ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
6 ta' Ġunju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 140/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2008/C 140/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5125 — Marel/SFS) ( 1 )

5

2008/C 140/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5083 — Groupama/OTP Garancia) ( 1 )

5

2008/C 140/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5097 — EADS/Sita France/Tarmac Aerosave) ( 1 )

6

2008/C 140/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5123 — Autogrill/World Duty Free) ( 1 )

6

2008/C 140/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5077 — Colony Capital/Morgan Stanley/Colfilm) ( 1 )

7

2008/C 140/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4952 — Carlsberg/Scottish & Newcastle Assets) ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2008/C 140/08

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali

8

2008/C 140/09

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti

10

2008/C 140/10

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-multilingwiżmu

14

 

Kummissjoni

2008/C 140/11

Rata tal-kambju ta' l-euro

16

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 140/12

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

17

2008/C 140/13

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 140/14

Għajnuna mill-Istat — l-Italja — Għajnuna mill-Istat C 20/08 (ex N 62/08) — Modifikazzjoni ta' l-iskema N 59/04 dwar Mekkaniżmu Temporanju Difensiv għall-Bini tal-Bastimenti — Stedina biex jitressqu kummenti skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE ( 1 )

20

2008/C 140/15

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5162 — AVNET/Horizon Technology) ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

2.4.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

NN 46B/06

Stat Membru

Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Oslobodenie od spotrebnej dane a zníženie sadzby spotrebnej dane uvedené v smernici Rady 2003/96/ES

Bażi ġuridika

Zákon č. 98/2004 Z. z. o spotrebnej dani z minerálneho oleja

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għal koordinazzjoni tat-trasport

Forma ta' għajnuna

Tnaqqis/eżenzjonijiet mid-dazji

Baġit

SKK 7,2 biljun

Intensità

Tul ta' żmien

Mejju 2004-April 2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi tat-trasport bil-ferrovija u fuq mogħdijiet ta' l-ilma interni

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo financií SR

Štefanovičova 5

SK-817 82 Bratislava

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.4.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 350/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Skema nazzjonali wiesgħa

Titlu

Pořízení autobusů

Bażi ġuridika

Zákon č. 111/1994 Sb.; zákon č. 218/2000 Sb.; zákon č. 586/1992 Sb.; vyhláška č. 500/2002 Sb.; vyhláška č. 175/2000 Sb.; vyhláška č. 560/2006 Sb.; usnesení vlády České republiky č. 550/2003

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Żvilupp settorjali

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta ta' darba lill-operaturi għall-akkwist ta' karozzi tal-linja ġodda li joperaw b'kuntratt mas-servizz pubbliku. Madankollu din l-għotja diretta ta' darba tnaqqas proporzjonalment il-ħlasijiet ta' kumpens għas-servizz pubbliku annwali ta' l-operaturi

Baġit

CZK 3 000 miljun

Intensità

Massimu ta' 25 % ta' l-ispejjeż għall-akkwist ta' karozzi tal-linja li jaħdmu bid-dijżil, imħallsa bħala għotja għall-investiment li magħha jiżdiedu:

50 % tad-differenza ta' l-ispejjeż ta' investiment għal karozza tal-linja li taħdem bid-dijżil u oħra li taħdem bil-gass jew bl-elettriku, fil-każ ta' akkwist ta' l-aħħar,

50 % tad-differenza bejn il-prezz għal karozza tal-linja standard u tat-tip low-floor, fil-każ ta' akkwist ta' l-aħħar,

50 % tan-nefqa ta' pjattaforma ta' aċċess għas-siġġu tar-roti, jekk tinxtara

sa 50 % tan-nefqa ta' akkwist għal sistema informatika għal dawk li ma jarawx, jekk tinxtara

Tul ta' żmien

2008 sa Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

Trasport tal-karozzi tal-linja

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo dopravy

nábřeží Ludvíka Svobody 12/222

CZ-110 15 Praha 1

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

2.4.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 506/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Mazowiecki

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Przedsiębiorstwo Spedycji Międzynarodowej C. Hartwig Warszawa S.A.

Bażi ġuridika

Ustawa z dnia 30 sierpnia 1996 r. o komercjalizacji i prywatyzacji

Tip ta' miżura

Għajnuna individwali

Għan

Għajnuna ta' ristrutturazzjoni

Forma ta' l-għajnuna

Self

Baġit

PLN 13 000 000 (EUR 3 385 416)

Intensità

Tul ta' żmien

Sal-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

Trasport

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Agencja Rozwoju Przemyslu S.A.

ul. Domaniewska 41

PL-02-672 Warszawa

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

2.4.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 638/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Lódzkie

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Rozbudowa regionalnego portu lotniczego: Port Lotniczy Łódź Sp. z o.o.

Bażi ġuridika

Dz.U. 2007 nr 15 poz. 90, załącznik II część 83 dotycząca budżetu państwa — Rezerwy celowe

Tip ta' miżura

Għajnuna individwali

Għan

Żvilupp reġjonali

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta

Baġit

PLN 40 170 000 (l-ammont ta' l-għajnuna hu PLN 20 085 000)

Intensità

50 %

Tul ta' żmien

L-għajnuna se tingħata fl-2008

Setturi ekonomiċi

Trasport bl-ajru

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Województwo Łódzkie

Al. Piłsudskiego 8

PL-90-051 Łódź

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.1.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 685/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Státní záruka pro potřeby financování nákupu železničních kolejových vozidel společností České dráhy

Bażi legali

Zákon o poskytnutí státní záruky České republiky na zajištění úvěru určeného na financování nákupu železničních vozů, poskytnutého společností EUROFIMA

Tip ta' miżura

Garanzija mill-Istat fuq self

Għan

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xiri ta' vetturi ferrovjarji ġodda tal-passiġġieri

Forma ta' l-għajnuna

Garanzija

Baġit

Il-garanzija mill-Istat se tingħata biex tkopri self sa EUR 30 miljun, inkluż imgħax u imposti mill-EUROFIMA

Intensità

L-ammont kopert mill-garanzija huwa 95 % tas-self; il-5 % li jifdal huma koperti mir-riżorsi proprji tal-Ferroviji Ċeki

Tul ta' żmien

Il-garanzija ta' l-Istat se tibqa' tgħodd sal-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Trasport

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo dopravy

L. Svobody 1222/12

CZ-110 15 Praha 1

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5125 — Marel/SFS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/02)

Fil-21 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5125. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5083 — Groupama/OTP Garancia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/03)

Fil-15 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5083. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5097 — EADS/Sita France/Tarmac Aerosave)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/04)

Fl-14 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5097. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5123 — Autogrill/World Duty Free)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/05)

Fis-16 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5123. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5077 — Colony Capital/Morgan Stanley/Colfilm)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/06)

Fis-17 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5077. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4952 — Carlsberg/Scottish & Newcastle Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/07)

Fis-7 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4952. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/8


Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali

(2008/C 140/08)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jikkunsidra li:

id-Direttiva l-ġdida dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi tagħmel sejħa għall-“iżvilupp ta' litteriżmu tal-midja fl-oqsma kollha tas-soċjetà” u għal monitoraġġ mill-qrib tal-progress fil-litteriżmu medjatiku. Din tistabbilixxi obbligu ta' rappurtar għall-Kummissjoni biex jitkejlu l-livelli tal-litteriżmu tal-midja fl-Istati Membri kollha (1). Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-livelli tal-litteriżmu medjatiku huma għalhekk meħtieġa,

il-Parlament Ewropew talab lill-Kunsill u lill-Kummissjoni “biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' litteriżmu tal-midja għall-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva u konxja fl-Ewropa” (2),

l-importanza kruċjali tal-litteriżmu tal-midja ġiet sottolinjata ukoll mill-UNESCO, pereżempju fid-“Dikjarazzjoni Grünwald fuq l-Edukazzjoni dwar il-Midja” (1982) u fl-Aġenda ta' Pariġi — tnax-il rakkomandazzjoni għall-edukazzjoni dwar il-midja (2007) u mill-Kunsill ta' l-Ewropa fir-“Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri lill-istati membri dwar l-għoti ta' setgħa lit-tfal fl-ambjent il-ġdid ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni tiegħu” (2006),

il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar il-litteriżmu medjatiku (3) u studju dwar “Xejriet u metodi attwali għal-litteriżmu tal-midja fl-Ewropa” (4),

ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ċentrali għat-tagħlim tul il-ħajja (2006) tidentifika l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet relatati mal-kompetenza diġitali,

ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' minuri u d-dinjità umana u dwar id-dritt għal tweġiba fir-rigward tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea għas-servizzi awdjoviżwali u informazzjoni on-line (2006) diġà fiha serje ta' miżuri possibbli għal promozzjoni tal-litteriżmu tal-midja.

1.   JILQA'

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali” bħala ġebla oħra fil-binja tal-politika awdjoviżiva Ewropea.

2.   JAPPROVA

il-fehma strateġika proposta mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-litteriżmu tal-midja bħala fattur importanti għaċ-ċittadinanza attiva fis-soċjetà ta' l-informazzjoni tal-preżent, li jista' jikkontribwixxi għall-ksib ta' l-objettivi ta' l-aġenda ta' Lisbona.

3.   JIRRIKONOXXI

l-importanza tal-litteriżmu tal-midja u r-rwol tiegħu biex jippromwovi parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja ekonomika, kulturali u demokratika tas-soċjetà,

li l-litteriżmu tal-midja, partikolarment il-kapaċità li jiġi evalwat il-kontenut b'mod kritiku, fil-biċċa l-kbira jikkundizzjona l-kunfidenza ta' l-utenti fit-teknoloġiji diġitali u fil-midja u għalhekk l-adozzjoni ta' l-TIK u tal-midja, li huma definiti bħala prijorità fil-qafas tal-politika strateġika “2010”,

l-importanza ta' l-utenti litterati tal-midja għall-pluraliżmu tal-midja u l-kwalità tal-kontenut,

id-diversità ta' sforzi li qed isiru fl-Istati Membri biex itejbu u jippromwovu l-litteriżmu medjatiku anki jekk ikun hemm differenzi fil-prassi u l-livelli bejn l-Istati Membri,

in-nuqqas ta' kriterji u indikaturi komuni biex jiġi mkejjel il-litteriżmu tal-midja,

l-importanza li jiġu identifikati u promossi prassi tajbin għall-iżvilupp tal-litteriżmu tal-midja,

l-importanza ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-iżvilupp ta' litteriżmu tal-midja akbar u l-ħtieġa konsegwenti li jittejjeb it-taħriġ ta' l-għalliema u titqajjem kuxjenza fost l-edukaturi fil-livelli kollha ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ.

4.   JISSOTTOLINJA

ir-rilevanza tal-programmi u l-inizjattivi Ewropej bħall-Programm MEDIA 2007, il-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja 2007-2013 u l-Programm Internet Aktar Sigur Plus,

li l-ħidma futura għandha tkun ibbażata fuq dawn l-inizjattivi u oħrajn relatati, lejn l-għan li jinkiseb iktar għarfien ta' l-importanza tal-litteriżmu medjatiku fost iċ-ċittadini,

il-bżonn ta' skambju regolari ta' informazzjoni, ta' prattika tajba u, fil-qasam ta' l-edukazzjoni, ta' metodi pedagoġiċi bejn l-Istati Membri.

5.   JIEĦU NOTA

ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twettaq studju ulterjuri bil-għan li jiġu żviluppati kriterji u indikaturi biex jiġu mkejlin il-livelli tal-litteriżmu tal-midja, waqt li jittieħed kont dovut tal-ħidma kollha rilevanti li għaddejja f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra,

ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tippromwovi l-iżvilupp u l-iskambju ta' prattiki tajba dwar il-litteriżmu medjatiku fl-ambjent diġitali.

6.   JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI

biex timmonitorja żviluppi f'dan il-qasam mill-viċin u tirrevedi l-ħtieġa għal rispons ta' politika ulterjuri fil-livell Ewropew; [kemm il-darba jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet] biex tippreżenta proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Litteriżmu Medjatiku,

biex il-Kumitat ta' Kuntatt, stabbilit taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi, jintuża f'kompożizzjoni xierqa, bħala forum għall-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prassi dwar il-litteriżmu tal-midja u l-forniment ta' kontribut għall-iżvilupp ta' l-aġenda ta' politika f'dan il-qasam. Għandhom jiġu mistiedna esperti mis-settur privat u partijiet interessati oħra biex jikkontribwixxu għal din il-ħidma.

7.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX

jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet xierqa, per eżempju dawk li għandhom ir-responsabbiltà tar-regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u elettronika, biex jikkooperaw flimkien u jippromwovu t-titjib tal-litteriżmu tal-midja fil-livelli kollha,

jippromwovu u jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta u inizjattivi koregolatorji u awto-regolatorji oħra flimkien mal-partijiet interessati kollha fil-livell nazzjonali,

jinkoraġġixxu lill-partijiet interessati kollha, partikolarment fis-settur tal-midja u tat-TIK, biex iwettqu r-riċerka regolari tagħhom stess fi u l-osservazzjoni regolari ta' u r-rappurtar dwar l-aspetti u d-dimensjonijiet differenti tal-litteriżmu tal-midja,

jippromwovu inizjattivi ta' tqajjim ta' kuxjenza inkluż dawk li jiffukaw speċifikament fuq l-użu ta' l-ICTs li huma diretti għaż-żgħażagħ u l-ġenituri tagħhom u jinvolvu lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll lill-midja,

jippromwovu l-litteriżmu tal-midja fil-qafas ta' l-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja tagħhom u jinkoraġġixxu t-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju ta' prassi tajba bejn il-professjonisti tat-tagħlim dwar dan l-aspett ta' l-edukazzjoni.


(1)  Artikolu 26: il-Kummissjoni għandha tippreżenta “rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposti oħra sabiex taddattaha għall-iżviluppi fil-qasam tas-servizzi tal-media awdjoviżivi, b'mod partikolari fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi reċenti, il-kompetittività tas-settur u l-livelli tal-litteriżmu tal-midja fl-Istati Membri kollha”.

(2)  Riżoluzzjoni tas-6 ta' Settembru 2005, dwar “Id-Direttiva dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri” (89/552/KEE).

(3)  Ara r-Rapport tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-Litteriżmu tal-Midja:

http://ec.europa.eu/avpolicy/media_literacy/docs/report_on_ml_2007.pdf

(4)  Ara: http://ec.europa.eu/avpolicy/media_literacy/index_en.htm


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/10


Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti

(2008/C 140/09)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tar-Rebbiegħa 2000 (1) appellaw sabiex is-sistemi Ewropej edukattivi u ta' taħriġ jiġu mmodernizzati b'rispons għad-domanda ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien u ta' l-isfidi dejjem jiżdiedu soċjo-ekonomiċi u demografiċi li qed jikkonfrontaw lill-Unjoni f'dinja globalizzata.

(2)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tar-Rebbiegħa 2002 (2) ħeġġew lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom il-kwalifiki bażiċi, kif ukoll biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-ħaddiema ta' età akbar biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari billi jkun garantit aċċess reali għat-tagħlim tul il-ħajja.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja (3) enfasizzat li t-tagħlim tul il-ħajja għandu jkopri t-tagħlim mill-età ta' qabel l-iskola sa dak ta' wara l-irtirar, inkluż l-ispektrum kollu tat-tagħlim formali, non-formali u dak informali.

(4)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-kooperazzjoni msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (4) nnotat li l-adattabbilità u l-impjegabbiltà ta' l-adulti, inklużi l-ħaddiema ta' età akbar, tiddependi ħafna mill-opportunitajiet li jiġu aġġornati u li jinkisbu kompetenzi ġodda matul il-ħajja tax-xogħol.

(5)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2004 dwar it-tisħiħ tal-linji politiċi, is-sistemi u l-prattiki fil-qasam tal-gwida (5) enfasizzat li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għas-servizzi ta' gwida fl-istadji kollha tal-ħajja, b'attenzjoni partikolari għall-individwi u l-gruppi f'riskju.

(6)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2004 dwar il-prinċipji komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim non-formali u informali (6), kif stabbilit b'rispons għad-Dikjarazzjoni ta' Kopenħagen ta' Novembru 2002, appellaw għall-iżvilupp u t-tixrid ta' strumenti Ewropej biex jiġi rikonoxxut it-tagħlim non-formali u informali.

(7)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (7) għandha l-għan fost oħrajn li jkun żgurat li l-adulti jkunu jistgħu jiżviluppaw u jaġġornaw il-kompetenzi tagħhom matul ħajjithom u li jkun hemm infrastruttura adatta biex jitkomplew l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' l-adulti.

(8)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta' indikaturi u punti ta' referenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ (8) appellaw biex jiġi segwit l-iżvilupp ta' l-indikaturi dwar il-kompetenzi ta' l-adulti.

(9)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (9) tippromwovi approċċ tad-deskrizzjoni tal-kwalifiki bbażati fuq riżultati tat-tagħlim, irrespettivament minn kif jew fejn dawn inkisbu.

(10)

Ir-rapport ta' progress konġunt 2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010” jenfasizza li l-livell baxx tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema ta' età akbar u ta' kompetenzi fit-tagħlim għall-adulti b'kompetenzi limitati jibqa' problema maġġuri.

(11)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti: Qatt ma huwa tard wisq li titgħallem  (10) iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-akkwist ta' l-għarfien u jiżviluppaw kultura ta' tagħlim tul il-ħajja, notevolment billi jiġu implimentati linji ta' politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi mfassla biex jagħmlu l-edukazzjoni għall-adulti aktar attraenti, aktar aċċessibbli u aktar effettiva,

JILQA' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2006: Qatt ma huwa tard wisq li titgħallem  (11) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni ta' Settembru 2007 Dejjem huwa ħin f'waqtu li titgħallem (12), li t-tnejn li huma jenfasizzaw l-importanza tat-tagħlim għall-adulti bħala komponent prinċipali u jappella lill-Istati Membri biex ineħħu l-ostakoli għall-parteċipazzjoni, iżidu l-kwalità u l-effiċjenza ġenerali fit-tagħlim għall-adulti, biex jaċċelleraw il-proċess ta' validazzjoni u rikonoxximent u biex jiżguraw investiment suffiċjenti fi u l-monitoraġġ tal-qasam.

JIRRIKONOXXI r-rwol prinċipali li t-tagħlim għall-adulti jista' jkollu fil-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, billi jrawwem il-koeżjoni soċjali, jipprovdi liċ-ċittadini l-kompetenzi meħtieġa biex isibu impjiegi ġodda u jgħin lill-Ewropa biex twieġeb aħjar għall-isfidi tal-globalizzazzjoni. B'mod partikolari, hemm ħtieġa biex:

(1)

jitjiebu l-livelli tal-kompetenzi ta' numru li għadu sinifikanti ta' ħaddiema b'kompetenzi limitati, bil-ħsieb li ċ-ċittadini kollha jkun jistgħu jadattaw għall-bidla teknoliġika u l-ħtiġiet ta' kompetenzi futuri u b'hekk jikkontribwixxu għat-titjib ġenerali tal-prestazzjoni ekonomika;

(2)

tiġi indirizzata l-problema tan-numru persistentament għoli ta' dawk li jħallu l-iskola minn qabel billi jingħata ċans ieħor lil dawk li jilħqu l-età adulta mingħajr kwalifiki, b'fokus fuq oqsma ta' tħassib partikolari, bħal-litteriżmu u n-numeriżmu bażiku, il-kompetenzi ta' l-IT u t-tagħlim tal-lingwi;

(3)

il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali minħabba ċirkostanzi bħal livelli baxxi ta' l-edukazzjoni inizjali, il-qgħad u l-iżolament rurali, filwaqt li tingħata aktar attenzjoni — fil-konfront tat-tendenzi attwali demografiċi u ta' migrazzjoni — għat-tagħlim tul il-ħajja u l-ħtiġiet ta' taħriġ għall-ħaddiema ta' età akbar u l-migranti;

(4)

tiġi żgurata l-effiċjenza, l-effettività u l-kwalità tat-tagħlim għall-adulti, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni attiva f'tali tagħlim, speċjalment fost il-gruppi svantaġġati, li jiġi attirat l-investiment suffiċjenti privat u pubbliku f'dan il-qasam, u biex is-settur privat ikun inkoraġġut biex jikkunsidra tali tagħlim bħala komponent ewlieni ta' l-iżvilupp tal-post tax-xogħol u n-negozju.

JIKKUNSIDRA li t-tagħlim għall-adulti jista' jagħmel kontribut importanti biex jinkisbu tali ħtiġiet billi jipprovdi mhux biss benefiċċji ekonomiċi u soċjali, bħal impjegabbiltà akbar, aċċess għal impjiegi ta' kwalità itjeb, ċittadinanza aktar responsabbli u aktar partiċipazzjoni ċivika, iżda wkoll benefiċċji individwali bħal awto-realizzazzjoni akbar, saħħa u benesseri mtejba u awto-stima msaħħa u għaldaqstant li:

(1)

it-tagħlim għall-adulti għandu jingħata enfasi aktar qawwija u appoġġ aktar effettiv fil-livell nazzjonali, bħala parti mill-isforzi ġenerali biex tiġi żviluppata kultura ta' tagħlim tul il-ħajja;

(2)

il-miżuri speċifiċi dettaljati fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet jistgħu jifformaw qafas koerenti għal azzjoni futura f'dan il-qasam fil-programm ta' ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”;

(3)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri ta' tali miżuri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għall-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, u għandhom jużaw il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni;

(4)

il-progress u l-monitoraġġ tat-tagħlim għandhom ikunu konsistenti mal-qafas koerenti ta' l-indikaturi u l-punti ta' referenza adottati mill-Kunsill f'Mejju 2007 u għandhom ikunu inklużi fir-rapporti futuri konġunti tal-progress dwar il-programm ta' ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ”;

(5)

in-natura, id-diversità, il-komplessità u r-rikkezza trasversali tat-tagħlim għall-adulti jimponu l-ħtieġa għal approċċ integrat li jinvolvi l-partijiet interessati kollha, inklużi dawk fil-livell lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali u l-NGOs;

Għalhekk JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI jindirizzaw il-kwistjonijiet marbutin mat-tagħlim għall-adulti identifikati f'dawn il-konklużjonijiet, b'mod partikolari billi jiġu implimentati l-miżuri delineati fl-Anness hawnhekk skond il-kuntest speċifiku u l-prijoritajiet ta' l-Istati Membri,

u JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI biex:

tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tat-tagħlim għall-adulti f'termini mhux biss ta' aktar opportunitajiet, aċċess usa' u parteċipazzjoni akbar, iżda wkoll ta' eżiti tat-tagħlim rilevanti orjentati lejn ir-riżultati, bl-użu ta' miżuri bħal dawk delineati fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet,

tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza bejn is-segwitu mogħti lil kwalunkwe tali miżura u implimentazzjoni tal-proċessi ta' Bolonja u Kopenħagen, safejn dawn jirreletaw ma' studenti adulti,

issaħħaħ u tuża l-istruttura eżistenti ta' riċerka għall-ħtiġijiet ta' l-edukazzjoni għall-adulti,

issegwi u tintensifika l-kooperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi non-governattivi rilevanti li jaħdmu f'dan il-qasam, kif ukoll tistabbilixxi rabtiet ma' inizjattivi reġjonali bħall-kooperazzjoni Ewropa-Asja u inizjattivi dinjija bħall-“Edukazzjoni għal Kulħadd” u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp.


(1)  SN 100/00.

(2)  SN 100/02, paragrafi 32 u 33.

(3)  ĠU C 163, 9.7.2002, p. 2.

(4)  ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2.

(5)  9286/04.

(6)  9600/04.

(7)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(8)  ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.

(9)  Ir-referenza tal-ĠU għad trid tiġi pprovduta.

(10)  (2007/2114 (INI)) — P6_TA-PROV(2008)0013.

(11)  14600/06 — COM(2006) 614 finali.

(12)  13426/07 — COM(2007) 558 finali.


ANNESS

MIŻURI SPEĊIFIĊI GĦALL-PERIJODU 2008-2010

A.   MILL-KUMMISSJONI, BIL-KOOPERAZZJONI TA' L-ISTATI MEMBRI

1.

L-analiżi ta' riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell nazzjonali, speċjalment l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali għall-kwalifiki fir-rigward tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki u s-sistemi għat-trasferiment tal-kreditu rigward kemm għat-tagħlim formali, non-formali kif ukoll dak informali, bil-ħsieb li jitjieb l-aċċess ta' l-adulti għas-sistemi għall-kwalifiki.

2.

L-analiżi ta' l-impatt tar-riformi nazzjonali ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ f'termini tad-distribuzzjoni tar-riżorsi ta' finanzjament fil-gruppi kollha ta' etajiet varji, f'konformità ta' l-approċċ tat-tagħlim tul il-ħajja.

3.

L-appoġġ ta' l-iżvilupp ta' l-opportunitajiet, il-kondizzjonijiet u r-riżorsi ta' karriera — ibbażati fuq il-prattika tajba eżistenti fl-Istati Membri — għal dawk li jaħdmu fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti, sabiex titjieb il-viżibbiltà u l-istatus tal-professjoni.

4.

It-twettiq ta' riċerka ulterjuri dwar l-iżvilupp ta' kriterji ta' kwalità għall-fornituri tat-tagħlim għall-adulti.

5.

It-tfassil ta' inventarju komuni ta' prattika tajba u proġetti mmirati lejn il-motivazzjoni ta' dawk il-gruppi li huma partikolarment diffiċli biex jintlaħqu, l-identifikazzjoni tal-fatturi ewlenin għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u s-soċjetà, u t-tisħiħ ta' l-awto-stima tagħhom.

6.

L-identifikazzjoni ta' prattika tajba fil-valutazzjoni ta' l-eżiti tat-tagħlim, partikolarment dawk tal-ħaddiema b'kompetenzi limitati u ta' età akbar u tal-migranti akwistati barra s-sistema għat-tagħlim formali.

7.

Il-produzzjoni ta' glossarju ta' definizzjonijiet maqbulin użati fit-tagħlim għall-adulti u, l-użu tal-ġabriet tad-data eżistenti, inkluzi dawk ta' l-OECD, u l-konsistenza mar-Regolament 2008 dwar l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (1), l-istabbiliment ta' sett ta' data ċentrali komparabbli fil-livell Ewropew meħtieġa biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ (Għandu jiġi żgurat id-dritt ta' parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri kollha f'din il-ħidma).

8.

L-appoġġ għall-miżuri biex jissaħħaħ il-post tat-tagħlim għall-adulti fil-kuntest ta' l-istrateġiji nazzjonali għat-tagħlim tul il-ħajja.

9.

L-appoġġ għall-kampanji mmirati li jżidu s-sensibilizzazzjoni u l-motivazzjoni fost studenti potenzjali u b'hekk tiżdied il-parteċipazzjoni ġenerali fit-tagħlim għall-adulti.

B.   MILL-ISTATI MEMBRI, BL-APPOĠĠ TAL-KUMMISSJONI

1.

Il-promozzjoni u l-appoġġ għall-iskambju tal-prattika tajba, it-tagħlim reċiproku u l-iżvilupp ta' proġetti konġunti fil-qasam ta' l-edukazzjoni għall-adulti bejn il-partijiet interessati fl-Istati Membri.

2.

Bħala parti mill-isforz lejn l-iżvilupp ta' kultura ta' tagħlim tul il-ħajja, b'kooperazzjoni mill-qrib fl-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' l-ostakoli għat-tagħlim għall-adulti, u fl-istabbiliment ta' provediment u faċilitajiet ta' kwalità għolja u mmexxija mid-domanda għall-qasam tat-tagħlim għall-adulti, inkluż it-tagħlim elettroniku u l-opportunitajiet għat-tagħlim minn distanza.

3.

L-inkorraġġiment għall-istituzzjonijiet kemm ta' edukazzjoni ogħla kif ukoll ta' edukazzjoni vokazzjonali biex jintlaħqu aktar studenti adulti, kif ukoll l-iżvilupp ta' sħubijiet mal-komunità tan-negozji biex dawk li jimpjegaw jiġu motivati biex jorganizzaw, u biex l-impjegati jipparteċipaw fit-tagħlim għall-adulti fuq il-post tax-xogħol.

4.

Il-ħidma lejn l-objettiv li jiġi faċilitat l-aċċess għal u tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti miċ-ċittadini kollha, b'mod partikolari dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u li jixtiequ “ċans ieħor”, dawk bi ħtiġiet speċjali u dawk b'kompetenzi bażiċi insuffiċjenti jew b'kisbiet baxxi fl-edukazzjoni, bil-għan li jiġu inkorraġġuti jtejbu l-kwalifiki tagħhom.

5.

L-iżgurar ta' l-użu effettiv u effiċjenti tal-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Fondi Strutturali Ewropej u sorsi simili oħrajn ta' finanzjament, biex jitjieb it-twassil ta' l-opportunitajiet ta' tagħlim għall-adulti.

6.

Il-promozzjoni ta' l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi għall-gwida tul il-ħajja li jistgħu jipprovdu l-adulti b'informazzjoni u parir indipendenti, l-analiżi tal-kompetenzi individwali u l-gwida personalizzata dwar il-karrieri.

7.

Il-konsiderazzjoni — mill-perspettiva ta' kost/benefiċċju — tal-kontribut tat-tagħlim għall-adulti għall-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku.

8.

L-iffaċilitar ta' l-iżvilupp ta' metodoloġji u għodod meħtieġa biex jiġu valutati l-kompetenzi u l-kompetenzi ewlenin — inklużi dawk akkwistati prinċipalment barra mis-sistema għat-tagħlim formali — u jiġu validati u definiti f'termini ta' eżiti tat-tagħlim, filwaqt li jsir investiment fil-promozzjoni tal-proċeduri ta' validazzjoni u rikonoxximent.

9.

L-isforz biex jiġi żgurat sehem adegwat għat-tagħlim għall-adulti meta jiġu allokati r-riżorsi finanzjarji fid-diversi setturi edukattivi kollha, f'konformità ma' l-approċċ tat-tagħlim tul il-ħajja.

10.

Il-promozzjoni ta' l-involviment attiv ta' l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħrajn, inklużi l-NGOs, fil-ksib ta' provediment ta' kwalità għolja mfassal għall-ħtiġijiet tad-diversi kategoriji ta' l-istudenti. Għandha titqiegħed enfasi speċjali fuq l-approċċi tat-tagħlim ICT u l-iżvilupp ta' kompetenzi ICT.

11.

Ir-rinfurzar tal-kooperazzjoni mas-CEDEFOP u l-Istitut ta' l-UNESCO għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, kif ukoll l-użu sħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerka ta' isitituzzjonijiet internazzjonali oħrajn, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti.

12.

Abbażi tar-riżultati miksubin wara l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, tiġi kkunsidrata azzjoni possibbli ulterjuri lil hinn mill-2010 skond is-segwitu tal-programm ta' ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ”.


(1)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta' statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja — Doc. PE-CONS 3659/3/07 REV 3/Ir-referenza tal-ĠU għad trid tiġi pprovduta.


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/14


Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-multilingwiżmu

(2008/C 140/10)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRA:

(1)

il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u t-24 ta' Marzu 2000, li inkluda l-lingwi barranin fi ħdan qafas Ewropew għad-definizzjoni ta' ħiliet bażiċi li għandhom ikunu provduti permezz tat-tagħlim tul il-ħajja (1);

(2)

l-Artikolu 22 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li tirrikonoxxi l-prinċipju li l-Unjoni għandha tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika (2);

(3)

il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002, li appella għal aktar azzjoni biex tittejjeb il-kisba ta' ħiliet bażiċi, b'mod partikolari bit-tagħlim ta' żewġ lingwi barranin għal kulħadd minn età bikrija ħafna (3);

(4)

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Lulju 2003“il-Promozzjoni tat-Tagħlim tal-Lingwi u d-Diversità Lingwistika: Pjan ta' Azzjoni 2004-2006 (4), u r-rapport sussegwenti tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2007 dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni (5);

(5)

Deċiżjoni Nru. 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (6);

(6)

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2005“Strateġija ta' Qafas ġdida għall-Multilingwiżmu”, li tinkludi kemm l-azzjoni interna u esterna dwar il-promozzjoni tal-lingwi u l-komunikazzjoni maċ-ċittadini (7);

(7)

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2006 dwar l-Indikatur Ewropew tal-Kompetenza Lingwistika (8), li affermaw mill-ġdid li l-ħiliet f'lingwi barranin, barra milli jgħinu biex jitrawwem fehim reċiproku bejn il-popli, huma prerekwiżit għal forza tax-xogħol mobbli u jikkontribwixxu għall-kompetittività ta' l-ekonomija ta' l-Unjoni Ewropea;

(8)

ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar kompetenzi ċentrali għat-tagħlim tul il-ħajja (9), li waħda minnhom hija l-komunikazzjoni f'lingwa barranija;

(9)

ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (10), li tistabbilixxi l-multilingwiżmu bħala wieħed mill-oqsma ta' prijorità għal azzjoni biex jiġi promoss il-wirt kulturali,

u fid-dawl tad-diskussjonijiet waqt il-Konferenza Ministerjali dwar il-Multilingwiżmu li saret fil-15 ta' Frar 2008,

JIKKUNSIDRA li:

id-diversità lingwistika u dik kulturali huma karatteristiċi distintivi fil-ħajja ta' kuljum ta' numru ta' ċittadini u kumpanniji Ewropej bħala riżultat ta' aktar mobbiltà, migrazzjoni u globalizzazzjoni,

il-kompetenzi lingwistiċi huma ħila tal-ħajja mixtieqa għaċ-ċittadini ta' l-UE kollha, li tippermettilhom igawdu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-moviment liberu fl-Unjoni,

rapporti u rakkomandazzjonijiet suċċessivi minn diversi gruppi ta' partijiet interessati urew li għadu mhux qed jittieħed biżżejjed kont tal-ħtiġiet tal-lingwi fis-soċjetà Ewropea,

l-importanza marbuta mal-multilingwiżmu u kwistjonijiet ta' politika lingwistika fil-kuntest ta' linji politiċi komuni ta' l-UE timponi l-ħtieġa li dawn il-materji jingħataw l-attenzjoni li jistħoqqilhom, kif ukoll il-ħtieġa għall-istituzzjonijiet Ewropej biex jenfasizzaw mill-ġdid l-impenn kontinwu fuq perijodu fit-tul tagħhom għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika.

JAFFERMA li:

(1)

il-politika tal-multilingwiżmu tħaddan l-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-lingwi f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja;

(2)

id-diversità lingwistika ta' l-Ewropa għandha tkun ippreservata u l-ugwaljanza bejn il-lingwi għandha tiġi rrispettata bi sħiħ. L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikollhom rwol ewlieni fit-twettiq ta' dawn l-objettivi;

(3)

barra milli jikkontribwixxi għal arrikkament personali u kulturali, l-għarfien tal-lingwi huwa wieħed mill-ħiliet bażiċi li ċ-ċittadini Ewropej jeħtieġ li jakkwistaw sabiex ikollhom parti attiva fis-soċjetà Ewropea ta' l-għarfien u wieħed li jippromwovi l-mobbiltà u kif ukoll jiffaċilita l-integrazzjoni soċjali u l-koeżjoni;

(4)

peress li l-ħtiġiet tal-lingwi jistgħu jvarjaw skond kull interess, xogħol u sfond kulturali, għandha tkun disponibbli għal dawk li jitgħallmu l-iżjed firxa wiesgħa possibbli ta' lingwi, bl-appoġġ ta' teknoloġiji ġodda, approċċi innovattivi u nnetwerkjar bejn dawk li jipprovdu l-edukazzjoni;

(5)

bil-ħsieb tal-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività, huwa importanti għall-Ewropa li żżomm ukoll bażi ta' għarfien suffiċjenti f'lingwi mhux Ewropej fuq firxa globali. Fl-istess ħin, għandhom isiru sforzi biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-lingwi Ewropej fix-xena internazzjonali;

(6)

it-tagħlim ta' kwalità huwa essenzjali għat-tagħlim b'suċċess fi kwalunkwe stadju u għalhekk għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li l-għalliema tal-lingwi jkollhom kontroll solidu tal-lingwa li jgħallmu, ikollhom aċċess għal taħriġ ta' kwalità għolja inizjali u kontinwu u għandhom il-ħiliet interkulturali meħtieġa. Bħala parti mit-taħriġ ta' l-għalliema tal-lingwi, il-programmi ta' skambju bejn l-Istati Membri għandhom jiġu attivament inkoraġġuti u appoġġati;

(7)

biex jiġu mgħejjuna jintegraw b'suċċess, għandu jiġu pprovdut appoġġ suffiċjenti lill-migranti biex ikunu jistgħu jitgħallmu l-lingwa/i tal-pajjiż ospitanti, waqt li l-membri tal-komunitajiet ospitanti għandhom jiġu inkoraġġuti juru interess fil-kulturi tal-migranti ġodda;

(8)

il-kompetenzi lingwistiċi u kulturali qegħdin fil-qalba ta' l-edukazzjoni. Il-profiċjenza fl-ewwel lingwa tista' tiffaċilita t-tagħlim ta' lingwi oħra, waqt li t-tagħlim tal-lingwi minn kmieni, l-edukazzjoni b'żewġ lingwi u t-Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL) huma mezzi effettivi biex tittejjeb id-dispożizzjoni tat-tagħlim tal-lingwi.

(9)

hija meħtieġa interpretazzjoni u traduzzjoni ta' kwalità biex tiġi żgurata komunikazzjoni effiċjenti bejn kelliema ta' lingwi differenti, waqt li għandha tingħata attenzjoni akbar għall-konsiderazzjonijiet lingwistiċi fil-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi, b'mod partikolari s-servizzi tal-medja awdjoviżivi;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, BL-APPOĠĠ TAL-KUMMISSJONI, BIEX:

(1)

jaħdmu flimkien biex itejbu l-kooperazzjoni Ewropea dwar il-multilingwiżmu u — f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti — isegwu l-orjentazzjonijiet ta' politika msemmija hawn fuq, billi jużaw kif xieraq il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' esperjenza u prattika tajba;

(2)

jieħdu l-passi xierqa biex itejbu t-tagħlim effettiv tal-lingwa u l-kontinwità għat-tagħlim tal-lingwi f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inkluż billi jagħmlu aktar disponibbli b'mod wiesa', aċċessibbli u attraenti għal kulħadd ir-riżorsi eżistenti u l-infrastruttura, jiżviluppaw ir-riżorsi u jkabbru d-diversità tal-lingwi offruti;

(3)

jippromwovu t-tagħlim tal-lingwi nazzjonali tagħhom fi Stati Membri oħra, inkluż permezz ta' użu akbar tat-teknoloġiji ta' tagħlim f'distanza, u jinkoraġġixxu t-tagħlim ta' lingwi ta' l-UE użati anqas, u lingwi non-Ewropej;

(4)

jużaw għodod eżistenti biex jikkonfermaw il-konoxxenza tal-lingwi, bħall-Portafoll Ewropew tal-Lingwi tal-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Portafoll tal-Lingwi Europass;

(5)

jinkoraġġixxu miżuru biex jiffaċilitaw it-tagħlim tal-lingwi minn persuni bi ħtiġijiet speċjali, bħala mezz ta' kontribut għall-inklużjoni soċjali tagħhom, opportunitajiet ta' karriera aħjar u benessri;

(6)

jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-multilingwiżmu, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

(1)

tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex isegwu l-prijoritajiet ta' hawn fuq;

(2)

tfassal proposti sa l-aħħar ta' l-2008 għal qafas ta' politika komprensiva dwar il-multilingwiżmu, li tieħu kont dovut tal-ħtiġijiet lingwistiċi taċ-ċittadini u ta' l-istituzzjonijiet, inkluż permezz tar-rispett tad-dritt tagħhom li jikkomunikaw ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tagħha.


(1)  SN 100/00, paragrafu 26, p. 9.

(2)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 13.

(3)  SN 100/02, paragrafu 44, p. 19.

(4)  Dok. 11834/03.

(5)  Dok. 13346/07.

(6)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.

(7)  Dok. 14908/05.

(8)  ĠU C 172, 25.7.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(10)  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.


Kummissjoni

6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/16


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-5 ta' Ġunju 2008

(2008/C 140/11)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5402

JPY

Yen Ġappuniż

163,46

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,7897

SEK

Krona Żvediża

9,3118

CHF

Frank Żvizzeru

1,6147

ISK

Krona Iżlandiża

118,72

NOK

Krona Norveġiża

7,968

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,57

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

241,86

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7009

PLN

Zloty Pollakk

3,377

RON

Leu Rumen

3,6229

SKK

Krona Slovakka

30,325

TRY

Lira Turka

1,89

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6169

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5727

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0271

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0168

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1103

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 581,02

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,0391

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,699

HRK

Kuna Kroata

7,2506

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 331,56

MYR

Ringgit Malażjan

5,0172

PHP

Peso Filippin

67,915

RUB

Rouble Russu

36,7125

THB

Baht Tajlandiż

50,688

BRL

Real Brażiljan

2,5048

MXN

Peso Messikan

15,8795


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/17


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 140/12)

Numru XA: XA 87/08

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Vlaanderen

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Vlaams Interprovinciaal Verbond Van Fokkers Van Neerhofdieren vzw

Bażi ġuridika: Decreet van 21 december 2007 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2008.

Koninklijk besluit van 2 juni 1998 betreffende de zoötechnische en genealogische voorschriften voor de verbetering en de instandhouding van pluimvee- en konijnenrassen.

Ministerieel besluit van 17 maart 2005 houdende de erkenning en subsidiëring van organisaties in het kader van de aanmoediging en de verbetering van de pluimvee- en konijnenfokkerij

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 7 500

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima ta' għajnuna hija 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għal-ħolqien u ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem

Data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata sa mill-1 ta' Marzu u, l-aktar kmieni, 15-il ġurnata wara n-notifikazzjoni.

L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti huma maħduma annwalment. Għandu jinħadem abbozz ta' digriet dwar l-implimentazzjoni, u għandu jinkludi “standstill clause”

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Il-perjodu ta' l-għotja se jdum sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna: L-assoċjazzjoni reġistrata Vlaams Interprovinciaal Verbond van Fokkers van Neerhofdieren vzw (VIVFN) għandha ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem u għandha dokumentazzjonijiet għal numru kbir ta' razez tal-fniek u bhejjem tal-farm.

Il-VIVFN indikat li se tuża l-għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tal-ġbir, ta' l-ipproċessar, tal-preparazzjoni għal użu u tal-pubblikazzjoni tad-dejta ta' reġistrazzjoni

L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u tissodisfa l-kriterji tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ħolqien u ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem

Is-settur(i) konċernat(i): Is-setturi tat-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

B-1030 Brussel

Indirizz ta' l-internet: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Jules VAN LIEFFERINGE

Secretaris-generaal


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/13)

Għajnuna Nru

XR 119/07

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Regime de Protocolos bancários

Bażi legali

Protocolo bancário celebrado com Instituições de crédito

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 18,3 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

13 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

6.6.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

6.6.2009

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

55; 63.3; 92

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Turismo de Portugal, I.P.

Rua Ivone Silva, Lote 6

P-1050-124 Lisboa

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.turismodeportugal.pt/Portugu%C3%AAs/AreasActividade/investimento/financiamento/produtosedestinos/protocolosbancarios/Pages/ProtocolosBanc%C3%A1rios.aspx

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 195/07

Stat Membru

Ġermanja

Reġjun

Bremen

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Landesinvestitionsförderprogramm LIP 2007

Bażi legali

Bremen Haushaltsordnung § 23, 44

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 50 miljun

Baġit globali

Imħallas fuq: 6 snin

Intensità massima ta' l-għajnuna

15 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

23.11.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Bremer Investitions-Gesellschaft mbH

Kontorhaus am Markt

Langenstr. 2-4

D-28195 Bremen

Tel. (49-421) 96 00 10

E-mail: mail@big-bremen.de

Bremer Aufbau-Bank GmbH

Kontorhaus am Markt

Langenstr. 2-4

D-28195 Bremen

Tel. (49-421) 96 00 40

E-mail: mail@bab-bremen.de

BIS Bremerhavener Gesellschaft für Investitionsförderung und Stadtentwicklung mbH

Am Alten Hafen 118

D-27568 Bremerhaven

Tel. (49-471) 94 64 60

E-mail: wirtschaft@bis-bremerhaven.de

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.wirtschaft.bremen.de/sixcms/media.php/13/LIP2008.pdf

Aktar informazzjoni


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/20


GĦAJNUNA MILL-ISTAT — L-ITALJA

Għajnuna mill-Istat C 20/08 (ex N 62/08) — Modifikazzjoni ta' l-iskema N 59/04 dwar Mekkaniżmu Temporanju Difensiv għall-Bini tal-Bastimenti

Stedina biex jitressqu kummenti skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/14)

Permezz ta' l-ittra ddatata 30 ta' April 2008 riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni ta' wara ta' dan is-sommarju, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE li tirrigwarda l-għajnuna hawn fuq imsemmija.

Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika u l-ittra li ssegwi, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Għajnuna mill-Istat

B-1049 Brussell

Faks (32-2) 295 12 42

Dawn il-kummenti se jiġu kkomunikati lill-Italja. Il-parti interessata li tissottometti l-kummenti tista' titlob bil-miktub biex l-identità tagħha tinżamm kunfidenzjali, filwaqt li jingħataw ir-raġunijiet għat-talba.

TEST TAS-SOMMARJU

Fl-1 ta' Frar 2008 l-Italja nnotifikat l-intenzjoni li żżid il-baġit ta' skema ta' għajnuna mill-Istat b' EUR 10 miljuni. L-iskema kienet approvata mill-Kummissjoni bħala l-każ N 59/04 minħabba li kienet konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002 tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 502/2004 (“ir-Regolament MTD”).

Iż-żieda nnotifikata tal-baġit tikkostitwixxi għajnuna ġdida u trid tiġi eżaminata fil-konfront tar-regolamenti dwar għajnuna mill-Istat li japplikaw illum. Ir-Regolament MTD waqaf japplika fil-31 ta' Marzu 2005 u b'konsegwenza ma jipprovdix bażi legali biex tkun approvata l-għajnuna.

L-għajnuna ma tidher li hi kompatibbli mas-suq komuni taħt ebda dispożizzjoni rilevanti oħra ta' għajnuna mill-Istat.

Għalhekk, il-Kummissjoni tiddubita jekk l-għajnuna hix kompatibbli mas-suq komuni.

TEST TA' L-ITTRA

“1.

La Commissione informa l'Italia che, dopo aver esaminato le informazioni fornite dalle autorità italiane sull'aiuto in oggetto, ha deciso di avviare il procedimento di cui all'articolo 88, paragrafo 2, del trattato CE.

1.   PROCEDIMENTO

2.

Con notifica presentata il 1o febbraio 2008 e registrata presso la Commissione alla stessa data, l'Italia ha notificato alla Commissione l'aiuto in oggetto.

3.

Con lettera del 15 febbraio 2008, la Commissione ha chiesto ulteriori informazioni necessarie per la valutazione della misura di aiuto notificata. L'Italia ha fornito informazioni con lettera registrata presso la Commissione il 18 marzo 2008.

2.   L'AIUTO DI STATO NOTIFICATO

Il regime di aiuti

4.

Con la lettera C(2004) 1807 fin. del 19 maggio 2004 la Commissione aveva deciso di non sollevare obiezioni in relazione a un regime italiano di aiuti di Stato riguardante il meccanismo difensivo temporaneo per la costruzione navale (in appresso “il regime”) (1). La Commissione riteneva il regime compatibile con il mercato comune in quanto era conforme alle disposizioni del regolamento (CE) n. 1177/2002 del Consiglio, del 27 giugno 2002, relativo a un meccanismo difensivo temporaneo per la costruzione navale (2), modificato dal regolamento (CE) n. 502/2004 del Consiglio (3) (in appresso “il regolamento MDT”).

5.

Il regime in questione, quale come notificato e approvato dalla Commissione, aveva una dotazione di 10 Mio EUR.

La misura di aiuto

6.

L'Italia ha notificato alla Commissione l'intenzione di stanziare altri 10 Mio EUR per la dotazione del regime.

3.   VALUTAZIONE

Esistenza di aiuto di Stato

7.

Poiché la misura è di natura puramente finanziaria, la sua compatibilità con il mercato comune deve essere valutata con riferimento alle misure che intende finanziarie, ossia aiutare nell'ambito del regime. Per le ragioni esposte nella sopramenzionata lettera della Commissione del 19 maggio 2004, il regime costituisce aiuto di Stato ai sensi dell'articolo 87, paragrafo 1, del trattato. In conformità con l'articolo 1 del regolamento (CE) n. 659/1999 (4) e con l'articolo 4 del regolamento (CE) n. 749/2004 (5), gli aumenti della dotazione di un regime di aiuti autorizzato sono considerati come un nuovo aiuto, quando l'aumento sia superiore al 20 % della dotazione originaria. Nel presente caso, l'aumento notificato corrisponde al 100 % della dotazione originaria e di conseguenza deve essere valutato come un nuovo aiuto ai sensi dell'articolo 87 del trattato.

Il regolamento MDT non costituisce più una base giuridica ai fini della valutazione del a compatibilità

8.

Il regime era stato originariamente considerato compatibile con il mercato comune poiché ottemperava alle disposizioni del regolamento MDT (6). Tuttavia, il regolamento MDT è scaduto il 31 marzo 2005 e non può perciò servire come base giuridica per la valutazione dell'aiuto.

Inesistenza di altre basi giuridiche ai fini della valutazione della compatibilità

9.

Il regime riguarda gli aiuti disponibili per i cantieri navali italiani per la costruzione di navi appartenenti alle categorie elencate nell'articolo 1 del regolamento MDT. Questa attività soddisfa la definizione di costruzione navale contenuta nella disciplina degli aiuti di Stato alla costruzione navale (7) (in appresso “la disciplina sulla costruzione navale”). Di conseguenza la Commissione ha anche esaminato la possibilità di valutare l'aiuto in base a tale disciplina.

10.

Tuttavia, la Commissione osserva che la disciplina sulla costruzione navale non contiene disposizioni analoghe a quelle del regolamento MDT. L'aiuto non sembra neppure essere compatibile con il mercato comune ai sensi delle disposizioni di cui alle sezioni 3.1 e 3.2 della disciplina sulla costruzione navale. Infatti, nessuna di queste disposizioni permetterebbe la concessione di aiuti di funzionamento alla costruzione navale, previsti invece dal regolamento MDT. Pertanto, la Commissione dubita che l'aiuto notificato sia compatibile con il mercato comune.

CONCLUSIONE

Alla luce di quanto sopra, la Commissione, nell'ambito del procedimento di cui all'articolo 88, paragrafo 2, del trattato CE, invita l'Italia a inviare osservazioni e a fornire qualsiasi informazione utile ai fini della valutazione dell'aiuto, entro il termine di un mese dalla data di ricezione della presente. La Commissione invita l'Italia a trasmettere immediatamente copia della presente lettera ai potenziali beneficiari dell'aiuto.

La Commissione fa presente al governo italiano che l'articolo 88, paragrafo 3, del trattato CE ha effetto sospensivo e che in forza dell'articolo 14 del regolamento (CE) n. 659/1999, essa può imporre allo Stato membro di recuperare un aiuto illegalmente concesso presso il beneficiario.

La Commissione avverte l'Italia che informerà gli interessati mediante pubblicazione della presente lettera e di una sintesi della stessa nella Gazzetta ufficiale dell'Unione europea nonché l'autorità di vigilanza EFTA tramite invio di copia della presente lettera. Le parti interessate saranno invitate a presentare osservazioni entro un mese dalla data di tale pubblicazione.”


(1)  Aiuto di Stato N 59/04 (GU C 100 del 26.4.2005, pag. 27). La decisione è disponibile nella lingua facente fede all'indirizzo Internet:

http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/register/ii/by_case_nr_n2004_0030.html#59

(2)  GU L 172 del 2.7.2002, pag. 1.

(3)  GU L 8 del 19.3.2004, pag. 6.

(4)  Regolamento (CE) n. 659/1999 del Consiglio, del 22 marzo 1999, recante modalità di applicazione dell'articolo 93 del trattato CE (GU L 83 del 27.3.1999, pag. 1).

(5)  Regolamento (CE) n. 794/2004 della Commissione, del 21 aprile 2004, recante disposizioni di esecuzione del regolamento (CE) n. 659/1999 del Consiglio recante modalità di applicazione dell'articolo 93 del trattato CE (GU L 140 del 30.4.2004, pag. 1).

(6)  L'obiettivo del regolamento MDT era di “consentire effettivamente ai cantieri navali comunitari di superare la concorrenza coreana sleale” (cfr. punto 6 del preambolo). Di conseguenza, potevano essere autorizzati aiuti diretti corrispondenti al massimo al 6 % del valore contrattuale prima dell'aiuto, purché il contratto fosse stato oggetto di concorrenza proveniente da un cantiere coreano che offrisse un prezzo inferiore (articolo 2). Tuttavia, il regolamento MDT doveva essere di breve durata, in attesa di un Panel dell'OMC con la Corea, e pertanto non è stato rinnovato dal Consiglio dopo la sua scadenza il 31 marzo 2005. Il regime italiano era conforme alle predette condizioni.

(7)  GU C 317 del 30.12.2003, pag. 11.


6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/23


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5162 — AVNET/Horizon Technology)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 140/15)

1.

Fis-26 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet Inc. (l-Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża kollha Horizon Technology Group Plc (“Horizon”, ir-Repubblika ta' l-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal Avnet Inc: id-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT u servizzi tat-teknoloġija,

għal Horizon: l-integrazzjoni teknika u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-IT.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5162 — AVNET/Horizon Technology, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.