Agricultura, Alimentació i Acció Rural

Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614

08007 Barcelona

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 376/08

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Μέτρα υπέρ των παραγωγών της χώρας που οι γεωργικές τους εκμεταλλεύσεις ζημιώθηκαν από θεομηνίες (κατολισθήσεις, πλημμύρα) και δυσμενείς καιρικές συνθήκες (ανεμοθύελλα, παγετός, χιονόπτωση) κατά τη χρονική περίοδο Ιανουαρίου — Μαρτίου 2008

Il-bażi legali

Abbozz ta' deċiżjoni ministerjali

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena; diżastri naturali

Il-forma tal-għajnuna

Sussidji

L-estimi

80 000 000 EUR

L-intensità

Sa 80 %

It-tul ta' żmien

Sal-31 ta' Marzu 2012.

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

ΕΛ.Γ.Α.

Μεσογείων 45

115 10 Αthens

GREECE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 59/09

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaanderen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Verlenging van de agro-milieumaatregel botanische beheer

Il-bażi legali

Artikel 56 van het Besluit van de Vlaamse Regering van 6 juni 2008 betreffende het sluiten van beheersovereenkomsten en het toekennen van vergoedingen ter uitvoering van Verordening (EG) nr. 1257/2005 van de Raad van 20 september 2005 inzake steun voor plattelandsontwikkeling.

It-tip tal-miżura

Għajnuna agroambjentali

L-għan

L-estensjoni ta’ miżura agroambjentali bejn il-kuntratti antiki u dawk ġodda. Estensjoni tal-ambjent antik agroambjentali bi 3, 6 jew 9 xhur imsejsa fuq il-Programm Belġjan għall-Iżvilupp Rurali għal Vlaanderen (il-Fjandri 2000-2006.

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju, kumpens

L-estimi

EUR 0,01 miljun fis-sena, total ta’ EUR 0,03 miljun

L-intensità

Massimu ta’ 100 %

It-tul ta' żmien

2009–2012

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5469 – Renova Industrie/Sulzer)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 173/02

Fis-17 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5469. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5551 – F2i/Finavias/ERG)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 173/03

Fit-22 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5551. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Lulju 2009

2009/C 173/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4227

JPY

Yen Ġappuniż

134,92

DKK

Krona Daniża

7,4447

GBP

Lira Sterlina

0,86700

SEK

Krona Żvediża

10,5995

CHF

Frank Żvizzeru

1,5217

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,472

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

266,59

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7030

PLN

Zloty Pollakk

4,1880

RON

Leu Rumen

4,2150

TRY

Lira Turka

2,1100

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7413

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5407

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0259

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1663

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0487

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 775,37

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0494

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,7185

HRK

Kuna Kroata

7,3320

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 226,34

MYR

Ringgit Malażjan

5,0214

PHP

Peso Filippin

68,387

RUB

Rouble Russu

44,0990

THB

Baht Tajlandiż

48,322

BRL

Real Brażiljan

2,6904

MXN

Peso Messikan

18,7555

INR

Rupi Indjan

68,6170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħat tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar każ COMP/39.125 – PO/Carglass (2)

Rapporteur: Il-Litwanja

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-metodu ta' kif jiġi kkalkolat l-bejgħ rilevanti.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fl-ammont bażiku minħabba ċ-ċirkustanzi aggravanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ebda żieda fl-ammont bażiku minħabba ċ-ċirkustanzi aggravanti hija meħtieġa f'dan il-każ.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

BELGIË/BELGIQUE

BULGARIA

ČESKÁ REPUBLIKA

DANMARK

DEUTSCHLAND

 

 

 

 

 

Jeanne MUTAMBA

 

 

 

Tobias GLASS


EESTI

ÉIRE-IRELAND

ELLADA

ESPAÑA

FRANCE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Umberto BERKANI


ITALIA

KYPROS/KIBRIS

LATVIJA

LIETUVA

LUXEMBOURG

 

 

 

Rapporteur

 

 

 

 

Giedre JARMALYTE

 


MAGYARORSZÁG

MALTA

NEDERLAND

ÖSTERREICH

POLSKA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


PORTUGAL

ROMANIA

SLOVENIJA

SLOVENSKO

SUOMI-FINLAND

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


SVERIGE

UNITED KINGDOM

 

 

 

 


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Rapport Finali tal-Uffiċjal Tas-seduta fil-każ Carglass (COMP/39.125 – PO/Carglass)

(skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it- termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

2009/C 173/06

L-abbozz tad-Deċiżjoni jagħti lok għall-kummenti li ġejjin:

INTRODUZZJONI

Fi Frar u f’Marzu 2005, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet f’bosta Stati Membri fl-uffiċċji ta’ produtturi prinċipali tal-ħġieġ tal-karozzi. Fi Frar 2005, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-immunità jew alternattivament għat-tnaqqis ta’ multi taħt in-Notifika ta’ Klemenza tal-2002. (1). Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tliet fornituri prinċipali tal-ħġieġ tal-karozzi, Saint-Gobain, Pilkington u AGC, daħlu fi ftehimiet u/jew prattiċi miftehma li jirrigwardaw fornituri tal-ħġieġ tal-karozzi u jagħmlu wkoll skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva fl-UE, kontra l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE sa mill-inqas mill-1997 sa mill-inqas Ottubru 2004. Is-Soliver, fornitur Belġjan iżgħar, ħa sehem fi ftehimiet bħal dawn u/jew prattiċi miftehma biss minn Diċembru 1998 sa Marzu 2003.

PROĊEDURA BIL-MIKTUB

Stqarija ta' Oġġezzjonijiet u Żmien biex Tingħata Risposta

Fid-19 ta’ April, il-Kummissjoni notifikat Stqarija ta’ Oġġezzjoni (“SO”) lill-partijiet li ġejjin:

(i)

Asahi Glass Co. Ltd u lill-kumpanija sussidjarja tagħha; Glaverbel SA, Glaverbel France SA, Glaverbel Italy S.r.l., Glaverbel UK, Splintex France SA, Splintex UK Limited, AGC Automotive Europe SA u AGC Automotive Germany GmbH;

(ii)

La Compagnie de Saint-Gobain SA u lill-kumpanija sussidjarja tagħha; Saint-Gobain Glass France SA, Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH u Saint-Gobain Sekurit France SA;

(iii)

Pilkington Group Limited u lis-sussidjarji tagħha; Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH, Pilkington Italia Spa; kif ukoll

(iv)

Soliver NV.

Fl-20 ta' April 2007, il-partijiet irċevew l-Istqarija ta’ Oġġezzjonijiet u ġew mogħtija xahrejn biex jirrispondu. Permezz tat-talbiet motivati mill-partijiet, l-Uffiċjal tas-Seduta responsabbli f’dak il-perjodu, Serge Durande, ta estensjonijiet lill-partijiet kollha, minbarra lil La Compagnie de Saint-Gobain SA.

Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

Aċċess għall-fajl

Il-partijiet irċevew aċċess għall-fajl permezz ta’ DVD fil-25 ta’ April u permezz ta’ DVD ieħor fit-30 ta’ April 2007. Stqarrijiet korparattivi li saru fil-qafas tal-applikazzjoni ta’ klemenza kienu aċċessibbli fl-uffiċċji tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA ORALI

Smigħ Orali

Fl-24 ta’ Settembru 2007 sar Smigħ Orali li fih attendew rappreżentanti mill-partijiet kollha.

Is-Soliver indirizzat ittra lill-Uffiċjal tas-Seduta Serge Durande fil-15 ta’ Ottubru 2007, li fiha elaborat aktar dwar ċerti kwistjonijiet li jikkonċernaw l-investigazzjoni li diġa tqajmu matul is-Smigħ Orali. Fl-ittra tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2007, l-Uffiċjal tas-Seduta spjega li l-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa fuq kif tagħmel l-investigazzjonijiet fuq l-impriżi fi proċeduri tal-antitrust li huma soġġetti għall-prinċipji bħall-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-protezzjoni kontra spezzjonijiet arbitrarji (2).

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

L-abbozz tad-deċiżjoni ma jaqbilx mal-Istqarrija tal-Oġġezzjonijiet f’dawn il-punti li ġejjin:

Il-perjodu li matulu sar tal-ksur u l-perjodu tal-parteċipazzjoni tal-partijiet rispettivi tnaqqas meta mqabbel mal-Istqarijiet tal-Oġġezzjonijiet.

Ċerti allegazzjonijiet fl-Istqarrijiet tal-Oġġezzjonijiet, b’mod partikolari li jirrigwardaw ċertu involviment tal-partijiet fil-ksur (jiġifieri, rwol ta’ mexxej tal-grupp; rappreżentazzjoni ta’ parti minn entità oħra f’diskussjonijiet ta’ kartell; Twaqqfu d-diskussjonijiet dwar l-illivellar tal-istrateġiji ta’ produzzjoni għall-ħġieġ imlewwen b’kulur skur).

Jien tal-opinjoni li l-abbozz ta' Deċiżjoni mressaq lill-Kummissjoni fih biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom.

Nikkonkludi li fil-każ preżenti d-drittijiet tal-partijiet li jinstemgħu bil-miktub ġew irrispettati

Brussell, it-3 ta’ Lulju 2008

Michael ALBERS


(1)  ĠU C 45, 19.2.2002, p. 3–5.

(2)  Is-sentenza tal-QEĠ tat-22 ta’ Ottubru 2002 fil-Kawża C-94/00 Roquette Frères SA v Commission, paragrafi 27; 61-81.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.125 – PO/Carglass (1)

Rapporteur: IL-Litwanja

2009/C 173/07

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskop tal-ksur li jikkorrispondi, għall-prodott kollu, mal-fornitura tal-partijiet tal-ħġieġ tal-karozzi lill-impriżi li jimmanifatturaw il-vetturi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-iskop ġeografiku ta’ dan il-każ hu ż-ŻEE, peress li l-bejgħ tal-partijiet tal-ħġieġ tal-karozzi huma fornuti lill-impriżi li jimmanifatturaw il-karozzi fiż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-imġiba illegali, li tikkorrispondi mal-ftehimiet u/jew mal-prattiki miftehma li jikkordinaw il-prezzijiet, ifornu strateġiji, jaqsmu bejniethom il-klijenti kif ukoll il-monitoraġġ u japplikaw mekkaniżmu ta’ kumpens biex iżommu ċerta stabbiltà tas-sehem mis-suq.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ksur beda mill-inqas fl-10 ta’ Marzu 1998 u dam sa mill-inqas il-11 ta’ Marzu 2003.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-kumpaniji relevanti hu inerenti fil-prattiki illegali u jagħmel parti integrali minnhom.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-għan u l-effetti tal-prattiki illegali msemmija huma restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE u li huma kapaċi jfixklu l-kompetizzjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-prattiki illegali msemmija huma parti minn skema globali biex jintlaħaq għan ekonomiku antikompetittiv wieħed, u b’hekk jikkostitwixxi ksur wieħed, kontinwu u kumpless tal-Artikolu 81 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-Artikolu 81(3) tat-Trattat jista’ jiġi implimentat fil-każ attwali.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta' deċiżjoni.

12.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammont bażiku tal-multi kif ukoll dwar iċ-ċirkustanżi mitiganti u aggravanti. Minoranza tastjeni.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-avviż tal-2002 tal-Kummissjoni dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi, inkluż ir-rifjut li tingħata l-immunità.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

BELGIË/BELGIQUE

BULGARIA

ČESKÁ REPUBLIKA

DANMARK

DEUTSCHLAND

 

 

 

 

 

Mr Dirk VERTONGEN

 

 

 

Mr Tobias GLASS


EESTI

ÉIRE-IRELAND

ELLADA

ESPAÑA

FRANCE

 

 

 

 

 

 

Mr. John BURKE

 

Mr. Oswaldo GARCIA-HERNAN

Ms Catherine AMIEL


ITALIA

KYPROS/KIBRIS

LATVIJA

LIETUVA

LUXEMBOURG

 

 

 

 

 

Mr Flavio PAPADIA

 

 

Ms Giedre JARMALYTE

 


MAGYARORSZÁG

MALTA

NEDERLAND

ÖSTERREICH

POLSKA

 

 

 

 

 

 

 

Ms. HIJMANS

Mr KOPRIVNIKAR

 


Il-PORTUGALL

ROMANIA

SLOVENIJA

SLOVENSKO

SUOMI-FINLAND

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ms Pirjo ASPINEN


SVERIGE

UNITED KINGDOM

 

 

Mr. Peter DELDEN

Mr Terry BUTLER


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/13


Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Novembru 2008 (1)

dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/39.125 – Carglass)

(It-testi bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

2009/C 173/08

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fit-12 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

2.

Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-kompetizzjoni fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/index.html

II.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

1.   Proċedura

3.

Dan il-każ beda bħala investigazzjoni ex officio. Fit-22 u t-23 ta’ Frar 2005 saru spezzjonijiet fl-uffiċċji tal-kumpaniji li huma proprjetà ta' Glaverbel (sussidjarja ta' Asahi, li riċentement biddlet isimha għal AGC Flat Glass Europe), Saint-Gobain, Pilkington u Soliver groups. Fil-15 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni għamlet sensila oħra ta’ spezzjonijiet fl-uffiċċji ta’ Saint-Gobain u ta’ Pilkington. Fit-22 ta’ Frar u d-9 ta’ Marzu 2005, bejn iż-żewġ sensiliet ta' spezzjonijiet, Asahi u Glaverbel applikaw rispettivament għal immunità mill-multi jew, alternattivament, it-tnaqqis tagħhom.

4.

Saru bosta talbiet bil-miktub għal informazzjoni lill-impriżi involuti fl-arranġamenti antikompetittivi. Il-Kummissjoni rifjutat it-talba ta' Asahi u Glaverbel għall-immunità taħt il-punt 8 tan-Notifika ta' Klemenza u infurmathom li kienet bi ħsiebha li tnaqqas kull multa bi 30-50 %.

5.

L-Istqarrija tal-Oġġezzjonijiet ġiet adottata fit-18 ta' April 2007 u nnotifikata lill-partijiet kollha. Sar smigħ orali fl-24 ta’ Settembru 2007. L-erba’ gruppi kollha ta’ kumpaniji pparteċipaw fis-seduta.

6.

Fl-1 ta’ Lulju u fis-7 ta’ Novembru 2008 ltaqa’ l-Kumitat ta' Konsulenza dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti u ħareġ opinjoni favorevoli (2).

2.   Sommarju tal-ksur

7.

Ħġieġ tal-vetturi tat-triq jew ħġieġ tal-karozzi hu magħmul minn ħġieġ imdewweb li jitwebbes fuq il-likwidu, li hu l-kategorija ta’ prodott tal-ħġieġ ċatt bażiku. Il-prodotti tal-vetturi tat-triq jinkludu partijiet tal-ħġieġ differenti bħal ħġieġ ta’ quddiem/windscreens, sidelights (it-twieqi għall-bibien ta’ quddiem u ta’ wara), backlights (it-twieqi ta’ wara), quarter lights (it-tieqa ta’ wara li qiegħda ħdejn it-tieqa tal-bieba ta’ wara.), u sunroofs. Barra minn hekk il-partijiet tal-ħġieġ jistgħu jiġu mlewna fi gradi differenti ta’ kulur, bil-kontra tal-ħġieġ trasparenti. “Privacy” glass/ ħġieġ tal-“Privatezza”, jew ħġieġ “dark tail”, hi kategorija speċifika ta’ ħġieġ imlewwen li jnaqqas id-dawl u t-trażmissjoni tas-sħana ġol-karozza.

8.

Id-deċiżjoni tirrigwarda l-fornitura tal-ħġieġ tal-karozzi għall-ewwel assemblaġġ jew għat-tibdil ta’ partijiet lill-impriżi li jimmanifatturaw vetturi ħfief, b’mod partikolari karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, l’hekk imsejjaħ is-suq “tat-tagħmir oriġinali” (suq-“TO”). Il-klijenti kienu bażikament il-gruppi prinċipali kollha li jimmanifatturaw il-karozzi bi produzzjoni Ewropea. Hemm numru żgħir ħafna ta’ gruppi globali li jimmanifatturaw il-ħġieġ tal-karozzi, fosthom l-AGC, Pilkington u Saint-Gobain, li huma wkoll it-tliet fornituri prinċipali fl-Ewropa. Fornituri oħra bħal Soliver għandhom influwenza li aktar hi reġjonali.

9.

Il-kondizzjonijiet kompetittivi għall-fornitura tal-ħġieġ tal-karozzi lill-impriżi li jimmanifatturaw il-karozzi huma omoġenji fil-livell taż-ŻEE B’hekk, is-suq-TO tal-ħġieġ tal-karozzi hu kkunsidrat li hu mifrux madwar iż-ŻEE. Il-bejgħ globali tal-ħġieġ tal-karozzi fiż-ŻEE jammonta għal aktar minn EWR 2 biljun fl-2002, li kienet l-aħħar sena sħiħa li matulha seħħ il-ksur.

10.

Id-destinatarji msemmija hawn taħt ipparteċipaw fi ksur singolu u kontinwu tal-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn issa ‘l quddiem ‘il-Ftheim taż-ŻEE’). Il-ksur jikkonsisti f’għotja konkreta ta’ kuntratti li jirrigwardaw il-fornitura tal-ħġieġ tal-karozzi għall-impriżi l-aktar importanti li jimmanifatturaw il-karozzi fiż-ŻEE, permezz tal-koordinazzjoni tal-politiki tal-prezzijiet u l-istrateġiji ta’ fornitura mmirati għaż-żamma tal-istabbiltà globali tal-pożizzjoni tal-partijiet fis-suq ikkonċernat. Dwar dan, il-kompetituri ssorveljaw ukoll id-deċiżjonijiet meħuda matul dawn il-laqgħat u l-kuntatti, u ftehmu dwar miżuri ta’ korrezzjoni biex ipattu għal xulxin meta għotjiet li ġew deċiżi qabel ta’ biċċiet tal-ħġieġ instabu li fil-prattika mhux biżżejjed biex jiżguraw grad globali ta’ stabbiltà fl-ishma tas-suq rispettivi tagħhom. Il-perjodu ta’ ksur imsemmi fid-deċiżjoni hu mill-10 ta’ Marzu 1998 sal-11 ta’ Marzu 2003.

III.   DESTINATARJI

11.

Id-deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet ġuridiċi li ġejjin, li jappartjenu lill-erba' impriżi parteċipanti:

(a)

Asahi Glass Company Limited; AGC Flat Glass Europe SA/NV; AGC Automotive Europe SA; Glaverbel France SA; Glaverbel Italy S.r.l.; Splintex France Sarl; Splintex UK Limited; AGC Automotive Germany GmbH;

(b)

La Compagnie de Saint-Gobain SA; Saint-Gobain Glass France SA; Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG; Saint-Gobain Sekurit France SA;

(c)

Pilkington Group Limited, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia Spa;

(d)

Soliver NV.

12.

Ir-responsabbiltà tal-kumpaniji proprjetarji aħħarija hija stabbilita abbażi tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta' influwenza deċiżiva fuq is-sussidjarji li huma għal kollox proprjetà tagħhom, li hija msaħħa minn diversi provi addizzjonali.

IV.   RIMEDJI

13.

F’dan il-każ japplikaw il-Linji Gwida dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi skont l-Artikolu 23(2)(a) u r-Regolament (KE) Nru 1/2003 (3) (minn issa ‘l qiddiem “il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006”).

1.   Ammont Bażiku tal-multi

14.

Skont il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006, l-ammont bażiku tal-multa huwa determinat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ tal-prodott rilevanti li jkun sar minn kull impriża fiż-żona ġeografika rilevanti matul l-aħħar sena sħiħa ta' negozju li matulha jkun seħħ il-ksur (“l-ammont varjabbli”), immultipplikat bl-għadd ta' snin li matulhom ikun seħħ il-ksur, kif ukoll ammont addizzjonali, ukoll ikkalkulat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ, biex jiġu determinati l-ftehimiet orizzontali dwar l-iffissar ta' prezzijiet (“miżata tad-dħul”).

1.1.   Kalkolu tal-Valur tal-Bejgħ

15.

Skont il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006, biex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa li għandu jiġi impost, l-Kummissjoni normalment tikkunsidra l-valur tal-bejgħ tal-prodotti ta’ kull impriża fejn il-ksur tagħhom hu relatat b’mod dirett jew indirett fiż-żona ġeografika konċernata fiż-ŻEE għall-aħħar sena sħiħa ta' negozju tal-parteċipazzjoni tal-impriża li matulha seħħ il-ksur. Madankollu, minħabba l-partikolaritajiet ta’ dan il-każ, l-ammont bażiku ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ medja tal-bejgħ matul il-perjodu ta’ ksur, normalizzat għal sena waħda, minflok fuq il-bażi tal-aħħar sena sħiħa ta' negozju tal-parteċipazzjoni ta’ kull impriża li matulha seħħ il-ksur.

16.

Avolja li l-għan ekonomiku tal-parteċipanti fil-ksur mill-bidu kien biex iżommu l-ishma tas-suq rispettivi tagħhom fil-livell taż-ŻEE bħala stabbli, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li fl-ewwel sentejn u nofs, minn Marzu 1998 sa l-ewwel nofs tal-2000, għandu provi diretti ta’ attivitajiet ta’ kartelli għal parti waħda biss tal-impriżi Ewropej kollha li jimmanifatturaw il-karozzi. Filwaqt li dan ma jfissirx li impriżi oħra li jimmanifatturaw l-karozzi ma kinux is-soġġett ta’ diskussjonijiet ta’ kartell fl-ewwel sentejn u nofs, il-Kummissjoni kkunsidrat dawk is-sentejn u nofs bħala “fażi ta’ introduzzjoni” li matulha l-kartellisti żviluppaw b’mod progressiv biss l-imġiba ta’ konfoffa tagħhom rigward l-impriżi kollha li jimmanifatturaw il-karozzi. X’aktarx f’din il-fażi tal-kawża l-fornituri tal-ħġieġ tal-karozzi babsu biss l-offerti li huma f’kontijiet kbar magħżula. Konsegwentament, il-Kummissjoni tikkunsidra bħala bejgħ relevanti għall-kalkolu tal-multi għall-ewwel perjodu inizjali l-bejgħ biss li jsir mill-fornituri tal-ħġieġ tal-karozzi lil dawk l-impriżi li jimmanifatturaw il-karozzi li għalihom hemm provi diretti li kienu soġġetti għal arranġamenti ta’ kartell.

17.

Fit-tmiem tal-perjodu ta’ ksur, jiġifieri bejn il-falliment tal-hekk imsejħa diskussjonijiet tal-Klabb tat-tliet fornituri prinċipali fit-3 ta’ Settembru 2002 u fit-tmiem tal-ksur f’Marzu 2003, jista’ jingħad li l-attività tal-kartell naqset wara l-ħruġ ta' Pilkington, li kienet parteċipant importanti. B’hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra bħala relevanti dak il-bejgħ biss li hu relatat mal-impriżi li jimmanifatturaw li għalihom hemm provi diretti li huma soġġetti għal kuntatti ta’ kartell f’dan il-perjodu li, għal darba oħra, hu interpretazzjoni konservattiva tal-provi favur l-impriżi konċernati.

18.

Iżda, dwar il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2000 sat-3 ta’ Settembru 2002, l-impriżi li jimmanifatturaw it-TO ddiskussi f’laqgħat u/jew il-kuntatti ammontaw għal 90 % jew aktar tal-bejgħ taż-ŻEE ta’ kull fornitur tal-ħġieġ tal-karozzi. Minħabba n-numru ta’ kuntatti u tal-provi disponibbli imsemmija f’din id-Deċiżjoni, hu preżunt li s-suq kollu kien karatterizat bl-arranġamenti ta’ kartell matul dan il-perjodu. B’hekk, qed jiġi kkunsidrat il-bejgħ kollu taż-ŻEE fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2000 u t-3 ta’ Settembru 2002.

19.

Fil-qosor, il-Kummissjoni, skont il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006, applikat approċċ li hu aktar kalibrat u naqset l-enfażi tal-perjodu tal-fażi ta’ introduzzjoni ta’ bejn il-bidu tal-ksur u t-30 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll l-istadju finali minn Settembru 2002 għall-11 ta’ Marzu 2003 billi tikkunsidra biss il-valur tal-bejgħ ta’ kull fornitur tal-ħġieġ tal-karozzi lil dawk l-impriżi li jimmanifatturaw il-karozzi li għalihom hemm provi diretti fid-Deċiżjoni ta’ arranġamenti ta’ kartell. Il-bejgħ relevanti għall-kalkolu tal-multi mbagħad huma determinati għal kull fornitur tal-ħġieġ tal-karozzi fuq il-bażi tal-bejgħ totali fit-tliet perjodi kollha skont kif deskritt hawn fuq, maqsum skont ix-xhur tal-parteċipazzjoni fil-ksur u multipplikat bi 12 biex tinstab medja annwali.

1.2.   Determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa

20.

Skont il-Linji Gwida dwar il-Multi, hemm bosta kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi determinat il-persentaġġ tal-bejgħ relevanti, jiġifieri n-natura tal-ksur (f’dan il-każ l-allokazzjoni ta’ klijenti bil-ħsieb li jżommu l-ishma tal-forniment stabbli kemm jista’ jkun), l-iskop ġeografiku (iż-ŻEE), is-sehem kombinat tas-suq tal-impriżi li jipparteċipaw fil-ksur (f’dan il-każ aktar minn 60 %) u l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-implimentazzjoni meta kkalkulat l-ammont bażiku tal-multa, avolja li ċertu provi li juru l-ksur kien xi drabi implimentat. Wara li kkunsidrat dawn il-fatturi, id-deċiżjoni tapplika f’dan il-każ bħala ammont varjabbli ta’ 16 %.

21.

Meta hu kkunsidrat li l-ksur baqa' għaddej għal 5 snin, iżda mhux il-parteċipanti kollha kienu involuti matul il-perjodu sħiħ, l-ammont varjabbli ġie multiplikat b’5 fil-każ ta’ Asahi u Saint-Gobain, b’4,5 fil-każ ta’ Pilkington u b’1,5 fil-każ ta’ Soliver.

22.

Sabiex l-impriżi jiġu skoraġġuti milli jidħlu fi ftehimiet ta' allokazzjoni ta' klijent orizzontali bħal dan ikkonċernat f'din il-kwistjoni, l-ammont bażiku tal-multi li għandhom jiġu imposti ġie miżjud b’ammont addizzjonali, hekk kif indikat fil-punt 25 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006. Għal dan il-għan, ammont addizzjonali ta’ 16 % tal-valur tal-bejgħ ġie kkunsidrat bħala xieraq.

2.   Ċirkostanzi aggravanti

23.

F’dak il-perjodu ta’ meta seħħ il-ksur, Saint-Gobain diġa kienet id-destinatarja ta’ żewġ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw attivitajiet ta’ kartell li huma relevanti bħala ċirkustanzi aggravanti f’dan il-każ (4). Il-fatt li impriża kienet qed tirrepeti l-istess tip ta' kondotta antikompetittiva jew waħda simili, juri li l-penalitajiet li kienet soġġetta għalihom fil-passat ma ħeġġuhiex biex tbiddel il-kondotta antikompetittiva tagħha. Dan it-tip ta’ kondotta antikompetittiva tikkostitiwixxi ċirkustanza aggravanti li tista’ tiġġustifika żieda ta' 60 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq din l-impriża.

3.   Ċirkostanzi mitiganti

24.

Mhemm l-ebda ċirkustanzi mitiganti li għandhom jiġu applikati f’dan il-każ.

4.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

25.

Il-limitu tal-fatturat ta’ madwar id-dinja ta' 10 % skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 huwa applikat fil-multi kkalkulati kif xieraq. F’dan il-każ, il-limitu ta’ 10 % tal-fatturat ma jintlaħaqx għar-rigward tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Soliver. B’hekk il-multa imposta fuq Soliver ma għandhiex teċċedi l-EUR 4,396 miljun.

5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Klemenza tal-2002

26.

Kif imsemmi taħt il-punt 3 ta’ hawn fuq, Asahi u l-kumpanija sussidjarja tagħha Glaverbel applikaw għall-immunità jew alternattivament għal tnaqqis tal-multi skont in-Notifika ta' Klemenza tal-2002.

5.1.   Immunità

27.

Il-Kummissjoni rifjutat l-applikazzjoni ta' Glaverbel u Asahi għall-imminutà taħt il-punti 8(a) u (b) tan-Notifika ta' Klemenza għar-raġunijiet li ġejjin.

28.

Minħabba li l-ispezzjonijiet kienu laħqu saru qabel l-applikazzjoni ta' Asahi/Glaverbel, l-immunità taħt il-punt 8(a) ma kienitx tgħodd iktar.

29.

Il-punti 8(b) u 10 tan-Notifika ta’ Klemenza jispeċifikaw li l-immunità mill-multi se jingħataw biss fuq kondizzjonijiet kumulattivi li l-Kummissjoni ma kellhiex, fil-perjodu tal-applikazzjoni, biżżejjed provi biex issib ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat b'konnessjoni mal-allegat kartell u li l-provi mressqa jistgħu, fil-fehma tal-Kummissjoni, jippermettulha li ssib din l-informazzjoni. Madankollu, fil-perjodu tal-applikazzjoni ta’ klemenza, il-Kummissjoni diġà kellha fil-pussess tagħha, provi kontemporanji kkuppjati matul l-ewwel spezzjoni li ppermettu lill-Kummissjoni biex issib ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat. B’hekk l-immunità skont il-punt 8(b) fil-perjodu tal-applikazzjoni ma kinetx aktar disponibbli għall-ksur imsemmi f’din id-Deċiżjoni.

5.2.   Valur addizzjonali sinifikanti

30.

Asahi/Glaverbel kienet l-ewwel u l-unika impriża li ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-punt 21 tan-Notifika ta' Klemenza. Wara li kkunsidrat il-valur tal-kontribut tagħhom lill-każ tal-Kummissjoni, l-istadju bikkri li fih ipprovdew dan il-kontribut u f'liema miżura kkooperaw wara li għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonċedi lil Asahi u Glaverbel tnaqqis ta' 50 % tal-multa li altrimenti kienet tiġi imposta.

V.   DEĊIŻJONI

31.

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien tal-involviment kienu kif ġej:

(a)

Asahi Glass Company Limited, AGC Flat Glass Europe SA/NV, AGC Automotive Europe SA, Glaverbel France SA, Glaverbel Italy S.r.l., Splintex France Sarl, Splintex UK Limited u AGC Automotive Germany GmbH, mit-18 ta’ Mejju 1998 sal-11 ta’ Marzu 2003;

(b)

La Compagnie de Saint-Gobain SA, Saint-Gobain Glass France SA, Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG u Saint-Gobain Sekurit France SA, mill-10 ta’ Marzu 1998 sal-11 ta’ marzu 2003;

(c)

Pilkington Group Limited, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia Spa, mill-10 ta’ Marzu 1998 sat-3 ta’ Settembru 2002;

(d)

Soliver NV, mill-19 ta' Novembru 2001 sal-11 ta' Marzu 2003.

32.

Għall-ksur li jissemma fil-premessa preċedenti, ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Asahi Glass Company Limited, AGC Flat Glass Europe SA/NV, AGC Automotive Europe SA, Glaverbel France SA, Glaverbel Italy S.r.l., Splintex France Sarl, Splintex UK Limited u AGC Automotive Germany GmbH, b’mod konġunt jew separat: EUR 113 500 000;

(b)

La Compagnie de Saint-Gobain SA, Saint-Gobain Glass France SA, Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG u Saint-Gobain Sekurit France SA, b’mod konġunt jew separat: EUR 896 000 000;

(c)

Pilkington Group Limited, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia Spa, b’mod konġunt jew separat: EUR 370 000 000;

(d)

Soliver NV: EUR 4 396 000.

33.

L-impriżi elenkati hawn fuq kienu ordnati jtemmu l-ksur li hemm riferenza għalih fil-punt (10) ta’ hawn fuq, sakemm dan m'għamluhx diġà u li ma jirrepetu ebda att jew imġiba deskritt fil-punt (10) hawn fuq, u ebda att jew imġiba li jista' jkollhom l-istess għan jew riżultat.


(1)  Issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6815 finali tat-12 ta’ Novembru 2008 kif emendata b’żewġ korrezzjonijiet adottati rispettivament fl-4 ta’ Diċembru 2008 u l-11 ta’ Frar 2009.

(2)  Ara ĠU C. , ….2009, p.

(3)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1984 fil-Każ IV/30.988 – Ħġieġ Ċatt (il-Benelux), ĠU L 212, 8.8.1984, p. 13 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 1988 fil-Każ IV/31.906 – Ħġieġ Ċatt (l-Italja), ĠU L 33, 4.2.1989, p. 44.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/17


AVVIŻ TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TA’ TFITTIX TA’ ŻEJT U GASS, FIŻ-ŻONA MSEJĦA GOLD

IR-REPUBBLIKA TALJANA – IR-REĠJUN TA' SQALLIJA

ID-DIRETTORAT REĠJONALI TAL-INDUSTRIJA – ID-DIPARTIMENT REĠJONALI GĦALL-INDUSTRIJA U GĦALL-MINJIERI

L-UFFIĊĊJU REĠJONALI GĦALL-IDROKARBURI U L-ENERĠIJA ĠEOTERMIKA (U.R.I.G.)

2009/C 173/09

Fis-17 ta’ Ottubru 2008, skont il-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija Nru 14 tat-3 ta’ Lulju 2000, li tittrasponi u timplementa d-Direttiva 94/22/KE, il-kumpanija F.M.G. s.r.l., bl-uffiċċju reġistrat tagħha fi Piazza Salvatore Rizzo no 28, 96010, Melilli (Siracusa), u bil-kodiċi fiskali u numru ta' reġistrazzjoni fil-Kamra tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal-Artiġjanat u tal-Agrikultura ta' Siracusa (CCIAA) Nru 01073470898, ressqet applikazzjoni lill-Ministru Reġjonali tal-Industrija, l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' drittijiet ta' tħaffir fir-Reġjun ta' Sqallija, fl-indirizz Via Ugo La Malfa 87/89, 90146, Palermo, għal liċenzja ta' tfittix ta' żejt u gass, f'żona magħrufa bħala “Gold”, mifruxa ma' 74 881,5 ettaru (748,815 km2) fiċ-ċentru tal-Grigal ta' Sqallija, fil-provinċji ta' Caltanissetta, Enna u Messina. Din iż-żona tmiss, fit-Tramuntana, ma' żoni mingħajr liċenzja; fil-Lvant mat-territorji tal-liċenzji “Samperi” u “Gagliano” (EniMed S.p.A.) u tal-liċenzja “Paternò” (Edison S.p.A.); fin-Nofsinhar maż-żona tal-applikazzjoni tal-liċenzja “Enna” (Italmin s.r.l.) u parzjalment ma' żoni mingħajr liċenzja; u fil-Punent maż-żona tal-applikazzjoni tal-liċenzja “Petralia Soprana” (EniMed S.p.A.).

Il-muniċipalitajiet ikkonċernati tal-provinċja ta’ Caltanissetta huma: Caltanissetta u S. Caterina Villarmosa. Il-muniċipalitajiet ikkonċernati tal-provinċja ta’ Enna huma: Villarosa, Enna, Cerami, Troina, Sperlinga, Nicosia, Agira, Assoro, Regalbuto, Leonforte u Calascibetta. Il-muniċipalitajiet ikkonċernati tal-provinċja ta’ Messina huma: Capizzi u Cesarò.

Il-perimetru taż-żona li għaliha saret l-applikazzjoni għal liċenzja huwa delimitat mil-linja kontinwa bejn it-22 punt “A” sa “W”, iddefiniti kif ġej:

A.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 832 m fuq il-livell tal-baħar, f'Monte delle Rocche, fil-Lbiċ mil-lokalità ta' S. Caterina Villarmosa, identiku għall-punt “E” tal-liċenzja ta' Casteltermini kif ukoll għall-punt “D” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ Petralia Soprana.

B.

Punt li jinsab fuq ix-xifer tal-Majjistral tal-bini b'għoli ta’ 409 m fuq il-livell tal-baħar, maġenb it-triq S.S. 121 fil-lokalità ta’ Contrada S. Benedetto, identiku għall-punt “C” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ Petralia Soprana.

C.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 1 122 m fuq il-livell tal-baħar, f'Monte Della Grassa, fil-Grigal mil-lokalità ta' Gangi, identiku għall-punt “B” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta' Petralia Soprana.

D.

Punt li jinsab fuq ix-xifer tal-Punent il-Lbiċ tal-bini b'għoli ta’ 813 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta’ Contrada Cara, identiku għall-punt “N” tal-liċenzja ta’ Samperi.

E.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 925 m fuq il-livell tal-baħar, f'Serra della Croce, identiku għall-punt “M” tal-liċenzja Samperi.

F.

Ix-xifer tal-Lbiċ tad-dar, b'għoli ta' 952 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Larcirù, identiku għall-punt “B” tal-liċenzja ta' Gagliano.

G.

Ix-xifer tat-Tramuntana tad-dar, b'għoli ta' 827 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Piccioniere, identiku għall-punt “A” tal-liċenzja ta' Gagliano.

H.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 910 m fuq il-livell tal-baħar, f'“Femminamorta”, identiku għall-punt “L” tal-liċenzja ta’ Gagliano.

I.

Ix-xifer tax-Xlokk il-Lvant tad-dar, b'għoli ta' 643 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Casale, identiku għall-punt “I” tal-liċenzja ta' Gagliano.

L.

Ix-xifer tan-Nofsinhar tad-dar, b'għoli ta' 630 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Favara, identiku għall-punt “H” tal-liċenzja ta' Gagliano.

M.

Ix-xifer tal-Majjistral tad-dar, b'għoli ta' 599 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Bordino, identiku għall-punt “G” tal-liċenzja ta' Gagliano.

N.

Ix-xifer tal-Grigal tad-dar, b'għoli ta' 385 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Garbata, identiku għall-punt “F” tal-liċenzja ta' Gagliano.

O.

Ix-xifer tal-Majjistral tad-dar, b'għoli ta' 392 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Cottonera, identiku għall-punt “E” tal-liċenzja ta' Gagliano.

P.

Ix-xifer tal-Lvant tad-dar, b'għoli ta' 531 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta' Contrada Cangemi, identiku għall-punt “T” tal-liċenzja ta' Gagliano.

Q.

Punt li jinsab fil-kampnar tal-knisja ta’ S. Maria della Croce f'Regalbuto, identiku għall-punt “A” tal-liċenzja ta’ Paternò.

R.

Punt li jinsab f’salib it-toroq fin-Nofsinhar minn Case Longo, b'għoli ta’ 222 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta’ Contrada Sparagogna, identiku għall-punt “F” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”.

S.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 455 m fuq il-livell tal-baħar, f'Rocca d'Aquila, identiku għall-punt “E” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”.

T.

Punt li jinsab fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Dittaino, b'għoli ta’ 255 m fuq il-livell tal-baħar, identiku għall-punt “D” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”

U.

Punt b'għoli ta’ 387 m fuq il-livell tal-baħar, fil-Punent mil-lokalità ta' Calderari, identiku għall-punt “C” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”.

V.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 992 m fuq il-livell tal-baħar, f'Torre Pisana, fil-Lvant minn Enna, identiku għall-punt “B” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”.

Z.

Punt ta’ intersezzjoni fuq ix-xifer tan-Nofsinhar tal-istazzjoni tal-ferrovija ta’ Villarosa, identiku għall-punt “A” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”.

W.

Punt trigonometriku b'għoli ta’ 661 m fuq il-livell tal-baħar, fil-lokalità ta’ Contrada Cozzo Mola di Geracello, identiku għall-punt “N” tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ “Enna”.

Koordinati ġeografiċi

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E (M. Mario)

A

37°35′02″

1°33′37″

B

37°36′09,84″

1°53′17,04″

C

37°49′22,20″

1°50′51,64″

D

37°49′18,10″

2°11′42,3″

E

37°47′57″

2°10′45,6″

F

37°47′04″

2°08′05″

G

37°47′14″

2°05′22,5″

H

37°46′48″

2°04′40″

I

37°44′44,5″

2°02′28″

L

37°43′02″

2°00′44″

M

37°40′35″

2°02′03″

N

37°40′34,50″

2°04′40″

O

37°40′42″

2°05′30″

P

37°40′41″

2°08′02″

Q

37°38′57,367″

2°11′20,23″

R

37°35′50,937″

2°11′01,836″

S

37°36′04,018″

2°06′19,727″

T

37°33′50,274″

2°00′36,861″

U

37°33′43,130″

1°54′25,019″

V

37°34′01,518″

1°50′08,425″

Z

37°33′59,983″

1°44′52,818″

W

37°27′38,776″

1°46′45,763″

Dawk kollha li huma interessati jistgħu jressqu l-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja fl-istess żona fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-applikazzjonijiet li jaslu wara din l-iskadenza jiġu ddikjarati nulli. Id-Digriet li bih jingħata l-permess għat-tfittix jinħareġ fi żmien sitt xhur mill-aħħar data ammissibbli għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet minn entitajiet f'kompetizzjoni. B'referenza għall-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE, qed jiġi mgħarraf ukoll li l-kriterji li fuqhom jingħataw il-liċenzji ta' tfittix, il-permessi ta' riċerka u l-konċessjonijiet ta' sfruttament diġà ġew ippubblikati fil-ħarġa tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 396 tad-19 ta' Diċembru 1998, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv tal-President tar-Repubblika Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996 (ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, Nru 293, tal-14 ta' Diċembru 1996), li tittrasponi u timplimenta fl-ordinament ġuridiku Taljan id-Direttiva msemmija hawn fuq, u speċifikati mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta’ Lulju 2000, imsemmija aktar 'il fuq (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 32, tas-7 ta’ Lulju 2000).

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-eżerċizzju jew il-waqfien tal-attività huma stabbiliti mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta’ Lulju 2000, imsemmija aktar 'il fuq, kif ukoll mill-ispeċifikazzjonijiet standard (id-Disciplinare Tipo) maħruġa bid-Digriet Nru 91 tat-30 ta’ Ottubru 2003 u d-Digriet Nru 88 tat-20 ta’ Ottubru 2004 tad-Direttorat Reġjonali tal-Industrija, u ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija rispettivament fl-14 ta’ Novembru 2003 l-Parti I Nru 49 u fil-5 ta’ Novembru 2004 l-Parti I Nru 46.

Id-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni hija disponibbli mingħand l-Uffiċċju Reġjonali għall-Idrokarburi u l-Enerġija Ġeotermika tad-Dipartiment Reġjonali għall-Industrija u għall-Minjieri, Via Ugo La Malfa no 101, 90146 Palermo, Italia, fejn tista' tkun ikkonsultata minn kwalunkwe parti interessata.

Palermo, tal-16 ta’ April 2009.

Il-kap tal-U.R.I.G.

Dr. Ing. Salvatore GIORLANDO


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/20


AVVIŻ TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS GĦAL TIFTIX TA' IDROKARBURI FI STAT LIKWIDU U GASSUŻ IMSEJĦA PETRALIA SOPRANA

IR-REPUBBLIKA TALJANA – REĠJUN TA' SQALLIJA

DIREZZJONI REĠJONALI GĦALL-INDUSTRIJA – DIPARTIMENT REĠJONALI GĦALL-MINJIERI

UFFIĊĊJU REĠJONALI GĦALL-IDROKARBURI U L-ĠEOTERMIJA (U.R.I.G.)

2009/C 173/10

Il-Kumpanija EniMed – Eni Mediterranea Idrocarburi S.p.A bl-uffiċċju rreġistrat f'Gela (CL) Strada Statale 117 bis – Contrada Ponte Olivo (kodiċi postali 93012) – C.F. 12300000150, f'applikazzjoni fid-data tad-9 ta' April 2008 indirizzata lid-Direttur Reġjonali għall-Industrija, l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' permessi minerarji fi ħdan ir-Reġjun ta' Sqallija, bl-uffiċċju f'Via Ugo La Malfa Nru 87/89, kodiċi postali 90146 Palermo, talbet li tingħata, skont il-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija 3.7.2000 n. 14 bi traspożizzjoni u applikazzjoni tad-Direttiva 94/22/KE, il-permess li twettaq tiftix ta' idrokarburi fi stat likwidu u gassuż tradizzjonalment imsejħa “Petralia Soprana”, f'żona ta' estensjoni ta' HA 72 750 (Km2 727,50) li tinsab fiċ-ċentru u t-Tramuntana ta' Sqallija fit-territorju tal-provinċji ta' Palermo, Caltanissetta u Enna. Din iż-żona għandha l-limiti tagħha fil-Punent bil-permess “Casteltermini” (EniMed 100 %), fil-Majjistral bl-applikazzjoni tal-permess “Montemaggiore Belsito” (EniMed 100 %) u fid-direzzjonijiet l-oħra ma' żoni ħielsa.

Għall-provinċja ta' Palermo l-Muniċipalitajiet involuti huma: Alimena, Blufi, Bompietro, Caltavuturo, Castellana Sicula, Gangi, Geraci Siculo, Petralia Soprana, Petralia Sottana e Polizzi Generosa. Għall-provinċja ta' Caltanissetta l-Muniċipalitajiet involuti huma: Caltanissetta, Resuttano e S. Caterina Villarmosa. Għall-provinċja ta' Enna l-Muniċipalitajiet involuti huma: Calascibetta, Enna, Leonforte, Nicosia, Sperlinga e Villarosa.

Il-perimetru taż-żona li dwarha saret it-talba għall-permess huwa identifikat mil-linja kontinwa bejn il-vertiċi “A”, “B”, “C”, “D”, “E”, “F”, “G”, “H” u “I” definiti kif ġej:

A.

Il-punt li jinsab fil-41 Km tal-S.S. 286 lejn Geraci Siculo.

B.

Il-punt trigonometriku li jinsab f'altitudni ta' 1 122 m ta' Monte Della Grassa fil-Grigal taż-żona abitabbli ta' Gangi.

C.

Il-punt li jinsab fix-xifer fil-Majjistral tal-bini f'altitudni ta' 409 m qrib l-S.S. 121 fil-lokalità ta' Contrada S. Benedetto.

D.

Il-punt trigonometriku li jinsab f'altitudni ta' 832 m ta' Monte Delle rocche fil-Lbiċ taż-żona abitabbli ta' S. Caterina di Villarmosa; li jikkonċidi mal-quċċata “E” tal-permess “Casteltermini”.

E.

Il-quċċata li tinsab fit-3 Km tat-triq lejn Resuttano, fin-Nofsinhar ta' Cozzo Campanella; li tikkonċidi mal-quċċata “D” tal-permess “Casteltermini”.

F.

Il-quċċata li tinsab fix-xifer fil-Grigal tal-bini f'altitudni ta' 616 m ta' Casa Tedesco fi Contrada Cannatello; li tikkonċidi mal-quċċata “C” tal-permess “Casteltermini”.

G.

Il-quċċata li tinsab fix-xifer fin-Nofsinhar tad-dar f'altitudni ta' 680 m fi Contrada S. Filippo fil-Lbiċ taż-żona abitata ta' Alimena; li tikkonċidi mal-quċċata “B” tal-permess “Casteltermini”.

H.

Il-quċċata li tinsab fix-xifer fil-Lvant tad-dar f'altitudni ta' 697 m li tinsab bejn Contrada Mangiante u Contrada Scorsone; li tikkonċidi mal-quċċata “A” tal-permess “Casteltermini”.

I.

Il-punt trigonometriku li jinsab f'altitudni ta' 947 m ta' Monte Piombino fit-Tramuntana u x-Xlokk taż-żona abitabbli ta' Caltavuturo.

Koordinati ġeografiċi

Qċaċet

Latitudni N

Lonġitudni E (M. Mario)

A

37°49′28,61″

01°42′06,78″

B

37°49′22,20″

01°50′51,64″

C

37°36′09,84″

01°53′17,04″

D

37°35′02″

01°33′37″

E

37°40′11,42″

01°33′18,84″

F

37°40′10″

01°38′02″

G

37°41′09″

01°38′32″

H

37°45′56,98″

01°25′27,58″

I

37°47′34″

01°28′26″

Dawk kollha li huma interessati jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-permess fl-istess żona fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; dawk l-applikazzjonijiet li jaslu wara din l-iskadenza jiġu ddikjarati nulli. L-Att li bih jingħata l-permess għat-tiftix jinħareġ fi żmien sitt xhur mill-aħħar data ammissibbli għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet minn entitajiet f'kompetizzjoni. B'referenza għall-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE, qed jiġi mgħarraf ukoll li l-kriterji li fuqhom jingħataw il-permessi ta' tiftix, il-permessi ta' riċerka u l-konċessjonijiet ta' sfruttament diġà ġew ippubblikati fil-ħarġa ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 396 tad-19 ta' Diċembru 1998, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv tal-President tar-Repubblika Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996 (ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, Nru 293, tal-14 ta' Diċembru 1996), li tittrasponi u timplimenta fl-ordinament ġuridiku Taljan id-Direttiva msemmija hawn fuq, u speċifikati mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lulju 2000, li diġà ssemmiet (ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 32, tas-7 ta' Lulju 2000).

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-eżerċizzju jew il-waqfien tal-attività huma stabbiliti mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lulju 2000, li ssemmiet hawn fuq, kif ukoll mill-ispeċifikazzjonijiet standard (id-Disciplinare Tipo) maħruġa fit-30.10.2003 bl-Atti tad-Direttur Reġjonali għall-Industrija, u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija rispettivament fl-14. ta' Novembru 2003 l-Parti I Nru 49 u tal-5 ta' Novembru 2004 l-Parti I Nru 46.

Id-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni hija disponibbli għand: l-Ufficio Regionale per gli Idrocarburi e la Geotermia, del Corpo Regionale delle Miniere, Via Ugo La Malfa n 101 kodiċi postali 90146 Palermo, għall-użu ta' dawk interessati u li jixtiequ jarawha.

Palermo, l-5 ta' Frar 2009.

Il-kap ta' l-U.R.I.G.

Dr. Ing. Salvatore GIORLANDO


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/22


AVVIŻ TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' TIFTIX TA' IDROKARBURI LIKWIDI U GASSUŻI BL-ISEM VITA

IR-REPUBBLIKA TALJANA – REĠJUN TA' SQALLIJA

MINISTERU REĠJONALI GĦALL-INDUSTRIJA – DIPARTIMENT REĠJONALI GĦALL-MINJIERI

UFFIĊĊJU REĠJONALI GĦALL-IDROKARBURI U L-ĠEOTERMIJA (U.R.I.G.)

2009/C 173/11

Is-Società Edison S.p.A., bis-sede legali f'Milano, Foro Buonaparte no 31, C.F. 06722600019, f'applikazzjoni bid-data tal-10 ta' Mejju 2005 u applikazzjoni supplimentari fid-data 2.8.2007 b'varjazzjonijiet fil-vertiċi u ż-żona indirizzati lill-Ministru Reġjonali għall-Industrija, l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' permessi minerarji fir-Reġjun ta' Sqallija, bis-sede fl-indirizz Via Ugo La Malfa Nru 87/89, kodiċi postali 90146 Palermo, talbet biex jingħatalha, skont il-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14 tat-3 ta' Lujlu 2000, bi traspożizzjoni u applikazzjoni tad-Direttiva 94/22/KE, il-permess li twettaq tiftix għal idrokarburi likwidi u gassużi konvenzjonalment imsejjaħ “Vita”, f'żona ta' estensjoni ta' HA 68 210 li tinsab fil-Punent ta' Sqallija fit-territorju tal-provinċji ta' Palermo u Trapani. Iż-żona msemmija għandha l-fruntieri ma' żoni ħielsa fit-Tramuntana, il-Lvant u n-Nofsinhar. Fil-Punent, tul il-linja bejn il-vertiċi “F” u “G”, ħdejha hemm il-konċessjoni “Lippone-Mazara del Vallo”.

Għall-provinċja ta' Palermo, il-Muniċipalità ikkonċernat huwa Monreale. Għall-provinċja ta' Trapani, il-Muniċipalitajiet ikkonċernati huma: Alcamo, Buseto Palizzolo, Calatafimi, Castelvetrano, Gibellina, Partanna, Salaparuta, Salemi, Santa Ninfa, Trapani, Vita, Castellammare del Golfo u Mazara del Vallo.

Il-perimetru taż-żona li dwarha saret it-talba għall-permess huwa identifikat mil-linja kontinwa bejn il-vertiċi A, B, C, D, E, F, G definiti kif ġej:

A.

Vertiċi li jinsab fuq il-punt ikkwotat 173 metru fuq il-livell tal-baħar, SE mil-lokalità ta' Guarli max-xifer NE tal-pont fuq il-linja ferrovjarja Palermo-Trapani (madwar 1 Km fil-Lvant tal-Istazzjoni ta' Fulgatore);

B.

Vertiċi li jinsab fuq il-punt ikkwotat 295 metru fuq il-livell tal-baħar (ix-xifer NW ta' C. Plizzi), SE mill-abitat ta' Alcamo;

C.

Vertiċi li jinsab tul il-kilometru 2 (plier tal-mili) tal-SP 19 (bejn il-fdalijiet ta' Salaparuta u Salaparuta), f'contrada San Giuseppe, SE mil-lokalità Ruderi di Salaparuta;

D.

Vertiċi tul il-punt trigonometriku 231 metru fuq il-livell tal-baħar, maġenb C. Del Barona f'Contrada Baiata, madwar 575 metri lejn in-nofsinhar ta' salib it-toroq “Le quattro vie”;

E.

Vertiċi li jinsab tul il-punt trigonometriku 151 metru fuq il-livell tal-baħar, f'contrada Trinità fuq ix-xifer SE tal-Chiesa della Trinità (il-Knisja tat-Trinità);

F.

Vertiċi magħmul minn pilastru tal-konkrit ingastat mal-bir fi kwota 200 metru li qiegħed 275 metru lvant tat-triq li min-nofsinhar twassal għal Borgo Aquila fil-contrada tal-istess isem. Tikkoinċidi mal-vertiċi “f” tal-konċessjoni “Lippone-Mazara del Vallo”;

G.

Vertiċi magħmul minn pilastru tal-konkrit ingastat max-xifer tal-Punent tal-Case Aquila fi kwota ta' 134 metru tal-contrada bl-istess isem. Tikkoinċidi mal-vertiċi “g” tal-konċessjoni “Lippone-Mazara del Vallo”;

Il-pilastri fir-rigward tal-vertiċi “f” u “g” għandhom forma ta' priżma b'bażi kwadra bi ġnub ta' 20 ċm li jintemmu fil-għoli f'uċuħ piramidali magħmula biċ-ċanfrin tax-xfar orizzontali tal-piramida. Kull pilastru żgħir huwa mnaqqax b'żewġ imrietel imrikkba fuq xulxin bl-ittri “C.M” fuq wiċċ vertikali, u fuq il-wiċċ oppost, l-ittra li tikkorrispondi għall-vertiċi “f” u l-vertiċi “g”.

Koordinati ġeografiċi

Vertiċi

Latitudni N

Lonġitudni E (M. Mario)

A

37°57′05,01″

00°14′43,79″

B

37°58′07,64″

00°31′50,97″

C

37°46′24,84″

00°32′34,14″

D

37°40′59,76″

00°25′46,21″

E

37°41′07,85″

00°18′08,96″

F

37°44′40,50″

00°17′07,60″

G

37°45′41,20″

00°16′23,50″

Dawk kollha li huma interessati jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-permess fl-istess żona fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; dawk l-applikazzjonijiet li jaslu wara din l-iskadenza jiġu ddikjarati nulli. L-Att li bih jingħata l-permess għat-tiftix jinħareġ fi żmien sitt xhur mill-aħħar data ammissibbli għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet minn entitajiet f'kompetizzjoni. B'referenza għall-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE, qed jiġi mgħarraf ukoll li l-kriterji li fuqhom jingħataw il-permessi ta' tiftix, il-permessi ta' riċerka u l-konċessjonijiet ta' sfruttament diġà ġew ippubblikati fil-ħarġa tal- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 396 tad-19 ta' Diċembru 1998, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv tal-President tar-Repubblika Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996 (ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, Nru 293, tal-14 ta' Diċembru 1996), li tittrasponi u timplimenta fl-ordinament ġuridiku Taljan id-Direttiva msemmija hawn fuq, u speċifikati mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lujlu 2000, li diġà ssemmiet (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 32, tas-7 ta' Lujlu 2000).

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-eżerċizzju jew il-waqfien tal-attività huma stabbiliti mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lujlu 2000, li ssemmiet hawn fuq, kif ukoll mill-ispeċifikazzjonijiet standard (id-Disciplinare Tipo) bl-Atti Nru 91 u Nru 88 maħruġa fit-30 ta' Ottubru 2003 u fl-20 ta' Ottubru 2004 rispettivament, mid-Direttur Reġjonali għall-Industrija, u ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija rispettivament fl-14 ta' Novembru 2003 l-Parti I Nru 49 u fil-5 ta' Novembru 2004 l-Parti I Nru 46.

Id-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni hija disponibbli għand: Ufficio Regionale per gli Idrocarburi e la Geotermia, del Corpo Regionale delle Miniere, Via C. Camilliani Nru. 101 kodiċi postali 90146 Palermo, Italia, għall-użu ta' dawk interessati u li jixtiequ jarawha.

Palermo, .

Il-kap tal-U.R.I.G.

Dr. Ing. Salvatore GIORLANDO


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5568 – Volkswagen/Fleet Investments/Leaseplan Corporation JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 173/12

1.

Fl-14 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta għal konċentrazzzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Volkswagen Bank GmbH (il-Ġermanja) li huma proprjetà tal-Grupp Volkswagen, u Fleet Investments BV (L-Olanda), propjetà tal-Grupp Metzler, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża LeasePlan Corporation N.V. (L-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Volkswagen: Żvilupp, manifattura u bejgħ ta’ karozzi u vetturi kummerċjali ħfief inkluż partijiet u aċċessorji; distribuzzjoni ta’ vetturi; Servizzi finanzjarji relatati mad-distribuzzjoni u l-finanzjament tal-karozzi u l-vetturi kummerċjali; Soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-flotta u riċerka u żvilupp,

għal Fleet Investments BV: kumpanija holding u ta' investiment,

għal LeasePlan Corporation N.V.: leasing tal-flotta sħiħa u servizzi ta’ ġestjoni għal vetturi ħfief, kiri ta’ karozzi għal perjodu qasir, kiri finanzjarju u assigurazzjoni (senserija).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5568 – Volkswagen/Fleet Investments/Leaseplan Corporation JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5581 – Euroports Holding/Benelux Port Holdings)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 173/13

1.

Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża Euroports Holding S.á r.l. (“Euroports”, il-Lussemburgu) sussidjarja li hija kompletament propjetà ta' BBI Europe Holdings (Malta II) Ltd (“BBI Europe”, il-Lussemburgu) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-intier ta' Benelux Port Holding S.á r.l. (“BPH”, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Euroports: it-tħaddim tal-portijiet, it-trasport u l-ħażna tal-merkanzija, u servizzi relatati,

għal BPH: it-tħaddim tal-portijiet, it-trasport tal-merkanzija u servizzi relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5581 – Euroports Holding/Benelux Port Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.