ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
3 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2008/C 308/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej (COM(2007) 625 finali)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 308/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

6

2008/C 308/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5020 — Lesaffre/GBI UK) ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 308/04

Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 3,25 % fl-1 ta' Diċembru 2008 — Rata tal-kambju ta' l-euro

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 308/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni ( 1 )

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 308/06

Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis des Trois Chênes  ( 1 )

14

2008/C 308/07

Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplotazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis du Pays de Buch)  ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 308/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

19

 

2008/C 308/09

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej (COM(2007) 625 finali)

(2008/C 308/01)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skond l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 li waslet fis-17 ta' Ottubru 2007 mill-Kummissjoni Ewropea;

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

I.   INTRODUZZJONI

Konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

1.

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej (minn hawn 'il quddiem “il-proposta”) intbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għal konsultazzjoni, skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, fis-17 ta' Ottubru 2007. Minħabba l-karattru mandatorju ta' l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD jilqa' r-referenza espliċita għal din il-konsultazzjoni fil-preambolu tal-Proposta.

2.

Fil-5 ta' Settembru 2007, il-KEPD ta Opinjoni dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (COM(2007) 46 finali) (minn hawn 'il quddiem “Opinjoni dwar l-istatistika tas-saħħa”) (1). Din il-proposta kellha rabtiet qawwija mal-proposta aktar ġenerali attwali, peress li dik ta' qabel kienet żviluppata fuq sfond legali li llum huwa soġġett għal modifiki. Għalhekk, kif kien enfasizzat fl-opinjoni dwar l-istatistika tas-saħħa, fil-punt 10, teżisti rabta mill-qrib bejn dawn iż-żewġ inizjattivi.

3.

Qabel l-adozzjoni ta' l-Opinjoni dwar l-istatistika tas-saħħa, laqgħa li saret bejn il-KEPD u rappreżentanti ta' l-Eurostat wasslet għall-konklużjoni li “reviżjoni komuni tal-proċessi stabbiliti fl-Eurostat meta jiġu ttrattati rekords individwali għal finijiet ta' statistika għandhom jitmexxew u jistgħu jwasslu għall-ħtieġa ta' kontroll minn qabel”. Ġie deċiż ukoll li “din ir-reviżjoni komuni għandha tikkonsisti mill-analiżi tas-sett minimu ta' data meħtieġ għal kull operazzjoni ta' pproċessar u analiżi ta' l-operazzjonijiet ta' pproċessar fl-Eurostat”. Iż-żewġ elementi kienu inklużi fil-konklużjoni ta' l-Opinjoni msemmija hawn fuq. Attwalment, il-KEPD qed jaħdem flimkien mas-servizzi ta' l-Eurostat sabiex iwettaq din ir-reviżjoni komuni (2).

4.

Barra minn hekk, fl-20 ta' Diċembru 2007, il-KEPD ta kummenti lill-kumitat tal-LIBE tal-Parlament Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament dwar iċ-Ċensimenti tal-Popolazzjoni u d-Djar (3). Għalkemm ma kienx formalment ikkonsultat mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-proposta, il-KEPD enfasizza r-rilevanza tal-protezzjoni tad-data f'dan il-kuntest. Huwa tenna wkoll it-tħassib tiegħu dwar l-importanza kruċjali li jiġi definit tajjeb il-qafas legali li fih tiġi pproċessata d-data ta' l-istatistika u l-ħtieġa għall-kjarifika ta' ċerti definizzjonijiet.

5.

Fl-aħħarnett, il-KEPD, bħala membru tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29, ipparteċipa b'mod attiv fit-tħejjija ta' l-opinjoni dwar il-kunċett ta' data personali (4), li tanalizza wkoll ċerti aspetti li għandhom x'jaqsmu mad-data ta' l-istatistika.

Il-proposta fil-kuntest tagħha

6.

Skond il-memorandum ta' spjegazzjoni, il-proposta għandha l-għan li tirrevedi l-qafas legali bażiku eżistenti li jirregola l-produzzjoni ta' l-istatistika fil-livell Ewropew bil-għan li din tiġi adattata għar-realtà attwali u wkoll biex din tittejjeb sabiex ikunu sodisfatti l-iżviluppi u l-isfidi futuri. Skond il-Kummissjoni, l-Istatistiċi Ewropej jikkostitwixxu kontribut essenzjali għall-bini ta' kapaċità ta' l-informazzjoni meħtieġa għas-sostenn ta' l-objettivi strateġiċi ta' l-UE u l-politiki sottostanti u l-istrumenti ta' appoġġ.

7.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiddikjara li hemm ukoll sejħiet għal ċertu grad ta' flessibbiltà fir-reġim tal-kunfidenzjalità ta' l-istatistika biex jippermetti aċċess kontrollat għal data dettaljata ta' l-istatistika mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli ta' protezzjoni li teħtieġ id-data kunfidenzjali ta' l-istatistika. L-iskambju ta' data kunfidenzjali fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika (ESS) u r-regoli għall-aċċess għal dik id-data għal finijiet ta' riċerka huma elementi essenzjali f'dan ir-rigward u jeħtieġu modernizzazzjoni tal-ħtiġiet legali attwali.

8.

L-Artikolu 285 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistabbilixxi l-bażi legali għall-attivitajiet ta' l-istatistika fil-livell Ewropew. Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-ħtiġiet relatati mal-produzzjoni ta' l-istatistiċi Komunitarji u, kif enfasizzat fil-paragrafu 2 tiegħu, għandhom “jirrispettaw l-imparzjalità, l-affidabilità, l-oġġettività, l-indipendenza xjentifika, il-proporzjonalità ta' l-ispiża mar-riżultat u l-konfidenzjalità statistika”. Il-proposta attwali tipproponi diversi modifiki għall-qafas legali eżistenti, per eżempju billi titjieb il-governanza ta' l-istatistika jew il-konsolidament ta' l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika (EES), kif ukoll bl-introduzzjoni ta' aktar flessibbiltà fir-regoli attwali dwar il-konfidenzjalità ta' l-istatistika filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tad-data (5).

9.

Għal dawk li huma l-għanijiet tal-proposta, hija timmira li tissimplifika l-qafas legali eżistenti għall-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi f'livell Ewropew, b'mod partikolari permezz ta' konsolidar fi strument uniku numru ta' testi separati tal-legislazzjoni ta' l-istatistika tal-Komunità. Dan il-qafas legali eżistenti li għandu jiġi rrevokat, huwa magħmul mill-atti leġislattivi li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità (6);

ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità ta' l-istatistika fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (7);

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi għall-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (8).

10.

Il-proposta tfittex li żżomm il-miżuri implimentattivi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità rigward aċċess għal għanijiet xjentifiċi għal data kunfidenzjali (9) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE tad-29 ta' April 2004 li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi (10).

11.

Barra minn hekk, peress li huwa importanti li tkun żgurata kooperazzjoni mill-qrib u koordinazzjoni xierqa bejn l-EES u s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), il-proposta attwali għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (11). Madankollu, peress li l-Eurostat għaddej minn reviżjoni komuni ta' pproċessar ta' data, ir-riżultati li jinsabu għandhom ukoll ikunu applikabbli għas-sitwazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew.

12.

Il-KEPD ser jiffoka l-analiżi tiegħu fuq l-elementi tal-proposta li jista' jkollhom impatt fuq il-protezzjoni ta' data personali.

II.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

13.

Il-premessa 18 tiddikjara li “id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u l-ħarsien tad-data personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi żgurat”.

14.

Barra minn hekk, il-Premessa 19 tal-proposta tiddikjara li “dan ir-Regolament (‘proposta’) jiżgura l-ħarsien ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u jispeċifika, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Istatistiċi Ewropej, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' data simili u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' data simili”.

15.

Il-KEPD jilqa' dawn iż-żewġ premessi peress li jikkonfermaw li l-protezzjoni tad-data hija element importanti li jrid jitqies meta tkun qed tiġi trattata data ta' l-istatistika. Madankollu, il-KEPD jiffavorixxi, fil-Premessa 18, l-użu ta' formulazzjoni aktar speċifika, simili għal dik użata fil-Premessa 19, għalhekk emendata kif ġej: “Dan ir-Regolament jiżgura d-dritt …”

16.

Il-KEPD jilqa' wkoll l-iżvilupp ta' “L-Istrateġija Ewropea għall-Istatistiċi”, kif żviluppata fil-Premessi 12 u 13. Parti minn din l-istrateġija tiddetermina l-awtoritajiet li jipproduċu l-istatistiċi. Fil-fatt, għalkemm l-Istatistiċi Ewropej huma normalment ibbażati fuq data nazzjonali prodotta minn awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika, jistgħu jiġu wkoll prodotti minn kontributi nazzjonali mhux ippubblikati, minn sotto-gruppi ta' kontributi nazzjonali u minn stħarriġ Ewropew dwar statistika jew minn kunċetti jew metodi armonizzati. Mill-aspett tal-protezzjoni tad-data, huwa importanti li tkun determinata l-awtorità li hi fil-kontroll tad-data użata fil-produzzjoni ta' l-istatistika. Tabilħaqq, dan il-korp għandu jġorr ir-responsabbiltajiet marbutin ma' l-istatus ta' kontrollur tad-data skond id-Direttiva 95/46/KE, inkluż fir-rigward tad-dritt għall-informazzjoni, id-drittijiet għall-aċċess u r-rettifika tas-suġġetti tad-data, u d-dritt li wieħed ikun jaf ir-riċevituri tad-data (f'dan il-każ l-Eurostat huwa riċevitur tad-data), kulmeta jkunu applikabbli dawn id-drittijiet.

Protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità ta' l-Istatistika

17.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar l-istatistika tas-saħħa, il-KEPD analizza l-parallelliżmu bejn il-kunċett ta' data kunfidenzjali u dak ta' data personali. Huwa kkonkluda li l-kunfidenzjalità ta' l-istatistika u l-protezzjoni tad-data, għalkemm jippreżentaw xebh fil-formulazzjonijiet, dawn ikopru żewġ kunċetti differenti (12). Il-KEPD enfasizza l-possibbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ kunċetti u l-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod ċar id-differenzi bejn il-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità ta' l-istatistika.

18.

Fir-rigward tal-prinċipji dwar l-istatistika, il-KEPD jixtieq jindirizza b'mod speċifiku l-Artikolu 2 (1) (e) tal-proposta, li jiddefinixxi l-prinċipju tal-kunfidenzjalità ta' l-istatistika. L-ewwel, il-KEPD jara li, b'differenza għar-Regolament (KE) Nru 322/97, l-espressjoni “sezzjonijiet ta' statistika” qed tiġi sostitwita b'dik ta' “suġġetti tad-data ta' l-istatistika”. Id-definizzjoni tiġi aktar definita fl-Artikolu 3 (7).

19.

Il-KEPD ma jaqbilx mal-bidla tad-definizzjoni, għall-istess raġuni bħal ma ssottolinja fl-Opinjoni tiegħu dwar l-istatistika tas-saħħa rigward il-ħtieġa li wieħed jifhem b'mod ċar id-differenzi fil-kunċetti fl-oqsma rispettivi. Il-kunċett ta' 'suġġett tad-data' huwa kunċett importanti tad-Direttiva 95/46/KE meta tkun qed tiġi definita 'data personali' u dan il-kunċett jirrigwarda esklużivament persuni fiżiċi. Madankollu, id-definizzjoni ta' kunfidenzjalità ta' l-istatistika tirrigwarda mhux biss persuni fiżiċi, iżda wkoll familji li jgħixu f'dar waħda, operaturi ekonomiċi u impriżi oħrajn. Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi li l-proposta għandha żżomm il-kunċett ta' unitajiet ta' statistika, peress li, f'dan il-każ, kemm persuni fiżiċi kif ukoll familji li jgħixu f'dar waħda, operaturi ekonomiċi u impriżi oħrajn huma koperti b'tali mod li ma tinħoloqx konfużjoni fil-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data.

Governanza ta' l-istatistika

20.

Il-KEPD jilqa' l-formulazzjoni ta' l-Artikolu 5, li jipprevedi l-pubblikazzjoni ta' lista ta' l-awtoritajiet nazzjonali l-oħrajn maħtura mill-Istati Membri fuq is-sit web tal-Kummissjoni (Eurostat). Din il-lista ser trawwem trasparenza fir-rigward ta' l-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu lill-Eurostat data rilevanti dwar unitajiet ta' statistika.

Kwalità ta' l-istatistika

21.

L-Artikolu 10 tal-proposta huwa kollu kemm hu ddedikat għal-livell ta' kwalità mistenni meta tiġi prodotta data ta' statistika. Dan jelenka d-dimensjonijiet tal-kwalità li għandhom jiġu rispettati. Il-proposta tiddikjara li fl-applikazzjoni ta' dawn id-dimensjonijiet tal-kwalità, il-modalitajiet (sic), l-istruttura u l-perjodiċità ta' rapporti tal-kwalità previsti fil-leġislazzjoni settorjali għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja li tissemma fl-Artikolu 27(2) ta' l-istess proposta. Il-KEPD jixtieq jenfasizza li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiddefinixxi prinċipji li jirrigwardaw il-kwalità tad-data. Il-KEPD jemmen li l-Eurostat għandu jqis dawn il-prinċipji meta, skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 10 tal-proposta, hu għandu jevalwa l-kwalità tad-data li l-Istati Membri jittrasmettulu. Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi l-modifika li ġejja għat-tieni sentenza tal-paragrafu 3: “Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità ta' data mibgħuta, ukoll minħabba ħtiġiet ta' protezzjoni tad-data , u tippubblika rapporti”.

22.

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 (2) jipprevedi l-applikazzjoni ta' dawn id-dimensjonijiet tal-kwalità għal data koperta mil-leġislazzjoni settorjali f'oqsma speċifiċi ta' l-istatistika. F'każ li dik il-leġislazzjoni settorjali tiġi adottata, l-Artikolu 10 (2) jiddikjara li l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità previsti fil-leġislazzjoni settorjali għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Il-KEPD jixtieq ifakkar li hu jistenna li jkun ikkonsultat rigward il-leġislazzjoni settorjali li tista' tiġi adottata għal statistika mill-Kummissjoni sabiex janalizza l-konformità tagħha mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Disseminazzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej

23.

Rigward id-disseminazzjoni, il-KEPD jaqbel ma' l-Artikolu 18 tal-proposta li jippermetti d-disseminazzjoni tad-data ta' l-istatistika permezz ta' rekords anonimizzati. Madankollu, il-KEPD jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-kunċett ġenerali ta' “anonimizzazzjoni”.

24.

Meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-anonimità mill-aspett ta' protezzjoni tad-data, għandu jittieħed kont ta' l-interpretazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 fl-opinjoni tiegħu dwar il-kunċett ta' data personali (13). Fil-fehma tiegħu, abbażi tad-Direttiva 95/46/KE, data anonimizzata hija kull informazzjoni rigward persuna fiżika fejn il-persuna ma tistax tiġi identifikata, sew mill-kontrollur tad-data kif ukoll minn kwalunkwe persuna oħra, meta jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn persuna oħra biex ikun identifikat dak l-individwu. Data anonimizzata hi data anonima li qabel kienet tirreferi għal persuna identifikabbli, mhux aktar identifikabbli.

25.

Fl-Opinjoni tiegħu rigward l-istatistika tas-saħħa, il-KEPD diġà enfasizza li għalkemm il-kunċett, mill-aspett tal-protezzjoni tad-data, ikun ikopri data li mhix aktar identifikabbli, mill-aspett ta' statistika, data anonima hija data li għaliha mhix possibbli l-identifikazzjoni diretta. Din id-definizzjoni timplika li l-possibbiltà ta' identifikazzjoni indiretta tibqa' tikkwalifika d-data konċernata bħala waħda anonima mill-aspett ta' l-istatistika, iżda mhux neċessarjament mill-aspett ta' protezzjoni tad-data.

26.

Għalhekk, sabiex tkun evitata kull konfużjoni bejn iż-żewġ interpretazzjonijiet, il-KEPD jipproponi li jemenda l-Artikolu 18 tal-proposta kif ġej: “Data individwali tista' tixxerred fil-forma ta' fajl għall-użu pubbliku li jikkonsisti f'rekords anonimizzati li ġew preparati b'tali mod li s-suġġett tad-data ta' l-istatistika ma jistax jiġi identifikat, direttament jew indirettament , meta jittieħed kont tal-mezzi kollha rilevanti li jistgħu jintużaw b'mod raġonevoli minn terza persuna.” Din il-kjarifika għandha tevita kull inċertezza rigward id-data li tista' tkun disponibbli għall-użu pubbliku.

Trasmissjoni ta' data kunfidenzjali

27.

L-Artikolu 20 jistabbilixxi r-regola ġenerali għat-trasmissjoni ta' data kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni, kif ukoll jistabbilixxi r-regoli għall-iskambju ta' data kunfidenzjali għal finijiet ta' statistika bejn l-ESS u l-ESCB. L-Artikolu 20 (1) tal-proposta jiddikjara li dawn it-trasmissjonijiet huma meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni ta' Statistiċi Ewropej, li jiġġustifika t-trasferimenti ppjanati. Il-KEPD iqis li dawk it-trasferimenti li jseħħu bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-Eurostat u l-BĊE jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta' ħtieġa previsti fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra minn hekk, il-KEPD jappoġġa s-sentenza ta' l-Artikolu 20(1) li tipprevedi li “kull trasmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata espliċitament mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-data”. Barra minn hekk, fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta, il-BĊE (14) ssuġġerixxa xi emendi għall-Artikolu 20 sabiex tkun riflessa l-bażi legali tal-kompetenzi tiegħu fl-ipproċessar ta' data ta' l-istatistika u dwar l-iskambju ta' data kunfidenzjali għal finijiet ta' statistika bejn l-ESS u l-BĊE. Il-KEPD jaqbel mal-modifiki fl-abbozzar tal-proposta li saru mill-BĊE.

Aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet ta' riċerka

28.

Għalkemm l-Artikolu 22 jintroduċi l-possibbiltà li jingħata aċċess għal data kunfidenzjali taħt ċerti kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti, il-KEPD jixtieq ifakkar li r-rilaxx ta' settijiet ta' data lil riċerkaturi huwa rregolat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002, li mhuwiex irrevokat mill-proposta attwali (ara l-premessa 29 tal-proposta). Għalhekk, minbarra l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, ir-regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq li jirrigwarda l-aċċess għal mikrodata anonimizzata għal skopijiet xjentifiċi jridu jiġu meqjusa minn kwalunkwe modalità, regola u kondizzjoni għal aċċess stabbiliti mill-Kummissjoni.

III.   KONKLUŻJONI

29.

Il-KEPD jilqa' l-proposta għal Regolament dwar l-Istatistiċi Ewropej. Dan ir-Regolament jipprovdi bażi legali soda u ġenerali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-istatistika f'livell Ewropew.

30.

Madankollu, il-KEPD jixtieq jenfasizza l-punti li ġejjin:

il-KEPD jistenna li jkun ikkonsultat rigward il-leġislazzjoni settorjali li tista' tiġi adottata dwar l-istatistika mill-Kummissjoni sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, ladarba jkun ġie adottat,

għandha tiġi implimentata modifika fil-formulazzjoni tal-Premessa 18,

il-kunċett propost ta' “suġġett tad-data ta' l-istatistika” għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid sabiex tkun evitata il-konfużjoni mal-kunċetti tal-protezzjoni tad-data,

għandu jittieħed kont tal-prinċipju tal-kwalità tad-data fl-evalwazzjoni tal-kwalità mill-Kummissjoni,

l-ambigwità tal-kunċett ta' “anonimizzazzjoni” ta' data għandha titqies fil-kuntest tad-disseminazzjoni tad-data.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Mejju 2008.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU C 295, 7.12.2007, p. 1. Disponibbli fis-sit web tal-KEPD.

(2)  Bħala konklużjoni possibbli tar-reviżjoni komuni, jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' kontroll minn qabel ta' operazzjonijiet ta' l-ipproċessar individwali, skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(3)  COM/2007/0069 finali.

(4)  Artikolu 29 Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data, Opinjoni 4/2007 dwar il-kunċett ta' data personali, adottata fl-20 ta' Ġunju 2007 (WP 136). Ara speċjalment l-eżempji 17 u 18.

(5)  Punt 3 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni

(6)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(7)  ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

(8)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(9)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.

(10)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8. Ara wkoll l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-proposta.

(12)  Ara l-punti 14-17 ta' l-Opinjoni.

(13)  Ara n-nota 4 ta' qiegħ il-paġna.

(14)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE C 291/01 tal-5 ta' Diċembru 2007 — proposti ta' abbozzar.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/6


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 308/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.10.2008

Għajnuna Nru

N 533/08

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Support measures for the banking industry in Sweden

Il-bażi legali

Lagen om statligt stöd till kreditinstitut

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 150 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

10.2008-4.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Swedish National Debt Office

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5020 — Lesaffre/GBI UK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 308/03)

Fil-11 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5020. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/8


Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

3,25 % fl-1 ta' Diċembru 2008

Rata tal-kambju ta' l-euro (2)

It-2 ta' Diċembru 2008

(2008/C 308/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2697

JPY

Yen Ġappuniż

118,56

DKK

Krona Daniża

7,4486

GBP

Lira Sterlina

0,84695

SEK

Krona Żvediża

10,5340

CHF

Frank Żvizzeru

1,5311

ISK

Krona Iżlandiża

290,00

NOK

Krona Norveġiża

8,9650

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,688

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

261,35

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,8325

RON

Leu Rumen

3,8195

SKK

Krona Slovakka

30,265

TRY

Lira Turka

2,0189

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9602

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5756

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8416

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3804

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9425

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 864,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,1230

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7444

HRK

Kuna Kroata

7,1796

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 871,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,6211

PHP

Peso Filippin

62,750

RUB

Rouble Russu

35,4538

THB

Baht Tajlandiż

45,157

BRL

Real Brażiljan

2,9546

MXN

Peso Messikan

17,2171


(1)  

Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata ta' l-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/9


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

(2008/C 308/05)

ESO (1)

Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat

(u d-dokument ta' referenza)

Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit

(Nota 1)

CEN

EN ISO 6185-1:2001

Dgħajjes li jistgħu jintefħu — Parti 1: Dgħajjes b'rata ta' forza tal-mutur li ma taqbiżx 4,5 kW (ISO 6185-1:2001)

 

CEN

EN ISO 6185-2:2001

Dgħajjes li jistgħu jintefħu — Parti 2: Dgħajjes b'rata ta' forza tal-mutur minn 4,5 kW sa 15 kW inklużi (ISO 6185-2:2001)

 

CEN

EN ISO 6185-3:2001

Dgħajjes li jistgħu jintefħu — Parti 3: Dgħajjes b'rata ta' forza tal-mutur ta' 15 kW u aktar (ISO 6185-3:2001)

 

CEN

EN ISO 7840:2004

Opri tal-baħar żgħar — Manek taż-żejt li jirreżistu n-nar (ISO 7840:2004)

EN ISO 7840:1995

Data skaduta

(31.8.2004)

CEN

EN ISO 8099:2000

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi ta' kif jinżamm abbord l-iskart uman (ISO 8099:2000)

 

CEN

EN ISO 8469:2006

Opri tal-baħar żgħar — Manek tal-fjuwil li ma jirreżistux in-nar (ISO 8469:2006)

EN ISO 8469:1995

Data skaduta

(31.1.2007)

CEN

EN ISO 8665:2006

Opri tal-baħar żgħar — Magni u sistemi marittimi li jaħdmu bi propulsjoni — Kejl ta' enerġija u dikjarazzjonijiet (ISO 8665:2006)

EN ISO 8665:1995

Data skaduta

(31.12.2006)

CEN

EN ISO 8666:2002

Opri tal-baħar żgħar — Data prinċipali (ISO 8666:2002)

 

CEN

EN ISO 8847:2004

Opri tal-baħar żgħar — Ger ta' l-istering — Sistemi ta' kejbil u tarjoli (ISO 8847:2004)

EN 28847:1989

Data skaduta

(30.11.2004)

EN ISO 8847:2004/AC:2005

 

 

CEN

EN ISO 8849:2003

Opri tal-baħar żgħar — Pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku b'kurrent dirett (ISO 8849:2003)

EN 28849:1993

Data skaduta

(30.4.2004)

CEN

EN ISO 9093-1:1997

Opri tal-baħar żgħar — Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa ta' l-opra — Parti 1: Metalliċi (ISO 9093-1:1994)

 

CEN

EN ISO 9093-2:2002

Opri tal-baħar żgħar — Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa ta' l-opra — Parti 2: Mhux metalliċi (ISO 9093-2:2002)

 

CEN

EN ISO 9094-1:2003

Opri tal-baħar żgħar — Protezzjoni min-nar — Parti 1: Opri tal-baħar li għandhom buq twil sa 15 il metru (ISO 9094-1:2003)

 

CEN

EN ISO 9094-2:2002

Opri tal-baħar żgħar — Protezzjoni min-nar — Parti 2: Opri tal-baħar li għandhom buq twil aktar minn 15il metru (ISO 9094-2:2002)

 

CEN

EN ISO 9097:1994

Opri tal-baħar żgħar — Fannijiet elettriċi (ISO 9097:1991)

 

EN ISO 9097:1994/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2001)

CEN

EN ISO 10087:2006

Opri tal-baħar żgħar — Identifikazzjoni tal-buq — Sistema ta' kkowdjar (ISO 10087:2006)

EN ISO 10087:1996

Data skaduta

(30.9.2006)

CEN

EN ISO 10088:2001

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi ta' fjuwil stallati b'mod permanenti u tankijiet tal-fjuwil imwaħħlin (ISO 10088:2001)

 

CEN

EN ISO 10133:2000

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi elettriċi — Stallazzjonijiet ta' vultaġġ d.c. baxx aktar min-normal (ISO 10133:2000)

 

CEN

EN ISO 10239:2008

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi li jaħdmu b'LPG (ISO 10239:2008)

EN ISO 10239:2000

Data skaduta

(31.8.2008)

CEN

EN ISO 10240:2004

Opri tal-baħar żgħar — Manwal tal-propjetarju (ISO 10240:2004)

EN ISO 10240:1996

Data skaduta

(30.4.2005)

CEN

EN ISO 10592:1995

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi ta' stering idrawliċi (ISO 10592:1994)

 

EN ISO 10592:1995/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2001)

CEN

EN ISO 11105:1997

Opri tal-baħar żgħar — Ventilazzjoni ta' kumpartimenti ta' magna li taħdem bil-petrol u/jew ta' tank tal-petrol (ISO 11105:1997)

 

CEN

EN ISO 11192:2005

Opri tal-baħar żgħar — Simboli grafiċi (ISO 11192:2005)

 

CEN

EN ISO 11547:1995

Opri tal-baħar żgħar — Protezzjoni biex opra ma tistartjax waqt li l-ger ikun ġewwa (ISO 11547:1994)

 

EN ISO 11547:1995/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2001)

CEN

EN ISO 11591:2000

Opri tal-baħar żgħar, jaħdmu b'magna — Wisa' tal-vista mill-pożizzjoni tat-tmun (ISO 11591:2000)

 

CEN

EN ISO 11592:2001

Opri tal-baħar żgħar li għandhom buq iqsar minn 8 metri — Determinazzjoni tar-rata ta' enerġija ta' propulsjoni massima (ISO 11592:2001)

 

CEN

EN ISO 11812:2001

Opri tal-baħar żgħar — Kabini ssiġillati biex ma jidħolx ilma u kabini li jarmu l-ilma malajr (ISO 11812:2001)

 

CEN

EN ISO 12215-1:2000

Opri tal-baħar żgħar — Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra — Parti 1: Materjali: Reżini għal issettjar termostatiku, rinforzi ta' fibra msaħħa bil-ħġieġ, laminat li jservi ta' referenza (ISO 12215-1:2000)

 

CEN

EN ISO 12215-2:2002

Opri tal-baħar żgħar — Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra — Parti 2: Materjali: Materjali tal-qalba għal kostruzzjoni saffi saffi, materjali intrinsiċi (ISO 12215-2:2002)

 

CEN

EN ISO 12215-3:2002

Opri tal-baħar żgħar — Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra — Parti 3: Materjali: Azzar, ligi ta' l-aluminju, injam, materjali oħra (ISO 12215-3:2002)

 

CEN

EN ISO 12215-4:2002

Opri tal-baħar żgħar — Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra — Parti 4: Ħanut tax-xogħol u manifattura (ISO 12215-4:2002)

 

CEN

EN ISO 12215-5:2008

Opri tal-baħar żgħar — Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra — Parti 5: Pressjonijiet fuq id-disinn ta' buq singlu, pressjonijiet fuq disinn, determinazzjoni ta' seratizzi qosra (ISO 12215-5:2008)

 

CEN

EN ISO 12215-6:2008

Opri tal-baħar żgħar — Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra — Parti 6: Arranġamenti u dettalji strutturali (ISO 12215-6:2008)

 

CEN

EN ISO 12216:2002

Opri tal-baħar żgħar — Twieqi, bibien tal-ġnub, bokkaporti, kontro-purtelli u bibien — Rekwiżiti ta' saħħa u sigurtà mid-dħul ta' l-ilma (ISO 12216:2002)

 

CEN

EN ISO 12217-1:2002

Opri tal-baħar żgħar — Valutazzjoni u kategorizzazzjoni ta' stabilità u kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma — Parti 1: Dgħajjes mhux tal-qlugħ li għandhom buq itwal minn 6 metri jew daqshom (ISO 12217-1:2002)

 

CEN

EN ISO 12217-2:2002

Opri tal-baħar żgħar — Valutazzjoni u kategorizzazzjoni ta' stabilità u kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma — Parti 2: Dgħajjes bil-qlugħ li għandhom buq 6 metri jew itwall (ISO 12217-2:2002)

 

CEN

EN ISO 12217-3:2002

Opri tal-baħar żgħar — Valutazzjoni u kategorizzazzjoni ta' stabilità u kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma — Parti 3: Dgħajjes b'buq inqas minn 6 metri (ISO 12217-3:2002)

 

CEN

EN ISO 13297:2000

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi elettriċi — Stallazzjonijiet ta' kurrent li jalterna (ISO 13297:2000)

 

CEN

EN ISO 13590:2003

Opri tal-baħar żgħar — Bċejjeċ tal-baħar personali — Rekwiżiti għal kostruzzjoni u sistemi ta' stallazzjoni (ISO 13590:2003)

 

EN ISO 13590:2003/AC:2004

 

 

CEN

EN ISO 13929:2001

Opri tal-baħar żgħar — Ger ta' l-istering — Sistemi li jillinkjaw b'sett ta' gerijiet (ISO 13929:2001)

 

CEN

EN ISO 14509:2000

Opri tal-baħar żgħar — Kejl ta' ħoss trasmess bl-arja li joħroġ minn dgħajjes għad-divertiment mgħammra b'magna mekkanika — Emenda 1 (ISO 14509:2000)

 

EN ISO 14509:2000/A1:2004

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2005)

CEN

EN ISO 14509-2:2006

Opri tal-baħar żgħar — Ħoss trasmess bl-arja li joħroġ minn dgħajjes għad-divertiment mgħammra b'magna mekkanika — Part 2: Kejl tal-ħoss bl-użu tar-referenza ta' l-opri tal-baħar (ISO 14509-2:2006)

 

CEN

EN ISO 14895:2003

Opri tal-baħar żgħar — Stufi tal-gali li jaħdmu bi fjuwil likwidu (ISO 14895:2000)

 

CEN

EN ISO 14945:2004

Opri tal-baħar żgħar — Pjanċa tal-bennejja (ISO 14945:2004)

 

EN ISO 14945:2004/AC:2005

 

 

CEN

EN ISO 14946:2001

Opri tal-baħar żgħar — L-ogħla tagħbija li tista' tinġarr (ISO 14946:2001)

 

EN ISO 14946:2001/AC:2005

 

 

CEN

EN ISO 15083:2003

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi ta' pompi tas-sentina (ISO 15083:2003)

 

CEN

EN ISO 15084:2003

Opri tal-baħar żgħar — Ankraġġ, rmiġġar u rmunkar — Punti b'saħħithom (ISO 15084:2003)

 

CEN

EN ISO 15085:2003

Opri tal-baħar żgħar — Protezzjoni u salvataġġ f'każ li xi ħadd jaqa' l-baħar (ISO 15085:2003)

 

CEN

EN ISO 15584:2001

Opri tal-baħar żgħar — Magni li jaħdmu bil-petrol li jkunu fid-dgħajsa — Fjuwil u komponenti elettriċi immuntati għal fuq magna (ISO 15584:2001)

 

CEN

EN ISO 15652:2005

Opri tal-baħar żgħar — Sistemi ta' stering mill-bogħod ta' dgħajjes żgħar li jaħdmu bil-ġett b'magna fuq ġewwa (ISO 15652:2003)

 

CEN

EN ISO 16147:2002

Opri tal-baħar żgħar — Magni diżil fuq il-ġewwa ta' l-opra — Fjuwil u komponenti elettriċi immuntati għal fuq magna (ISO 16147:2002)

 

CEN

EN ISO 21487:2006

Opri tal-baħar żgħar — Tankijiet tal-petrol u diżil imwaħħlin b'mod permanenti (ISO 21487:2006)

 

CEN

EN 28846:1993

Opri tal-baħar żgħar — Apparati elettriċi — Protezzjoni minn qbid ta' gassijiet li jaqbdu li jkunu mad-dwar (ISO 8846:1990)

 

EN 28846:1993/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2001)

CEN

EN 28848:1993

Opri tal-baħar żgħar — Sistema ta' stering mill-bogħod (ISO 8848:1990)

 

EN 28848:1993/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2001)

CEN

EN 29775:1993

Opri tal-baħar żgħar — Sistema ta' stering mill-bogħod għal magni ta' awtbords b'magna waħda ta' 15 kW sa 40 kW (ISO 9775:1990)

 

EN 29775:1993/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2001)

Cenelec

EN 60092-507:2000

Installazzjonijiet elettriċi fuq vapuri — Parti 507: Dgħajjes għad-divertiment (IEC 60092-507:2000)

 

Nota 1

Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

Nota 3

F' każ ta' emendi, l-istandard ta' referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f' EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3),

il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità,

din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f':

http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar:

CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, tel. (32-2) 550 08 11; fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cen.eu),

Cenelec: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, tel. (32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org),

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, tel. (33) 492 94 42 00; fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org).

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/14


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis des Trois Chênes”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 308/06)

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tal-11 ta' April 2008, il-kumpanija Geopetrol, li għandha s-sede tagħha f'9, rue Copernic BP 20, F-93151 Le Blanc-Mesnil, talbet għal permess esklussiv imsejjaħ “Permis des Trois Chênes”, għal tul ta' tliet snin, għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew gassużi fuq medda ta' madwar 281 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartiment tas-Seine-et-Marne.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni gradi Lvant

Latitudni gradi Tramuntana

A

0,62

54,00

B

0,80

54,00

C

0,80

53,80

D

0,50

53,80

E

0,50

53,88

F

0,57

53,88

G

0,57

53,94

H

0,59

53,94

I

0,59

53,96

J

0,60

53,96

K

0,60

53,97

L

0,61

53,97

M

0,61

53,99

N

0,62

53,99

Huma esklużi minn dan il-perimetru:

Il-medda tal-konċessjoni ta' Charmottes (36,5 km2)

Punti

Lonġitudni gradi Lvant

Latitudni gradi Tramuntana

O

0,67

53,95

P

0,77

53,95

Q

0,77

53,92

R

0,76

53,92

S

0,76

53,91

T

0,75

53,91

U

0,75

53,90

V

0,74

53,90

W

0,74

53,89

X

0,72

53,89

Y

0,72

53,88

Z

0,69

53,88

AA

0,69

53,90

AB

0,67

53,90

Il-medda tal-konċessjoni ta' Brémonderie (11,3 km2)

Punti

Lonġitudni gradi Lvant

Latitudni gradi Tramuntana

AC

0,75

53,88

AD

0,78

53,88

AE

0,78

53,86

AF

0,77

53,86

AG

0,77

53,85

AH

0,75

53,85

AI

0,75

53,84

AJ

0,71

53,84

AK

0,71

53,85

AL

0,72

53,85

AM

0,72

53,86

AN

0,73

53,86

AO

0,73

53,87

AP

0,75

53,87

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji tal-għoti tad-dritt minerarju

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mill-15 ta' April 2010.

Il-kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u d-deċiżjoni relattiva

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Użu tal-Artijiet (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u l-Klima, Direttorat tal-Enerġija, Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti Ġodda tal-Enerġija, Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u l-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, Boulevard Vincent Auriol, F-75703 Paris cedex 13 (tel. (33) 153 94 14 81, feks (33) 153 94 14 40).

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit:

http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/17


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplotazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis du Pays de Buch”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 308/07)

Permezz ta' talba bid-data tat-18 ta' Frar 2008, il-kumpanija Vermilion REP S.A.S, li għandha s-sede tagħha tinsab BP no 5 route de Pontenx, F-40161 Parentis-en-Born cedex, talbet għal permess esklussiv imsejjaħ “Permis du Pays de Buch”, għat-tul ta' erba' snin, għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew gassużi fuq żona ta' madwar 178 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartimenti ta' Gironde u ta' Landes.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

IL-PUNT A

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,58 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

PUNTI

Lonġitudni

Latitudni

B

3,90 gr Punent

49,58 gr Tramuntana

C

3,90 gr Punent

49,57 gr Tramuntana

D

3.88 gr Punent

49,57 gr Tramuntana

E

3,88 gr Punent

49,60 gr Tramuntana

F

3,80 gr Punent

49,60 gr Tramuntana

G

3,80 gr Punent

49,40 gr Tramuntana

IL-PUNT H

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,40 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

IL-PUNT I

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,49 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

Punt

Lonġitudni

Latitudni

J

3.97 gr Punent

49,49 gr Tramuntana

K

3,97 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

L

3,94 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

M

3,94 gr Punent

49.47 gr Tramuntana

N

3,89 gr Punent

49,47 gr Tramuntana

O

3,89 gr Punent

49,46 gr Tramuntana

P

3,83 gr Punent

49,46 gr Tramuntana

Q

3,83 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

R

3,82 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

S

3,82 gr Punent

49,51 gr Tramuntana

T

3,90 gr Punent

49,51 gr Tramuntana

U

3,90 gr Punent

49,52 gr Tramuntana

V

3,93 gr Punent

49,52 gr Tramuntana

W

3,93 gr Punent

49,53 gr Tramuntana

IL-PUNT X

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,53 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

IL-PUNTI H sa I u X sa A

=

ix-xatt tal-kosta Atlantika

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji tal-għoti tad-dritt minerarju

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-Liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mid-29 ta' Mejju 2010.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u d-deċiżjoni relattiva

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward ix-xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Użu tal-Artijiet (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u tal-Klima, Direttorat tal-Enerġija, Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti Ġodda Enerġetiċi, Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u tal-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, Boulevard Vincent Auriol, F-75703 Paris Cedex 13 (tel. (33) 153 94 14 81, feks (33) 153 94 14 40).

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit:

http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/19


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

(2008/C 308/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT (KE) NRU 510/2006

“NOCCIOLA ROMANA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0573-28.11.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Denominazzjoni

“Nocciola Romana”

2.   Stat Membru jw pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott (l-Anness III)

Klassi 1.6 Frott,ħaxix u ċereali friski u pproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih tapplika d-denominazzjoni (1)

In- “Nocciola Romana” hija frotta tal-ispeċi Corylus avellana li minnha l-varjetajiet imnissla “Tonda Gentile Romana”, “Nocchione” għandhom jirrappreżentaw talanqas 90 % tas-selezzjonit li tinstab fuq il-farm. Huma permessi l-varjetatjiet “Tonda di Giffoni” u “Barrettona” sa 10 %. In-“Nocciola Romana” għandu jkollha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

“Tonda gentile romana”: il-forma tal-ġellewża bil-qoxra: subsferika bil-parti ta' fuq kemmxejn ippuntata; id-daqsijiet ivarjaw bejn 14 sa 25 mm; il-qoxra ta' ħxuna medja, tal-kulur kannella, kemmxejn tleqq u daqsxejn sufija lejn il-ponta u viżibbilment irrigata; il-ġewża hija ta' daqs bejn żgħir u medju, f'forma subsferika varjabbli, u tal-kulur simili għal dak tal-qoxra, mgħottija fil-biċċa l-kbira bil-fibri, b'wiċċ immewweġ u bi xquq pjuttost evidenti, ta' dimensjonijiet anqas regolari mill-ġellewża fil-qoxra; il-perisperma hija ta' ħxuna medja u meta tinxtewa ma tinqalax għal kollox; ta' konsistenza solida u tqarmeċ; b'togħma u aroma fina u persistenti.

“Nocchione”: forma ta' ġellewża bil-qoxra: sferika, subelissojdali; tad-daqs bejn 14 u 25 mm; qoxra ħoxna: tal-kulur kannella ċar, irrigat, bi ftit pubexxenza; il-ġewża ta' ġewwa: bejn medja u żgħira, b'ħafna fibri; perisperma: tinqala' kemmxejn meta l-ġewża tinxtewa; togħma u aroma: fini ħafna u persistenti. fiż-żewġ każijiet il-prodott mingħajr il-qoxra jikkostitwixxi bejn 28 u 50 %. Il-ġewż għandhom ikunu mingħajr riħa jew togħma ta' żejt li beda jmur, mingħajr moffa u weraq. Meta wieħed jomogħodhom għandhom iqarmċu, jew inkella mal-ewwel gidma jitkissru u ma jkunux rotob, u għandu jkollhom konsistenza kompatta, mingħajr toqob ġewwa. Il-ġewż konservat għandu wkoll ikollu l-istess karatteristiċi.

3.3.   Materja prima (għal prodotti proċessati biss)

3.4.   Ikel għall-annimali (għal prodotti ta' oriġini mill-annimal biss)

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

Ix-xogħol tal-ġbir, tal-ħażna, tal-għażla u tal-kalibrazzjoni għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi fir-rigward tat-tqattigħ, tat-tħakkik u l-imballaġġ, eċċ.

Meta jinħareġ għall-konsum il-prodott Nocciola Romana u l-imballaġġ tiegħu għandhom isiru kif ġej:

għall-prodott bil-qoxra: f'boroż jew pakketti tal-ġuta jew tar-raffja adattati għad-diversi livelli tal-kummerċjalizzazzjoni bil-piżijiet ta' 25, 50, 250 jew 500 gramma u ta': 1, 5, 10, 25, 50, 500, 800 u 1 000 kilogramm,

għall-prodott bla qoxra f'pakketti jew f'kontenituri tal-ġuta jew tar-raffja, boroż Combivac, boroż Combivac tal-fojl u kaxex oħra simili adattati għall-użu alimentari tal-piżijiet ta' 10, 15, 20, 25, 50, 100, 150, 250 u 500 gramma u ta': 1, 2, 5, 10, 25, 50, 500, 800 u 1 000 kilogramm.

3.7.   Regoli speċifiċi relatati mat-tikkettjar

L-imballaġġ, il-kontenituri u l-boroż għandhom ikunu ssiġillati b'tali mod li jżommu milli l-kontenut jinħareġ mingħajr ma jinqasam is-siġill. Fuqhom għandu jkun hemm indikat, b'ittri ittimbrati tal-istess daqs, il-kliem “NOCCIOLA ROMANA” u “DENOMINAZIONE DI ORIGINE PROTETTA”, minbarra d-dettalji l-oħra meħtieġa tal-isem kummerċjali u l-indirizz tal-pakkjatur, is-sena tal-produzzjoni tal-ġewż, il-piż gross u nett oriġinali u l-logo. Mhux permess l-użu ta' kwalunkwe denominazzjoni oħra jew deskrizzjoni addizzjonali.

Image

Il-logo tad-denominazzjoni, li għandu forma ċirkolari, għandu dawn il-karatteristiċi: kulur tal-isfond isfar ċar bil-bordura kannella u fuq f'nofs ċirku hemm miktubin il-kliem bl-iswed “Nocciola Romana” u isfel f'nofs ċirku l-kliem “Denominazione Origine Protetta” bl-iswed, u bejn dawn tliet weraq ħodor bil-bordura sewda miftuħin imrewħa u jippuntaw 'il fuq, u fuqhom ġewża kannella bil-bordura sewda li ġo fiha hemm it-tpinġija bl-isfar ċar tal-Palazzo dei Papi ta' Viterbo. Il-prodotti li għalihom tintuża l-preparazzjoni DPO Nocciola Romana wkoll wara l-proċessi tat-trattament u tal-ipproċessar, jistgħu jinħarġu għall-konsum f'pakketti li jkollhom referenza għad-denominazzjoni mingħajr il-logo Komunitarju sakemm:

 

il-prodott ta' deonominazzjoni protetta, iċċertifikat b'tali mod, ikun jikkostitwixxi komponent esklussiv fil-kategorija tas-suq li huwa jappartjeni għaliha,

 

l-utenti tal-prodott ta' denominazzjoni tal-oriġini protetta huma awtorizzati mill-Consorzio di Tutela tad-DPO Nocciola Romana li ngħata l-karigu superviżorju mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija skont ir-regoli nazzjonali (l-Artikolu 14 tal-Liġi 526/99 u d-Digriet Leġiżlattiv 297/2004). Dan il-konsorzju għandu r-responsabbiltà tar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-użu korrett tad-denominazzjoni protetta. Fl-assenza ta' konsorzju superviżorju inkarigat dawn il-funzjonijiet jitwettqu mill-MIPAAF bħala l-awtorità nazzjonali proposta skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni għall-ġbir, il-ħażna, it-tqaxxir, l-għażla u l-kalibrazzjoni tan-“Nocciola Romana” tinstab fil-muniċipalitajiet ta' Viterbo u ta' Ruma li ġejjin:

(a)

fil-provinċja ta' Viterbo: Barbarano Romano, Bassano in Teverina, Bassano Romano, Blera, Bomarzo, Calcata, Canepina, Capranica, Caprarola, Carbognano, Castel Sant'Elia, Civita Castellana; Corchiano, Fabrica di Roma, Faleria, Gallese, Monterosi, Nepi, Oriolo Romano, Orte, Ronciglione, Soriano nel Cimino, Sutri, Vallerano, Vasanello, Vejano, Vetralla, Vignanello, Villa San Giovanni in Tuscia, Vitorchiano, Viterbo;

(b)

fil-provinċja ta' Ruma: Bracciano, Canale Monterano, Manziana, Rignano Flaminio, Sant'Oreste, Trevignano.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tan-“Nocciola Romana” hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima favorevoli ħafna għall-kultivazzjoni tal-ġewż, peress li l-ħamrija tal-għoljiet Cimini u Sabatini hija kkaratterizzata minn formazzjonijiet vulkaniċi, b'tufi vulkaniċi sottożviluppati ta' lava lewċitika, mogħnija b'sustanzi essenzjali, b'depożiti elastiċi eteroġenei. Il-ħamrija hija fonda, ħafifa, b'kontenut baxx ta' kalċju u fosfru iżda mogħnija bil-potassju u l-mikroelementi; b'reazzjoni normalment aċida jew subaċida. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet klimatiċi l-livell tat-temperaturi minimi medji fiż-żona ivarja bejn 4 u 6 °C u tat-temperaturi massimi bejn 22 u 23 °C, b'xita annwali ta' bejn 900-1 200 mm. Ix-xitwa hija moderata u din għandha relevanza partikolari għall-ġewża, li fix-xhur ta' Jannar-Frar, tgħaddi minn fażi delikata tal-fjuritura.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi partikolari li jagħmlu min-“Nocciola Romana” prodott uniku ta' dan it-tip huma t-tqarmiċ u l-konsistenza kompatta tiegħu mingħajr toqob ġo fih. Fil-fatt, meta wieħed jogħmodhom, dan il-ġellewż tant iqarmeċ li jinqasam mal-ewwel gidma mingħajr ma jirtab u din il-karatteristika teżisti kemm fl-istat frisk kif ukoll ippreżervat.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni u karattersitiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-karatteristiċi tan-“Nocciola Romana” huma strettament marbutin mal-ambjent ġeografiku tal-produzzjoni. Din l-ispeċi tiffavorixxi ħamrija essenzjalment ħafifa b'reazzjoni minn newtrali sa aċida u kontenut ta' ġir attiv ta' anqas minn 8 %, temperatura medja annwali ta' bejn 10 u 16 °C u xita annwali ta' aktar minn 800 mm. Dawn il-fatturi ambjentali kollha jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni tan-Nocciola Romana.

B'mod partikolari fost il-komponenti naturali wieħed ma jistax jiċħad l-importanza tal-ħamrija, speċjalment fir-rigward tal-kompożizzjoni minerali tagħha. L-oriġini vulkanika tal-ħamrija, mimlija potassju u mikroelementi għandha influwenza qawwija fuq il-komponenti kwalitattivi u organolettiċi tal-frotta u għalhekk fuq it-tqarmiċ tagħha.

It-tekniki tal-produzzjoni u tal-konservazzjoni jikkontribwixxu wkoll għad-determinazzjoni fil-kwalità ta' dan il-prodott agrikolu. Dawn evolvew tul is-snin u għandhom importanza kbira fl-aspetti kwalitattivi tal-frott meta mqabbla ma' dawk kwantitattivi. It-tekniki tal-produzzjoni llum jadottaw il-prinċipji tad-difiża integrata u jimmiraw għal produzzjoni ta' frott b'alterazzjonijiet mill-anqas minħabba parassiti filwaqt li jiżguraw livell sod fis-sikurezza tal-ikel minħabba l-assenza ta' residwi u ta' tossini naturali.

Anke t-teknika tal-ġbir għaddiet minn evoluzzjoni b'tali mod li ma jintilfux l-isforzi li ntużaw matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni.

Ta' min wieħed jinnota li l-ġewż jinġabar mill-art u għalhekk meta jdum iżżejjed mal-art dan jista' jikkomprometti l-karatterstiċi ta' saħħa tiegħu; dawn l-aħħar snin sar sforz konsiderevoli min-naħa tal-produtturi biex inaqqsu safejn jistgħu dan it-tul taż-żmien lil-ġewż jibqa' mal-art billi adottaw tekniki li jinvolvu li wieħed jgħaddi minn fuq l-art aktar ta' sikwit.

Fir-rigward tat-tekniki tal-ewwel trattament u tal-ħażna wkoll għaddew minn żvilupp kontinwu tas-sistemi. Minn sistema tat-tnixxif tal-prodott permezz tas-sħana tax-xemx, tant li ta' sikwit wieħed kien jara l-ġewż mifrux fil-pjazez u fil-btieħi tal-irziezet biex jinxef, bdew jintużaw magni agrikoli tat-tnixxif tal-azjenda jew tal-koperattiva, b'sistema fejn il-qxur jiġu rriċiklati għall-fjuwil filwaqt li l-prodott jinħażen ġewwa l-imħażen u/jew fis-silos b'temperaturi kkontrollati jew f'kompartamenti ta' refriġerazzjoni għall-prodott bla qoxra.

Il-kultivazzjoni tal-ġewż fiż-żona ġeografika definita ilha ssir sa minn madwar l-“(…) 1412 meta fil-bidu kien jeżisti bħala arbuxell tas-sottobosk u li llum għadu jinstab speċjalment fl-imsaġar tal-qastan”. Martinelli f' Carbognano illustra). Fl-1513 milli jidher il-konsum tan-“Nocchie” kien jagħmel parti mid-dieta tal-Papa Leone X (“Storia del Carnevale Romano” Clementi). Fir-reġistru tal-artijiet tal-1870 jirriżulta li f'dik is-sena, f'Caprarola, ġew irreġistrati diversi għexieren ta' ettari ta' siġar tal-ġellewż, taħt l-isem “Bosco di Nocchie”. Fl-1946 kien hemm 2 463 ettaru ddedikati esklussivament għall-kultivazzjoni tal-ġewż u 1 300 għall-kultivazzjoni mħallta. Illum hemm aktar minn 1 600 ettaru u jinvolvu aktar minn 3 500 ħaddiem.

Matul is-sekli x-xogħol bil-galbu, perseveranti u kompetenti tal-bniedem ikkostitwixxa rwol sinifikanti fiż-żamma tat-traduzzjonijiet ta' din il-kultivazzjoni, u dan jidher ukoll mill-ħafna ċelebrazzjonijiet rurali li jseħħu kull sena u l-ħafna platti tradizzjonali li jużaw il-ġewż, fosthom: stuffat tal-fenek, tozzetti, cazzotti, ciambelle, ossetti da morto, mostaccioli, gallettini tal-amaretto, brutti-buoni, duri-morbidi, meringues, crucchi di Vignanello, morette. Dan kollu juri t-tradizzjonijiet u l-importanza marbuta mal-kultivazzjoni tal-prodott għall-ekonomija lokali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Nocciola Romana” bħla deżinjazzjoni protetta tal-oriġini fil-Gazzetta ufficiale Taljana Nru 32 tat-8 ta' Frar 2006. It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli fuq is-sit tal-internet:

http://www.politicheagricole.it/NR/rdonlyres/er7i7w5jzndci2dha45yirip72ysqfhgcjyvsidwnxunmilg6znjv2mx2vtnskdxzgiwr7cc45634w2uvvw3rj64bvc/20061130_Disciplinare_esameUE_nocciola_romana.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.