ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2009.133.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 133/01 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2009/C 133/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5525 – TUI Travel/Oscrivia/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2009/C 133/13 |
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/C-3/38636 – Rambus ( 1 ) |
|
2009/C 133/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5517 – BNPPIP/CAAM/FUND CHANNEL) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/1 |
tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill–awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali
2009/C 133/01
Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli ma' l-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:
Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1377 – rapport tas-42 Sessjoni tal-Kumitat HS):
EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKOND IL-PROĊEDURA TA' L-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TA' L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI
(IS–42 SESSJONI TAL-HSC – SETTEMBRU/OTTUBRU 2008)
DOK. NC1377
Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS
09.02 |
M/15 |
15.02 |
M/17 |
Kapitolu 29 Lista |
M/5 |
Kapitolu 38 Noti Ġenerali |
M/14 |
38.24 |
M/14 |
84.28 |
M/9 |
84.51 |
M/3 |
84.79 |
M/3, M/9 |
85.09 |
M/3 |
Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS
1212.99/1 |
M/6 |
2202.90/6 |
M/7 |
3824.90/17 |
M/8 |
8536.69/1 |
M/10 |
9018.90/1 |
M/11 |
9503.00/5 (Emenda tal-bażi legali) |
M/12 |
9504.10/2 |
M/18 |
Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, B–1049 Brussell) jew tista' titniżżel mis-sit ta' l-internet tad-Direttorat–Ġenerali:
http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Ġunju 2009
2009/C 133/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3969 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
137,39 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4464 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85070 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,8025 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5120 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9140 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,745 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
280,20 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6975 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4815 |
RON |
Leu Rumen |
4,1970 |
TRY |
Lira Turka |
2,1600 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7209 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5428 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8276 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,1835 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0296 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 758,01 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,2580 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,5475 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2600 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 150,14 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8996 |
PHP |
Peso Filippin |
66,746 |
RUB |
Rouble Russu |
43,2630 |
THB |
Baht Tajlandiż |
47,676 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,7250 |
MXN |
Peso Messikan |
19,0474 |
INR |
Rupi Indjan |
66,5130 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/4 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti Mogħtija fl-425 laqgħa tiegħu fit-23 ta' Marzu 2007 Dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-każ COMP/C.37.766 – Suq tal-birra Olandiż
2009/C 133/03
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehimiet u/jew prattiki miftiehma fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-kumpless ta' ftehimiet u/jew prattiki miftiehma jikkostitwixxi infrazzjoni unika u kontinwa għall-perjodu ta' żmien li fih kien jeżisti. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma għandhom bħala għan li jnaqqsu l-kompetizzjoni. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tul tal-ksur, jiġifieri li dan kien mis-27 ta' Frar 1996 sat-3 ta' Novembru 1999. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-konklużjoni li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma bejn dawk li jagħmlu l-birra jistgħu jaffettwaw in-negozju bejn l-Istati Membri. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni rigward in-nuqqas ta' evidenza ta' infrazzjoni tad-drittijiet ta' difiża li tista' tipprevjeni s-sejba ta' infrazzjoni. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni fuq in-natura ta' l-infrazzjoni, billi ġiet klassifikata bħala “serja ħafna” fin-natura tagħha. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li tista' tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni. |
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi. |
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni taċ-ċirkustanzi mitiganti u aggravanti. |
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Avviż tal-Kummissjoni dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' kartelli. |
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/5 |
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi fir-rigward ta' l-infrazzjonijiet fuq is-suq tal-birra fl-Olanda. |
2. |
Il-Kumitata Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni, rigward l-infrazzjoni fuq is-suq tal-birra fl-Olanda, dwar l-ammont ta' tnaqqis tal-multi bbażat fuq l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' kartelli. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni, rigward l-infrazzjoni fuq is-suq tal-birra fl-Olanda, dwar it-tnaqqis eċċezzjonali ta' l-ammont tal-multi fid-dawl tat-tul tal-proċedura. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għall-infrazzjonijiet fuq is-suq tal-birra fl-Olanda. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/6 |
Rapport Finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ dwar il-proċedura fil-każ COMP/37.766 – Suq Tal-Birra Olandiż
(skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
2009/C 133/05
Dan il-każ oriġina fl-1999, meta l-Kummissjoni għamlet investigazzjonijiet f'Interbrew NV (issa InBev NV) fil-każ 37.409 PO/Interbrew, li warajh inbeda t-tieni każ, 37.614 Interbrew/Alken-Maes. Intbagħtet talba għall-informazzjoni lil Interbrew fil-11 ta' Novembru 1999, li għaliha Interbrew ipprovdiet informazzjoni f'Jannar u Frar 2000 dwar prattiki anti-kompetittivi fis-suq tal-birra Olandiż u applikat għall-klemenza.
Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u żmien biex tingħata risposta
Fit-30 ta' Awwissu 2005, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) li ntbagħtet lid-destinatarji ta' abbozz ta' Deċiżjoni, li tiddeskrivi kumpless ta' ftehimiet u prattiki miftiehma ristrettivi ta' kompetizzjoni bejn erba' impriżi, li jkopri t-territorju sħiħ ta' l-Olanda għall-perjodu bejn l-10 ta' Frar 1995 u t-3 ta' Novembru 1999.
Il-partijiet ingħataw xaharejn biex jirrispondu għad-DO, sat-3 ta' Novembru 2005. Il-partijiet kollha ħlief Inbev talbu għal diversi estensjonijiet.
Fid-dawl tal-kwistjonijiet li qamu relatati ma' l-aċċess għall-fajl u l-kunfidenzjalità ta' ċerti dokumenti, jiena sussegwentement estendejt id-data ta' l-għeluq sa l-10 ta' Novembru, fl-ittri lill-partijiet kollha (inkluż Inbev), imbagħad sa l-24 ta' Novembru 2005. Jien nikkunsidra li l-estensjoni totali ta' tliet ġimgħat tad-data ta' l-għeluq biex tingħata risposta għad-DO kienet biżżejjed biex tiżgura li l-partijiet kollha kellhom żmien biżżejjed biex jippreparaw id-difiża tagħhom ladarba l-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità u l-aċċess għall-falj kienu riżolti.
Tliet ittri ta' fatti ntbagħtu lil uħud jew lill-partijiet kollha wara d-DO, minħabba li iktar fatti kienu intiżi li jintużaw biex jissostanzjaw l-oġġezzjonijiet. L-ewwel waħda ntbagħtet fis-26 ta' Jannar 2006, lil Heineken. Heineken għarrfet l-opinjonijiet tagħha fit-2 ta' Frar 2006. Fis-7 ta' Marzu 2006 ntbagħtet ittra tal-fatti lill-partijiet kollha, li kkomunikat xi informazzjoni żejda rċevuta mis-servizzi tal-Kummissjoni f'Jannar u Frar 2006. Dan saħħaħ biss punti fattwali li saru f'paragrafi speċifiċi tad-DO. Il-partijiet ingħataw ġimgħatejn biex jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom dwar dawn il-fatti. L-ittra finali ntbagħtet lil Heineken fis-6 ta' April 2006; din l-ittra informat lil Heineken li dokument partikolari li nstab fil-bini ta' Heineken jista' jintuża bħala appoġġ għal oġġezzjonijiet eżistenti. L-istess dokument inbagħat lil partijiet oħra fit-8 ta' Mejju 2006. Kemm Heineken kif ukoll Grolsch irrispondew bil-miktub għal din l-ittra tal-fatti.
Aċċess għall-fajl
Rigward l-aċċess għall-fajl li kien mitlub partikolarment minn Bavaria, id-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni kkunsidra li l-informazzjoni kunfidenzjali mitluba (telf u dħul ta' stabbilimenti Horeca mill-partijiet l-oħra) ma kinitx indispensabbli għad-difiża ta' Bavaria, u wara li eżaminajt jien stess id-dokumenti, appoġġjajt din l-opinjoni. Il-partijiet (inkluż Bavaria) talbu għall-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni; ma kinitx takkuża lil Bavarja, u lanqas ma kienet użata fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet.
Il-partijiet talbu wkoll li jkollhom aċċess għar-risposti għad-DO ta' xulxin. Irrifjutajt dawn it-talbiet fuq il-bażi li l-politika kurrenti tal-Kummissjoni hija li dan ma jsirx sakemm ir-risposta ma tkunx tagħti evidenza ta' akkuża għal parti oħra, jew jekk ir-risposta tkun tipprova l-ħtija li l-Kummissjoni toqgħod fuqha fid-Deċiżjoni finali. Il-Qorti qalet ukoll (sentenza tal-Kawża T-42/02 tas-27 ta' Settembru 2006, Jungbunzlauer AG kontra l-Kummissjoni, paragrafi 342 u sussegwenti) li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda dmir li tipprovdi risposti għad-DO lill-partijiet kollha, sakemm ma jkunx biħsiebha toqgħod fuq parti mir-risposta bħala evidenza. Għaldaqstant, jien enfasizzajt li l-partijiet kienu liberi li jiskambjaw ir-risposti tagħhom bejniethom jekk jagħżlu li jagħmlu hekk.
Smigħ orali
Il-partijiet ma talbux smigħ orali, għalkemm din setgħet kienet l-okkażjoni għalihom biex isiru jafu l-kontenut prinċipali tar-risposti għad-DO, li kienu staqsew għalihom. Bavaria speċifikament għamlet il-punt li fin-nuqqas ta' komunikazzjoni tar-risposti bil-miktub, tali smigħ ma deherx li kien ta' użu għad-difiża. Fil-fatt, dan seta' jagħti lill-partijiet ċans biex jirreaġixxu għal kwalunkwe allegazzjonijiet minn partijiet oħra fuq il-post, biex jippreżentaw il-każijiet tagħhom lil udjenza usa', inklużi r-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u l-membri tas-servizzi l-oħra tal-Kummissjoni minflok lil dawk direttament involuti fil-każ, u biex iqajmu kwistjonijiet fil-preżenza ta' ħafna minn dawk li huma kkonsultati qabel ma tintlaħaq deċiżjoni finali. Barra minn dan, jekk iqumu kwistjonijiet fuq fatti kkontestati, xi ħaġa li tiġri ta' spiss fis-smigħ orali, l-investigazzjoni tista' tiġi estiża fuq dawk il-kwistjonijiet. Madankollu, jibqa' b'mod ċar f'idejn id-destinatarji tad-DO li jitolbu smigħ orali bħala parti mid-drittijiet tagħhom ta' difiża jekk dawn jixtiequ.
Abbozz ta' Deċiżjoni Finali
It-tul tal-kartell ġie mnaqqas fl-abbozz ta' Deċiżjoni finali meta mqabbel mad-DO, mill-perjodu bejn l-10 ta' Frar 1995 sat-3 ta' Novembru 1999 għall-perjodu bejn is-27 ta' Frar 1996 sat-3 ta' Novembru 1999. Wara r-risposti għad-DO, deher li t-tul ta' l-infrazzjoni kif espress fid-DO ma setax jiġi stabbilit għal livell sodisfaċenti ta' prova.
Jien ta' l-opinjoni li l-abbozz ta' Deċiżjoni sottomessa lill-Kummissjoni fiha biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom. Nikkunsidra li d-drittijiet tas-smigħ tal-partijiet ġew irrispettati.
Brussel, is-26 ta' Marzu 2007.
Serge DURANDE
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/8 |
Opinjoni tal-Kumitat konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Marzu 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/C.39.402 – Esklużjoni mis-suq tal-Gass minn RWE
Rapporteur: L-Isvezja
2009/C 133/06
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fid-19 ta’ Frar 2009 taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li l-proċeduri jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Minoranza ma taqbilx. |
3. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti mill-RWE AG huma xierqa, neċessarji u proporzjonati, b’mod partikolari dwar l-impatt tar-reġim regolatorju nazzjonali ta’ bħalissa. Minoranza ma taqbilx u minoranza tastjeni. |
4. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti mill-RWE AG, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Minoranza ma taqbilx. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/9 |
Abbozz tar-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta fil-każ COMP/39.402 – RWE Gas Foreclosure (1)
2009/C 133/07
L-abbozz tad-Deċiżjoni ppreżentat lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) jikkonċerna ċerti prattiċi tal-RWE. L-allegazzjonijiet jikkonċernaw (i) l-amministrazzjoni tal-kapaċità ineffiċjenti tan-netwerk tal-RWE u l-ħżin/d-dikjarazzjoni inqas tal-kapaċità dwar in-netwerk tal-RWE u (ii) il-pressjoni fuq il-marġini.
Il-Kummissjoni fetħet proċeduri bil-ħsieb li tieħu deċiżjoni taħt il-kapitolu III u adottat valutazzjoni preliminari hekk kif isir referenza għaliha fl-Artikolu 9(1) fil-15 ta’ Ottubru 2008. Id-diskussjonijiet segwenti mas-servizzi tal-Kummissjoni wasslu lill-RWE biex tippreżenta impenji fis-26 ta’ Novembru 2008. L-impenji li essenzjalment jikkonsistu fit-tneħħija tan-negozju tas-sistema għat-trażmissjoni tal-gass Ġermaniż attwali tal-RWE kif ukoll it-tagħmir awżiljari u l-beni mhux tanġibbli neċessarji għall-operat tan-netwerk għat-trażmissjoni.
Fil-5 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 27(4), li jiġbor fil-qosor it-tħassib u l-impenji u li jistieden lill-partijiet terzi interessati biex jittrażmettu kummenti dwar din in-notifika fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tiegħu. It-test tas-suq ikkonferma l-konvenjenza u l-proporzjonalità tal-impenji proposti. Bosta kummenti ssuġġerixxu t-titjib ta’ dettalji tekniċi. L-RWE ppreżentat impenji riveduti fit-2 ta’ Frar 2009 li kkunsidraw it-titjib suġġerit kollu.
Il-Kummissjoni issa kkonkludiet li, minħabba l-impenji proposti mill-RWE, u mingħajr preġudizju għall-Artikolu 9(2), il-proċeduri għandhom jintemmu.
Fit-2 ta’ Frar 2009, l-RWE ppreżentat dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li ngħatalha biżżejjed aċċess għall-informazzjoni li hi kkunsidrat neċessarja biex tipproponi impenji biex tindirizza t-tħassib espress mill-Kummissjoni.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, inqis li d-dritt li wieħed jinstema’ ġie rrispettat f’dan il-każ.
Brussell, 6 ta’ Marzu 2009.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikolu 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ riferenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.
(2) F’dan li ġej, l-Artikoli u l-kapitoli kollha msemmija huma dawk tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/10 |
Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-kummissjoni
tat-18 ta’ Marzu 2009
dwar proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/B-1/39.402 – RWE Gas Foreclosure)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1885)
(it-test bil-lingwa Ġermaniża biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/08
Fit-18 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kull penalitajiet imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tagħhom tan-negozju. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases/index/
(1) |
Id-deċiżjoni hi indirizzata lill-RWE AG, il-Ġermanja (“RWE”). Qed tagħmel impenji li jorbtu li ġew offruti mill-RWE biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni li ġew identifikati mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni fis-settur tal-gass Ġermaniż. Fid-dawl tal-impenji offruti, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma kienx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħha. |
(2) |
It-tħassib tal-Kummissjoni kien li l-RWE setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-swieq Ġermaniżi tal-gass b’tipi differenti ta’ mġiba anti-kompetittiva, speċjalment ir-rifjut li tforni servizzi għat-trażmissjoni tal-gass lil partijiet terzi u mġiba li timmira li tbaxxi l-marġini tal-kompetituri downstream tal-RWE fil-fornitura tal-gass (“pressjoni fuq il-marġini”). |
(3) |
Dwar ir-rifjut possibbli tal-fornitura tas-servizzi għat-trażmissjoni tal-gass lil partijiet terzi, il-Kummissjoni kellha tħassib li l-RWE setgħet segwiet strateġija li permezz tagħha ppruvat, b’mod sistematiku, iżżomm il-kapaċitajiet għat-trasport, li huma fuq in-netwerk tagħha stess, għaliha nnifisha. Hemm indikazzjonijiet li biex tilħaq dan l-għan, l-RWE TSO setgħet ma implimentatx sistema effettiva għall-amministrazzjoni ta’ konġestjoni biex tamministra il-kapaċitajiet skarsi fin-netwerk tagħha, li setgħu evitaw ħafna mit-talbiet ta' kapaċità li ġew irrifjutati u mdewma. |
(4) |
Dwar strateġija possibbli dwar il-pressjoni fuq il-marġini, kien hemm indikazzjonijiet li l-RWE setgħet, b’mod intenzjonali, stabbilixxiet it-tariffi tagħha għat-trażmissjoni fuq livell għoli ta’ artifiċjalità sabiex tagħmel pressjoni fuq il-marġini tal-kompetituri tal-RWE. Mġiba bħal din għandha l-effett li tipprevjeni anki kompetitur effiċjenti bħal dan biex jikkompeti b’mod effiċjenti fis-swieq downstream tal-fornitura tal-gass jew tillimita l-abbiltà tal-kompetituri jew tal-parteċipanti potenzjali li jibqgħu jew jidħlu fis-suq. |
(5) |
L-RWE pproponiet impenji biex ikun indirizzat it-tħassib tal-Kummissjoni dwar is-swieq Ġermaniżi tal-gass. Essenzjalment, l-RWE impenjat ruħha biex tneħħi n-netwerk Ġermaniż kollu tagħha attwali, li jintuża għat-trażmissjoni tal-gass bi pressjoni għolja (2) lil xerrej xieraq li prima facie ma għandux jagħti lok ta’ tħassib dwar il-kompetizzjoni. L-offerta tat-tneħħija tinkludi wkoll tagħmir, persunal u servizzi awżiljari neċessarji għall-operat tan-netwerk għat-trażmissjoni. |
(6) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impenji huma suffiċjenti biex jindirizzaw it-tħassib inizjali li ġew identifikati mill-Kummissjoni, mingħajr ma jkunu disproporzjonati. |
(7) |
It-tneħħija tan-netwerk tal-RWE għat-trażmissjoni tal-gass tista’ tiġi kkunsidrata bħala soluzzjoni strutturali, peress li ma tobbligax biss lill-RWE biex iġġib ruħha b'ċertu mod, iżda tikkonsisti fit-tneħħija tal-attivitajiet tagħha għat-trażmissjoni tal-gass, li telimina b’mod effettiv il-possibbiltà għall-RWE li tidħol fi ksur tal-istess tip. |
(8) |
L-impenji huma tajbin biex jiġi eliminat it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-bejgħ tan-negozju tal-RWE għat-trażmissjoni se jiżgura li l-RWE ma jkollha l-ebda kontoll fuq in-netwerk għat-trażmissjoni tal-gass u li l-RWE ma tkunx tista’ tidħol aktar fi prattiċi anti-kompetittivi relatati mal-aċċess tan-netwerk tagħha. L-impenji proposti mill-RWE huma neċessarji wkoll, peress li ma hemm l-ebda rimedju effettiv l-istess bħala tneħħija tan-netwerk tal-RWE għat-trażmissjoni biex jindirizzaw it-tħassibiet tal-Kummissjoni. Fl-aħħar, l-impenji għandhom ikunu kkunsidrati bħala adegwati u proporzjonati għat-tħassibiet identifikati tal-kompetizzjoni, speċjalment meta jitqies n-numru kbir ta’ klijenti konnessi man-netwerk tal-RWE għat-trażmissjoni tal-gass u l-potenzjal importanti ta’ ħsara għal dawn il-klijenti. |
(9) |
Din id-deċiżjoni ssib li fil-fehma tal-impenji mhemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni. |
(10) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħarġu b’opinjoni favorevoli fil-5 ta’ Marzu 2009. |
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).
(2) Jista’ jkun innotat li ċerti partijiet tan-netwerk fiż-żona ta’ Bergheim (tul: madwar 100 km) ser ikunu eżentati mit-tneħħija. Dawn il-100 km ta' netwerk ta' trażmissjoni jistgħu, skont RWE, ma jiġux ċeduti ekonomikament lil xerrej terz billi m'hemmx biżżejjed faċilitajiet ta' kejl għall-flussi tal-gass lil partijiet 'il isfel tal-grid f'din iż-żona, ara l-Iskeda 4 tat-test dwar ir-rabtiet.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/12 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/09
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||||||
Rotta konċernata |
Hof–Frankfurt |
|||||||||
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
Id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. |
|||||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif relevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku |
|
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/13 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għat-tressiq ta' offerti rigward l-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda f’konformità ma’ obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/10
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||||||
Rotta konċernata |
Hof–Frankfurt |
|||||||||
Perjodu ta' validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2013 |
|||||||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-offerti u kwalunkwe tagħrif rilevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku |
|
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/14 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għat-tressiq ta' offerti rigward l-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda f’konformità ma’ obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/11
Stat Membru |
Spanja |
||||||
Rotta konċernata |
Almería–Sevilla |
||||||
Perjodu ta' validità tal-kuntratt |
30.10.2009-29.10.2013 |
||||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Erba’ xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. |
||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-offerti u kwalunkwe tagħrif rilevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5525 – TUI Travel/Oscrivia/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/12
1. |
Fl-4 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi TUI Travel Holdings (“TUI Travel”, ir-Renju Unit) u Oscrivia Limited (“Oscrivia”, Ċipru) ikkontrollati minn S-Group Direct Investment Limited (“S Group”, ir-Russja) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' Voyage Kiev (“Voyage Kiev”, l-Ukrajna) kif ukoll ta’ VKO Moscow (“VKO”, ir-Russja), permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5525 – TUI Travel/Oscrivia/JV, fl-indirizz li ġej:
|
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/16 |
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/C-3/38636 – Rambus
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/13
1. DAĦLA
1. |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm u l-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Deċiżjoni bħal din m'għandhiex tasal għal konklużjoni dwar jekk kienx hemm jew għadx hemm ksur. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni. |
2. SOMMARJU TAL-KAŻ
2. |
Fit-30 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni Ewropea adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet li biha bdiet proċeduri kontra Rambus, kumpanija inkorporata f'Delaware, l-Istati Uniti. Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, li tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari fit-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, tispjega l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li Rambus kisret ir-regoli tat-Trattat tal-KE dwar l-abbuż minn pożizzjoni dominati (l-Artikolu 82) billi talbet drittijiet mhux raġonevoli għall-użu ta' ċerti privattivi għal ċippi ta' “Memorja Dinamika b'Aċċess Kawżali” wara dik li tissejjaħ “issajjar għall-privattiv”. |
3. |
Ċippi ta' Memorja Dinamika b'Aċċess Kawżali (DRAMS) huma tip ta' memorja elettronika prinċipalment użata f'sistemi tal-kompjuter, iżda wżata wkoll f'firxa kbira ta' prodotti oħra li jeħtieġu li jaħżnu d-dejta, inklużi servers, workstations, printers, PDAs u kameras. |
4. |
Id-DRAMs ġew standardizzati minn organizzazzjoni li tistabbilixxi l-istandards li hija mifruxa fl-industrija kollha tal-Istati Uniti – JEDEC. Rambus għandha fil-pussess tagħha u qegħda tasserixxi privattivi li hi tgħid li jkopru t-teknoloġija f'dawn l-istandards JEDEC. Għalhekk, kull manufattur li jixtieq jipproduċi ċippi jew settijiet ta' ċippi DRAM sinkronizzati li jikkonformaw ma' dawn l-istandards JEDEC ikollu b'hekk jew jixtri liċenzja mingħand Rambus jew jiġġieled id-drittijiet ta' privattivi li qegħda tasserixxi. |
5. |
Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet tispjega l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li Rambus użat imġieba ta' qerq intenzjonali fil-kuntest tal-proċess li jistabilixxi l-istandards, pereżempju billi ma żvelatx il-privattivi u l-applikazzjonijiet għall-privattivi li hija wara qalet li huma relevanti għall-istandard adottat. Dan it-tip ta' mġieba huwa magħruf bħala “issajjar għall-privattiv.” |
6. |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkunsidra proviżorjament li Rambus qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi titlob drittijiet mhux raġonevoli għall-użu tal-privattivi tagħha kontra min jimmanifattura d-DRAM konformi mal-JEDEC, fuq livell li, kieku ma ġabitx ruħha hekk, ma kinitx tkun tista' titlob. Il-Kummissjoni tikkunsidra proviżorjament li t-talba ta' drittijiet mhux raġonevoli f'dawn iċ-ċirkostanzi tfisser abbuż ta' pożizzjoni dominanti skont l-Artikolu 82. |
7. |
Il-Kummissjoni tikkunsidra proviżorjament b'mod partikolari li r-raġonevolezza tad-drittijiet mitluba minn Rambus għandha tkun valutata fid-dawl tal-imġieba tagħha preċedenti ta' qabda intenzjonalment ingannevoli ta' standard li jinkorpora teknoloġiji prottetti minn dawk il-privattivi. L-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni hija li mingħajr l-“issajjar għall-privattiv” tagħha, Rambus ma kienitx tkun tista' titlob ir-rata tad-drittijiet li qegħda titlob bħalissa. |
8. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra proviżorjament li mġieba bħal dik imwettqa minn Rambus iddgħajjef il-fiduċja fil-proċess li jistabbilixxi l-istandards, meta proċess li jistabbilixxi l-istandards effettiv, fis-settur relevanti għall-każ attwali, huwa prekundizzjoni għall-iżvilupp tekniku u għall-iżvilupp tas-suq b'mod ġenerali għall-benefiċċji tal-konsumaturi. |
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
9. |
Rambus, il-parti soġġetta għall-proċedimenti, ma taqbilx mal-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fejn jidlħlu sew l-elementi fattwali kif ukoll dawk legali, iżda minkejja dan in-nuqqas ta' qbil offriet li tidħol għal impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, sabiex tilqa’ t-tħassib tal-Kummissjoni fejn tidħol il-kompetizzjoni. |
10. |
L-impenji huma spjegati fil-qosor hawn taħt u ppubblikati bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni f': http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html |
11. |
Il-proposta tat-13 ta' Mejju ta' Rambus toffri liċenzja dinjija f'pakkett għal ħames snin għall-prodotti DRAM fil-futur għall-privattivi tagħha kollha għall-iSDRAM, id-DDR, id-DDR2 u d-DDR 3, li biha hija timpenja ruħha li ma titlob xejn għall-iSDRAM u d-DDR. L-offerta ma tkoprix drittijiet li diġa’ ħarġu. |
12. |
Għaċ-ċippi, dawn li ġejjin ikunu l-ogħla rati tad-drittijiet:
|
13. |
Għall-Kontrolluri tal-Memorja, dawn li ġejjin ikunu l-ogħla rati tad-drittijiet:
|
14. |
L-impenn se jkun validu għal perjodu ta' ħames snin mid-data ta' adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Artikolu 9. L-għotja tal-liċenzja tiskadi wara dan il-perjodu ta' ħames snin, tkun xi tkun id-data tal-firma tal-ftehim tal-liċenzja. Wara mill-inqas sena ta' żmien tal-liċenzja, min ikollu l-liċenzja se jkollu l-possibbiltà bla kundizzjoni li joħroġ minnha qabel jiskadi l-kuntratt. |
4. STEDINA BIEX JINTBAGĦTU KUMMENTI
15. |
Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni, soġġetta għall-ittestjar fis-suq, li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikjara li l-impenji mqassra hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, jorbtu lil Rambus. |
16. |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimi ser ikunu rispettati. |
17. |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' riferiment COMP/C-3/38636 – Rambus), jew bl-email: COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu bil-faks: +32 2 2950128 jew bil-posta, fl-indirizz li ġej:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(2) Sakemm Rambus m'għandhiex privattivi oħra li jaqraw fuq Kontrolluri tal-Memorja SDR, f'liema każ ma jkunx hemm drittijiet fuq il-Kontrolluri tal-Memorja SDR.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5517 – BNPPIP/CAAM/FUND CHANNEL)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 133/14
1. |
Fit-8 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4, u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi BNP Paribas Investment Partners S.A. (“BNPPIP,” Franza), proprjetà tal-BNP Paribas Group (“BNPP”, Franza), kif ukoll il-Crédit Agricole Asset Management Luxembourg S.A. (“CAAM”, Franza), proprjetà tal-Crédit Agricole Group (“GCA”, Franza), jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Fund Channel (“Fund Channel”, il-Lussemburgu), li sa issa kienet proprjetà esklussiva ta’ CAAM, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5517 – BNPPIP/CAAM/FUND CHANNEL, fl-indirizz li ġej:
|