ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.147.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 147

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
27 ta' Ġunju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 147/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2009/C 147/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

5

2009/C 147/03

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

6

2009/C 147/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5508 – Soffin/Hypo Real Estate) ( 1 )

8

2009/C 147/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5523 – CVC/The Belgian State/De Post-La Poste) ( 1 )

8

2009/C 147/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5484 – SGL Carbon/Brembo/BCBS/JV) ( 1 )

9

2009/C 147/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5320 – Almeco/Mage/Tinox) ( 1 )

9

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 147/08

Rata tal-kambju tal-euro

10

2009/C 147/09

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tal-16 ta' April 2008 rigward abboz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards – Rapporteur: Ir-Renju Unit

11

2009/C 147/10

Rapport finali tal-uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards (skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

13

2009/C 147/11

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2008 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards) ( 1 )

14

2009/C 147/12

Opinjoni ta' Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti mogħtija fit-382 laqgħa tat-18 ta' Ottubru 2004 dwar deċiżjoni abbozz preliminarja fil-Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles

19

2009/C 147/13

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fit-383 laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Ottubru 2004 dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni fil-każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles

20

2009/C 147/14

Rapport finali tal-uffiċjal tas-smigħ dwar il-proċedura fil-każ COMP/F-1/38.338 – Hard haberdashery needles (skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

21

2009/C 147/15

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles) (notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 4221)  ( 1 )

23

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kunsill

2009/C 147/16

Sejħa miftuħa – Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka Xjentifika u Teknika (COST)

26

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 147/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5562 – Fortis Private Equity/Kuiken) – Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/01

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

24.11.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 68/08

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Public support measures to JSC Parex Banka

Il-bażi legali

Law on Budget and Financial Management

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-Estimi

Baġit globali: 945 miljun LVL

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

11.11.2008–11.5.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Smilšu 1

Rīga, LV-1919

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 664/08

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Support measure for the banking industry in Hungary

Il-bażi legali

Reinforcement of the Stability of the Financial Intermediary System (2008. évi CIV. törvény a pénzügyi közvetítőrendszer stabilitásának erősítéséről)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Rikapitalizzazzjoni

L-Estimi

Baġit globali ta’: HUF 300 biljun għar-rikapitalizzazzjoni u HUF 1 500 biljun għall-garanzija

L-intensità

It-tul ta' żmien

Rikapitalizzazzjoni: Il-31 ta’ Marzu 2009

Miżura ta’ garanzija: It-30 ta’ Ġunju 2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.2.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 3/09

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Amendments to the Public support measures to JSC Parex Banka

Il-bażi legali

The Government Regulation ‘Issuing and supervision of guarantees for bank loans’, Law on Bank takeover, Parex investment agreement, Individual decision taken by the Government

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-Estimi

Baġit globali: 2 245 miljun LVL

L-intensità

It-tul ta' żmien

11.11.2008–11.5.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Smilšu 1

Rīga, LV-1919

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 232/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Assets Backed Securities Scheme

Il-bażi legali

Section 228 of the Banking Act 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit globali: 50 000 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 22.11.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

HM Treasury

1 Horse Guards Road

London

SW1A 2HQ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

7.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 244/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Commerzbank

Il-bażi legali

Gesetz sur Errichtung eines Sonderfonds Finanzmarktstabilisierung

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 1 820 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sonderfonds Finanzmarktstabilisierung (SoFFin)

Finanzmarktstabilisierungsanstalt

Taunusanlage 6

60329 Frankfurt am Main

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

2009/C 147/02

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

8.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 147/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Pigmeat processors hardship assistance (Northern Ireland)

Bażi legali

The Budget Act (Northern Ireland) 2009;

European Communities Act 1972;

The Industrial Development (Northern Ireland) Order 1982;

Industrial Development Act (Northern Ireland) 2002.

Tip ta’ miżura

Kumpens sabiex jiġu rimedjati l-konsegwenzi ta’ okkorrenza eċċezzjonali (l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat)

Għan

Is-saħħa pubblika kif ukoll il-prevenzjoni tal-kollass tas-suq u tal-kunfidenza tal-konsumaturi fis-suq. Il-ġbir lura u l-qerda tal-prodotti tal-laħm tal-majjal Irlandiż wara li seħħet kontaminazzjoni bid-diossina fl-Irlanda, minħabba kontaminazzjoni tal-għalf.

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta u servizzi sussidjati

Baġit

Madwar STG 7 miljun

Intensità

Sa 100 %

Tul ta' żmien (perjodu)

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu bejn it-13.3.2009 - 31.3.2009. Huwa previst li l-ebda pagament mhu se jsir wara l-31 ta’ Diċembru 2009.

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Department of Enterprise Trade and Investment for Northern Ireland

Netherleigh Massey Avenue

Belfast

BT4 2JP

Northern Ireland

UNITED KINGDOM

Tagħrif ieħor

It-test(i) awtentiku/ċi tad-deċiżjoni, li minnu/minnhom tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab(u) fis-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/6


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/03

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

24.3.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 500/08

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Západné Slovensko

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Pomoc pre Baňu Čáry a.s. (ťažba lignitu)

Il-bażi legali

Zákon NR SR č. 523/2004 Z. z. o rozpočtových pravidlách verejnej správy a o zmene a doplnení niektorých zákonov v znení neskorších predpisov, Smernica MH SR č. 6/2005 o pravidlách hospodárenia s rozpočtovými prostriedkami v kapitole Ministerstva hospodárstva v znení neskorších predpisov, Zákon NR SR č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov, Výnosy MH SR č. 1/2005, 3/2005 a 5/2005 o poskytovaní dotácií v pôsobnosti Ministerstva hospodárstva SR

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 3,85 miljun EUR

L-intensità

30 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Xogħol ta' minjieri u barrieri

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo hospodárstva SR

Mierová 19

827 15 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 98/09

Stat Membru

L-Isvezja

Reġjun

Stockholms Laen, Norrbottens Laen, Kalmar Laen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Utbildningsstöd till Scania

Il-bażi legali

Nationellt strukturfondsprogram för regional konkurrenskraft och sysselsättning (ESF) 2007-2013 (CCI-nummer 2007SE052PO001). Beslut av Svenska ESF-rådet, Stockholm, den 2 februari 2009, see “bilaga B”.

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Taħriġ

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 123,5 miljun SEK; Baġit globali: 123,5 miljun SEK

L-intensità

53 %

It-tul ta' żmien

1.5.2009-1.11.2009

Setturi ekonomiċi

Vetturi bil-mutur

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Svenska ESF-rådet

Box 220 80

SE-104 22 Stockholm

SVERIGE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5508 – Soffin/Hypo Real Estate)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/04

Fl-14 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5508. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5523 – CVC/The Belgian State/De Post-La Poste)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/05

Fid-19 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5523. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5484 – SGL Carbon/Brembo/BCBS/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/06

Fis-27 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5484. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5320 – Almeco/Mage/Tinox)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/07

Fit-18 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5320. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Ġunju 2009

2009/C 147/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4096

JPY

Yen Ġappuniż

134,50

DKK

Krona Daniża

7,4464

GBP

Lira Sterlina

0,85430

SEK

Krona Żvediża

10,9595

CHF

Frank Żvizzeru

1,5275

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0400

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,998

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

275,30

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6990

PLN

Zloty Pollakk

4,4945

RON

Leu Rumen

4,2174

TRY

Lira Turka

2,1645

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7457

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6168

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9245

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1795

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0493

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 805,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1439

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,6329

HRK

Kuna Kroata

7,2860

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 407,13

MYR

Ringgit Malażjan

4,9794

PHP

Peso Filippin

67,921

RUB

Rouble Russu

43,8580

THB

Baht Tajlandiż

47,997

BRL

Real Brażiljan

2,7210

MXN

Peso Messikan

18,5461

INR

Rupi Indjan

67,8020


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tal-16 ta' April 2008 rigward abboz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards

Rapporteur: Ir-Renju Unit

2009/C 147/09

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jikkonsidra li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonjiet tal-KE.

Minoranza tastjeni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni Komunitarja fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1 u 4 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni tal-KE.

Minoranza tastjeni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li għall-finijiet tal-każ attwali d-definizzjoni tas-suq tal-prodott għandha tiġi delineata kif ġej:

Huwa xieraq li wieħed jiddistingwi bejn tipi differenti ta' vapuri fi ħdan is-settur ġenerali kummerċjali tal-bini tal-vapuri;

tankers tal-kimika/taż-żejt u tankers tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati bħala żewġ swieq separati jew bħala suq tal-prodott wieħed, billi din l-kwistjoni tista' titħalla miftuħa f'dan il-każ;

vapuri tal-kruċiera u t-tragetti għandhom jiġu kkunsidrati bħala żewġ swieq separati jew bħala suq tal-prodott wieħed, billi din l-kwistjoni tista' titħalla miftuħa f'dan il-każ;

Il-Kummissjoni għandha tikkonċentra l-analiżi tagħha fuq il-vapuri tal-kruċiera ta′ ′l fuq minn 30 000 gt fejn huma attivi Aker Yards, billi mhux neċċessarju għall-każ attwali li wieħed jiddistingwi bejn swieq differenti għal daqsijiet differenti ta' vapuri tal-kruċiera;

Il-kwistjoni ta' jekk is-suq tal-manifattura tal-magni tal-vapuri għandux jiġi segmentat tista' titħalla miftuħa f'dan il-każ.

Minoranza tastjeni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi għall-fini tal-każ preżenti is-swieq ġeografiċi għall-bini tal-vapuri kummerċjali u għall-manifattura tal-magni tal-vapuri għandhom dimensjoni dinjija.

Minoranza tastjeni.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi peress illi hemm nuqqas ta' koinċidenzi orizzontali l-operazzjoni proposta mhux se jkollha bħala riżultat dirett it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' Aker Yard fil-bini u l-forniment tal-vapuri tal-kruċiera.

Minoranza tastjeni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-eliminazzjoni ta' STX bħala kompetitur potenzjali fil-bini u l-forniment tal-vapuri tal-kruċieri mhux se jkollu effett anti-kompetittiv sinifikattiv.

Minoranza tastjeni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-pożizzjoni finanzjarja ta' STX mhix tali li trendi l-entità amalgamata dominanti fis-suq tal-bini tal-vapuri tal-kruċiera, indipendentement ta' jekk l-istrumenti finanzjarji msemmija mill-kwerelant kinux jikkostitwixxu sussidji passati jew attwali mill-istat Sud Korean.

Minoranza tastjeni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi anki jekk kien hemm evidenza illi l-entità amalgamata kienet se tirċievi finananzjament għall-produzzjoni sussidjata fil-ġejjieni kif allegat mill-kwerelant huwa improbabbli li dan iżid b'mod sinifikattiv is-saħħa finanzjarja tal-entità amalgamata għar-raġunijiet esposti fid-deċiżjoni.

Minoranza tastjeni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-kompraturi tal-vapuri tal-kruċieri huma sofistikati u probabbilment għandhom, fl-istruttura tas-suq attwali, il-kapaċità illi jimmitigaw l-imġiba anti-kompetittivi ta' wara l-amalgamazzjoni.

Minoranza tastjeni.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-operazzjoni proposta mhux se twassal għal xi impediment sinifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fil-qasam tal-vapuri tal-kruċiera u t-tragetti flimkien, kif ukoll għat-tragetti separatament.

Minoranza tastjeni.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-operazzjoni proposta ma twassalx għal xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva għat-tankers tal-prodotti.

Minoranza tastjeni.

12

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi r-relazzjonijiet vertikali maħluqa mill-operazzjoni proposta mhux se twassal għal xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq differenti tal-vapuri kummerċjali, u fis-swieq tal-vapuri tal-kruċiera u tat-tragetti b’mod partikolari.

Minoranza tastjeni.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel illi l-operazzjoni proposta ma twassalx għal xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-settur tas-servizzi tat-trasport marittimu.

Minoranza tastjeni.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

Minorità tastjeni.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/13


Rapport finali tal-uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards

(skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

2009/C 147/10

Fis-16 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni għal proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 mar-Regolament tal-Amalgamazzjoni, li biha s-STX Corporation (“STX”) għandha takkwista de facto l-kontroll sħiħ tal-Aker Yards A.S.A. (“Aker”) permezz tax-xiri tal-ishma.

Fl-ewwel fażi tal-investigazzjoni dwar l-amalgamazzjoni proposta tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni, li ġegħlet lill-Kummissjoni biex tiddeċidi, fl-20 ta' Diċembru 2007, li tibda l-proċedimenti skont l-Artikolu 6(1) (c) tar-Regolament tal-Għaqdiet.

Il-parti li tinnotifika ma talbitx aċċess għal dokumenti importanti skont “l-Aħjar Prassi dwar l-imġiba tal-proċedimenti tal-KE għall-kontroll tal-amalgamazzjoni” tad-DĠ tal-Kompetizzjoni.

Wara investigazzjoni fil-fond tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta mhix se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu u għalhekk hija kumpatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE. B'hekk, ma ntbagħtet l-ebda Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lill-parti li tinnotifika.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet mill-partijiet amalgamati matul il-proċedura

Deċiżjoni ta' Deroga

Fil-5 ta' Marzu 2008, is-STX talbet derogazzjoni mill-obbligu tas-sospensjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Amalgamazzjoni. Fl-10 ta' Marzu 2008, is-STX irripetiet it-talba fuq il-bażi ta' żviluppi ġodda li seħħew minn meta saret l-ewwel talba. Fid-19 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni tat id-deroga mitluba mill-obbligi imposti mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Amalgamazzjoni, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet.

Talba biex ikun hemm aċċess għall-fajl minn parti terza

Fl-1 ta' April 2008 il-Fincantieri-Cantieri Navali S.p.A (“Fincantieri”), parti terza, kitbet lid-Deputat Direttur Ġenerali fid-DĠ tal-Kompetizzjoni li tirrepeti talba biex tingħata l-aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni. Talba simili ġiet mibgħutha lili fid-9 ta' April 2008 li tgħid li ċ-ċaħda kienet ksur tad-dritt ta' smigħ għall-Fincantieri. Permezz ta' ittra tal-14 April 2008, id-Deputat Direttur Ġenerali pprovda risposta motivata ddettaljata għall-ittra ta' Fincantieri tal-1 ta' April 2008, u kkonkluda li, bħala parti terza, Fincantieri ma kinetx intitolata biex ikollha aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni f'dan il-każ. Jiena ktibt ukoll lil Fincantieri fil-15 ta' April 2008, biex nikkonferma li l-analiżi pprovduta mid-DĠ tal-Kompetizzjoni kienet korretta. Jiena kkonfermajt ukoll li, skont il-fehma tiegħi, bbażata fuq is-sottomissjonijiet miktuba u kif ukoll fuq kuntatti bil-fomm li saru mas-servizzi tal-Kummissjoni matul il-proċeduri, Fincantieri, bħala parti terza interessata, kienet ingħatat smiegħ xieraq f'dan il-każ.

Il-każ ma jirrikjedix aktar kummenti rigward id-dritt tas-smigħ.

Brussell, 22 ta' April 2008.

Karen WILLIAMS


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/14


SOMMARJU TA' DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Mejju 2008

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.4956 – STX/Aker Yards)

(Il-verżjoni Ingliża biss tad-deċiżjoni, hi kkunsidrata bħala awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/11

Fil-5 ta' Mejju 2008 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

Dan is-sommarju jikkostitwixxi biss deskrizzjoni simplifikata tal-aspetti primarji tad-deċiżjoni; ma għandu l-ebda saħħa legali u jintuża biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

I.   DAĦLA

1.

Fis-16 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni irċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, li biha l-impriża STX Corporation (“STX”, il-Korea ta’ Isfel), innotifikat l-akkwist tagħha tal-kontroll tal-impriża Aker Yards A.S.A (“Aker Yards”, in-Norveġja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

Il-Kummissjoni sabet li l-operazzjoni proposta tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

3.

L-STX hi kumpanija possedenti mill-Korea ta’ Isfel li hi attiva fi tliett oqsma prinċipali: tagħmir marittimu (inklużi magni) u bini tal-bastimenti, trasport bil-baħar u loġistika, enerġija u bini. Bħala parti mill-attività tal-bini tal-bastimenti, l-STX tfassal u tibni tipi varji ta’ bastimenti kummerċjali. Bħalissa l-STX għandha żewġ tarzni li jinsabu fil-Korea ta’ Isfel u oħra, li għadha qed tinbena, fiċ-Ċina.

4.

L-Aker Yards hi impriża Norveġiża li hi attiva fl-industrija tal-bini tal-bastimenti u tiffoka fuq il-bini tal-bastimenti sofistikati, inklużi bastimenti għall-kruċieri u bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri, bastimenti kummerċjali, produzzjoni offshore u bastimenti speċjalizzati. Il-bastimenti għall-kruċieri u bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri jammontaw għal madwar 44 % tal-bejgħ totali tal-Aker Yards fl-2006. L-Aker Yards għandha tmintax-il tarzna f'diversi pajjiżi Ewropej, il-Vjetnam u l-Brażil.

5.

It-tranżizzjoni notifikata tikkonsisti mill-akkwist mill-STX ta’ parteċipazzjoni minoritarja ta’ 39,2 % tal-ishma fil-Aker Yards, li tirriżulta minn proċess ta’ book building ta’ jumejn fil-Borża ta’ Oslo fit-tifsira tal-Artikolu 7.2 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni. B’hekk, l-użu tad-drittijiet tal-vot mill-STX, li huma parti mill-ishma tagħha fl-Aker Yards, hu soġġett għall-awtarizzazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

6.

Minħabba struttura tal-pussess ta’ ishma tal-Aker Yards u l-użu tad-drittijiet tal-vot fl-aħħar tliet laqgħat tal-azzjonisti, il-parteċipazzjoni minoritarja fl-ishma ta’ 39,2 % hi ferm probabbli li tippermetti lill-STX biex tuża l-maġġoranza tad-drittijiet tal-voti biex takkwista kontroll de facto effettiv tal-Aker Yards. Għalhekk it-tranżizzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni tal-KE.

7.

Wara l-eżaminazzjoni tan-notifika, tal-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni.

8.

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva tas-suq komuni jew parti sostanzjali tiegħu, u li għalhekk tista' tiġi ddikjarata li taqbel mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk, fil-5 ta’ Mejju 2008 iddikjarat li l-konċentrazzjoni taqbel mas-suq komuni skont l-Artikolu 8 (1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni u mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 57 tiegħu.

II.   IS-SWIEQ RELEVANTI

A.   Swieq Relevanti tal-Prodott

Bini tal-bastimenti kummerċjali

9.

Il-partijiet għandhom xi attivitajiet li jixxieħbu, fil-qasam tal-bini tal-bastimenti kummerċjali, f'dawn il-kategoriji ta’ bastimenti: bastimenti għall-ġarr ta’ kontejner u bastimenti għall-ġarr ta’ gass naturali likwidu (“LNG”) (dawn huma swieq li t-tnejn mhumiex affettwati), tankers tal-kimika u taż-żejt u tankers tal-merkanzija. Barra minn hekk, Aker Yards hi parteċipanti importanti fil-bastimenti għall-kruċieri u bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri.

Tankers tal-merkanzija u tankers tal-kimika u taż-żejt

10.

Il-parti li nnotifikat iddikjarat li fil-prattika t-tankers tal-merkanzija u tankers tal-kimika u taż-żejt jistgħu jservu għat-trasport ta’ diversi tipi ta’ sustanzi u b’hekk jistgħu jkunu kkunsidrati bħala suq wieħed relevanti tal-prodott. L-investigazzjoni wriet grad qawwi ta’ sostitwibbiltà fuq in-naħa tad-domanda. Iżda, il-kwistjoni dwar jekk it-tankers tal-merkanzija u t-tankers tal-kimika u taż-żejt għandhomx ikunu kkunsidrati jew le bħala li jifformaw suq wieħed tal-prodott, tista’ titħallha miftuħa peress li t-tranżizzjoni ma twassal għal ebda tħassib dwar il-kompetizzjonijiet taħt iż-żewġ definizzjonijiet alternattivi tas-suq.

Bastimenti tal- passiġġieri

11.

Fid-deċiżjoni Aker Yards/Chantiers de l'Atlantique l-Kummissjoni kkunsidrat li hu xieraq li jkun hemm distinzjoni, bejn is-suq tal-bastimenti għall-kruċieri u s-suq tal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiggieri, meta mqabbla mas-suq kollu tal-bini tal-bastimenti kummerċjali, billi jkunu kkunsidrati l-konsiderazzjonijiet min-naħa tad-domanda u tal-provvista. Il-parti li nnotifikat taqbel ma' din id-distinzjoni. L-investigazzjoni tas-suq ma indikatx li l-Kummissjoni għandha tbiddel il-fehma tagħha dwar dan il-punt.

12.

Fil-qasam tal-bastimenti għall-kruċieri, l-investigazzjoni tas-suq ipprovdiet indikazzjonijiet li bastimenti żgħar għall-kruċieri, ta’ kapaċità ta’ taħt l-20-30 gt, jiffurmaw suq differenti minn bastimenti għall-kruċieri ta’ daqs medju u kbir ta’ aktar minn 30 gt, kif diġa ssuġġeriet fid-deċiżjoni li hi msemmija hawn fuq. L-Aker Yards hi attiva biss fil-qasam ta’ ′l-fuq minn 30 gt, u dan is-suq hu kkunsidrat għall-valutazzjoni kompetittiva tal-każ ta’ bħalissa. Iżda, mhemmx bżonn li jkun hemm deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt, hekk kif il-valutazzjoni kompetittiva ma għandhiex tinbidel.

13.

Għall-iskopijiet tal-valutazzjoni kompetittiva tat-tranżizzjoni ta’ bħalissa, is-swieq relevanti tal-prodott li jmiss, ġew ikkunsidrati (i) bastimenti għall-kruċieri, (ii) bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri u (iii) tankers tal-merkanzija u tankers tal-kimika/żejt (ikkunsidrati b’mod separat jew bħala suq uniku wieħed).

Manifattura tal-magni għall-bastimenti

14.

L-STX hi attiva wkoll fil-qasam tal-manifattura tal-magni għall-bastimenti permezz tas-sussidjarji tagħha, Engine Co., Ltd. u STX Heavy Industries Co., Ltd.

15.

Skont il-parti li nnotifikat, is-suq tal-magni prinċipali ta' propulsjoni għall-bastimenti jifforma suq wieħed uniku tal-prodott peress li normalment mil-lat tekniku l-magni jistgħu jintużaw fuq it-tipi kollha tal-bastimenti kummerċjali u l-produtturi tipikament jimmanifatturaw il-firxa sħiħa tal-magni għall-bastimenti. L-unika eċċezzjoni msemmija mill-parti li notifikat huma magni speċifiċi li jużaw żewġ tipi ta’ karburant li jintramaw fuq il-bastimenti għall-ġarr ta' LNG. L-investigazzjoni tas-suq issuġġeriet li l-magni li jaħdmu bi propulsjoni għall-bastimenti jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji prinċipali skont il-karburant użat għall-propulsjoni: magni li jużaw id-diżil u magni li jużaw żewġ tipi ta’ karburant Iżda fil-każ preżenti, l-iskop eżatt għad-definizzjoni tas-suq tal-prodott jista’ jitħalla miftuħ.

B.   Swieq ġeografiċi relevanti

16.

Il-parti li nnotifikat iddikjarat li s-suq ġeografiku relevanti għal bini tal-bastimenti kummerċjali u għal magni tal-bastimenti hu dinji fil-firxa tiegħu. L-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni appoġġat il-fehma espressa mill-partijiet.

III.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

17.

Il-tħassib prinċipali mqanqal matul l-investigazzjoni tas-suq kien iffukat dwar l-impatt li t-tranżizzjoni jista’ jkollha fuq is-swieq tal-bastimenti għall-kruċieri u tal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri. Dan il-tħassib kien ibbażat fuq it-tneħħija tal-STX bħala parteċipanti potenzjali u dwar il-vantaġġi li l-STX allegatament kienet se tqabbel ma’ impriżi oħra li jibnu l-bastimenti f’termini ta’ sussidji mogħtija mill-Gvern tal-Korea ta’ Isfel, vantaġġi oħra ta’ spejjeż u l-integrazzjoni vertikali fil-produzzjoni tal-magni għall-bastimenti, li jistgħu jintużaw mill-STX biex inaqqsu l-prezzijiet, b’riżultat tal-marġinalizzazzjoni tal-kompetituri ta’ bħalissa u li fl-aħħar iwasslu għal effetti anitkompetittivi fuq is-suq bil-ħolqien ta’ parteċipant dominanti. Dan it-tħassib qed jiġi kkunsidrat hawn taħt

Is-suq tal-bastimenti għall-kruċieri

It-tneħħija tal-STX bħala parteċipanti potenzjali

18.

Skont l-investigazzjoni jidher li l-STX mhix avvanzata ħafna biex tidħol fis-suq tal-bastimenti għall-kruċieri u biex issir kompetitriċi sinifikanti f’perjodu qasir. Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni ġiet informata li l-STX ipparteċipat f’offerta għal bastiment għall-kruċieri, organizzata minn klijent imsemmi Saga Lines u dan hu għaliex li f’ċerti każijiet uħud mill-parteċipanti jassoċjaw lill-STX mas-suq tal-bastimenti għall-kruċieri. Iżda, il-parteċipazzjoni tagħha f’dik l-offerta hi limitata għall-għotja tat-dokumenti inizjali tal-bidu nett u l-għan tal-parteċipazzjoni fl-offerta hi ppreżentata aktar biex tibda titgħallem dwar is-suq bi tħejjija għal dħul possibbli aktar il-quddiem. L-investigazzjoni wriet li l-STX ma pparteċipat fl-ebda offerta oħra, kuntatti jew taħdidiet preliminari għall-bini ta’ bastimenti għall-kruċieri, u l-parteċipanti tas-suq, ġeneralment ma’ jarawx lill-STX bħala kompetitur attwali iżda aktar bħala parteċipanti potenzjali flimkien ma’ numru ta’ impriżi Asjatiċi oħra li jibnu l-bastimenti. Bħala konklużjoni, bosta elementi jikkonfermaw li l-STX ma għandha l-ebda pożizzjoni ta’ vantaġġ biex tidħol fis-suq, meta mqabbla ma’ numru ta’ impriżi Asjatiċi oħra li jibnu l-bastimenti.

19.

Barra dan, l-investigazzjoni tas-suq uriet li hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri potenzjali oħra li, mill-inqas, jinsabu fl-istess pożizzjoni, bħall-STX, sabiex jidħlu fis-suq tal-bastiment għall-kruċieri, jiġifieri, impriżi oħra li jibnu l-bastimenti mil-Lvant Mbiegħed, bħal Mitsubishi (il-Ġappun) u kumpaniji Koreani bħal Samsung u Daewoo. Il-Mitsubishi, m’ilux, diġa kienet attiva u fl-2004 pproduċiet żewġ bastimenti kbar għall-kruċieri. L-impriżi Koreani l-oħra li jibnu l-bastimenti s’issa ma ġew mogħtija l-ebda proġett għall-bini tal-bastimenti għall-kruċieri (simili għall-STX), iżda l-investigazzjoni kkonfermat li l-impriżi Koreani li jibnu l-bastimenti, speċjalment is-Samsung u d-Daewoo, huma kkunsidrati mill-parteċipanti tas-suq bħala l-impriżi li għandhom l-aktar potenzjal konkret biex ikunu parteċipanti ġodda fis-suq.

20.

Peress li bħalissa l-STX mhix qed turi l-ebda restrizzjoni kompetittiva sinifikanti fis-suq tal-bastimenti għall-kruċieri, li ma hemm l-ebda raġuni li jkun hemm ħsieb li għandha ssir saħħa kompetittiva effiċjenti fil-futur qrib u li, wara l-għaqda, ser jibqa’ numru suffiċjenti ta’ parteċipanti oħrajn possibbli, il-konċentrazzjoni proposta ma għandhiex twaqqaf, b’mod sinifikanti, il-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq tal-bastimenti għall-kruċieri bħala riżultat tat-tneħħija ta' kompetitur potenzjali.

Tħassib tal-Kompetizzjoni dwar il-bażi tas-sussidji

21.

Matul l-investigazzjoni tas-suq, tqanqal il-kumment li flimkien ma’ numru ta’ vantaġġi allegati oħrajn, bħal xogħol, enerġija u azzar bl-irħis, l-entità amalgamata għandha tibbenefika mis-sussidji mill-Istat Korean u għandha għalhekk tkun kapaċi li tuża sussidji, li mhumiex ġusti, sabiex tnaqqas il-prezzijiet b’riżultat li jkunu emarġinati l-kompetituri ta’ bħalissa u li fl-aħħar iwasslu għal pożizzjoni dominanti fuq is-suq tal-bastimenti għall-kruċieri. Il-kwerelant qal li l-Kummissjoni hi obbligata li tikkunsidra l-għajnuna mill-Istat fil-proċeduri fil-kontroll tal-amalgamazzjoni u li għandha tagħmel valutazzjoni indipendenti fuq jekk l-għajnuna mill-Istat ma kinetx mgħotija jew le.

22.

Filwaqt li l-allegati xogħol, enerġija u azzar bl-irħis jistgħu jiddiversifikaw ġeografikament, il-kompetituri kollha huma ħielsa li jieħdu dawn il-vantaġġi billi jieħdu deċiżjoni korrispondenti dwar il-lokalità tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk dawn l-aspetti mhumiex speċifiċi għall-amalgamazzjoni. Dwar l-allegati sussidji, hu tajjeb li jkun nnutat li t-tranżizzjonijiet ta’ finanzjament indikati mill-kwerelant – li wkoll m'huma bl-ebda mod skattati bl-amalgamazzjoni – ma jistgħux ikunu identifikati bħala sussidji evidenti. Hu nnotat ukoll li bħalissa, l-ebda proċedura fid-WTO, li għandha tkun korp kompetenti biex tevalwa sussidji allegati fl-Istati li mhux Membri, mhi qed issir kontra l-Korea dwar is-sussidji għall-impriżi li jibnu il-bastimenti. Għalhekk, jista’ jkun konkluż li ma kienx stabbilit f’din l-investigazzjoni tal-amalgamazzjoni, li t-tranżizzjonijiet ta’ finanzjament indikati mill-kwerelant jikkostitwixxu sussidji. (1).

23.

Avolja dan in-nuqqas ta’ evidenza għall-eżistenza tas-sussidji, diġa juri li fuq din il-bażi, l-ebda żieda fis-saħħa finanzjarja min-naħa tal-entità amalgamata tista’ tkun preżunta, passi addizzjonali ttieħdu sabiex tkun valutata l-possibbiltà u l-effetti potenzjali tat-tranżizzjonijiet ta’ finanzjament indikati, ta’ qabel u futuri. Din l-investigazzjoni wriet li anki jekk it-tranżizzjonijiet indikati għandhom elementi ta’ sussidji, xorta waħda mhux se jalteraw, b’mod sinifikanti, is-saħħa finanzjarja tal-entità amalgamata.

24.

Il-kwerelant qal li s-sussidji ta’ qabel kienu mogħtija lill-STX fil-forma ta’ (i) programm ta’ sostenn għall-għarfien teknoloġiku, u (ii) kundizzjonijiet vantaġġużi għal self partikolari li l-STX reċeviet qabel. Iżda, l-investigazzjoni tas-suq uriet li l-programm partikolari tar-riċerka kopra bosta proġetti u parteċipanti. Is-sehem li jista’ jingħata lill-attivitajiet tal-STX dwar il-bini tal-bastimenti għandu ikun limitat ħafna. Aktar minn hekk, is-self li ġie indikat mill-kwerelant kien mogħti minn konsorzju ta’ banek li jinkludu banek privati. Peress li l-membri kollha tal-konsorzju taw l-istess ammont bl-istess kondizzjonijiet, ma tantx hu possibbli, b’mod prima facie li s-self jista’ jkollu sussidji. Jekk is-sussidju xorta waħda jkopri biss id-differenza bejn r-rati ta’ mgħax tas-suq u r-rati ta’ imgħax issussidjati, l-ammont globali ta’ sussidju bħal dan ma għandux iżid b’mod sinifikanti is-saħħa finanzjarja tal-entità amalgamata.

25.

Is-sussidji allegati futuri għandhom, skont il-kwerelant, jingħataw prinċipalment fil-forma ta’ self qabel it-tqegħid ta’ oġġetti fuq il-bastimenti (PSLs) u obbligu bil-quddiem garantit (APRGs) għall-proġetti tal-entitajiet amalgamati dwar il-bini tal-bastimenti, u għandhom ikunu estiżi mill-KEXIM, il-Korean Export Bank, li hi propjetà tal-Istat. L-investigazzjoni tas-suq uriet li, madwar id-dinja kollha, inkluża l-Ewropa, it-tarzni normalment jużaw tipi simili ta’ strumenti biex jiffinanzjaw il-kapital tagħhom li jiċċirkola. Barra minn hekk, is-sussidji allegati li jingħad li jikkawżaw effetti antikompetittivi f’dan il-każ huma biss futuri, mhux ċerti u spekulattivi peress li mhux possibbli li jkunu mbassra d-deċiżjonijiet futuri tal-Gvern Korean dwar l-issussidjar tal-industrija tal-bini tal-bastimenti. Barra minn hekk, proċedura ta’ qabel tad-WTO ikkonfermat li l-programmi tal-KEXIM, minnhom infushom, ma għandhomx elementi ta’ sussidji. B’hekk ukoll, ma hemm l-ebda evidenza li l-Korea se tissussidja, fil-ġejjieni, l-entità amalgamata għal ksur tal-obbligi mad-WTO.

Anka kieku l-STX tieħu sussidji allegati li mhumiex ġusti, xorta mhix se tkun kapaċi li teżerċita s-setgħa fis-suq dwar is-suq tal-bastiment għall-kruċieri

26.

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk l-STX, anka jekk ikun preżunt li għandha aċċess għas-sussidji allegati, għandhiex tkun f’pożizzjoni li teżerċita jew le s-setgħa fis-suq dwar is-suq tal-bastiment għall-kruċieri

27.

L-indikaturi finanzjarji prinċipali tal-STX u tal-kwerelant jindikaw li s-setgħa finanzjarja tal-STX mhix imsaħħa b’mod sinifikanti (u mhix ser issegwi t-tranżizzjoni).

28.

Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-issussidjar allegat, ta’ hawn fuq, tal-istrumenti ta’ finanzjament għandhom biss jippermettu lill-entità amalgamata biex tnaqqas il-prezz tal-bastimenti prototip li nbnew fil-faċilitajiet Koreani billi tnaqqas l-ispejjeż ta’ finanzjament minħabba rati ta’ mgħax aħjar u primjums tal-garanziji aħjar. Anka jekk hu preżunt li l-istrumenti ta’ finanzjament għandhom ikunu estiżi f’livelli inqas mill-kundizzjonijiet tas-suq, it-tnaqqis tal-ispejjeż b’dawn is-sussidji għandu jkunu limitat ħafna meta mqabbel mal-ispejjeż globali għal bini ta’ bastiment għall-kruċieri. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż ma jidhirx li hu biżżejjed biex iwassal għal tnaqqis sistematiku tal-prezzijiet li jirriżultaw f’monopolizzazzjoni tas-suq tal-bastimenti għall-kruċieri.

29.

Fil-fatt, l-investigazzjoni tas-suq uriet li hu ferm improbabbli li dan jiġri. B’mod partikolari, (i) bħalissa, l-entità amalgamata ma tgawdix minn setgħa sostanzjali fis-suq (il-pożizzjoni, ta’ Aker Yard, fis-suq tal-bini tal-bastimenti għall-kruċieri hi ta’ [30-35] %, filwaqt li l-pożizzjoni ta’ Fincantierihi ta’ [40-45] % u l-pożizzjoni ta’ Meyer-Werft hi ta’ [25-30] %), (ii) il-klijenti huma kbar u sofistikati (l-erba′ klijenti prinċipali huma: Carnival, Royal Caribbean, MSC u STAR/NCL, li jikkontrollaw fil-livell dinji madwar 80 % tat-talba tal-bastimenti għall-kruċieri) u ser ikunu kapaċi li jnaqqsu kwalunkwe mġiba anit konmpetittiva, u (iii) il-kompetituri mhux ser ikunu kapaċi li jirreaġixxu u, fl-estremità, iwaqqfu d-dħul mill-ġdid bħala theddida kredibbli.

Konklużjoni dwar is-suq tal-bastiment għall-kruċieri

30.

Skont dan ta’ hawn fuq, wieħed jista' jikkondkludi li t-tranżizzjoni proposta ma tqanqal l-ebda tħassib tal-kompetizzjoni fejn jidħol il-bini tal-bastimenti għall-kruċieri.

Bini tal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri

31.

L-investigazzjoni ddettaljata tas-suq analizat wkoll l-impatt potenzjali tal-amalgamazzjoni fuq is-suq għal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri fejn l-Aker Yards hi waħda mill-akbar parteċipanti f’dak in-negozju u l-STX s’issa għadha mhix preżenti. Iżda, is-sitwazzjonijiet tas-suq tal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri u tal-bastimenti għall-kruċieri huma differenti. Meta mqabbel mal-livell għoli ta’ konċentrazzjoni tal-bastimenti għall-kruċieri, hemm aktar parteċipanti fis-suq tal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri. Barra Aker Yard (b’sehem fis-suq ta’ madwar [10-15] %), hemm numru vast ta’ impriżi oħra, li jibnu il-bastimenti, li jinsabu fis-suq, bħal Fincantieri, Flensburger, Visentini, Apuania, Barreras u bosta oħrajn, inklużi l-kumpanija Ġappuniża Mitsubishi u dawk Koreani Hyundai, Samsung u Daewoo, li b’hekk isir ferm improbabbli li jkun hemm effetti antikompetittivi.

32.

S′issa l-STX għadha ma bniet l-ebda bastiment għall-ġarr ta’ passiġġieri, jew ingħatalha kuntratt ta’ bastiment għall-ġarr ta' passiġġieri. Fi kwalunke każ, anka jekk l-STX tkun parteċipanti potenzjali, id-dħul tagħha fis-suq mhu ser iġib l-ebda tibdil sinifikanti fl-istruttura tas-suq. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni li t-tneħħija tal-STX bħala parteċipanti potenzjali għandha twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri.

Bini tat-tankers tal-merkanzija

33.

Jekk tankers tal-merkanzija jkunu kkunsidrati bħala suq wieħed tal-merkanzija, mal-bastimenti għall-ġarr tal-kimiċi/iż-żejt, il-medja tas-sehem tas-suq tat-tnejn li huma f’daqqa fil-perjodu 2004-2007 għandu jkun ta’ 14,75 %, f’termini ta’ bastimenti mogħtija lill-klijenti skont it-tunnellaġġ u 11 % f’termini ta’ ordnijiet ibbażati skont it-tunnellaġġ. Kif ukoll fuq il-bażi ta’ definizzjoni aktar ċara tas-suq tal-merkanzija (suq biss għat-tankers tal-merkanzija), l-ishma fis-suq taż-żewġ partijiet f’daqqa għandu jkun limitat u taħt il-15 % (b’ammont komuni ta’ mhux aktmin ta’ 1,5 %).

34.

Fuq il-bażi tal-impatt limitat tat-tranżizzjoni f’dan is-suq u r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, għandu jkun konkluż li t-tranżizzjoni proposta ma tqanqal l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni b’relazzjoni mal-bini tat-tankers tal-merkanzija.

Aspetti vertikali

Manifattura tal-magni ta' vapuri tad-diżil

35.

Matul l-investigazzjoni tas-suq tqanqal xi tħassib dwar effetti negattivi possibbli bħala riżultat tar-relazzjoni vertikali maħluqa bit-tranżizjoni ta’ bħalissa, dan peress li l-STX hi attiva fil-produzzjoni tal-magni għall-bastimenti.

36.

L-investigazzjoni tas-suq uriet li ġeneralment is-suq tal-magni għall-bastimenti mhux ikkonċentrat. Fis-suq kollu tal-magni għall-bastimenti li jaħdmu bid-diżil, is-sehem tal-STX fil-livell globali fl-2007 kien madwar [15-20] %. Kompetituri importanti oħra huma Wärtsilä [15-20] %, Yanmar [15-20] %, Daihatsu [25-30] %, Doosan [5-10] % jew Mitsui [5-10] %.

37.

L-STX ma tipproduċix jew tbigħ magni għal fuq il-bastimenti għall-kruċieri, taqsima ddominata minn żewġ kumpaniji, MAN B&W Diesel Group (“MAN”) u Wärtsilä Corporation (“Wärtsilä”). L-STX, bit-teknoloġija tagħha stess, ma tistax tipproduċi magni li huma tajbin għall-użu fuq il-bastimenti għall-kruċieri u/jew bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri u qatt ma forniet, jew b’mod dirett jew b’mod indirett, magni bħal dawn. Hi tuża aktar teknoloġija liċenzjata mill-MAN għall-produzzjoni tal-magni għall-bastimenti kummerċjali. Iżda, taħt il-ftehim illiċenzjat, l-STX qatt ma mmanifatturat jew forniet, b’mod dirett jew indirett, magni li jkunu tajbin għal fuq bastimenti għall-kruċieri jew bastimenti għall-ġarr ta’ passiġġieri. Għandu jkun konkluż li bħalissa l-STX ma għandhiex tkun f’pożizzjoni li tforni magni għal fuq il-bastimenti għall-kruċieri li huma tagħha stess.

38.

Għandu jkun konkluż li r-relazzjonijiet vertikali maħluqa bit-tranżizzjoni ta’ bħalissa huma ferm improbabbli li jqanqlu tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-suq tal-bastimenti għall-kruċieri.

Servizzi ta’ trasport bil-baħar

39.

L-STX hi attiva wkoll, permezz is-sussidjarja tagħha STX Pan Ocean, fil-qasam tas-servizzi ta’ trasport bil-baħar, primarjament fil-qasam tat-tankers dry bulk.

40.

Il-parti li notifikat qalet li għas-servizzi ta’ trasport bil-baħar li huma relatati mat-tankers dry bulk, l-STX kellha sehem tas-suq ta’ madwar [0-5] % fil-livell globali matul il-perjodu 2004-2007. Peress li hu kkunsidrat li s-swieq tal-bini tal-bastimenti għandhom skop globali u li l-bastimenti jinkisbu fuq livell globali, il-preżenza żgħira ħafna tal-STX fis-swieq downstream ta' trasport bil-baħar ma jqanqalx tħassib relatat ma’ esklużjoni possibbli tal-klijenti tal-kompetituri tal-entitajiet amalgamati fis-suq upstream tal-bini tal-bastimenti.

IV.   KONKLUŻJONI

41.

Il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix l-operazzjoni nnotifikata u li tiddikjaraha kompqtibblimas-suq komuni u mal-Ftehim għaż-ŻEE. Din id-Deċiżjoni hi adottata fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-Regoalment (KE) Nru 139/2004.


(1)  Kontra l-fehma tal-kwerelant, il-Kummissjoni mhix obbligata li tagħmel analiżi indipendenti parallela sabiex tikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ sussidji allegati – mqabbla ma’ proċedura tal-Għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE – fil-proċedura tal-amalganazzjoni, b’mod partikolari jekk is-sussidji allegati kienu mogħtija minn pajjiż li mhux Stat Membru. Il-ġurisprudenza (b’mod partikolari s-sentenza RJB Mining) li tissuġġerixxi li dawk li suppost huma għajnuniet mill-Istat għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fil-proċeduri tal-kontroll tal-amalgamazzjoni għal ċirkustanzi speċifiċi ħafna, li fihom il-Kummissjoni kienet qed tikkonduċi, b’mod parallel, kontroll tal-amalgamazzjoni u proċedura tal-għajnuna mill-Istat, li ma tapplikax f’dan il-każ. Ara Każ T-156/98 RJB Mining v Kummissjoni (2001) ECR II-337.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/19


Opinjoni ta' Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti mogħtija fit-382 laqgħa tat-18 ta' Ottubru 2004 dwar deċiżjoni abbozz preliminarja fil-Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles

2009/C 147/12

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar is-swieq rilevanti.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-destinatarji tad-Deċiżjoni Abbozz ipparteċipaw fi ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan u l-effett tal-ftehimiet u/jew tal-prattiċi miftiehma kellhom l-għan li jillimitaw il-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-destinatarji tad-Deċiżjoni Abbozz ipparteċipaw fi ksur uniku jew kontinwu tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma kienu kapaċi jeffetwaw b'mod favorevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri ta' l-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandu japplika f'dan il-każ.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li mhemmx ċirkustanzi mitiganti jew aggravanti li jistgħu jiġu applikati.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' l-Avviż ta' Klemenza.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/20


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fit-383 laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Ottubru 2004 dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni fil-każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles

2009/C 147/13

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti bażiċi tal-multi rigward:

(a)

il-gravità tal-infrazzjonijiet.

(b)

it-tul ta' żmien tal-infrazzjonijiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-tnaqqis tal-multi fuq il-bażi tal-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' kartell.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti finali tal-multi.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/21


Rapport finali tal-uffiċjal tas-smigħ dwar il-proċedura fil-każ COMP/F-1/38.338 – Hard haberdashery needles

(skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

2009/C 147/14

L-abbozz tad-deċiżjoni jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin:

Il-każ preżenti huwa riżultat ta' informazzjoni pprovduta minn rappreżentant ta' Entaco Ltd u investigazzjonijiet skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru. 17 (1) magħmula mill-Kummissjoni fis-7 u t-8 ta' Novembru 2001 fi proprjetajiet ta' diversi produtturi ta' haberdashery iebsa u rotob fil-Komunità u tal-assoċjazzjoni Ġermaniża tal-produtturi tat-teknoloġija tal-qfil (fastening technology) VBT. Matul din l-investigazzjoni u stħarriġ sussegwenti taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 il-Kummissjoni sabet provi f'dokumenti li indikaw ksur tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE permezz ta' akkordji u prattiċi miftiehma magħmula mill-impriżi li ġejjin:

William Prym GmbH & Co. KG u Prym Consumer GmbH & Co. KG (“Prym”) Coats plc (issa: Coats Holdings Ltd) u J & P Coats Ltd (“Coats”), Entaco Group Ltd u Entaco Ltd. (“Entaco”)

Fil-15 ta' Marzu 2004, il-Kummissjoni indirizzat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) lil Prym, Entaco u Coats skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2842/98 (2), li waslet għand Entaco fis-16 ta' Marzu 2004 u għand Coats u Prym fis-17 ta' Marzu 2004. Id-data tal-iskadenza għar-risposta għad-DO kienet it-13 ta' Mejju 2004. Coats u Prym ingħataw estensjoni ta' din l-iskadenza sat-28 ta' Mejju 2004.

Ir-risposta ta' Entaco waslet fil-5 ta' Mejju 2004. Ir-risposti ta' Coats u Prym waslu fit-28 ta’ Mejju 2004.

L-aċċess għall-fajl ingħata billi ntbagħtet CD-Rom bid-dokumenti fil-fajl tal-Kummissjoni. Din waslet għand il-partijiet fis-26 ta' Marzu 2004.

B'ittri tat-13 ta' April u l-5 ta' Mejju 2004, Coats talbet aċċess għal aktar informazzjoni mill-fajl tal-Kummissjoni, filwaqt li tenniet li xi dokumenti oħra kkopjati fil-proprjetajiet ta' Prym u ta' VBT jistghu jkunu rilevanti għad-difiża ta' Coats. Barra minn hekk, Coats ikkritikat il-fatt li xi paragrafi fid-DO baqgħu mhux aċċessibbli minkejja li kienu jirreferu għal dokumenti rilevanti.

B'ittri tat-3 ta' Mejju u s-7 ta' Mejju 2004, jiena qbilt li kważi l-intier tad-dokumenti kkopjati fil-proprjetà ta' Prym, li fil-frattemp aċċettat li ma kinux kunfidenzjali, għandhom jiġu trasmessi lil Coats. Barra minn hekk jien wegħidt id-dħul mill-ġdid tal-paragrafi kollha msemmija fit-talba ta' Coats. Għalhekk, is-servizz rilevanti tal-Kummissjoni ta aċċess għal din l-informazzjoni addizzjonali fil-ġranet ta' wara.

Madankollu, fir-rigward tad-dokumenti l-oħra, li kienu ġew ikkopjati fil-proprjetà ta' VBT, ħadt il-pożizzjoni li ma kienx hemm rabta biżżejjed mal-każ preżenti li tiġġustifika l-aċċess għalihom u għalhekk ma lqajtx it-talba ta' Coats. Coats ma qajmetx oġġezzjonijiet f'dan ir-rigward.

Fuq talba tal-partijiet sabiex jinstemgħu oralment f'dan il-każ, saret seduta fit-18 ta' Ġunju 2004.

Wara s-seduta, kull parti ġiet ipprovduta b'verżjoni mhux-kunfidenzjali tar-risposti tal-oħrajn. Il-partijiet kollha ġew informati li r-risposti setgħu jiġu kkunsidrati li għandhom provi ġodda fir-rigward tal-allegazzjonijiet stipulati fid-DO. Il-partijiet ngħataw erba' ġimgħat min-notifika sabiex jissottomettu kummenti ulterjuri.

Fit-28 ta' Lulju Coats issottomettiet aktar dokumenti b'risposta għal numru ta' kwistjonijiet li tqajmu jew ġew iċċarati fis-seduta. Prym għamlet l-istess fit-30 ta' Lulju 2004.

Fid-19 ta' Awissu 2004 Coats bagħtet memorandum lill-Kummissjoni fejn ġabret fil-qosor l-oġġezzjonijiet ewlenin tagħha għall-każ tal-Kummissjoni.

L-abbozz tad-deċiżjoni sottomess lill-Kummissjoni jinkludi biss l-oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet kellhom l-opportunità li jagħtu l-fehma tagħhom.

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, jiena nikkunsidra li f’dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet li jkunu mismugħa kienu rrispettati bis-sħiħ.

Brussell, id-19 ta' Ottubru 2004.

Karen WILLIAMS


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat KE (ĠU 13, tal-21.2.1962, p. 204).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2842/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar is-smigħ tal-partijiet f'ċerti proċedimenti taħt l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 354, 30.12.1998, p. 18).


27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/23


SOMMARJU TA' DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Ottubru 2004

dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE

(Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 4221)

(Il-verżjonijiet bl-Ingliż U BIL-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/15

1.   INTRODUZZJONI U KSUR

Tliet impriżi u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, jiġifieri William Prym GmbH & Co. KG u Prym Consumer GmbH & Co. KG, Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd, Entaco Ltd u Entaco Group Ltd daħlu f’serje ta’ ftehimiet bil-miktub, formalment bilaterali, bejn l-10 ta’ Settembru 1994 (il-Heads of Agreement kienu ffirmati f’Ġunju iżda daħlu fis-seħħ fl-10 ta’ Settembru 1994) u l-31 ta’ Diċembru 1999, li fil-prattika kienu ftehim tripartitiku li taħtu dawk l-impriżi qasmu jew ikkontribwixxew biex jinqasmu s-swieq tal-prodotti (bis-segmentazzjoni tas-suq Ewropew għall-prodotti ibsin tal-ħjata) u s-swieq ġeografiċi (bis-segmentazzjoni tas-suq Ewropew għal-labar tal-ħjata). Ukoll, l-impriżi ħadu sehem f’laqgħat bilaterali jew trilaterali bejn l-10 ta’ Mejju 1993 u t-8 ta’ Novembru 2001 (il-parteċipazzjoni ta’ Coats kienet limitata għal-laqgħat preliminari). Dawn il-prattiċi miftiehma u l-ftehimiet jikkostitwixxu ksur ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE u kellhom l-oġġett u l-effett:

Għal William Prym GmbH & Co. KG u Prym Consumer GmbH & Co. KG u Entaco Ltd u Entaco Group Ltd:

li jaqsmu s-suq Ewropew tal-prodotti ibsin tal-ħjata billi ġiet limitata l-attività tan-negozju ta’ Entaco Ltd għan-negozju tal-labar tal-ħjata bl-idejn u l-labar speċjali, fatt li wassal għal qsim tal-prodott tas-suq bejn is-suq tal-labar tal-ħjata bl-idejn u l-labar speċjali u s-swieq usa’ għal-labar kif ukoll swieq oħra tal-prodotti ibsin tal-ħjata.

li jissegmentaw is-suq Ewropew għal-labar billi rrestrinġew lil Entaco Ltd għar-Renju Unit, ir-Repubblika ta’ l-Irlanda u (parzjalment) l-Italja u billi pprevjenew lil dik l-impriża milli tidħol fis-swieq ta’ l-Ewropa Kontinentali għal-labar (bl-eċċezzjoni ta’ l-hekk imsejħa “label accounts”), u b’hekk dawk is-swieq ġew effettivament riżervati għal William Prym GmbH & Co. KG u s-sussidjarji tagħha, fatt li wassal bies jinqasam is-suq ġeografiku fis-suq tal-labar.

Għal Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd:

partikolarment, li jipproteġu lid-ditta tal-labar tal-impriżi tagħhom (Milward) fil-livell tal-bejgħ bl-imnut mill-kompetizzjoni f’isem Entaco Ltd bi (i) provvista esklużiva u ftehim ta’ xiri ma’ Entaco Ltd li jkopri lir-Renju Unit u (parzjalment) lill-Italja, (ii) u billi ġie impost fuq Entaco Ltd obbligu li jiġi rispettat il-ftehim li jinqasam is-suq ġeografiku li l-impriża kienet daħlet fih ma’ William Prym GmbH & Co. KG u s-sussidjari tagħha.

Dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ klawsoli interkondizzjonali fis-serje ta’ ftehimiet bil-miktub bilaterali msemmija hawn fuq u fuq ċerti dokumenti kontemporanji. Dawn il-klawsoli kienu mġedda maż-żmien.

F’dan il-kuntest għandu jiġi enfasizzat li t-talba għall-klemenza ppreżentata f'isem Entaco Ltd tikkonferma s-sejbiet kollha tal-Kummissjoni f'dawn il-proċedimenti. Prym, fir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet stqarret il-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur iżda kkontestat id-daqs tas-swieq rilevanti.

2.   PROĊEDURA

Dawn is-sejbiet huma riżultat ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni fis-7 u t-8 ta’ Novembru 2001 skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17 fi proprjetajiet ta' diversi produtturi ta' prodotti tal-ħjata ibsin u rotob fil-Komunità (jiġifieri Entaco Ltd, Coats plc, William Prym GmbH & Co. KG u l-assoċjazzjoni Ġermaniża tal-produtturi tat-teknoloġija tal-qfil (fastening technology) VBT (Fachverband Verbindungs- und Befestigungstechnik). Bis-saħħa ta’ dawn l-investigazzjonijiet u stħarriġ sussegwenti taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni sabet provi f'dokumenti li indikaw li l-ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE kien sar mill-impriżi li ġejjin: William Prym GmbH and Co. KG, Prym Consumer GmbH & Co. KG, Coats Holdings Ltd, J & P Coats Ltd u Entaco Ltd. L-investigazzjonijiet kienu riżultat ta’ informazzjoni provduta mis-Sur Martin Ellis ta' Entaco bejn it-23 ta' Awissu 2000. u s-6 ta' Awissu 2001. Is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni kkunsidraw dawn il-biċċiet ta’ informazzjoni bħala talba għall-klemenza mis-Sur Martin Ellis ta’ Entaco f’ittra datata l-21 ta’ Awissu 2001.

F’April, Mejju, Ġunju u Ottubru 2003, il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni taħt l-Artikolu 11 lil dawn il-produtturi ta' prodotti tal-ħjata ibsin u rotob fil-Komunità Ewropea: Coats plc, William Prym GmbH & Co. KG, Entaco Ltd u l-assoċjazzjoni VBT u Needle Industries (India) Private Ltd.

Fil-15 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni indirizzat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lil Prym, Entaco u Coats skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2842/98, li waslet għand Entaco fis-16 ta’ Marzu u għand Coats u Prym fis-17 ta’ Marzu 2004. Ġie pprovdut aċċess għall-fajl lill-partijiet f’forma elettronika. Kull parti rċeviet CD-Rom bid-dokumenti fuq il-fajl tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2004.

Is-Smigħ sar fit-18 ta' Ġunju 2004. Id-Direttorat A u s-Servizz Legali kienu kkonsultati fit-18 ta’ Settembru 2004.

3.   IS-SWIEQ RILEVANTI

Il-Kummissjoni identifikat tliet swieq tal-prodotti rilevanti i) is-suq Ewropew għal-labar tal-ħjata bl-idejn u tas-snajja’ (inklużi l-labar speċjali), li fih sar il-qsim tas-suq tal-prodott u dak ġeografiku (valur tas-suq ta’ madwar EUR 30 miljun), ii) is-suq Ewropew ta’ “prodotti oħrajn tal-ħjata u tan-nitting inklużi l-labar tar-ras, il-labar tan-nitting tar-ras/il-labar tan-nitting” (valur tas-suq ta’ madwar EUR 30 miljun) u iii) is-suq Ewropew għal prodotti oħrajn tal-ħjata ibsin inklużi żippijiet u qafliet oħrajn (EUR 1.5 biljuni), li fil-każ taż-żewġ prodotti l-qsim tas-suq tal-prodott sar biss mill-10 ta’ Settembru 1994 sat-13 ta’ Marzu 1997. Is-suq għal-labar tal-ħjata bl-idejn u tas-snajja’ għandu jiġu distint mis-suq għal-labar tal-magni industrijali li ma kinux manifatturati mill-impriża matul il-perjodu tal-ksur. Prym issostni li l-labar tal-ħjata bl-idejn u tas-snajja’ għandhom jitqiesu bħala swieq rilevanti separati. Madankollu, din l-opinjoni ma tistax tiġi sostnuta minħabba li l-impriżi l-oħra ma jappoġġjawx dik l-opinjoni u l-ftehimiet ta' ksur jirreferu għaż-żewġ tipi ta' labar.

4.   IL-MEKKANIŻMU TAL-KSUR

(1)

Coats kienet protetta kontra l-kompetizzjoni minn Entaco u Prym fil-livell tal-bejgħ bl-imnut (għad-ditta tagħha Milward) minħabba li:

Entaco ma setgħetx tikkompeti ma’ Coats skond il-ftehimiet li kienet iffirmat ma’ Coats u Prym rispettivament għar-Renju Unit u l-Ewropa Kontinentali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.

Taħt il-klawsola 2.2 tal-Ftehim tal-Provvista u x-Xiri, Entaco hija ristretta milli tforni l-konsumaturi ta’ Coats fir-Renju Unit: “Entaco ma tistax tforni prodotti lil konsumatur ta’ xerrej fir-Renju Unit minbarra dawk il-konsumaturi li għalihom il-Fornitur iforni Prodotti qabel id-data tiegħu f’livelli eżistenti ta’ negozju”.

Taħt il-klawsola 2.2 tal-ftehim ta’ Distribuzzjoni bejn Prym u Entaco, Entaco hija ristretta milli tbigħ lill-konsumaturi ta’ Coats u Prym fl-Ewropa Kontinentali: “Entaco ma tistax tbigħ prodotti lil kwalunkwe persuna fit-territorju [l-Ewropa bl-esklużjoni tar-Renju Unit u r-Repubblika ta' l-Irlanda] minbarra l-label accounts u/jew id-Distributur [Konsumatur ta’ Prym] u/jew il-Coats Group.

Għalhekk Entaco ma kinitx forza indipendenti fis-suq minħabba li effettivament setgħet tbigħ biss lil Coats u lil Prym.

Prym kellha bżonn l-appoġġ ta’ Coats biex twaqqaf lil Entaco milli tidħol fis-suq ta’ l-Ewropa Kontinentali.

Ta’ min ifakkar ukoll li biex jiġu infurzati l-ftehimiet tal-qsim tas-swieq, dak kollu li Coats (bħala l-akbar xerrej fir-Renju Unit) kellha tagħmel kien li tixtri mingħand Entaco minflok mingħand Prym. Dan żamm lil Prym limitata għal attività baxxa fir-Renju Unit filwaqt li ddixxiplina lil Entaco biex tibqa’ barra l-Ewropa Kontinentali, għaliex kieku ma għamlitx dan, Coats kienet tieqaf tikkunsidra lil Entaco bħala l-fornitur esklużiv, fatt li jinsab fil-klawsola 2.2 tal-Ftehim tal-Provvista u x-Xiri bejn Entaco u Coats:

[…] (b) tissodisfa l-obbligi konnessi tagħha skond Ftehim bejn il-Fornitur u Prym datat [l-10 ta’ Settembru 1994]/[l-1 ta’ April 1997].

Barra minn hekk, Coats bħala d-distributur ewlieni fl-Ewropa kienet f’pożizzjoni, bl-użu ta’ l-ordnijiet tagħha ta’ prodotti, biex tqiegħed lil Entaco u lil Prym kontra xulxin, u dan irrappreżenta mod ieħor ta' kif Prym tiġi ddixxiplinata.

(2)

Entaco riedet tkun il-fornitur ewlieni ta’ Coats fir-Renju Unit bħala sigurtà għall-produzzjoni tagħha; inkella ma kinitx tidħol fil-ftehim tal-qsim tas-suq tal-prodott, waqt li llimitat l-iżvilupp ta’ negozju tagħha. Fil-fatt, Entaco qablet ma’ limitazzjoni sostantiva ħafna tal-attività tagħha:

Fil-Heads of Agreement: “Entaco qablet li tirrestrinġi l-attivitajiet ta’ manifattura u distribuzzjoni tagħha fis-settur tal-prodotti tal-ħjata għal-labar biss, u li ma twessax l-attivitajiet tagħha biex tinkludi labar tar-ras, labar tas-sarwan, qafliet b’erba’ biċċiet, labar tan-nitting u prodotti oħra tal-ħjata mingħajr qbil minn qabel ta’ Prym” (minbarra l-klawżola 2.3 tal-Ftehim ta’ Xiri bejn Prym u Entaco).

Fil-Ftehim ta’ Distribuzzjoni taħt il-klawsola 2.2 kif ikkwotat hawn fuq li jwassal għal ftehim biex jinqasam is-suq ġeografiku.

Entaco ma rċevietx garanzija simili mingħand Prym. B’konsegwenza, kellha bżonn is-sigurtà ta’ ftuħ għall-produzzjoni tagħha fir-Renju Unit minn Coats, li huwa dak li rċeviet.

Entaco, li hija impriża li nxtrat lura mid-diriġenti tan-negozju tal-labar preċedenti ta’ Coats, kienet qed tiffaċċja kompetizzjoni minn żewġ kumpaniji ewlenin, Prym u Coats, li kienu marbutin b’interessi fl-ishma u b’ “partenarjat speċjali”. Għal Entaco, id-dħul f’dan il-ftehim tripartitiku kien l-aħjar soluzzjoni possibbli minħabba li kisbet ftuħ sikur billi minflok offriet biss “dehra ta’ indipendenza lis-suq”.

(3)

Prym, mingħajr l-approvazzjoni ta’ Coats ma kinitx tidħol fil-ftehim tal-qsim tas-suq għad-detriment potenzjali tal-azzjonist ewlieni tagħha u l-imsieħeb ewlieni tagħha (Coats) fis-suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata.

5.   KONKLUŻJONI

Il-ksur imwettaq mid-destinatarji (1) tad-Deċiżjoni huwa meqjus fin-natura tiegħu bħala “serju ħafna”, minħabba li kellu l-għan li jaqsam is-swieq nazzjonali u s-suq tal-prodotti li wassal għar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni u li effettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Peress li Entaco kienet l-unika impriża li informat lill-Kummissjoni bl-eżistenza tal-ftehimiet tal-qsim tas-suq u li tat provi deċiżivi li mingħajrhom il-ftehimiet tal-qsim tas-suq setgħu ma ġewx żvelati, u fid-dawl tal-kooperazzjoni kontinwa tagħha, huwa propost li din l-impriża tibbenefika minn immunità sħiħa tal-multi.


(1)  William Prym GmbH & Co. KG u Prym Consumer GmbH & Co. KG, Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd, Entaco Ltd u Entaco Group Ltd.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kunsill

27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/26


SEJĦA MIFTUĦA

Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka Xjentifika u Teknika (COST)

2009/C 147/16

Il-COST tressaq flimkien riċerkaturi u esperti f'pajjiżi differenti li jaħdmu fuq suġġetti speċifiċi. Il-COST MA TIFFINANZJAX ir-riċerka innifisha, imma tappoġġa attivitajiet ta' networking bħal laqgħat, konferenzi, skambji xjentifiċi fuq terminu qasir u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni. Attwalment huma appoġġati aktar minn 200 netwerk xjentifiku (Azzjonijiet).

Il-COST tistieden proposti għal Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku, kulturali jew soċjetali tal-Ewropa. Proposti li jkollhom rwol prekursur għal programmi oħrajn Ewropej u/jew mibdija minn riċerkaturi fi stadju bikri huma milqugħa b'mod speċjali.

L-iżvilupp ta' rabtiet aktar sodi fost ir-riċerkaturi Ewropej huwa kruċjali għall-bini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). Il-COST tistimula netwerks ta' riċerka ġodda, innovattivi, interdixxiplinari u wisgħin fl-Ewropa. L-attivitajiet tal-COST jitwettqu minn gruppi ta' riċerka għat-tisħiħ tas-sisien għall-bini ta' eċċellenza xjentifika fl-Ewropa.

Il-COST hi organizzata f'disa' Setturi (Bijomediċina u Bijoxjenzi Molekulari; Kimika u Xjenzi u Teknoloġiji Molekulari; Xjenza tas-Sistema Terrestri u Ġestjoni Ambjentali; – Ikel u Agrikoltura; Foresti, Prodotti u Servizzi tagħhom; Individwi, Soċjetà, Kultura u Saħħa; It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; Materjali, Fiżika u Nanoxjenzi; Trasport u Żvilupp Urban). Il-kopertura intenzjonata ta' kull Settur hi spjegata f' www.cost.esf.org

Il-proponenti huma mistiedna jqiegħdu s-suġġett tagħhom f'Settur wieħed. Madankollu, proposti interdixxiplinari li ma jaqgħux direttament f'Settur wieħed huma partikolarment milqugħa u ser ikunu vvalutati separatament minn Korp Permanenti għall-Evalwazzjoni ta' Proposti Multidixxiplinarji (Trans-Domain Proposals Standing Assessment Body).

Il-proposti għandhom jinkludu riċerkaturi minn minimu ta' ħames pajjiżi tal-COST. Jista' jiġi mistenni appoġġ finanzjarju fil-firxa ta' 100 000 EUR p.a. normalment għal 4 snin.

Il-proposti ser ikunu vvalutati f'żewġ stadji. Proposti Preliminari (massimu ta' 1 500 kelma/3 paġni), mibgħuta bl-użu tal-mudell online fuq www.cost.esf.org/opencall għandhom jipprovdu deskrizzjoni qasira tal-proposta u l-impatt maħsub tagħha. Il-proposti li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' eliġibilità tal-COST (eż. li jitolbu finanzjament għar-riċerka) ser jiġu esklużi. Proposti eliġibbli ser ikunu vvalutati mill-Kumitati tas-Setturi rilevanti f'konformità mal-kriterji ppublikati f' www.cost.esf.org Il-proponenti tal-Proposti Preliminari magħżula ser ikunu mistiedna jippreżentaw Proposta Sħiħa. Proposti Sħaħ ser ikunu riveduti bejn il-pari skont il-kriterji ta' valutazzjoni f' www.cost.esf.org/opencall Id-deċiżjoni normalment ser tittieħed fi żmien sitt xhur mid-data tal-ġbir u l-Azzjonijiet mistennija li jibdew fi żmien tliet xhur minn dakinhar.

Id-data tal-ġbir għall-Proposti Preliminari hi l-25 ta' Settembru 2009, 17:00 ħin ta' Brussell. Madwar 80 Proposta Sħiħa ser ikunu mistiedna għall-għażla finali ta' madwar 30 Azzjoni ġdida.

Proposti Sħaħ ser ikunu mistiedna sat-13 ta' Novembru 2009 għall-preżentazzjoni sal-15 ta' Jannar 2010, b'deċiżjonijiet mistennija f'Mejju 2010. Id-data tal-ġbir li jmiss hija prevista għas-26 ta' Marzu 2010.

Jekk jixtiequ l-proponenti jistgħu jikkuntattjaw il-Koordinatur nazzjonali tal-COST (CNC) tagħhom għal informazzjoni u gwida – ara www.cost.esf.org/cnc

Il-proposti għandhom jintbagħtu online lill-website tal-Uffiċċju tal-COST.

Il-COST tirċievi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tagħha ta' koordinazzjoni mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RŻT) tal-UE. L-Uffiċċju tal-COST, immexxi mill-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza (ESF), li jaġixxi bħala aġent implimentattiv għal COST, jipprovdi s-segretarjat xjentifiku għas-Setturi tal-COST u l-Azzjonijiet tal-COST.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5562 – Fortis Private Equity/Kuiken)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 147/17

1.

Fit-22 ta’Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Fortis Private Equity Holding Nederland B.V. (“Fortis Private Equity”, l-Olanda), li hi kontrollata mill-Fortis Bank Nederland N.V. (“Fortis Bank Nederland,” l-Olanda), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Kuiken N.V. (“Kuiken”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Fortis Bank Nederland: grupp bankarju li hu attiv fl-operazzjonijiet bankarji kummerċjali, privati u għall-konsumaturi;

għal Fortis Private Equity: kumpanija sussidjarja tal-Fortis Bank Nederland attiva fl-investimenti ta’ ekwità privata għall-kumpaniji ta’ daqs medju fl-Olanda;

għal Kuiken: grupp ta’ kumpaniji li huma attivi fid-distribuzzjoni ta' tagħmir kbir li jintuża għall-bini, għat-trasport ta’ materjal u għall-agrikoltura.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5562 – Fortis Private Equity/Kuiken, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.