ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.157.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
10 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 157/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà

1

2009/C 157/02

Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

2

2009/C 157/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 157/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 157/05

Formola għall-informazzjoni fil-qosor li għandha tingħata kull meta tiġi implimentata skema ta' għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, u kull meta tingħata għajnuna ad hoc eżentata b'dan ir-Regolament u li ma tkunx parti minn skema ta’ għajnuna ( 1 )

7

2009/C 157/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

9

2009/C 157/07

Proċedura Nazzjonali Irlandiża għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku

11

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 157/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

14

2009/C 157/09

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2009

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà

2009/C 157/01

Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà (1) se jiskadu fid-9 ta' Ottubru 2009 (2).

Sa mill-adozzjoni tagħhom fl-2004, il-Kummissjoni applikat dawn il-Linji Gwida f’bosta każijiet u l-esperjenza wriet li jipprovdu bażi soda għall-kontroll ta’ din it-tip ta’ Għajnuna mill-Istat.

Il-kriżi ekonomika ħolqot sitwazzjoni ekonomika diffiċli u instabbli. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali fit-trattament tal-Għajnuna mill-Istat għall-Impriżi li jinsabu f’diffikultà finanzjarja, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-validità tal-Linji Gwida eżistenti tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-Impriżi f’Diffikultà tad-9 ta’ Ottubru 2012.


(1)  ĠU C 244 tal-1.10.2004, p. 2-17.

(2)  Ara l-paragrafu 102 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà, ĠU C 244, 1.10.2004, p. 15.


10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/2


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

2009/C 157/02

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 33

Bejn it-titolu tal-Kapitolu 4 (PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAT-TJUR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MINN ANNIMALI, LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA) u “0401” jiġi mdaħħal it-test li ġej:

Ġenerali

Il-kaseinati li jinkisbu mill-kaseina tal-ħalib huma wżati, pereżempju, bħala emulsifikant (kaseinat tas-sodju) jew sors ta' proteina (kaseinat tal-kalċju). Il-prodotti li għandhom fihom kaseinati f'ammont akbar minn 3 % fil-piż ta' kontenut niexef huma esklużi mill-intestaturi 0401 sa 0404 peress li dawk il-kaseinati ma jeżistux naturalment fil-ħalib f'dan il-livell (b'mod partikolari ara l-intestatura 1901).”

Paġna 33

It-tieni paragrafu tan-Nota ta' Spjegazzjoni tan-NM għall-intestatura “0402” jiġi sostitwit b'li ġej:

“Prodotti li fihom il-leċitina tas-soja (emulsifikant) f'ammont iktar minn 3 % fil-piż ta' kontenut niexef huma esklużi minn din l-intestatura.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p 1.


10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/3


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 157/03

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 21/09

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Federale Steunmaatregel “Luchtvaart 2008-2013” – Mesure d'aide fédérale “Aéronautique 2008-2013”

Il-bażi legali

Mededeling aangaande de Federale Steunmaatregel “Luchtvaart 2008-2013” – Communication relative à la mesure d'aide fédérale “Aéronautique 2008-2013”

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Għotja rimborsabbli

L-Estimi

Baġit globali: 178 miljun EUR

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Federaal Luchtvaartplatform/Plateforme aéronautique fédérale (samengesteld uit/composé de: Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie/Service public fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie

City Atrium C

Vooruitgangstraat 50

1210 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

en/et

Programmatorische Overheidsdienst Wetenschapsbeleid/Service public de programmation Politique scientifique

Wetenschapstraat 8

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

3.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 68/09

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaams Gewest

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

ARKimedes risk capital-programme. Increase of annual investment tranches

Il-bażi legali

Decreet van 19 december 2003 betreffende het activeren van risicokapitaal in Vlaanderen/Décret du 19 décembre 2003 relatif à l'activation de capital-risque en Flandre; Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge 17.2.2004; Besluit van de Vlaamse regering huidende uitvoering van het decreet van 19 december 2003 betreffende het activeren van risicokapitaal in Vlaanderen/Arrêté du Gouvernement flamand portant exécution du décret du 19 décembre 2003 relatif à l'activation du capital-risque en Flandre; Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge 30.12.2004

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta' l-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit annwali: 6 562 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vlaamse Regering, Martelaarsplein 7

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 331/09

Stat Membru

Is-Slovenja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Slovenian guarantee scheme for credit institutions

Il-bażi legali

Zakon o javnih financah (Urandni list RS, št. 79/99, 124/00, 79/01, 30/02, 56/02 – ZJU, 110/02 – ZDT-B, 127/06 – ZJZP, 14/07 – ZSPDPO) Uredba o merilih in pogojih za izdajanje poroštev po 86. a členu Zakona o javnih financah (Uradni list RS, št. 115/08)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit globali: 12 000 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

6.2009–12.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministrstvo za finance Župančičeva 3

1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Lulju 2009

2009/C 157/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3990

JPY

Yen Ġappuniż

130,05

DKK

Krona Daniża

7,4469

GBP

Lira Sterlina

0,86060

SEK

Krona Żvediża

10,9785

CHF

Frank Żvizzeru

1,5119

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0740

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,933

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

275,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6997

PLN

Zloty Pollakk

4,3548

RON

Leu Rumen

4,2142

TRY

Lira Turka

2,1625

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7831

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6182

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8426

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2194

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0408

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 787,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3330

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,5575

HRK

Kuna Kroata

7,3450

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 193,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,9860

PHP

Peso Filippin

67,306

RUB

Rouble Russu

44,5200

THB

Baht Tajlandiż

47,669

BRL

Real Brażiljan

2,8025

MXN

Peso Messikan

18,8424

INR

Rupi Indjan

68,1450


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/7


Formola għall-informazzjoni fil-qosor li għandha tingħata kull meta tiġi implimentata skema ta' għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, u kull meta tingħata għajnuna ad hoc eżentata b'dan ir-Regolament u li ma tkunx parti minn skema ta’ għajnuna

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 157/05

1.   Stat Membru: Id-Danimarka

2.   Reġjun/awtorità li tagħti l-għajnuna: —

3.   Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: XF 10/2009 – Støtteordning: Industri til konsum

4.   Bażi ġuridika: Lov om fiskeri og fiskeopdræt (fiskeriloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 978 af 26. september 2008

5.   Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta’ għajnuna jew ammont kumplessiv ta’ għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Dkr. 2 000 000 DKK

6.   Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

7.   Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta’ Mejju 2009

8.   Tul ta’ żmien tal-iskema ta' għajnuna jew tal-għajnuna individwali (sa mhux aktar tard mit-30.6.2014.) Indika:

skont l-iskema: id-data sa meta tista' tingħata l-għajununa

fil-każ ta’ għajnuna individwali: id-data prevista għall-għoti tal-aħħar parti tal-ħlas.

Il-31 ta’ Diċembru 2009

9.   Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għandha tkopri s-swieq tal-bejgħ ta’ speċijiet industrijali, b’mod partikolari taċ-ċiċċirell u tal-laċċ ikħal.

10.   Indika l-artikolu jew l-artikoli applikati (l-Artikoli 8 sa 24): Artikolu 16

11.   Attività kkonċernata: Fl-ambitu tas-sajd permezz ta’ bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża u mikrija, dan jikkonċerna l-użu tal-possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ speċijiet industrijali fuq livell dinji, kemm bi kwantità għall-konsum f’reġjuni li jkollhom domanda għal prodotti alimentari bi prezz relattivament baxx, kif ukoll bħala prodotti pproċessati.

12.   Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Fiskeafgiftsfonden

c/o Danmarks Fiskeriforening

Nordensvej 3, Taulov

7000 Fredericia

DANMARK

13.   Indirizz tas-sit tal-Internet fejn jinsabu t-test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna individwali li ma tkun f’ebda forma ta’ skema ta’ għajnuna: http://wk.bakuri.dk/filarkiv/fiskeafgiftsfonden.dk/file/budget2009_supplerende_oplysninger.pdf

http://wk.bakuri.dk/filarkiv/fiskeafgiftsfonden.dk/file/FAF_budget2009.pdf

14.   Ġustifikazzjoni: indika għalfejn ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat u mhux għajnuna mill-Fond Ewropew għas-sajd: Dan jikkonċerna proġett kbir li parti minnu hija ffinanzjata mill-Fond Ewropew għas-sajd u l-parti l-oħra minn allokazzjonijiet li jsiru fl-ambitu tal-liġi dwar l-innovazzjoni. Għall-aħħar parti tal-proġett, il-bqija tal-finanzjament għandu jiġi ggarantit mill-iskema ta’ għajnuna għal speċijiet industrijali maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

1.   Stat Membru: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

2.   Reġjun: L-Iskozja

3.   Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: XF 11/2009 – QA Fish

4.   Bażi legali: L-Artikolu 37 tal-Aquaculture and Fisheries (Scotland) Act 2007

5.   Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: GBP 500 398 f’sena waħda biss

6.   Intensità massima tal-għajnuna: 60 %

7.   Data tal-implimentazzjoni:

8.   Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Sad-29 ta’ Mejju 2009

9.   Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-QA Fish biex tikkumpensa għall-ispejjeż tal-qerda bla moħqrija ta’ ħut fil-Loch Strom b’konsegwenza tar-restrizzjonijiet fuq moviment imposti mill-Gvern tal-Iskozja fir-rigward tal-anemija infettiva tas-salamun (ISA). Il-pagament isir f’Mejju tal-2009.

10.   Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 japplikaw: Dan huwa f’konformità mal-Artikolu 14

11.   Attività kkonċernata: L-għajnuna tikkumpensa sa 60 % tal-valur tal-istokk tal-popolazzjoni tal-ħut li jonqos minħabba l-QA Fish permezz tal-qerda tal-istokk li jinqabad fil-Loch Strom b’konsegwenza tar-restrizzjonijiet fuq moviment tal-ħut ħaj lejn u minn żoni ta’ kontroll u sorveljanza tal-ISA.

12.   Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Brian Dornan

Scottish Government, Marine Directorate

Pentland House

47 Robb’s Loan

Edinburgh

EH14 1TY

UNITED KINGDOM

13.   Indirizz tal-internet: http://www.scotland.gov.uk/Topics/Fisheries/Fish-Shellfish/18610/diseases/infectious-salmon-anaemia/BER

14.   Motivazzjoni: L-għajnuna li titħallas lill-QA Fish għandha tkun għall-ispejjeż relatati mat-tnaqqis ta’ ħut dovut għat-tnixxif tal-Loch u għar-restrizzjonijiet fuq moviment ta’ ħut li żamm lura l-moviment tal-ħut ħaj ’il barra mil-Loch. Mingħajr din l-għajnuna, jeżisti l-periklu reali li din l-industrija tas-settur Skoċċiż tal-akkwakultura ma tibqax teżisti.


10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 157/06

Għajnuna Nru

:

XA 90/09

Stat Membru

:

L-Awstrija

Reġjun

:

L-Awstrija

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali

:

Sonderrichtlinie des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt- und Wasserwirtschaft für die Konsolidierung von Verbindlichkeiten land- und forstwirtschaftlicher Betriebe

Bażi legali

:

Landwirtschaftsgesetz 1992, BGBl. Nr. 1992/375

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

:

Għajnuna (valur fi flus): ammont massimu ta’ EUR 1,5 miljun fis-sena għal kemm iddum l-iskema

Intensità massima tal-għajnuna

:

L-għajnuna se tingħata fil-forma ta’ sussidju fuq l-imgħax fuq self ta’ konsolidament sabiex jinbidel is-self b’imgħax normali eżistenti u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tal-operat. Is-sussidju huwa ta’ 50 % mir-rata tal-imgħax grossa li tista’ tiġi bbilanċjata fuq il-volum tas-self mogħti u li ma jkunx tħallas. Il-limitu massimu tas-self eliġibbli huwa ta’ EUR 100 000, u t-tul tas-self huwa għal massimu ta’ 15-il sena. Sabiex wieħed jikkalkula s-sussidju fuq is-self, għandha, f’kull każ, issir referenza għar-rata tal-imgħax grossa ta’ dak il-waqt għat-tul ta' żmien kollu tas-self, liema rata ma għandhiex taqbeż l-4.5 %. Il-valur fi flus għal self ta’ EUR 100 000 għal perjodu ta’ 15-il sena huwa ta’ EUR 15 000 (15 %).

Data tal-implimentazzjoni

:

L-1 ta’ April 2009

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali

:

Mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna

:

L-għan tal-għajnuna huwa li jinħoloq inċentiv sabiex jinxtraw u jibqgħu jitħaddmu impriżi li għandhom id-dejn u sabiex, fi żmien raġonevoli, dawn jerġgħu jibdew irendu.

Is-suġġett tal-għajnuna huwa l-ewwel fergħa ta’ impriża agrikola u x-xiri tal-impriża b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni u ta’ ristrutturazzjoni.

Eliġibbli għall-għajnuna huma persuni naturali li għandhom fergħa fl-Awstrija, li jamministraw impriża agrikola u tal-forestrija f’isimhom stess u li jkollhom inqas minn 40 sena meta japplikaw (bdiewa żgħażagħ).

Setturi ekonomiċi kkonċernati

:

L-agrikoltura u l-forestrija

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Stubenring 1

1012

ÖSTERREICH

Indirizz tas-sit tal-internet

:

http://www.landnet.at/article/articleview/17666/1/5125/

Tagħrif ieħor

:

Din l-iskema taqa’ fi ħdan l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 u tissodisfa l-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Għajnuna Nru: XA 93/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Brandenburg

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 2: Landwirtschaft „Nachhaltigkeit“

Bażi legali: Gesetz über die InvestitionsBank des Landes Brandenburg in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Juli 1996 (GVBl. I/96, Nr. 19, S. 258) geändert durch Gesetz vom 20. April 2004 (GVBl. I/04, Nr. 07, S. 156) in Verbindung mit der Programminformation Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 2: Landwirtschaft „Nachhaltigkeit“ und dem Merkblatt Beihilfen

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Jingħataw sussidji tal-interessi. L-ammont previst tal-għajnuna huwa EUR 0,2 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta' 20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħti lil impriża waħda ma jistax jaqbeż EUR 400 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin finanzjarji. Fil-każ ta' akkumulazzjoni ma' finanzjament pubbliku ieħor b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli, jitħarsu l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Data tal-implimentazzjoni: Skont l-iskadenza mogħtija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, iżda mhux qabel l-1 ta' April 2009.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta’ Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli skont l-Anness I għat-Trattat tal-KE (ħlief għas-sajd u l-akkwakultura) permezz ta' għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli. Investimenti fil-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali jew titjib tal-kundizzjonijiet tal-iġjene jew tal-benesseri tal-annimali. Investimenti għat-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

L-ispejjeż eliġibbli huma (a) il-bini, ix-xiri jew l-immodernizzar tal-propjetà immobbli, (b) ix-xiri jew il-kera bix-xiri ta' makkinarju u tagħmir, inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur normali tal-assi fis-suq, jew (c) l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-ħlasijiet lill-periti u lill-inġiniera, il-ħlasijiet għall-konsulenza, u għall-istudji dwar il-fattibbiltà.

Setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura, id-dwieli tal-inbid, l-ortikoltura

Isem u indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

InvestitionsBank des Landes Brandenburg

Steinstraße 104-106

14480 Potsdam

DEUTSCHLAND

Sit tal-internet: http://www.ilb.de/rd/programme/1812.php

Tagħrif ieħor: —

Għajnuna Nru: XA 94/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Brandenburg

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 1: Landwirtschaft „Wachstum“ mit Zinsbonus für Junglandwirte

Bażi legali: Gesetz über die InvestitionsBank des Landes Brandenburg in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Juli 1996 (GVBl. I/96, Nr. 19, S. 258) geändert durch Gesetz vom 20. April 2004 (GVBl. I/04, Nr. 07, S. 156) in Verbindung mit der Programminformation Brandenburg-Kredit für den Ländlichen Raum — Baustein 1: Landwirtschaft „Wachstum“ mit Zinsbonus für Junglandwirte und dem Merkblatt Beihilfen

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Jingħataw sussidji tal-interessi. L-ammont previst tal-għajnuna huwa EUR 0,2 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta' 20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħti lil impriża waħda ma jistax jaqbeż EUR 400 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin finanzjarji. Fil-każ ta' akkumulazzjoni ma' finanzjament pubbliku ieħor b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli, jitħarsu l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għax-xiri ta' artijiet, għajr għal finijiet ta' bini, tista’ tingħata għajnuna sa 10 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ investiment.

Data tal-implimentazzjoni: Skont l-iskadenza mogħtija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, iżda mhux qabel l-1 ta' April 2009.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli skont l-Anness I għat-Trattat tal-KE (ħlief għas-sajd u l-akkwakultura) permezz ta' għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli (l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

L-ispejjeż eliġibbli huma (a) il-bini, ix-xiri jew l-immodernizzar tal-propjetà immobbli, (b) ix-xiri jew il-kera bix-xiri ta' makkinarju u tagħmir, inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur normali tal-assi fis-suq, jew (c) l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-ħlasijiet lill-periti u lill-inġiniera, il-ħlasijiet għall-konsulenza, u għall-istudji dwar il-fattibbiltà.

Setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura, id-dwieli tal-inbid, l-ortikoltura

Isem u indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

InvestitionsBank des Landes Brandenburg

Steinstraße 104-106

14480 Potsdam

DEUTSCHLAND

Sit tal-internet: http://www.ilb.de/rd/programme/1812.php

Tagħrif ieħor: —


10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/11


Proċedura Nazzjonali Irlandiża għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku

2009/C 157/07

F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika din il-proċedura nazzjonali dwar it-tqassim fost it-trasportaturi Komunitarji tad-drittijiet tat-traffiku tal-ajru fejn dawn huma limitati skont ftehimijiet ta' servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi.

GĦANIJIET ĠENERALI

L-għan ġenerali tad-Dipartiment tat-Trasport fir-rigward tal-allokazzjoni tad-drittijiet limitati huwa li tiġi ffaċilitata u mħeġġa firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' servizzi tal-ajru li jkunu affidabbli, regolari u kompettitivi għall-benefiċċju tat-turisti, il-kummerċ u l-industrija Irlandiżi.

Aktar speċifikament, huwa l-għan tad-Dipartiment li jimmassimizza l-benefiċċji tal-konsumaturi, iżomm livell għoli ta' sikurezza u jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni.

1.   Informazzjoni u applikazzjoni għad-drittijiet tat-traffiku

It-Taqsima tas-Servizzi u s-Sigurtà tal-Avjazzjoni tad-Dipartiment tat-Trasport għandha tippubblika lista ta' negozjati bilaterali ppjanati ma' pajjiżi terzi fuq il-websajt tad-Dipartiment.

Ir-riżultat ta' dawn in-negozjati bilaterali għandu jiġi ppubblikat fuq il-webjast tad-Dipartiment.

L-istedina għall-espressjonijiet ta' interess għall-allokazzjoni tad-drittijiet skont ftehimiet bilaterali ġodda jew emedati ma' pajjiżi terzi ser issir permezz tal-websajt tad-Dipartiment. L-espressjonijiet ta' interess għandhom jitressqu fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-istedina.

Meta l-għadd tal-espressjonijiet ta' interess ikun ogħla minn dak tad-drittijiet tat-traffiku disponibbli, ser tiġi applikata l-proċedura tad-Dipartiment għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku.

2.   Proċedura tal-allokazzjoni

Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku, jew id-deżinjazzjoni fuq il-ftehimiet bilaterali restrittivi hija msejsa fuq dikjarazzjonijiet u pożizzjonijiet inizjali miktuba tat-trasportaturi Komunitarji eliġibbli li applikaw. Is-sottomissjoni miktuba għandha tkun msejsa fuq formula standard li se tkun disponibbli fil-websajt tad-Dipartiment. Il-formula standard se tkun msejsa fuq il-kriterji tal-għażla li jinsabu fil-punti 3.1 u 3.2 aktar 'l isfel.

Kumitat tal-allokazzjoni

Kull proposta se tiġi evalwata minn kumitat. L-għan tal-Kumitat ser ikun li jqabbel l-applikazzjonijiet kompetituri sabiex jiddetermina, bl-aktar mod oġġettiv possibbli, liema mill-proposti x'aktarx li tirriżulta fl-aktar servizz vantaġġuż għall-konsumaturi, it-turisti u l-kummerċ Irlandiżi.

Jekk meħtieġ, il-Kumitat għandu jikkonsulta mal-Awtorità Irlandiża tal-Avjazzjoni u/jew mal-Kummissjoni tar-Regolazzjoni tal-Avjazzjoni għal parir fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni teknika li jkunu responsabbli għaliha dawn l-entitajiet.

3.   Giet stabbilita sistema ta' allokazzjoni b'żewġ fazijiet:

(1)

Preselezzjoni

(2)

Evalwazzjoni ta' kull proposta skont il-kriterji tal-għażla

3.1.   Preselezzjoni

It-trasportaturi għandhom jissodisfaw lill-Kumitat tal-Allokazzjoni li:

huma stabbiliti fl-Irlanda

li għandhom Liċenzja Operattiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (1).

l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru jeżerċita u għandu kontroll regolatorju effikaċi tal-linja tal-ajru

3.2.   Kriterji Speċifiċi tal-Evalwazzjoni

Kull każ se jiġi evalwat mill-Kumitat tal-Allokazzjoni skont it-tliet kategoriji ta' hawn taħt:

(a)   Il-kwalità tas-servizz propost.

 

Id-deskrizzjoni tas-servizz,

 

Il-valutazzjoni tal-pjanijiet tan-negozju u l-previżjonijiet tat-traffiku

 

Il-kapaċità teknika, kummerċjali u finanzjarja biex ikunu pprovduti servizzi u żgurat l-operat kontinwu.

 

Tip ta' operat (skedat jew mhux skedat, code sharing, servizzi diretti indiretti)

 

Frekwenzi tas-servizz

 

Disponibbiltà tal-konnessjonijiet, aċċessibbiltà mir-reġjuni

 

Tip u konfigurazzjoni tal-inġenji tal-ajru

 

Kemm ser idum is-servizz, data proposta ta' meta ser jibda

 

Staġonalità

(b)   Prezz

 

Politika tal-ipprezzar u struttura tal-biljett

 

Prezzar skont il-kategorija/staġun

(c)   Kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi

 

Pjan tal-kummerċjalizzazzjoni/approċċ/arranġamenti ma' trasportaturi oħrajn

 

Miri f'termini ta' passiġġier

 

Distribuzzjoni/aċċess tal-konsumaturi għas-servizz (prenotazzjoni onlajn biss/ħruġ tal-biljetti, eċċ)

(d)   Skadenza proċedurali

Il-Kumitat għandu jevalwa kull applikazzjoni u għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Ministru fi żmien xahrejn minn meta jaslu l-applikazzjonijiet. Id-deċiżjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-websajt tad-Dipartiment.

(e)   Appelli

Il-Ministru għandu, fuq talba bil-miktub mingħand trasportatur tal-ajru li jħoss li ma ġiex trattat b'mod ġust, jistabbilixxi bord tal-appell. Bord tal-appell għandu jkun magħmul minn tliet persuni maħtura mill-Ministru. Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-appell għandhom jingħataw fi żmien xahrejn minn meta jasal l-appell. Għandhom jingħataw ir-raġunjiet għad-deċiżjonijiet u għandhom ikunu ppubblikati fil-websajt tad-Dipartiment.

4.   Tul taż-żmien u trasferiment tad-drittijiet tat-traffiku allokati

Drittijiet limitati tat-traffiku jistgħu jiġu allokati għal perjodu limitat (massimu tliet snin) kif speċifikat fl-istedina għall-espressjonijiet ta' interess.

Id-drittijiet limitati tat-traffiku mhumiex trasferibbli

5.   Monitoraġġ u Revoka

Id-drittijiet tat-traffiku għandhom jiġu mmonitorjati mit-Taqsima tar-Regolazzjoni tal-Avjazzjoni u r-Relazzjonijiet Internazzjonali.

Id-drittijiet għandhom jittieħdu mill-ewwel u jintużaw skont l-applikazzjoni.

Id-drittijiet limitati tat-traffiku għandhom jiġu rrevokati jekk isseħħ kwalunkwe ħaġa minn dan li ġej:

jekk ma jintużawx f'qafas ta' żmien ispeċifikat

jekk il-livell tas-servizz ma jintlaħaqx

il-Liċenzja Operattiva tat-trasportatur tal-ajru tiġi rrevokata jew sospiża

id-drittijiet limitati tat-traffiku ma ntużawx jew ma ntużawx kollha għal perjodu ta' sitt xhur, sakemm it-trasportatur ma jistax juri li ma kellux kontroll fuq il-waqfien jew li kien minħabba raġunijiet eċċezzjonali.

Meta d-drittijiet tat-traffiku jiġu rrevokati, jiġu allokati mill-ġdid skont dawn il-proċeduri.

Il-linji tal-ajru kompetituri ser ikunu jistgħu jikkontestaw l-użu effiċjenti tad-drittijiet tat-traffiku minn linji tal-ajru li jkollhom dawn id-drittijiet. F'dawn iċ-ċirkustanżi, il-linja tal-ajru kompetitriċi għandha tikteb lit-Taqsima tas-Servizzi u s-Sigurtà tal-Avjazzjoni tad-Dipartiment tat-Trasport u turi kif is-servizzi proposti minnha huma bla dubju aħjar mis-servizzi eżistenti.

Fir-rigward tad-drittijiet allokati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu kkontestati minn linji tal-ajru kompetitturi wara perjodu transitorju ta' tliet snin, qabel ma drittijiet eżistenti jkunu jistgħu jiġu allokati mill-ġdid.


(1)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/14


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 157/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“FARINE DE BLÉ NOIR DE BRETAGNE” JEW “FARINE DE BLÉ NOIR DE BRETAGNE – GWINIZH DU BREIZH”

Nru tal-KE: FR-PGI-005-0555-26.09.2006

IĠP ( X ) DOP ( )

1.   Isem:

“Farine de blé noir de Bretagne” jew “Farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Prodotti tal-klassi 1.6:

“frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati”

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Il-prodott huwa dqiq li jinkiseb bit-tifrik taż-żrieragħ tal-qamħ saraċin (Fagopyrum esculentum), pjanta mkabbra tradizzjonalment fil-Brittanja.

Il-varjetà li tintuża hija l-Harpe u/jew it-Tetra Harpe sewda tat-tip fiddien.

Il-lewn tad-dqiq għandu jkun superjuri jew ekwivalenti għal 75. Dan jirrigwarda l-kejl tal-lewn tad-dqiq fuq skala minn 0 sa 100 (iktar ma jkun baxx il-valur L (1) iktar ikun imlewwen id-dqiq). Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu lewn qawwi.

L-aċidità tad-dqiq għandu jkollha pH superjuri għal 6.

L-umdità tal-prodott maħżun għandha tinżamm f'livell inferjuri jew ekwivalenti għal 14,5 %.

Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu riħa iktar karatteristika u tfuħ u għandu togħma b'saħħitha.

3.3.   Materja prima:

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:

Il-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin, it-tnixxif, l-għażla, il-ħżin u l-ipproċessar fi dqiq għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika tal-IĠP.

3.6.   Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja jista' jinbiegħ bl-ingrossa jew ippakkjat fi xkejjer ta' 0,5 sa 25 kg

3.7.   Regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-tikkettar:

Prodott mibjugħ bl-isem “farine de blé noir de Bretagne” jew “farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh”.

It-tikketta “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew il-logo Komunitarju għandhom jidhru fuq l-imballaġġ.

4.   Definizzjoni konċiża dwar iż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika definita għad-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja tikkorrispondi għall-Brittanja Storika, jiġifieri, id-dipartimenti Côtes d’Armor (372 muniċipalità) Finistère (283 muniċipalità), Ille u Vilaine (352 muniċipalità), Morbihan (261 muniċipalità) u Loire Atlantique (221 muniċipalità), kif ukoll id-distretti ta' Pouancé u ta' Candé (Maine u Loire) u ta' Saint-Aignan sur Roe (Mayenne).

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Fil-Brittanja il-klima hija ideali għall-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin li jeħtieġ ħafna l-ilma. Fil-perjodu tal-kultivazzjoni it-temperaturi karatteristiċi tal-klima oċeanika huma perfetti: fix-xahar ta' Mejju jkun hemm varjazzjoni żgħira fit-temperatura u ftit riskju ta' silġ.

In-nuqqas ta' ilma fil-bidu tas-sajf jiġi kkumpensat minn ammont kunsiderevoli ta' xita regolari matul is-sena. Dan jiffavorixxi bidu tajjeb għall-pjanta tal-qamħ saraċin meta tinżera′.

Din hija pjanta annwali li għandha ċiklu veġetattiv qasir ħafna (iż-żrigħ isir f'Mejju u f'Ġunju, il-ħsad isir f'Settembru u f'Ottubru) adattata għall-klima moderata.

Il-karatteristiċi ġeoloġiċi u idrografiċi jiffavorixxu t-tkabbir tal-qamħ saraċin. Il-pjanta tal-qamħ saraċin tikber partikularment f'ħamrija kemm kemm aċiduża taż-żona definita, fil-ħamrija karatteristika taż-żona ġeografika kkonċernata. Taħt l-art magħmul minn blat aċiduż (granit, shale (blat jitfarrak malajr), ġebel ramli) mhumiex fondi ħafna u m'għandux ħafna ilma. Matul il-veġetazzjoni kollha jrid ikun hemm livell għoli ta' umdità sabiex il-pjanta tikber malajr u jkollha fertilizzazzjoni tajba (f'Lulju u f'Awwissu).

Il-pH tal-ħamrija għat-tkabbir tal-qamħ saraċin m'għandux ikun iktar minn 6,5.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Dqiq imlewwen: Il-ħidma mwettqa fuq id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja turi li hemm lewn qawwi meta mqabbel mad-dqiq maħdum biż-żerriegħa tal-qamħ Franċiża jew importata. Dan jidher mid-differenza fil-ħxuna taż-żerriegħa tal-qamħ saraċin tal-Brittanja (bejn 0,10 u 0,15 mm) u tal-oħrajn (bejn 0,15 u 0,23 mm)

Barra minn hekk, ir-rendiment taż-żerriegħa tal-qamħ saraċin tal-Brittanja huwa inqas importanti mid-daqs żgħir taż-żerriegħa meta mqabbla ma' postijiet ta' produzzjoni oħra.

Dawn il-fatturi flimkien jagħmluha possibbli għall-prodotti magħmulin mid-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja li jkunu iktar imlewna u li jkollhom il-fwieħa tipika tal-qamħ saraċin.

Dan il-prodott huwa l-qofol tal-ikel tal-popolazzjoni taż-żona ladarba d-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja kien maħsub għall-crêpes u għall-galettes.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Il-kompetenza fil-produzzjoni tal-qamħ saraċin tal-Brittanja

It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-qamħ saraċin, kif ukoll il-prattika tal-kultivazzjoni ilhom magħrufa għal ħafna snin. Fiż-żona ġeografika l-qamħ saraċin kien jiġi prodott sa mis-seklu 14. Din il-produzzjoni żviluppat bħala l-ewwel kultivazzjoni fil-bwar imnixxfa mill-ġdid jew fl-artijiet maħruta.

It-teknika tal-kultivazzjoni taż-żrigħ falz kif ukoll in-nuqqas ta' mezzi agrikoli jagħmlu l-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin maħsub għall-produzzjoni tad-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja prodott partikulari.

Il-pjanta ma teħtieġx ħafna xogħol ta' ħrit. Fil-fatt il-bdiewa tal-Brittanja żviluppaw it-teknoloġija taż-żrigħ falz billi jwettqu l-istess xogħol fil-ħamrija daqslikieku se jiżirgħu tassew. Din it-teknika fiha l-vantaġġ li tiffavorixxi it-tnibbit tal-ħaxix ħażin u mbagħad tħejji l-qiegħa għaż-żrieragħ u b'hekk tneħħi l-użu tal-prodotti fitosanitarji. Id-differenza tidher fiċ-ċereali tax-xitwa u tar-rebbiegħa li l-ħidma preparatorja tagħhom hija importanti.

Din hija kultivazzjoni xierqa għall-bosta artijiet fqar li jeżistu fiż-żona ġeografika. Il-pjanta ma teħtieġx ammont kbir ta' nitroġenu u tirrikjedi ftit fertilizzazzjoni. Din il-kultivazzjoni hija meqjusa bħala ewlenija fin-newba tal-għelejjel, b'rendiment ekonomiku tajjeb.

Tradizzjoni tat-trasformazzjoni tal-qamħ fi dqiq

Qabel kollox, il-biedja tal-Brittanja kienet tipproduċi l-qamħ saraċin tal-Brittanja għall-konsum personali tagħha.

It-tradizzjoni tat-trasformazzjoni tal-qamħ saraċin fi dqiq ilha sa mis-seklu ħmistax. L-għadd ta' mtieħen li jittrasformaw il-qamħ saraċin fi dqiq dejjem kien importanti fil-Brittanja. Sa llum il-ġurnata għad hemm xi tletin minnhom.

Il-kisba tad-dqiq terġa′ lura għall-metodu tradizzjonali. Wara t-tindif, it-tifrik taż-żrieragħ isir b'metodu ta' tħin biċ-ċilindru jew bil-ħaġra tal-mitħna.

Ir-reputazzjoni tal-prodott

Il-poplarità tal-prodott hija riflessa fit-tradizzjoni kulinarja tal-Brittanja. Għal ħafna sekli, it-tradizzjoni dejjem riedet li jintuża d-dqiq għall-crêpes u għall-galettes. Fil-Brittanja hemm kompetenza mill-aqwa dwar kif isiru l-crêpes u l-galettes bil-qamħ saraċin li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra. Id-drawwiet ta' kif jittieklu huma antiki ħafna (darba fil-ġimgħa kienu jmorru jieklu l-crêpes tal-qamħ saraċin u jieħdu l-butir, il-bajd u l-ġamm tagħhom magħhom u regolarment kienu jieklu l-galette biz-zalzett). Il-bdiewa kollha kien ikollhom galetière jew billig li kienu jpoġġu fuq in-nar tal-faħam u jsajru l-għaġina. Din it-tradizzjoni saret settur ekonomiku importanti u xterdet mad-dinja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/IGP2008/cdchFarinedeBleNoirdeBretagnesept2008.pdf


10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/18


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2009

2009/C 157/09

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata mill-Kumitat stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden,

persuni naturali jew legali, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden; kif ukoll,

persuni legali, entitajiet u korpi li huma propjetà ta', li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod ieħor jappoġġjaw lil, xi wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma' ” Al Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:

(a)

parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ għal, Al Qaida, it-Taliban jew is-Sur Usama bin Laden, jew xi ċellola, affiljata jew grupp li joħroġ minnhom jew li jidderiva minnhom;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lil xi wieħed minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fit-29 ta’ Ġunju 2009 li jżid erba’ persuni fiżiċi oħra fil-lista relevanti. Dawn huma Arif Qasmani, Mohammed Yahya Mujahid u Fazeel-A-Tul Shaykh Abu Mohammed Ameed Al-Peshawari. Il-persuna naturali kkonċernata tista' tissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tista' ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f'numru 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti (KE) Nru 601/2009 (2), li jemendaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (3), skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002.

Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet fiżiċi kkonċernati:

(1)

L-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha tagħhom, jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni tagħhom, jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll:

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lilhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 3).

4.

Kull persuna naturali kkonċernata mil-listi tar-Regolament (KE) Nru No 601/2009 tista' tagħmel talba lill-Kummissjoni għar-raġunijiet għaliex ġiet inkluża. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri ristrettivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi ikkonċernati dwar il-possibbiltà ta' kontestazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 601/2009 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

6.

Id-dejta personali tal-persuni fiżiċi kkonċernati mil-listi tar-Regolamenti (KE) Nru 601/2009 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (5). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq.

7.

Għall-fini ta' amministrazzjoni tajba, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni naturali elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati għal– ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).

(2)  ĠU L 179, 10.7.2009, p. 54.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.