ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.098.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
29 ta' April 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 098/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

1

2009/C 098/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2009/C 098/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 098/04

Rata tal-kambju tal-euro

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 098/05

Aġġornament tan-notifika mil-Litwanja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) – Il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi, għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti

10

2009/C 098/06

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn-naħa għal-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19, ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15, ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8)

11

2009/C 098/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 098/08

Sejħa għall-proposti EACEA/06/09 – Fl-ambitu tal-programm tat-tagħlim tul il-ħajja – Konċessjoni ta’ għotjiet għal azzjonijiet sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (European Qualifications Framework - EQF), fosthom l-oqfsa nazzjonali u settorjali tal-kwalifiki ( 1 )

13

2009/C 098/09

Sejħa għall-proposti EACEA/07/09 – Fl-Ambitu Tal-Programm Tat-Tagħlim Tul Il-Ħajja – Sostenn għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazjoni u t-Taħriġ

16

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 098/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5498 – SD/JTIA/MIBRAG) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 098/11

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet inklużi fil-listi previsti fl-Artikoli 11 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta' Burma/il-Mjanmar u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 817/2006, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2009

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

2009/C 98/01

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

18.3.2009

Għajnuna Nru

N 286/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas para la dinamización y mejora de la transformación y comercialización de los productos enumerados en el anexo I del Tratado.

Bażi ġuridika

Proyecto de Orden de la Consejería de Agricultura y Agua por la que se establecen las bases reguladoras de las ayudas para la dinamización y mejora de la transformación y comercialización de los productos enumerados en el Anexo I del tratado para favorecer el desarrollo del sector

Tip ta’ miżura

Skema

Għan

Titjib tal-qagħda ekonomika tal-impriżi sabiex iżidu l-kompetitività u l-effiċjenza tagħhom

Forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

EUR 58 000 000, iġifieri EUR 10 000 000 għall-2008 u EUR 12 000 000 għall-2009, 2010, 2011 u 2012

Intensità

Massimu ta' 24 %

Tul ta’ żmien

2008-2012

Settur(i) ekonomiku/ċi

L-agrikultura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería de Agricultura y Agua

Plaza Juan XXIII, 5

30008 Murcia

ESPAÑA

Tagħrif ieħor

 

It-test bil-lingwa/i awtentika/ċi, minn fejn ikun tneħħa kull tagħrif kunfidenzjali, huwa disponibbli fis-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

26.2.2009

Għajnuna Nru

N 543/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Andalucía, Cataluña, Islas Baleares, Región de Murcia u Valencia

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Ayudas destinadas a la reconversión de plantaciones de determinados cítricos

Bażi legali

Proyecto de Real Decreto por el que se establecen las bases reguladoras para la concesión de ayudas destinadas a la reconversión de plantaciones de determinados cítricos; Ley 38/2003, General de Subvenciones, de 17 de noviembre; Real Decreto 887/2006, de 21 de julio, por el que se aprueba el Reglamento de la Ley General de Subvenciones

Tip ta’ miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għall-investiment fl-azjendi agrikoli

Forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

EUR 60 000 000

Intensità

15 %

Tul ta’ żmien

Sal-31 ta' Diċembru 2012

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino

Paseo Infanta Isabel no 1

28071 Madrid

ESPAÑA

Tagħrif ieħor

 

It-test bil-lingwa/i awtentiku/ċi tad-deċiżjoni, minn fejn ikun tneħħa kull tagħrif kunfidenzjali, huwa disponibbli fis-sit tal-internet:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/3


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 98/02

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

17.2.2009

Għajnuna Nru

N 444/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Förderrichtlinie ökologischer Landbau betreffend Vorhaben außerhalb des Anhang I

Il-bażi legali

Richtlinie zur Durchführung des Programms des Bundesministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz (BMELV) zur Förderung von Forschungs – und Entwicklungsvorhaben sowie von Maßnahmen zum Technologie – und Wissenstransfer im ökologischen Landbau betreffend Vorhaben außerhalb der Erzeugung, Verarbeitung und Vermarktung von Produkten des Anhangs I des EG-Vertrages; Programm des (BMELV) zur Förderung von Forschungs – und Entwicklungsvorhaben sowie von Maßnahmen zum Technologie – und Wissenstransfer im ökologischen Landbau

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta’ l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 8 miljun EUR

Baġit globali: 40 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2009 – 31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

17.2.2009

Għajnuna Nru

N 451/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Rheinland-Pfalz

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Beihilfen für junge innovative Unternehmen, Rheinland-Pfalz

Il-bażi legali

Landeshaushaltsordnung Rheinland-Pfalz vom 20. Dezember 1971, zuletzt geändert durch Euro-Anpassungsgesetz Rheinland-Pfalz vom 6. Februar 2001 und Verwaltungsvorschrift zum Vollzug der Landeshaushaltsordnung vom 20. Dezember 2002.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni, Kapital ta' riskju

Il-forma ta’ l-għajnuna

Għotja diretta, Provvista ta' kapital ta' riskju, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-Estimi

Baġit annwali: 10 miljun EUR

Baġit globali: 70 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2009 - 31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitions – und Strukturbank Rheinland-Pfalz (ISB) GmbH,

Holzhofstr. 4

D-55116 Mainz.

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

4.3.2009

Għajnuna Nru

N 478/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Region Hannover

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Hannover Beteiligungsfonds (HBF)

Il-bażi legali

Richtlinien des Hannover Beteiligungsfonds in Verbindung mit § 44 Niedersächsische Landeshaushaltsordnung

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta’ l-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit globali: 24 miljun EUR

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Hannover Beteiligungsfonds GmbH (HBF)

Vahrenwalder Str. 7

30165 Hannover

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.3.2009

Għajnuna Nru

N 119/09

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Modification du dispositif de réduction d'impot de solidartié sur la fortune (ISF) au titre d'investissement dans les petites et moyennes entreprises

Il-bażi legali

article 15 de la loi no 2009-122 du 4 février 2009 de finances rectificative pour 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta’ l-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'économie, des finances et de l'emploi

139, rue de Bercy

75012 Paris

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/6


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 98/03

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

12.12.2008

Għajnuna Nru

N 201/08

Stat Membru

Is-Slovenja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Državna schema tveganega kapitala

Il-bażi legali

Zakonom o gospodarskih družbah (ZGD), Zakonom o družbah tveganega kapitala (ZDTK)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta’ l-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit globali: 35 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

15.12.2008 - 31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministrstvo za gospodarstvo, Kotnikova 5,

SI–1000 Ljubljana,

SLOVENIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

26.3.2009

Għajnuna Nru

N 263/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Principado de Asturias

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Parque Científico y Tecnológico de Gijón

Il-bażi legali

Ley 15/2007, de Defensa de la Competencia; Ley 1/2002, de coordinación de competencias del Estado y las CCAA en materia de Defensa de la Competencia; Ley 3/1991, de Competencias Desleal; C Carta de concesión de la ayuda del Mecanismo Financiero del Espacio Económico Europeo

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Il-forma ta’ l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 1,9 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

2009 - 2011

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Mecanismo Financiero del Espacio Ecónomico Europeo Rue Joseph II, 12-6

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

14.4.2009

Għajnuna Nru

N 186/09

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Limited amounts of compatible aid

Il-bażi legali

IDA Ireland and Enterprises Ireland: Industrial Development Acts 1986-2006; Údarás na Gaeltachta Acts 1979-1999; Shannon Development: Shannon Free Airport Development Company Limited Act 1959, as amended

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta’ l-għajnuna

Għotja diretta, Għotja rimborsabbli, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-Estimi

Baġit globali: 100 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Enterprise Development Agencies

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ April 2009

2009/C 98/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2992

JPY

Yen Ġappuniż

125,08

DKK

Krona Daniża

7,4485

GBP

Lira Sterlina

0,89035

SEK

Krona Żvediża

10,7475

CHF

Frank Żvizzeru

1,5038

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7640

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,723

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

295,95

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,5470

RON

Leu Rumen

4,2283

TRY

Lira Turka

2,1292

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8511

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5918

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0690

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3310

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9504

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 757,75

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4661

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8692

HRK

Kuna Kroata

7,4403

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 135,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,7122

PHP

Peso Filippin

63,485

RUB

Rouble Russu

43,6710

THB

Baht Tajlandiż

46,050

BRL

Real Brażiljan

2,9081

MXN

Peso Messikan

18,2830

INR

Rupi Indjan

65,6320


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/10


Aġġornament tan-notifika mil-Litwanja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi, għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti

2009/C 98/05

LITWANJA

L-emenda tal-informazzjoni mressqa mil-Litwanja u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 18 tal-24 ta’ Jannar 2008).

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali Litwana ma tistabbilixxi ebda obbligu biex wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti l-ħin kollu.

Madanakollu, skont il-Liġi dwar l-Istatus Legali tal-Barranin (l-Artikolu 3(4)), iċ-ċittadini barranin għandhom jippreżentaw dokument ta' identifkazzjoni personali (dokument tal-ivvjaġġar, permess ta' residenza jew simili), kif ukoll dokumenti oħra li jispeċifkaw l-għan u l-kunduzzjonijiet tal-preżenza tagħhom fir-Repubblika tal-Litwanja li juru l-legalità taż-żjara tagħhom, meta dawn ikunu mitlubin li jagħmlu hekk minn puliżija jew uffiċjali oħra li jinforzaw il-liġi.

Barra minn hekk, il-Liġi dwar il-Fruntieri Nazzjonali u l-Protezzjoni tagħhom (l-Artikolu 17(5)) u atti leġiżlattivi oħra jistabbilixxu li persuni li ma jkollhomx dokumenti ta' identifkazzjoni personali ma jistgħux jidħlu f'ċerti żoni soġġetti għal regolamenti tal-fruntieri. Ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja u ta' Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u persuni minn 16-il sena 'l fuq li għandhom id-dritt Komunitarju ta' moviment ħieles u li ma jġorrux fuqhom dokumenti ta' identifikazzjoni personali ma jistgħux jidħlu f'żoni ta' fruntiera. Ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja u ta' Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u persuni ta' inqas minn 16-il sena li għandhom id-dritt Komunitarju ta' moviment ħieles u li ma jġorrux fuqhom ċertifkat tat-twelid, dokument tal-ivvjaġġar tat-tfal jew dokumenti oħra ta' identifikazzjoni personali ma jistgħux jidħlu f'żoni ta' fruntiera. Persuni oħra ma jistgħux jidħlu f'żoni ta' fruntiera jekk ma jkunux fil-pussess ta' passaport ta' ċittadin ta' pajjiż terz validu jew dokument tal-ivvjaġġar ekwivalenti, passaport ta' ċittadin barrani jew dokument ieħor ta' identifkazzjoni personali u dokument li juri l-legalità taż-żjara tagħhom fir-Repubblika tal-Litwanja.

Persuni jistgħu jidħlu f'żoni ta' fruntiera nazzjonali mgħassa biss meta jkunu fil-pussess ta' permess ta' darba jew permanenti maħruġ mis-Servizz ta' Gwardjani tal-Fruntiera Statali, flimkien mad-dokumenti msemmija hawn fuq. Dawn il-permessi mhux meħtieġa fil-każ ta' persuni li jidħlu f'żona ta' fruntiera nazzjonali mgħassa bl-art, bil-baħar jew bl-ajru biex jaqsmu l-fruntiera skont il-proċeduri stabbiliti fil-liġijiet jew leġiżlazzjoni oħra tar-Repubblika tal-Litwanja.


29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/11


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn-naħa għal-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19, ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15, ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8)

2009/C 98/06

Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

L–ESTONJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Skond il-liġi tal-Estonja, persuni barranin li jaslu l-Estonja mingħajr ittra ta' stedina, fuq talba ta' xi gwardja uffiċjali tal-fruntiera, għandhom jipprovdu evidenza meta jidħlu fil-pajjiż li għandhom mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż taż-żjara tagħhom fl-Estonja u għal meta jħalluha. Mezzi finanzjarji suffiċjenti għall kull jum permess huma kkonsidrati li huma 0.2-il darba tas-salarju minimu fix-xahar implimentati mill-Gvern tar-Repubblika, jiġifieri 870 EEK (55,60 EUR).

Inkella, il-persuna li tagħmel l-istedina jkollha tieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żjara tal-barrani u tat-tluq tiegħu mill-Estonja.


29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 98/07

Stat Membru

Spanja

Rotot konċernati

Almería – Sevilla

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni relatati mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Area de Explotación

Tel. 915977505;

Feks 915978643;

e-mail mmederos@fomento.es


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Sejħa għall-proposti EACEA/06/09

Fl-ambitu tal-programm tat-tagħlim tul il-ħajja

Konċessjoni ta’ għotjiet għal azzjonijiet sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (European Qualifications Framework - EQF), fosthom l-oqfsa nazzjonali u settorjali tal-kwalifiki

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 98/08

1.   GĦANIJIET U DESKRIZZJONI

L-għan ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa l-konċessjoni ta’ għotjiet lil madwar 6-8 proposti, bil-parteċipazzjoni ta’ kandidati li ġejjin mill-ogħla numru possibbli ta’ pajjiżi u setturi, bil-għan li jiġu organizzati azzjonijiet favur konsorzji li se jikkontribwixxu għal implimentazzjoni ta’ suċċess u dejjiema tal-EQF, bħala qafas kumplessiv biex jiffaċilita l-mobilità u t-tagħlim tul il-ħajja, permezz ta’ sostenn:

għall-iżvilupp, il-promozzjoni u l-applikazzjoni tal-approċċ tar-riżultati tat-tagħlim għall-kwalifiki kollha fil-livelli kollha;

għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Oqfsa Nazzjonali tal-Kwalifiki (NQFs) ibbażati fuq ir-riżultati tat-tagħlim fil-livelli kollha;

fl-għoti ta’ referenza tal-livelli tal-kwalifiki nazzjonali mal-EQF b’mod trasparenti u kredibbli biż-żamma ta’ fiduċja reċiproka bejn il-pajjiżi u s-setturi.

2.   APPLIKANTI ELIĠIBBLI

Fl-ambitu ta’ din is-Sejħa s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet hija miftuħa speċjalment għall-konsorzji ta’ organizzazzjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u settorjali, fosthom pereżempju, ministeri, awtoritajiet tal-kwalifiki, assoċjazzjonijiet settorjali, imsieħba soċjali u partijiet ewlenin oħra li għandhom interess u rwol fis-sistema ta’ kwalifiki. L-applikanti għandhom ikunu wkoll rappreżentattivi biżżejjed f’dak li jirrigwarda s-settur, is-suq tax-xogħol jew is-sistema/i tal-edukazzjoni u tat-taħriġ li l-proġett tagħhom huwa intiż li jkun ta’ benefiċċju fihom.

L-applikanti għall-finanzjament jistgħu jsiru esklussivament minn konsorzji komposti minn organizzazzjonijiet li ġejjin mill-inqas minn 7 pajjiżi eliġibbli differenti.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi mill-organizzazzjonijiet (fosthom anki mill-organizzazzjonijiet imsieħba) stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 Stat Membru tal-UE

it-tliet pajjiżi tal-EFTA-ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja)

it-Turkija.

Tal-anqas tliet pajjiżi tas-sħubija għandhom ikunu Stati Membri tal-UE.

3.   ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI

L-attivitajiet eliġibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa, li se jitwettqu minn konsorzji, jistgħu jinkludu proġetti li jipproduċu netwerks li permezz tagħhom l-iskambju reċiproku ta’ esperjenzi jipproduċi riżultati konkreti kif ukoll soluzzjonijiet dejjiema (jiġifieri, li jmorru lil hinn mit-tul ta’ żmien tal-proġett). Ir-riżultati konkreti previsti u s-soluzzjonijiet proposti għandhom ikunu ppreċiżati espliċitament fl-applikazzjoni.

L-attivitajiet għandhom jinkludu, pereżempju:

stħarriġiet u riċerka fil-qasam magħżul biex jidentifikaw problemi, sfidi u ostakli

workshops u seminars biex jeżaminaw l-isfidi u biex jipproponu soluzzjonijiet għalihom

stabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma u netwerks speċjalizzati biex imexxu ‘l quddiem is-soluzzjonijiet

tfassil ta’ gwida u strumenti/manwali informattivi oħrajn biex jassistu lill-esperti u lill-partijiet interessati fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-EQF; bil-provvista ta’ traduzzjonijiet fejn ikun xieraq

promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett u tixrid tar-riżultati mal-partijiet interessati rilevanti

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Marzu 2010. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġetti huwa 24 xahar.

4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

L-applikazzjonijiet eliġibbli se jkunu valutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

1.

Rilevanza (15 %)

2.

Kwalità metodoloġika (15 %)

3.

Kwalità tal-programm ta’ ħidma (10 %)

4.

Kwalità tas-sħubija (20 %)

5.

Relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji (10 %)

6.

Tixrid (15 %)

7.

Impatt (15 %)

5.   BAĠIT

Il-baġit totali riservat għall-kofinanzjament tal-proġetti fl-ambitu ta’ din is-sejħa jammonta għal EUR 2 miljun. L-għotjiet jammontaw għal bejn EUR 200 000 u EUR 300 000 għal kull proġett.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità mhijiex se taqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx is-somma kollha tal-fondi għad-dispożizzjoni.

6.   SKADENZA GĦAS-SOTTOMISSJONI

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu, skont id-data tat-timbru postali, lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, sa mhux iktar tard mill-14/08/2009 lil dan l-indirizz:

Education, Audiovisual & Culture Executive Agency

Life Long Learning Programme, Key Activity 1 – EQF

Call for Proposals EACEA/06/09

Avenue du Bourget, No 1 (BOU2 2/145)

BE-1140 Brussell

Se jkunu aċċettati esklussivament dawk il-proposti kompluti ppreżentati elettronikament permezz tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali u ffirmata fuq l-oriġinal mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu ġuridikament f’isem l-organizzazzjoni applikanta.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu b’fax jew permezz tal-posta elettronika mhumiex se jkunu aċċettati.

7.   AKTAR TAGĦRIF

Il-linji gwida fid-dettall tas-Sejħa għall-Proposti kif ukoll il-formola ta’ applikazzjoni huma disponibbli f’dan is-sit elettroniku:

http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2009/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola apposta u jkun fihom l-annessi u l-informazzjoni kollha meħtieġa.


29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Sejħa għall-proposti EACEA/07/09

Fl-Ambitu Tal-Programm Tat-Tagħlim Tul Il-Ħajja

Sostenn għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazjoni u t-Taħriġ

2009/C 98/09

Parti A - Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Parti B - Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

1.   GĦANIJIET U DESKRIZZJONI

L-għanijiet tas-sejħa għall-proposti huma dawn li ġejjin:

sostenn għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-istabbiliment ta’ fora u attivitajiet oħra li se jikkontribwixxu għal koerenza u koordinament aħjar fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tat-tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi;

sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali ta’ tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi, fuq skala nazzjonali u reġjonali, li jkopru t-tipi u l-livelli kollha ta’ tagħlim;

sostenn għall-identifikazzjoni tal-fatturi kritiċi prinċipali li jinfluwenzaw l-applikazzjoni korretta ta’ strateġiji nazzjonali ta’ tagħlim tul il-ħajja;

skambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba u, b’mod konġunt, sperimentazzjoni, ittestjar u trasferiment ta’ innovazzjonijiet relatati mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja;

garanzija ta’ impenn, koordinament u sħubija istituzzjonali qawwijin mal-partijiet interessati kollha;

implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja sabiex tinkiseb effiċjenza u ekwità.

2.   APPLIKANTI ELIĠIBBLI

Parti A –   Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

L-applikazzjonijiet għall-finanzjamenti jistgħu jsiru minn benefiċjarju potenzjali jew minn sħubija komposta minn diversi benefiċjarji indikati hawn taħt.

Il-benefiċjarji jistgħu jkunu ministeri nazzjonali responsabbli mill-edukazzjoni u t-taħriġ, korpi pubbliċi oħra jew organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati - bħalma huma assoċjazzjonijiet reġjonali, nazzjonali jew Ewropej jew entitajiet privati oħra - attivi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (edukazzjoni preskolastika, skejjel, edukazzjoni u taħriġ professjonali (ETP), edukazzjoni ogħla u tagħlim għall-adulti).

Parti B –   Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

L-applikazzjonijiet għall-finanzjamenti jistgħu jsiru esklussivament minn sħubiji komposti minn organizzazzjonijiet li fihom jipparteċipaw tal-anqas tliet pajjiżi eliġibbli differenti.

Il-benefiċjarji jistgħu jkunu ministeri nazzjonali responsabbli mill-edukazzjoni u t-taħriġ, korpi pubbliċi oħra jew organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati - bħalma huma assoċjazzjonijiet jew entitajiet privati oħra - attivi fuq livell Ewropew jew nazzjonali fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (edukazzjoni preskolastika, skejjel, edukazzjoni u taħriġ professjonali (ETP), edukazzjoni ogħla u tagħlim għall-adulti).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi mill-organizzazzjonijiet (fosthom anki mill-organizzazzjonijiet imsieħba) stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 Stat Membru tal-UE

it-tliet pajjiżi tal-EFTA-ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja)

it-Turkija.

Tal-inqas pajjiż wieħed mis-sħubija għandu jkun Stat Membru tal-UE (tapplika biss għall-Parti B ta’ din l-applikazzjoni).

3.   ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI

Parti A –   Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Fost l-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ din is-sejħa hemm:

attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għas-sostenn ta’ dibattiti nazzjonali u djalogu marbut mal-istabbiliment u mal-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja (pereżempju konferenzi, seminars jew workshops nazzjonali jew reġjonali);

l-istabbiliment ta’ fora u attivitajiet oħra li se jikkontribwixxu għal koerenza u koordinament aħjar fil-proċess tal-istabbiliment u tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tat-tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi;

tixrid tal-istrumenti jew materjal ta’ referenza eżistenti (eż. attivitajiet ta’ informazzjoni, fosthom kampanji fil-midja, avvenimenti informattivi, eċċ.);

azzjoni ta’ segwitu marbuta mal-programmi nazzjonali eżistenti bil-għan li jiġi stabbilit u implimentat Metodu Miftuħ ta’ Koordinament fuq livell nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Parti B -   Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

Fost l-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ din is-sejħa hemm:

proġetti ta’ kooperazzjoni;

studji, analiżi;

żvilupp, ittestjar u trasferiment ta’ prattiki innovattivi;

konferenzi, seminars;

azzjonijiet li jimmiraw għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ netwerks fuq livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Marzu 2010. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġett huwa 12-il xahar.

4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

L-applikazzjonijiet/il-proġetti eliġibbli se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Parti A –   Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Rilevanza

Kwalità tal-programm ta’ ħidma

Impatt

Kwalità tal-pjan ta’ valorizzazzjoni

Baġit

Parti B –   Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

Rilevanza

Kwalità tal-programm ta’ ħidma

Kwalità tal-metodoloġija

Impatt

Baġit

Il-kriterji kollha għandhom l-istess piż.

5.   BAĠIT

Il-baġit totali riservat għall-kofinanzjament tal-proġetti jammonta għal EUR 2,787 miljun.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ma tistax taqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

L-għotja massima għal kull proġett se tammonta għal EUR 120 000 għall-Parti A u EUR 200 000 għall-Parti B.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx is-somma kollha tal-fondi għad-dispożizzjoni.

6.   SKADENZA GĦAS-SOTTOMISSJONI

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu, bid-data bħal tat-timbru postali, lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, sa mhux iktar tard mill-14 Awwissu 2009 lil dan l-indirizz:

Education, Audiovisual & Culture Executive Agency

Life Long Learning Programme, Key Activity 1

Call for Proposals EACEA/07/09 Part A or Part B

Avenue du Bourget, No 1 (BOU2 2/145)

BE-1140 Brussell

Se jkunu aċċettati esklussivament dawk il-proposti kompluti ppreżentati elettronikament permezz tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali u ffirmata fuq l-oriġinal mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu ġuridikament f’isem l-organizzazzjoni applikanti.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu b’fax jew permezz tal-posta elettronika mhumiex se jkunu aċċettati.

7.   AKTAR TAGĦRIF

Il-linji gwida fid-dettall tas-Sejħa għall-Proposti kif ukoll il-formola ta’ applikazzjoni huma disponibbli f’dan is-sit elettroniku:

http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2009/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola apposta u jkun fihom l-annessi u l-informazzjoni kollha meħtieġa.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5498 – SD/JTIA/MIBRAG)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 98/10

1.

Fil-21 ta’ April 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 139/2004 (1) li permezz tagħha Severocèskè doly a.s. (“SD”, ir-Repubblika Ċeka), ikkontrollata minn Čez a.s. (“CEZ”, ir-Repubblika Ċeka) u J&T Investment Advisors s.r.o. (“JTIA”, ir-Repubblika Ċeka), permezz tal-istrument ta’ investiment għal skop speċjali, il-Blitz F09-acht GmbH (“HoldCo”), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' MIBRAG B.V. (l-Olanda), u s-sussidjarja totalment proprjetà tiegħu Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (“MIBRAG”, il-Ġermanja), b'mod kollettiv “il-Grupp MIBRAG”, li attwalment huma kkontrollati b'mod konġunt minn NRG Energy Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-URS Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SD: it-tħaffir għal-linjite fir-Repubblika Ċeka,

għal CEZ: attivitajiet differenti fis-settur tal-enerġija, bħal (i) ġenerazzjoni, (ii) distribuzzjoni u (iii) bejgħ tal-elettiriku u t-tisħin fir-Repubblika Ċeka, u (iv) l-kummerċ fl-elettriku u t-tħaddim ta' impjanit tal-enerġija f'xi pajjiżi Ewropej oħra,

għal JTIA: servizzi ta' pariri dwar l-investiment f'diversi oqsma l-aktar fir-Repubblika Ċeka u f'dik Slovakka,

għal MIBRAG Group (jiġifieri MIBRAG B.V. u s-sussidjarja kompletament proprjetà tagħha MIBRAG): it-tħaffir għal-linjite fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5498 – SD/JTIA/MIBRAG, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/21


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet inklużi fil-listi previsti fl-Artikoli 11 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta' Burma/il-Mjanmar u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 817/2006, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2009

2009/C 98/11

Fil-Pożizzjoni Komuni 2009/351/PESK (1), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jemenda ċerti annessi tal-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK (2), wara li wasal għall-konklużjoni li:

(1)

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) 194/2008 huma:

(a)

membri individwali tal-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar, jew

(b)

persuni naturali jew legali, entitajiet jew korpi legali assoċjati magħhom, kif imsemmija fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK.

(2)

Il-persuni legali, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VII huma:

(a)

intrapriżi li huma l-proprjetà ta' jew li huma kkontrollati mill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jew il-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet, inklużi kumpaniji stabbiliti taħt il-liġi privata li fihom l-awtoritajiet pubbliċi għandhom sehem ta’ maġġoranza, u l-aġenziji ta’ dak l-Istat;

(b)

intrapriżi li huma l-proprjetà ta' jew li huma kkontrollati minn membri individwali tal-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jew persuni naturali jew legali, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom; jew

(c)

persuni legali, entitajiet jew korpi li huma l-proprjetà ta' jew li huma kkontrollati minn, jew li jaġixxu għal jew f’isem, intrapriżi msemmija fil-punt (a) jew (b).

Konsegwentement il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 (3), adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2009 (4) li jemenda l-Annessi VI u VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008.

Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 jipprovdi għal:

(1)

l-iffriżar tal-fondi kollha, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra li huma proprjetà ta’ persuni, gruppi jew entitajiet elenkati fl-Anness VI u li ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ma jistgħu jkunu disponibbli lilhom, kemm direttament kif ukoll indirettament; kif ukoll

(2)

projbizzjoni fuq investiment ġdid fl-intrapriżi, persuni legali, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness VII.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VI għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fil-websjats elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 sabiex tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 13 tar-Regolament.

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jinsabu fil-listi tar-Regolament tal-Kunsill 194/2008, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2009 jistgħu jissottomettu f'kull ħin talba lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, għar-rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni għall-inklużjoni u/jew iż-żamma tagħhom fil-listi msemmija hawn fuq. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu lill-indirizz li ġej:

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, l-entitatjiet u l-korpi miżjuda mal-Annessi VI jew VII tar-Regolament tal-Kunsill 194/2008 permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2009/351/PESK u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2009, jistgħu jgħaddu l-opinjoni tagħhom dwar l-elenkar tagħhom lill-Kummissjoni. Komunikazzjonijiet bħal dawn għandhom jintbagħtu lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ Relazzjonijiet Esterni

(Direttorat A, Unità A2 — CHAR 12/45)

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Dawn it-talbiet u informazzjoni jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni kostanti tal-listi min-naħa tal-Kunsill skont l-Artikolu 9 tal-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà ta' kontestazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2009 quddiem il-Qorti tal-Prim′Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU L 108, 29.4.2009.

(2)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77.

(3)  ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 108, 29.4.2009.