ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
25 ta' April 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 104/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

2008/C 104/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4990 — Euler Hermes/OeKB/JV) ( 1 )

5

2008/C 104/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5071 — AAC/Polaris/BabySam) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 104/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

6

2008/C 104/05

Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Marzu 2008 (Ppubblikat skond l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

7

2008/C 104/06

Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Marzu 2008 (Deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE jew Artikolu 38 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE)

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 104/07

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

23

2008/C 104/08

Avviż mill-Kummisjsoni skond il-proċedura pprovduta bl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 — Emenda ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq l-operat ta' servizzi ta' l-ajru speċifiċi fil-Portugall ( 1 )

29

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 104/09

Sommarju tas-Sejħa għall-Proposti — EACEA/07/08 — Proġetti taċ-Ċittadini — Il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini — Azzjoni 1, Miżura 2.1

37

2008/C 104/10

Sejħa għal proposti skond l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma għal għajnuniet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-2008 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1564)

39

2008/C 104/11

Sejħa għal proposti skond l-abbozz tal-programm multi-annwali ta' ħidma għal għajnuniet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1561)

40

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2008/C 104/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

5.12.2008

Nru ta' l-għajnuna

N 108/06

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Art. 1, commi 421 e 422 della legge n. 266, del 23 dicembre 2005 (legge finanziaria 2006)

Bażi ġuridika

Art. 1, commi 421 e 422 della legge n. 266, del 23 dicembre 2005 (legge finanziaria 2006)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Riċerka u żvilupp; għajnuna teknika

Forma ta' l-għajnuna

Sussidji

Baġit

EUR 5 000 000

Intensità

Sa 100 %

Tul ta' żmien

Sena

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero delle Politiche agricole

Via XX Settembre, 20

I-00187 Roma

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

7.11.2007

Għajnuna Nru

N 110/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

n.a.

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Prolongement des programmes pour l'installation et le développement des initiatives locales (PIDIL)

Bażi ġuridika

Articles R 343-34 et suivants du Code Rural

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett, avvanz li għandu jintradd lura, garanzija, rimborż ta' ċerti spejjeż, self b'rati mnaqqsa ta' interess

Baġit

Baġit annwali: EUR 6 miljun

Baġit globali: EUR 42 miljun

Intensità

Skond it-tip ta' għajnuna

Tul ta' żmien

2007-2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministère de l'agriculture et de la pêche

78, rue de Varenne

F-75349 Paris 07 SP

Les divers conseils régionaux et généraux

Tagħrif ieħor

Franza tintrabat li tikkomunika lill-Kummissjoni t-tagħrif relevanti fir-rigward ta' l-għajnuna mogħtija fir-rapporti annwali dwar l-għajnuna mill-Istat

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.12.2007

Nru ta' l-għajnuna

N 310/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Réduction d'azote

Bażi legali

1)

Décret no 2007-1342 du 12 septembre 2007 relatif aux engagements agro-environnementaux et modifiant le code rural

2)

Arrêté du 12 septembre 2007 relatif aux engagements agro-environnementaux

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Tnaqqis ta' l-awment tan-nitroġenu

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

EUR 700 000

Intensità

100 %

Tul ta' żmien

Sal-31.12.2007

Setturi ekonomiċi kkonċernati

L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministère de l'agriculture et de la pêche

Direction générale de la forêt et des affaires rurales

78, rue de Varenne

F-75349 Paris 07 SP

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

14.11.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 368/07

Stat Membru

Il-Litwanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Parama garantiniam užmokesčiui kompensuoti

Bażi ġuridika

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ir kaimo plėtros įstatymas (Žin.,2002, Nr. 72-3009);

Lietuvos Respublikos Vyriausybės 1997 m. rugsėjo 22 d. nutarimas Nr. 912 „Dėl žemės ūkio paskolų garantijų fondo“ (Žin., 1997, Nr. 79-2009; 2003, Nr. 57-2542; 2005, Nr. 78-2825; Nr. 105-3874 );

Garantinio užmokesčio kreditų su garantija gavėjams kompensavimo taisyklių projektas

Tip ta' miżura

Għajnuna ta' investiment fil-produzzjoni agrikola primarja

Għan

Żvilupp settorjali

Forma ta' l-għajnuna

Ħlas iggarantit

Baġit

Total: LTL 54 000 000, kull sena: LTL 9 000 000

Intensità

Sa limitu ta' 40 %

Tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur ta' l-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19

LT-01103 Vilnius

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.11.2007

Nru ta' l-għajnuna

N 579/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Interventi nelle zone agricole colpite da avverse condizioni atmosferiche (tromba d'aria del 18 maggio 2007 a Lamezia Terme, provincia di Catanzaro)

Bażi legali

Decreto legislativo n. 102/2004

Tip ta' miżura

Skema

Għan

Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena

Forma ta' l-għajnuna

Sussidji

Baġit

Ara l-fajl NN 54/A/04

Intensità

Sa 80 % tat-telf fil-produzzjoni u sa 100 % ta' l-ispejjeż reali tad-danni għall-istrutturi agrikoli

Tul ta' żmien

Sa tmiem il-ħlasijiet

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

l-Isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero delle politiche agricole agroalimentari e forestali

Via XX Settembre, 20

I-00187 Roma

Informazzjoni oħra

Miżura ta' applikazzjoni ta' skema approvata mill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-għajnuna mill-Istat NN 54/A/04 (Ittra lill-Kummissjoni C(2005) 1622 finali, tas-7 ta' Ġunju 2005)

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4990 — Euler Hermes/OeKB/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 104/02)

Fil-5 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4990. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5071 — AAC/Polaris/BabySam)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 104/03)

Fl-4 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5071. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/6


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-24 ta' April 2008

(2008/C 104/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5769

JPY

Yen Ġappuniż

163,07

DKK

Krona Daniża

7,4627

GBP

Lira Sterlina

0,79800

SEK

Krona Żvediża

9,3020

CHF

Frank Żvizzeru

1,6156

ISK

Krona Iżlandiża

116,96

NOK

Krona Norveġiża

7,9595

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,128

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

252,26

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6987

PLN

Zloty Pollakk

3,4181

RON

Leu Rumen

3,5920

SKK

Krona Slovakka

32,406

TRY

Lira Turka

2,0471

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6689

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6042

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,2875

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9922

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1393

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 570,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,2194

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

11,0336

HRK

Kuna Kroata

7,2680

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 539,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,9570

PHP

Peso Filippin

66,190

RUB

Rouble Russu

37,0710

THB

Baht Tajlandiż

49,814

BRL

Real Brażiljan

2,6137

MXN

Peso Messikan

16,5204


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/7


Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Marzu 2008

(Ppubblikat skond l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1))

(2008/C 104/05)

—   Ħruġ ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Aċċettat

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

INN

(Isem Internazzjonal Mhux Proprjetarju)

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Forma Farmaċewtika

Kodiċi ATC

(Kodiċi Anatomiku Terapewtiku Kimiku)

Data tan-notifika

18.3.2008

Pradaxa

dabigatran etexilate mesilate

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Strasse 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

EU/1/08/442/001-008

Kapsula, iebsa

B01AE07

20.3.2008

—   Modifika ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Aċċettata

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

3.3.2008

Noxafil

SP Europe

Rue de Stalle, 73/Stallestraat, 73

B-1180 Bruxelles/B-1180 Brussel

EU/1/05/320/001

5.3.2008

3.3.2008

Posacozanole SP

SP Europe

Rue de Stalle, 73/Stallestraat, 73

B-1180 Bruxelles/B-1180 Brussel

EU/1/05/321/001

5.3.2008

3.3.2008

AVANDIA

SmithKline Beecham plc

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

United Kingdom

EU/1/00/137/002-018

5.3.2008

3.3.2008

Avandamet

SmithKline Beecham plc

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

United Kingdom

EU/1/03/258/001-022

5.3.2008

3.3.2008

Avaglim

SmithKline Beecham plc

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

United Kingdom

EU/1/06/349/001-010

5.3.2008

3.3.2008

Avonex

Biogen Idec Ltd, 5 Roxborough Way

Foundation Park

Maidenhead

Berkshire SL6 3UD

United Kindgom

EU/1/97/033/002-004

5.3.2008

5.3.2008

MIRCERA

Roche Registration Limited

6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City AL7 1TW

United Kingdom

EU/1/07/400/001-016

7.3.2008

5.3.2008

Replagal

Shire Human Genetic Therapies AB

Rinkebyvägen 11B

S-182 36 Danderyd

EU/1/01/189/001-006

7.3.2008

5.3.2008

Cholestagel

Genzyme Europe B.V.

Gooimeer 10

1411 DD Naarden

Nederland

EU/1/03/268/001-003

7.3.2008

11.3.2008

Helicobacter Test INFAI

INFAI, Institut für biomedizinische Analytik & NMR Imaging GmbH

Universitätsstrasse 142

D-44799 Bochum

EU/1/97/045/001-004

13.3.2008

17.3.2008

Vivanza

Bayer AG

D-51368 Leverkusen

EU/1/03/249/001-012

19.3.2008

17.3.2008

Visudyne

Novartis Europharm Limited

Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex RH12 5AB

United Kingdom

EU/1/00/140/001

19.3.2008

17.3.2008

Cialis

Eli Lilly Nederland B.V.

Grootslag 1-5

3991 RA Houten

Nederland

EU/1/02/237/001-008

19.3.2008

17.3.2008

Levitra

Bayer AG

D-51368 Leverkusen

EU/1/03/248/001-012

19.3.2008

17.3.2008

Mimpara

Amgen Europe B.V.

Minervum 7061

4817 ZK Breda

Nederland

EU/1/04/292/001-012

19.3.2008

17.3.2008

Parareg

Dompé Biotec S.p.A.

Via San Martino, 12,

I-20122 Milano

EU/1/04/293/001-012

19.3.2008

17.3.2008

Revatio

Pfizer Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT 13 9NJ

United Kingdom

EU/1/05/318/001

19.3.2008

17.3.2008

Viagra

Pfizer Limited

Sandwich

Kent CT13 9NJ

United Kingdom

EU/1/98/077/002-004

EU/1/98/077/006-008

EU/1/98/077/010-015

19.3.2008

18.3.2008

Omnitrope

Sandoz GmbH

Biochemiestraße 10

A-6250 Kundl

EU/1/06/332/001-009

20.3.2008

18.3.2008

Zavesca

Actelion Registration Ltd

BSI Building 13th Floor

389 Chiswick High Road

London W4 4AL

United Kingdom

EU/1/02/238/001

20.3.2008

18.3.2008

Hycamtin

SmithKline Beecham plc

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

United Kingdom

EU/1/96/027/006-007

20.3.2008

18.3.2008

Kaletra

Abbott laboratories Ltd

Queenborough

Kent ME11 5EL

United Kingdom

EU/1/01/172/006

20.3.2008

18.3.2008

Hepsera

Gilead Sciences International Limited

Cambridge CB21 6GT

United Kingdom

EU/1/03/251/001-002

20.3.2008

18.3.2008

Revlimid

Celgene Europe Limited

8 The Square

Stockley Park

Uxbridge

Middlesex UB11 1FW

United Kingdom

EU/1/07/391/001-004

20.3.2008

19.3.2008

Arixtra

Glaxo Group Ltd

Greenford Road Greenford

Middlesex UB6 0NN

United Kingdom

EU/1/02/206/001-020

26.3.2008

27.3.2008

MicardisPlus

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Strasse 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

EU/1/02/213/017-023

31.3.2008

27.3.2008

Kinzalkomb

Bayer HealthCare AG

D-51368 Leverkusen

EU/1/02/214/011-015

31.3.2008

27.3.2008

Tygacil

Wyeth Europa Ltd

Huntercombe Lane South

Taplow

Maidenhead

Berkshire SL6 0PH

United Kingdom

EU/1/06/336/001

31.3.2008

27.3.2008

Aptivus

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Strasse 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

EU/1/05/315/001

31.3.2008

27.3.2008

Norvir

Abbott laboratories Ltd

Queenborough

Kent ME11 5EL

United Kingdom

EU/1/96/016/001

EU/1/96/016/003-004

31.3.2008

27.3.2008

Lyrica

Pfizer Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT 13 9NJ

United Kingdom

EU/1/04/279/001-043

31.3.2008

27.3.2008

Xeloda

Roche Registration Limited

6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City AL7 1TW

United Kingdom

EU/1/00/163/001-002

31.3.2008

27.3.2008

Optimark

Tyco Healthcare Deutschland GmbH

Gewerbepark 1

D-93333 Neustadt/Donau

EU/1/07/398/001-014

31.3.2008

31.3.2008

Neoclarityn

Schering Plough Europe

Rue de Stalle, 73/Stallestraat, 73

B-1180 Bruxelles/B-1180 Brussel

EU/1/00/161/001-067

2.4.2008

31.3.2008

Azomyr

Schering Plough Europe

Rue de Stalle, 73/Stallestraat, 73

B-1180 Bruxelles/B-1180 Brussel

EU/1/00/157/001-067

2.4.2008

31.3.2008

Xigris

Eli Lilly Nederland B.V.

Grootslag 1-5

3991 RA Houten

Nederland

EU/1/02/225/001-002

2.4.2008

31.3.2008

DuoTrav

Alcon Laboratories (UK) Ltd

Pentagon Park

Boundary Way

Hemel Hempstead

Herts HP2 7UD

United Kingdom

EU/1/06/338/001-003

2.4.2008

31.3.2008

Optisulin

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

D-65926 Frankfurt am Main

EU/1/00/133/001-008

2.4.2008

31.3.2008

Abilify

Otsuka Pharmaceutical Europe Ltd

Hunton House

Highbridge Business Park

Oxford Road

Uxbridge

Middlesex UB8 1HU

United Kingdom

EU/1/04/276/001-036

2.4.2008

31.3.2008

Zonegran

Eisai Limited

3 Shortlands

London W6 8EE

United Kingdom

EU/1/04/307/001-013

2.4.2008

31.3.2008

Aerius

Schering Plough Europe

Rue de Stalle, 73/Stallestraat, 73

B-1180 Bruxelles/B-1180 Brussel

EU/1/00/160/001-069

2.4.2008

31.3.2008

Tandemact

Takeda Global Research and Development Centre (Europe) Ltd

Arundel Great Court

2 Arundel Street

London WC2R 3DA

United Kingdom

EU/1/06/366/017-022

2.4.2008

—   Irtirar ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004)

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

11.3.2008

Quixidar

Glaxo Group Ltd

Greenford Road

Greenford

Middlesex UB6 0NN

United Kingdom

EU/1/02/207/001-020

13.3.2008

—   Modifika ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Aċċettata

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

5.3.2008

SevoFlo

Abbott laboratories Ltd

Queenborough

Kent ME11 5EL

United Kingdom

EU/2/02/035/001-007

7.3.2008

11.3.2008

Neocolipor

Merial

29 Avenue Tony Garnier

F-69007 Lyon

EU/2/98/008/001-004

13.3.2008

18.3.2008

Stronghold

Pfizer Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT 13 9NJ

United Kingdom

EU/2/99/014/001-012

20.3.2008

Kull min jixtieq jikkonsulta r-rapport ta' evalwazzjoni pubblika fuq il-prodotti mediċinali inkwistjoni u d-deċiżjonijiet marbuta magħhom għandu jikkuntattja lil:

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

7, Westferry Circus

Canary Wharf

London E14 4HB

United Kingdom


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/12


Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Marzu 2008

(Deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE  (1) jew Artikolu 38 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE  (2))

(2008/C 104/06)

—   Ħruġ, manteniment jew modifikazzjoni ta' l-awtorizazzjonijiet nazzjonali tat-tqegħid fis-suq

Data tad-Deċiżjoni

Isem(ijiet) tal-prodott mediċinali

Detentur(i) ta' l-awtorizazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Stat Membru konċernat

Data tan-notifika

3.3.2008

Equibactin vet.

Ara l-Anness I

Ara l-Anness I

4.3.2008

11.3.2008

Trimethoprim/sulfadiazine

Ara l-Anness II

Ara l-Anness II

12.3.2008

18.3.2008

Revlimid

Celgene Europe Limited

8 The Square

Stockley Park

Uxbridge

Middlesex UB11 1FW

United Kingdom

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

19.3.2008

—   Revoka ta' l-awtorizzazzjoni nazzjonali għat-tqegħid fis-suq

Data tad-Deċiżjoni

Isem(ijiet) tal-prodott mediċinali

Detentur(i) ta' l-awtorizazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Stat Membru konċernat

Data tan-notifika

6.3.2008

Lumiracoxib

Ara l-Anness III

Ara l-Anness III

7.3.2008


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1


ANNESS I

ISEM, GĦAMLA FARMAĊEWTIKA, QAWWA TAL-PRODOTT MEDIĊINALI, SPEĊI TA' ANNIMAL, MNEJN JINGĦATA, U DETENTUR TA' L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Applikant jew Detentur ta' l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Isem invetat tal-prodott

Għamla farmaċewtika

Qawwa

Speċi ta' annimal

Frekwenza u mnejn jingħata

Doża rakkomandata

Le Vet B.V.

Willeskop 212

3421 GW Oudewater

Nederland

Equibactin vet. (333 mg/g + 67 mg/g) pejst orali għaż-żwiemel

pejst

333,3 mg/g sulfadiazine and 66,7 mg/g trimethoprim

żiemel

orali

5 mg trimethoprim u 25 mg sulfadiazine għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum għal massimu ta' 5t'ijiem


ANNESS II

ISEM, GĦAMLA FARMAĊEWTIKA, QAWWA TAL-PRODOTT MEDIĊINALI, SPEĊI TA' ANNIMAL, MNEJN JINGĦATA, U DETENTUR TA' L-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI/APPLIKANT

Stat Membru/Numru ta' l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni

Detentur ta' l-Awtorizzazzjoni tat-Tqegħid fis-Suq

Isem ivvintat tal-prodott

Għamla farmaċewtika

Qawwa/Sustanza attiva (INN)

Speċi ta' annimal

Indikazzjoni terapewtika:

Doża rrakkomandata

L-Olanda

NL 10351

AST Beheer BV

Sulfatrim Oral Doser

Pejst orali

Sustanzi attivi għal kull gramma:

Trimethoprim 66,7 mg

Sulfadiazine 333,3 mg

żwiemel

Infezzjonijiet fl-apparat respiratorju assoċjati ma' Streptococcus spp. u Staphylococcus aureus; infezzjonijiet gastrointestinali assoċjati ma' E. Coli; infezzjonijiet uroġenitali assoċjati ma' streptokokki beta emolitiċi; infezzjonijiet f'feriti assoċjati ma' Streptococcus spp. u Staphylococcus aureus

5 mg trimethoprim u 25 mg sulfadiazine għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum għal massimu ta' 5 ijiem.

Kull siringa hija maħsuba għal 600 kg piż tal-ġisem u kull siringa hija suddiviża fi 12-il marka. L-ekwivalenti ta' marka waħda hija biżżejjed sabiex jiġu ttrattati 50 kg ta' piż tal-ġisem

L-Olanda

NL 10437

AST Farma BV

Sultrisan Orale Paste voor paarden

Pejst orali

Sustanzi attivi għal kull gramma:

Trimethoprim 66,7 mg

Sulfadiazine 333,3 mg

żwiemel

Infezzjonijiet fl-apparat respiratorju assoċjati ma' Streptococcus spp . u Staphylococcus aureus; infezzjonijiet gastrointestinali assoċjati ma' E. Coli; infezzjonijiet uroġenitali assoċjati ma' streptokokki beta emolitiċi; infezzjonijiet f'feriti assoċjati ma' Streptococcus spp u Staphylococcus aureus

5 mg trimethoprim u 25 mg sulfadiazine għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum għal massimu ta' 5 ijiem.

Kull siringa hija maħsuba għal 600 kg piż tal-ġisem u kull siringa hija subdiviża fi 12-il marka. L-ekwivalenti ta' marka waħda hija biżżejjed sabiex jiġu ttrattati 50 kg piż tal-ġisem

Il-Belġju

282IS20F7

Schering Plough N.V./S.A.

(Il-Belġju)

Tribrissen Pâte orale

Pejst orali

Pro 100 g:

Trimethoprim 6,66 g

Sulfadiazine 33,34 g

żwiemel

Tribrissen Pejst Orali huwa indikat għat-trattament ta' żwiemel b'infezzjonijiet batteriċi kkawżati minn batterji sensittivi, inkluż:

infezzjonijiet gastrointestinali,

infezzjonijiet fl-apparati respiratorji,

infezzjonijiet ta' l-apparati uroġenitali,

infezzjonijiet f'feriti u ċellulite,

salmonellożi,

bħala trattament profilattiku għal infezzjonijiet wara operazzjoni

Id-doża hija ta' 30 mg/kg piż tal-ġisem kuljum.

Id-doża tintlaħaq billi l-vit jiġi ssettjat fuq il-planġer skond il-piż taż-żiemel. Kull unità fuq l-iskala tal-planġer tipprovdi pejst biżżejjed għal 50 kg piż tal-ġisem.

Għaż-żwiemel, jistgħu jiġu applikati d-dożaġġi li ġejjin skond in-natura u l-gravità ta' l-infezzjoni:

Infezzjonijiet gastrointestinali: 30 mg/kg kuljum fuq 2 applikazzjonijiet ta' 15 mg/kg piż tal-ġisem kuljum jew applikazzjoni 1 ta' 30 mg/kg kuljum, matul għallinqas 5 ijiem jew wara li jkunu għaddew jumejn mingħajr sintomi.

Infezzjonijiet akuti gravi barra mill-apparati intestinali (apparati respiratorji-urinarji): l-ewwel injezzjoni ta' Tribrissen 48 % jew Duoprim, segwita minn amministrazzjoni ta' Tribrissen Pejst Orali fi 30mg/kg kuljum fuq 2 applikazzjonijiet ta' 15 mg/kg piż tal-ġisem kuljum jew amministrazzjoni 1 ta' 30 mg/kg kuljum matul għallinqas 5 ijiem jew sakemm ikunu għaddew jumejn mingħajr sintomi.

Infezzjonijiet ta' l-apparati ġenetali. Wara trattament orali matul 5 ijiem jew wara li jkunu għaddew jumejn mingħajr sintomi, jingħata trattament fl-utru b'10 ml Tribrissen 48 %, maħlul f'soluzzjoni isotonika ta' 100 ml matul 3 ijiem.

Infezzjonijiet minn feriti. Wara trattament orali matul 5 ijiem jew wara li jkunu għaddew jumejn mingħajr sintomi, jingħata trattament b'Tribrissen Trab li Jdub.

Għat-trattament ta' salmonellożi, jeħtieġ li tingħata doża doppja, jiġifieri, 60 mg/kg kuljum. Din id-doża trid tingħata f'darbtejn. It-trattament għandu jingħata fi żmien 10 ijiem

L-Olanda

NL 5055

Schering Plough N.V.

(Il-Belġju)

Tribrissen Oral Paste

Pejst orali

Għal kull 30 mg ta' pejst:

Sulfadiazine 10 mg

Trimethoprim 2 mg

żwiemel

infezzjonijiet respiratorji kkawżati minn Streptococcus spp., Staphylococcus aureus,

infezzjonijiet gastrointestinali kkawżati minn E. Coli,

infezzjonijiet uroġenitali kkawżati minn streptokokki beta emolitiċi,

feriti u axxessi minn Streptococcus spp., Staphylococcus aureus

25 mg sulfadiazine u 5 mg trimethoprim għal kull kg piż tal-ġisem kuljum, għal massimu ta' 5 ijiem

L-Iżezja

10893

Schering-Plough A/S

(Id-Danimarka)

Tribrissen vet

Pejst orali

Sulfadiazine 333 mg

Trimethoprim 67 mg

żwiemel

Infezzjonijiet batteriċi, per eżempju feriti infettati, fl-apparat respiratorju, fl-apparat GI jew fis-sistema uroġenitali.

30 mg ta' komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem minn darba għal darbtejn kuljum, li jikkorrispondu għal 37,5 g pejst (tubu wieħed) mill-ħalq għal żiemel ta' 500 kg bejn darba u darbtejn kuljum. Preferibbilment, iż-żwiemel għandhom jiġu ttrattati b'injezzjoni inizjali ta' Tribrissen Injection, segwita minn pejst orali għal 5 ijiem jew sakemm ma jkunu dehru ebda sintomi għal mill-inqas jumejn. Annimali ttrattati għandu jkollhom aċċess liberu għall-ilma

L-Iżlanda

MTnr 880040

Schering Plough A/S

(Id-Danimarka)

Tribrissen vet

Pejst orali

Sulfadiazine 333 mg/g

Trimethoprim 67 mg/g

żwiemel

Infezzjonijiet batteriċi, per eżempju feriti infettati, fl-apparat respiratorju, fl-apparat GI jew fis-sistema uroġenitali.

30 mg ta' kompoenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem minn darba għal darbtejn kuljum, li jikkorrispondu għal 37,5 g pejst (tubu wieħed) mill-ħalq għal żiemel ta' 500 kg minn darba għal darbtejn kuljum. Preferibbilment, żwiemel għandhom jiġu ttrattati b'injezzjoni inizjali ta' Tribrissen Injection, segwita minn pejst orali għal 5 ijiem jew sakemm ma jkunu dehru ebda sintomi għal mill-inqas jumejn. Annimali ttrattati għandu jkollhom aċċess liberu għall-ilma

Ir-Renju Unit

Vm 00201/4064

Schering-Plough Limited

(ir-Renju Unit)

Tribrissen Oral Paste

Pejst orali

Komponenti attivi %w/w:

Sulfadiazine 33,3

Trimethoprim 6,7

żwiemel

Il-prodott huwa rakkomandat għat-trattament ta' mard battriku fiż-żwiemel fosthom:

infezzjonijiet fl-apparat alimentari,

infezzjonijiet fil-parti t'isfel jew ta' fuq ta' l-apparat respiratorju, inkluża l-adenite taż-żwiemel (strangles),

feriti infettati u ċellulite,

salmonellożi,

medikazzjoni antibatterika f'każijiet kirurġiċi fejn l-asepsi ma tistax tkun garantita

30 mg ta' komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum. Din id-doża tingħata billi l-gauge tal-vit fuq il-planġer tas-siringa jiġi aġġustat skond il-piż tal-ġisem taż-żiemel. Kull diviżjoni fuq il-planġer tipprovdi pejst biżżejjed biex tfejjaq 50 kg ta' piż tal-ġisem. Kull siringa tipprovdi doża ta' kuljum għal żiemel ta' 500 kg.

Id-doża tista' tingħata darba kuljum, jew id-doża ta' kuljum tista' tkun diviża u amministrata f'intervalli ta' 12-il siegħa, għal 5 ijiem jew sakemm ikunu għaddew jumejn mingħajr sintomi, sa massimu ta' 5 ijiem

L-Irlanda

VPA 10277/41/1

Schering-Plough Limited

(ir-Renju Unit)

Tribrissen Oral Paste

Pejst orali

Kull gramma fiha:

Sulfadiazine 333 mg

Trimethoprim 67 mg

żwiemel

Il-prodott huwa rakkomandat għat-trattament ta' mard batteriku fiż-żwiemel fosthom:

infezzjonijiet fl-apparat alimentari,

infezzjonijiet fil-parti t'isfel jew ta' fuq ta' l-apparat respiratorju, fostjhom l-adenite taż-żwiemel (strangles),

feriti infettati u ċellulite,

salmonellożi,

medikazzjoni antibatterika f'każijiet kirurġiċi fejn l-asepsi ma tistax tkun garantita

30 mg ta' ingredjenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum. Din id-doża tingħata billi l-gauge tal-vit fuq il-planġer tas-siringa jiġi aġġustat skond il-piż tal-ġisem taż-żiemel. Kull diviżjoni fuq il-planġer tipprovdi pejst biżżejjed biex tfejjaq 50 kg ta' piż tal-ġisem. Kull siringa tipprovdi doża ta' kuljum għal żiemel ta' 500 kg.

Id-doża tista' tingħata darba kuljum, jew inkella d-doża ta' kuljum tista' tinqasam u tingħata f'intervalli ta' 12-il siegħa, għal ħamest ijiem jew sakemm ikun għaddew jumejn mingħajr sintomi sa massimu ta' 5 ijiem.

Preferibbilment, iż-żwiemel għandhom jiġu injettati b'injezzjoni inizjali ta' Tribrissen Injection 48 % jew b'Trivetrin Injection segwiti minn amministrazzjoni ta' kuljum ta' Tribrissen Oral Paste.

Għat-trattament ta' salmonellożi, jeħtieġ li jingħata d-doppju tar-rata tad-doża msemmija hawn fuq, jiġifieri, 60 mg tal-komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem kuljum. Dan għandu jingħata bħala żewġ dożi diviżi ugwalment kuljum. It-trattament għandu jitkompla għal mill-inqas għaxart ijiem

Id-Danimarka

18146

ScanVet Animal Health A/S

Norodine Vet Oral Paste

Pejst orali

Trimethoprim 58 mg/g

Sulfadiazine 288,3 mg/g

żwiemel

Infezzjonijiet fiż-żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi għal trimethoprim + sulphonamide

Il-pejst huwa ppreżentat f'siringa tal-plastik bid-doża biex jiġi ttrattat żiemel ta' 50 kg.

Id-doża ta' kuljum hija 30 mg ta' komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem ekwivalenti għall-kontenut ta' siringa waħda għal żiemel ta' 500 kg

L-Irlanda

VPA 10999/23/1

Norbrook Laboratories Ltd

Norodine Equine Oral Paste

Pejst orali

Kull doża ta' 4,31g fiha:

Trimethoprim 5,8 %piż/piż

Sulfadiazine 28,83 %w/w

żwiemel

Norodine Equine Paste huwa indikat fit-trattament ta' infezzjonijiet batteriċi fiż-żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi fosthom:

Escherichia coli,

Staphylococcus spp.,

Streptococcus spp.

Id-doża ta' kuljum hija 30 mg ta' komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem permezz ta' amministrazzjoni mill-ħalq. It-trattament għandu jitkompla wara li jkunu għaddew jumejn mingħajr sintomi, sa massimu ta' 5 ijiem

In-Norveġja

96-1182

ScanVet Animal Health AS

Norodine Vet Oralpasta

Pejst orali

1 g fiha:

Trimethoprim 58,00 mg,

sulfadiazine 288,30 mg

żwiemel

Infezzjonijiet fiż-żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi għal trimethoprim + sulphonamide

L-ekwivalenti ta' siringa waħda għandu jittratta 50 kg ta' piż tal-ġisem, minn 50 kg sa 500 kg.

Id-doża ta' kuljum hija 0,09 g ta' pejst orali (5 mg trimetoprim + 25 mg sulfadiazin) għal kull kg ta' piż tal-ġisem. Dan huwa ekwivalenti għall-kontenut ta' siringa waħda ta' żiemel ta' 500 kg

L-Iżvezja

10966

Norbrook Laboratories Ltd

Hippotrim Vet

Pejst orali

1 g fiha:

Sulfadiazine 288,3 mg

Trimethoprim 58,0 mg

żwiemel

Infezzjonijiet fiż-żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi għal trimetoprim + sulphonamide, eż. infezzjonijiet fil-passaġġi ta' l-arja, fl-apparati GI, fl-apparat uroġenitali u f'feriti infettati

45g/żiemel ta' 500 kg inkella 52g/600kg (ugwali għal 30 mg/kg tal-komponenti attivi kombinati) minn darba għal darbtejn kuljum. It-trattament għandu jitkompla għal 5 ijiem jew wara li jkunu għaddew jumejn mingħajr sintomi. L-apparat tad-dosaġġ huwa gradat u kull grad huwa ugwali għal doża ta' 50 kg piż tal-ġisem

Ir-Renju Unit

Vm 02000/4098

Norbrook Laboratories Ltd

Norodine Equine Paste

Pejst orali

Kull siringa ta' 45 g fiha:

Trimethoprim 2,6 g u Sulfadiazine 13,0 g

żwiemel

Infezzjonijiet fiż-żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi għal trimetoprim + sulphonamide, eż. infezzjonijiet fil-passaġġi ta' l-arja, fl-apparat GI, fl-apparat uroġenitali u f'feriti infettati

Id-doża ta' kuljum hija 30 mg ta' komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem permezz ta' amministrazzjoni mill-ħalq. It-trattament għandu jitkompla sa 5 ijiem jew sa jumejn wara li s-sintomi jkunu għaddew.

Kull siringa tagħti doża waħda ta' kuljum għal żiemel ta' 500 kg.

Kull diviżjoni fuq il-planġer tat-tip “dial-a-dose” tipprovdi prodott suffiċjenti biex jiġu ttrattati 50 kg tal-piż tal-ġisem

Ir-Renju Unit

Vm 00015/4028

Boehringer Ingelheim Ltd

Equitrim Equine Oral Paste

Pejst orali

Trimethoprim 5,78 %piż/piż

Sulfadiazine 28,89 % w/w

żwiemel

Trattament ta' infezzjonijiet batteriċi fi żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi fosthom: Escherichia coli, Staphylococcus spp., Streptococcus spp. Il-prodott jista' jkun effikaċi f'infezzjoni fl-apparat alimentari bħal dijarrea; infezzjonijiet respiratorji inkluż pulmonite, plewrite, adenite taż-żwiemel (strangles); feriti, settiċemija u infezzjonijiet ġeneriċi

Id-doża ta' kuljum hija 30 mg ta' sustanzi attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem. Kull siringa fiha doża waħda ta' kuljum għal żiemel ta' 500 kg. Kull diviżjoni fuq il-planġer tat-tip “dial-a-dose” tipprovdi prodott suffiċjenti biex jiġu ttrattati 50 kg tal-piż tal-ġisem.

It-trattament għandu jitkompla sa 5 ijiem jew sa jumejn wara li s-sintomi jkunu għaddew, sa massimu ta' 5 ijiem

Ir-Renju Unit

Fort Dodge Animal Health

Duphatrim Equine Formula

Pejst orali

Kull siringa ta' 45g fiha:

Trimetophrim 2,6 g u Sulphadiazine 13 g

żwiemel

Il-prodott huwa indikat fit-trattament ta' infezzjonijiet batteriċi fiż-żwiemel ikkawżati minn mikrorganiżmi sensittivi fosthom:

Escherichia coli,

Corynebacterium equi,

Staphylococcus spp.,

Streptococcus spp.

Meta jkunu preżenti organiżmi sensittivi, il-kombinazzjoni tista' tkun effikaċi fit-trattament ta' infezzjonijiet fl-apparat alimentari inklużi dijarea; infezzjonijiet fl-apparat respiratorju inklużi pulmonite, plewrite, adenite taż-żwiemel (strangles); feriti, settiċemija u infezzjonijiet ġeneriċi

Id-doża ta' kuljum hija 30 mg ta' komponenti attivi kombinati għal kull kg ta' piż tal-ġisem permezz ta' amministrazzjoni mill-ħalq. It-trattament għandu jitkompla sa 5 ijiem jew sa jumejn wara li s-sintomi jkunu għaddew. Kull siringa tagħti doża waħda ta' kuljum għal żiemel ta' 500 kg


ANNESS III

LISTA TA' L-ISMIJIET, GHAMLA FARMACEWTIKA, QAWWIET TAL-PRODOTTI MEDICINALI, MNEJN JINGHATA U D-DETENTURI TA' L-AWTORIZZAZZJONI GHAT-TQEGHID FIS-SUQ FL-ISTATI MEMBRI

Stat Membru

Id-Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Isem ivvintat

Qawwa

Għamla farmaċewtika

Mnejn jingħata

L-Awstrija

Novartis Pharma GmbH

Brunner Straße 59

A-1235 Wien

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

L-Awstrija

Novartis Pharma GmbH

Brunner Straße 59

A-1235 Wien

Frexocel

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Belġju

Novartis Pharma NV

Medialaan 40 bus 1

B-1800 Vilvoorde

Prexigem

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Repubblika Ċeka

Novartis Pharma NV

Medialaan 40 bus 1

B-1800 Vilvoorde

Stellige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Repubblika Ċeka

Novartis s.r.o.

Pharma

Nagano III.

U Nákladového nádraží 10

CZ-130 00 Prague 3

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Ċipru

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd

Frimley Business Park

Frimley, Camberley

Surrey GU16 7SR

United Kingdom

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Danimarka

Novartis Healthcare A/S

Lyngbyvej 172

DK-2100 København Ø

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

L-Estonja

Novartis Finland OY

Metsänneidonkuja 10

FIN-02130 Espoo

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Finlandja

Novartis Finland OY

Metsänneidonkuja 10

FIN-02130 Espoo

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Ġermanja

Novartis Pharma GmbH

Roonstr. 25

D-90429 Nürnberg

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Ġermanja

Novartis Pharma GmbH

Roonstr. 25

D-90429 Nürnberg

Frexocel

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Ġermanja

Novartis Pharma GmbH

Roonstr. 25

D-90429 Nürnberg

Hirzia

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Ġermanja

Novartis Pharma GmbH

Roonstr. 25

D-90429 Nürnberg

Stellige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Greċja

Novartis Hellas Aebe

National Road a, 12 th Km

Metamorphosi Attikis

GR-144 51

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Greċja

Novartis Hellas Aebe

National Road a, 12 th Km

Metamorphosi Attikis

GR-144 51

Frexocel

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

L-Ungerija

Novartis Hungária Kft.

H-1114 Budapest

Bartók Béla út 43-47

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

L-Islanda

Novartis Healthcare A/S, c/o

Vistor hf., Hörgatúni 2

IS-210 Garðabær

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Latvja

Novartis Finland Oy,

Metsänneidonkuja 10

FIN-02130 Espoo

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Litwanja

Novartis Finland Oy,

Metsänneidonkuja 10

FIN-02130 Espoo

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Lussemburgu

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Malta

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd

Frimley Business Park,

Frimley, Camberly

GU16 7SR Surrey

United Kingdom

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Olanda

Novartis Pharma B.V.

Raapopseweg 1

6824 DP Arnhem

Nederland

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Norvegja

Novartis Norge AS

Brynsalléen 4

N-0667 Oslo

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Polonja

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Stellige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Polonja

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Portugall

Laboratório Normal

Produtos Farmacêuticos, SA

Rua do Centro Empresarial

Edifício 8 — Quinta da Beloura

P-2710-444 Sintra

Frexocel

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Portugall

Sociedade de Produtos Farmacêuticos Wander, Lda

Rua do Centro Empresarial

Edifício 8 — Quinta da Beloura

P-2710-444 Sintra

Hirzia

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Portugall

Novartis Farma, Produtos Farmacêuticos, SA

Rua do Centro Empresarial

Edifício 8 — Quinta da Beloura

P-2710-444 Sintra

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Il-Portugall

Sanabo-Produtos

Farmacêuticos, Lda.

Rua do Centro Empresarial

Edificio 8 — Quinta da Beloura

P-2710-444 Sintra

Stellige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Is-Slovakkja

Novartis s.r.o., Nagano III.

U Nákladového nádraží 10

CZ-130 00 Praha 3

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Is-Slovenja

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Frexocel

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Is-Slovenja

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Spanja

Novartis Farmacéutica SA

Gran Via de les Corts Catalanes

E-764 08013 Barcelona

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Spanja

Novartis Farmacéutica SA

Gran Via de les Corts Catalanes

E-764 08013 Barcelona

Stellige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

L-Isvezja

Novartis Sverige AB

Box 1150

S-183 11 Täby

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Ir-Renju Unit

Novartis Pharmaceuticals UK Limited

Frimley Business Park

Frimley, Camberley

Surrey GU16 7SR

United Kingdom

Lumiracoxib 100 mg tablets

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Ir-Renju Unit

Novartis Pharmaceuticals UK Limited

Frimley Business Park

Frimley, Camberley

Surrey GU16 7SR

United Kingdom

Prexige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Ir-Renju Unit

Novartis Pharmaceuticals UK Limited

Frimley Business Park

Frimley, Camberley

Surrey GU16 7SR

United Kingdom

Frexocel

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Ir-Renju Unit

Novartis Pharmaceuticals UK Limited

Frimley Business Park

Frimley, Camberley

Surrey GU16 7SR

United Kingdom

Stellige

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali

Ir-Renju Unit

Novartis Pharmaceuticals UK Limited

Frimley Business Park

Frimley, Camberley

Surrey GU16 7SR

United Kingdom

Hirzia

100 mg

Pillola miksija b'rita

Użu orali


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/23


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 104/07)

Numru XA: XA 310/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Cerkno

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Cerkno 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva ter podeželja v občini Cerkno (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 8 000

 

2008: EUR 30 000

 

2009: EUR 40 000

 

2010: EUR 40 000

 

2011: EUR 45 000

 

2012: EUR 45 000

 

2013: EUR 50 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, u sa 50 % f'żoni żvantaġġati; L-appoġġ jingħata għax-xiri ta' tagħmir u makkinarju, assi fil-produzzjoni agrikola primarja, investiment f'art agrikola u ġestjoni ta' mergħat u mogħdijiet għall-aċċess privat fuq il-farms.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali għall-investiment għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku),

sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, għall-investimenti għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali ta' assi produttivi, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % ta' l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali.

3.   Rilokazzjoni tal-bini tal-farms fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali, sakemm r-rilokazzjoni ma tinvolvix modernizzazzjoni jew twassal għal kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva,

ammonti ta' għajnuna muniċipali sa 40 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, jekk ir-rilokazzjoni twassal li l-bidwi jibbenefika minn aktar faċilitajiet moderni jew żieda fil-kapaċità produttiva.

4.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba attwalment.

6.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

servizzi ssussidjati sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tal-farm, għal servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni ġo fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri u għal servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna:: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, forestali u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Cerkno li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Cerkno

Bevkova 9

SLO-5285 Cerkno

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200790&dhid=91755

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Jurij KAVČIČ

Is-Sindku

Numru XA: XA 311/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Dobrepolje

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Sofinanciranje programov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Dobrepolje

Bażi legali: Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Dobrepolje

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 149 000

 

2008: EUR 116 000

 

2009: EUR 70 000

 

2010: EUR 71 000

 

2011: EUR 72 000

 

2012: EUR 73 000

 

2013: EUR 74 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għall-modernizzar ta' l-istabbilimenti agrikoli (għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola) u għall-ġestjoni tal-mergħat u ta' l-art agrikola

2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

investiment f'mezzi mhux produttivi sa 100 %,

sa 75 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' assi produttivi f'farms f'żoni anqas vantaġġati jew 60 % f'żoni oħra tista' tingħata għajnuna addizzjoni b'rata ta',

sa 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu tradizzjonali ta' materjali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

fejn ir-rilokazzjoni sempliċiment tikkonsisti fil-ħatt, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-bini eżistenti, sa 100 % ta' l-ispejjeż reali,

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi produttur, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta r-rilokazzjoni twassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-bidwi għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u frott u biex jiġu assigurati l-jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi reali eliġibbli.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; dan għandu jingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Forniment ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ, għas-servizzi ta' sostituzzjoni u ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni:: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar il-kofinanzjament ta' programmi għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Dobrepolje jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli,

L-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali,

L-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

L-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

L-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

L-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

L-Artikolu 15: Il-forniment ta' appoġġ tekniku

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Dobrepolje

Videm 35

SLO-1315 Videm-Dobrepolje

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200790&dhid=91758

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Janez PAVLIN

Is-Sindku

Numru XA: XA 312/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Kamnik

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Kamnik za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kamnik za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 61 594

 

2008: EUR 61 594

 

2009: EUR 62 500

 

2010: EUR 65 500

 

2011: EUR 65 500

 

2012: EUR 68 000

 

2013: EUR 68 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' l-investimenti magħmula minn bdiewa żagħżagħ sa ħames snin mid-dħul fix-xogħol.

L-għan ta' l-għajnuna huwa għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

3.   Provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn terzi partijiet u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata s-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Kamnik għall-perjodu ta' programm 2007-2013 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/iċi kkonċernat(i):: Agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Kamnik

Glavni trg 24

SLO-1240 Kamnik

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200790&dhid=91768

Tagħrif ieħor: Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Anton Tone SMOLNIKAR

Sindku

Numru XA: XA 313/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Gornja Radgona

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Gornja Radgona za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva podeželja v občini Gornja Radgona

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 23 390

 

2008: EUR 23 800

 

2009: EUR 24 000

 

2010: EUR 24 000

 

2011: EUR 24 000

 

2012: EUR 25 000

 

2013: EUR 25 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment,

biex jiġu koperti l-ispejjeż ta' l-interessi fuq is-self,

limitu ta' EUR 5 000 għall-għajnuna totali ta' investiment kull stabbiliment agrikolu.

Għajnuna għall-investiment fi stabbilimenti agrikoli għall-produzzjoni primarja jistgħu jingħataw għall-modernizzazzjoni tal-farms u tal-ġestjoni tal-mergħat jew l-art agrikola.

2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali għall-investiment fil-konservazzjoni tal-patrimonju mhux produttiv (karatteristiċi arkeoloġiċi u storiċi) li jinsab fl-istabbilimenti agrikoli,

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba għal investimenti jew ħidmiet kapitali għall-konservazzjoni ta' l-assi produttivi, bħalma huma l-bini tal-farms (fosos tal-qmuħ, xtillieri tat-tnixxif, irziezet, imqajjel, kaxxi tan-naħal eċċ.) billi kundizzjoni li l-investiment ma jsarraf għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu tradizzjonali ta' materjali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini (għall-kuntrarju ta' materjali kontemporarji normali).

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont massimu ta' għajnuna muniċipali huwa l-bqija ta' massimu ta' 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assikurazzjoni kkalkulati fil-programm nazzjonali għall-assikurazzjoni ta' l-għelejjel, il-frott u l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli li jiġġarbu.

5.   Forniment ta' l-appoġġ tekniku fl-agrikoltura:

Għajnuna mill-Istat għall-forniment ta' appoġġ tekniku fl-agrikoltura tista' tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tal-farm, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi u l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'fora, kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet u fieri.

L-għajnuna tingħata permezz ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi ma tiġix ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa mill-Istat għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Gornja Radgona jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli,

L-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali,

L-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

L-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

L-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Gornja Radgona

Partizanska 13

SLO-9250 Gornja Radgona

Indirizz elettroniku: http://www.gor-radgona.si/kijz/util/bin.php?id=2007100915030622

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu assimilati mad-diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Dragan KUJUNŽIČ

ID-Direttur ta' l-amministrazzjoni muniċipali

Numru XA: XA 314/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Gornji Petrovci

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Državne pomoči za razvoj kmetijstva in podeželja v občini Gornji Petrovci 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja kmetijstva in podeželja v občini Gornji Petrovci (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 11 000

 

2008: EUR 14 000

 

2009: EUR 17 000

 

2010: EUR 20 000

 

2011: EUR 25 000

 

2012: EUR 30 000

 

2013: EUR 35 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

L-għan ta' l-għajnuna huwa għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjum ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

3.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli legali u amministrattivi mġarrba, inklużi l-ispejjeż ta' spezzjoni.

4.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

għajnuna sa 50 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati. Hemmx ħlasijiet diretti ta' ħlas ta' flus lill-produtturi.

5.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 50 % tan-nefqa eliġibbli fl-edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri u pubblikazzjonijiet (bħal katalgi u websajts). L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni:: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata s-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna minima mill-Istat u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħrajn għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Gornji Petrovci li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001(ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) konċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Gornji Petrovci

Gornji Petrovci 31/d

SLO-9203 Petrovci

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200792&dhid=91898

Tagħrif ieħor: Il-livell tal-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Franc ŠLIHTHUBER

Is-Sindku


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/29


Avviż mill-Kummisjsoni skond il-proċedura pprovduta bl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 — Emenda ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq l-operat ta' servizzi ta' l-ajru speċifiċi fil-Portugall

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 104/08)

1.

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 (1) il-Gvern Portugiż b'seħħ mit-tletin jum wara d-data ta' dan l-avviż, iddeċida li jemenda l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq servizzi ta' l-ajru bl-iskeda fuq l-operat ta' dawn ir-rotot:

Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona,

Liżbona/Terceira/Liżbona,

Liżbona/Horta/Liżbona,

Funchal/Ponta Delgada/Funchal,

Porto/Ponta Delgada/Porto,

Liżbona/ Santa Maria/Liżbona,

Liżbona/Pico/Liżbona,

Porto/ Terceira/Porto

2.

L-obbligi ta' servizz pubbliku huma s-segwenti:

Kapaċità u kontinwità tas-servizz:

Il-kapaċità globali tat-trasport bl-ajru skedat tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq kull rotta li joffru t-trasportaturi kollha flimkien li joperaw fuq ir-rotta konċernata għandha tkun ekwivalenti, talanqas, għall-kapaċità speċifikata fl-Anness I.

Meta, fi kwalunkwe staġun ta' l-IATA, il-medja ta' postijiet mibjugħa fuq rotta partikolari tkun ogħla minn 75 %, il-kapaċità minima li għandha tingħata fl-istaġun korrispondenti li jmiss għandha tiżdied bid-differenza ta' postijiet offerti li tippermetti li tinżamm din il-medja.

Il-postijiet li jimtlew tul kampanji ta' offerti ta' tariffi promozzjonali għal residenti u studenti ma jitqiesux fil-kejl ta' dan il-limitu.

Is-servizzi ppjanati għandhom jiġu ggarantiti, talanqas, kull sena kalendarja u, minbarra fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, jistgħu jiġu sospiżi biss permezz ta' notifika minn sitt xhur qabel.

It-tnaqqis fil-kapaċità jirrikjedi l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili, u ma jistax jiġi applikat qabel ma jgħaddu sitt xhur jekk minħabba dan it-tnaqqis jirriżulta li l-kapaċità globali offruta taqa' taħt il-limitu speċifikat fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt. F'dak il-każ, l-Isititut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili għandu jagħti risposta lill-operatur fi żmien 30 jum mid-data ta' notifika.

Ħlief f'każ ta' force majeure, l-għadd ta' titjiriet ikkanċellati għal raġunijiet relatati direttament mat-trasportatur m'għandux jaqbeż it-2 % ta' l-għadd tat-titjiriet skedati għall-istaġun rilevanti, fejn b'“ikkanċellat” wieħed jifhem li kellha sseħħ titjira li fuqha kien hemm ibbukkjat talanqas post wieħed, u din ma ssirx.

F'każ ta' interruzzjoni temporanja tas-servizzi ta' l-ajru minħabba ċirkostanzi li ma kinux prevedibbli, każijiet ta' force majeure jew raġunijiet oħra, il-kapaċità programmata għandha tiżdied b'talanqas 60 % mill-mument meta s-servizzi jistgħu jerġgħu jibdew sakemm jitwarrab kompletament il-backlog kollu tat-traffiku akkumulat tul l-interruzzjoni tas-servizzi.

Jekk minħabba kundizzjonijiet ħżiena ta' temp, ir-rotot Liżbona/Horta/Liżbona u Liżbona/Pico/Liżbona jiġu kkanċellati, it-trasportaturi jistgħu, jekk iridu, jinżlu l-art fil-gżira l-aktar viċin, mnejn għall-ispejjeż tagħhom għandhom jipprovdu t-trasport mill-gżira tal-wasla lejn il-gżira fejn it-titjira inizjalment kellha tispiċċa.

Puntwalità:

Ħlief fil-każijiet ta' force majeure, dewmien ta' aktar minn 15-il minuta kkaġunat direttament mit-trasportatur m'għandux jaffettwa aktar minn 15 % tat-titjiriet.

Tip ta' ajruplani li jintużaw u l-kundizzjonijiet operattivi:

Is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani tal-ġett iċċertifikati b'mod xieraq b'kapaċità ta' millanqas 90 post, u għal servizzi operati fl-ajruporti ta' Horta u ta' Pico, it-trasportaturi għandhom josservaw il-kundizzjonijiet ippubblikati fl-“Aeronautical Information of Portugal” (AIP).

It-titjiriet bejn Funchal/Ponta Delgada/Funchal jistgħu jsiru wkoll b'inġenji ta' l-ajru turbo propellor iċċertifikati b'mod xieraq, b'kapaċità minima ta' 50 passiġġier.

Frekwenza minima:

fuq ir-rotta Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona, talanqas titjira waħda bir-ritorn kuljum, bejn 08.00 u 21.00, matul is-sena kollha; titjira waħda fil-ġimgħa tista' tingħaqad mar-rotta Liżbona/ Pico/Liżbona,

fuq ir-rotta Liżbona/Terceira/Liżbona, talanqas erba' titjiriet bir-ritorn fil-ġimgħa' bejn it-08.00 u l-21.00, fi ġranet differenti, matul is-sena kollha; titjira waħda fil-ġimgħa tista' tingħaqad mar-rotta Liżbona/ Pico/Liżbona,

fuq ir-rotta Liżbona/Horta/Liżbona, talanqas tliet titjiriet bir-ritorn fil-ġimgħa, bejn it-08.00 u l-21.00, tul is-sena kollha, mhux fi ġranet konsekuttivi,

fuq ir-rotta Funchal/Ponta Delgada/Funchal, talanqas frekwenza ta' titjira waħda bir-ritorn fil-ġimgħa, tul is-sena kollha,

fuq ir-rotta Porto/Ponta Delgada/Porto, talanqas żewġ titjiriet bir-ritorn fil-ġimgħa, tul is-sena kollha, li bejn Ottubru u Ġunju (iż-żewġ xhur inklużi) jistgħu jingħaqdu ma' Liżbona,

fuq ir-rotta Liżbona/Santa Maria/Liżbona, talanqas titjira waħda bir-ritorn fil-ġimgħa, li tista' tingħaqad mar-rotta Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona,

fuq ir-rotta Liżbona/Pico/Liżbona, talanqas titjira bir-ritorn fil-ġimgħa mis-Sibt għall-Ħadd li tista' tingħaqad mar-rotta Liżbona/ Terceira/Liżbona,

fuq ir-rotta Porto/Terceira/Porto, talanqas titjira waħda fil-ġimgħa mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru.

Fejn l-iskeda tat-titjiriet ippreżentata mit-trasportatur(i) tipprovdi għal aktar minn servizz wieħed kuljum, it-titjiriet għandhom jitħaddmu bejn is-06.30 ħin lokali fil-post tat-tluq u n-00.30 ħin lokali fil-post tal-wasla; għandu jkun hemm talanqas servizz wieħed fil-ġurnata bejn 08.00 u 21.00 u, talanqas għal tliet ġranet fil-ġimgħa, wieħed mis-servizzi għandu jitħaddem sa 14.00.

It-trasportaturi m'humiex esklużi milli joperaw titjiriet oħra f'ħinijiet oħra differenti minn dawk skedati hawn fuq, sakemm jikkonformaw mal-frekwenzi u mal-kapaċitajiet minimi stabbiliti fl-avviż tal-Kummissjoni. Din l-għażla hija soġġetta għal-limitazzjonijiet ta' operat stabbiliti bil-liġi għall-ajruporti nazzjonali.

Fuq ir-rotot Funchal/Ponta Delgada/Funchal, Liżbona/Santa Maria/Liżbona u Liżbona/Pico/Liżbona u Porto/Terceira/Porto, jekk l-iskedi ppreżentati mit-trasportatur(i) jipprovdu aktar minn servizz wieħed fil-ġimgħa, dawn għandhom jitħaddmu fi ġranet differenti. Fuq ir-rotot Liżbona/Terceira/Liżbona, Liżbona/Horta/Liżbona u Porto/Ponta Delgada/Porto, is-servizzi għandhom jitqassmu matul il-ġimgħa kollha b'mod ekwu. Jekk in-numru totali ta' servizzi offruti kull ġimgħa fuq kwalunkwe rotta partikolari mill-operaturi kollha flimkien ikun aktar minn 6 (sitta), għandu jkun hemm talanqas servizz wieħed kuljum.

It-tariffi:

1.

L-istruttura tariffarja għandha tinkludi:

(a)

Tariffa tal-klassi ekonomika bla restrizzjonijiet, firxa ta' tariffi b'livelli u kondizzjonijiet imfassla skond id-diversi setturi ta' domanda (turiżmu, negozju, merkanzija ġenerali u prodotti speċifiċi, eċċ.).

(b)

Tariffa PEX bir-ritorn ta' EUR 233 fuq titjiriet bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali, u tariffa PEX bir-ritorn ta' EUR 172 fuq titjiriet bejn l-Azores u Funchal.

(c)

Tariffa promozzjonali (soġġetta għal restrizzjonijiet) għal residenti u studenti, ekwivalent għal talanqas 10 % tal-postijiet offerti għal kull rotta, matul kull staġun ta' l-IATA, u għal numru ta' postijiet u prezzijiet fuq kull titjira, li jiġu ddefiniti mil-linja ta' l-ajru, tkun xi tkun iċ-ċifra ta' postijiet disponibbli, li jistgħu jintużaw għal klassijiet oħra tariffarji. Din it-tariffa promozzjonali tkun l-ekwivalenti ta' skont minimu ta' 30 % tat-tariffa għal resident jew għal student, u ma tistax tkun anqas minn EUR 120.

(d)

Persuni li jkunu ilhom residenti għal talanqas sitt xhur fir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores, fi gżejjer li għandhom servizz dirett mal-Portugall kontinentali jew ma' Funchal, u residenti tar-Reġjun Awtonomu ta' Madeira se jkunu intitolati għal tnaqqis ta' 33 % fuq it-tariffa pubblika tal-klassi ekonomika, bla restrizzjonijiet.

(e)

Studenti li għadhom ma qabżux is-26 sena u li r-residenza jew l-istabbiliment edukattiv tagħhom jinstab fir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores u li, rispettivament, jattendu stabbilimenti edukattivi jew jgħixu x'imkien ieħor fit-territorju nazzjonali se jkunu intitolati għal tnaqqis ta' 40 % minn fuq it-tariffa pubblika tal-klassi ekonomika, bla restrizzjonijiet.

(f)

Fil-ġranet meta ma jkunx hemm servizz dirett bejn Funchal/Ponta Delgada/Funchal, studenti li għadhom ma qabżux is-26 sena u li jivvjaġġaw lejn jew mir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores jistgħu jivvjaġġjaw via Liżbona basta jużaw l-istess trasportatur għall-partijiet kollha tal-vjaġġ. L-iskeda tat-titjira li tintgħażel m'għandhiex tippermetti waqfa f'Liżbona.

(g)

It-tariffi massimi għall-merkanzija huma deskritti fl-Anness II.

Kull trasportatur għandu jkollu l-istess struttura tariffarja għar-rotot kollha speċifikati fil-punt 1, kemm jekk il-post tat-tluq jew tal-wasla ikun Liżbona u kemm jekk ikun Porto, u għandu japplikha mingħajr diskriminazzjoni; madankollu, minn żmien għal żmien jistgħu jsiru promozzjonijiet għal titjiriet point-to-point.

It-tariffi għandhom jintwerew lill-pubbliku, kemm fil-postijiet tal-bejgħ kif ukoll fil-bankijiet taċ-check-in.

2.

Ir-residenti u l-istudenti jintalbu jħallsu l-ammonti nett li ġejjin, wara t-tnaqqis speċifikat fil-punti 1(d) u (e) hawn fuq:

(a)

EUR 194, għal residenti fir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores, għal vjaġġi bir-ritorn lejn il-Portugall kontinentali;

(b)

EUR 170, għal residenti fir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira, għal vjaġġi bir-ritorn bejn l-Azores u Funchal;

(c)

EUR 151 għal vjaġġi bir-ritorn bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali fil-każ ta' l-istudenti;

(d)

EUR 107 għal vjaġġi bir-ritorn bejn l-Azores u Funchal fil-każ ta' l-istudenti.

It-tariffi speċifikati fil-punti 1(b) u (g) u fil-punti 2(a) u (d) se jiġu riveduti kull sena, fl-1 ta' Novembru, bl-ewwel darba tkun fl-2008, abbażi tar-rata ta' l-inflazzjoni għas-sena ta' qabel, kif ippubblikata fil-“Grandes Opções do Plano” u nnotifikata sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, mill-INAC (l-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili) lit-trasportaturi li jħaddmu r-rotot ikkonċernati.

It-trasportaturi jistgħu jżidu imposta biex ipattu ta' l-ispiża addizzjonali mġarrba minħabba żidiet fil-prezz tal-fjuwil (SA); din l-imposta tiġi riveduta kull tliet xhur, billi tiġi applikata din il-formula, sa l-eqreb numru sħiħ:

SA = k x (b — 50,00)

fejn:

SA

=

Spiża addizzjonali għall-fjuwil OW (f'EUR),

k

=

0,685 x rata medja tal-kambju ta' X EUR għal kull Dollaru Amerikan għat-tliet xhur ta' qabel,

b

=

il-prezz medju għal kull barmil f'USD għat-tliet xhur ta' qabel.

It-trasportaturi jistgħu wkoll iżidu imposta ta' massimu EUR 16 u EUR 4, fir-rigward ta' servizzi ta' riservazzjoni u ta' ħruġ ta' biljetti, mill-postijiet tal-bejgħ diretti tagħhom u miċ-ċentru tas-sejħiet, rispettivament.

Ir-riservazzjoni u l-ħruġ tal-biljetti msemmija fil-punt 1(c) huma soġġetti għal taxxa ta' mhux aktar minn EUR 4, wara li tkun saret ir-riservazzjoni fiċ-ċentru tas-sejħiet jew fil-bankijiet tal-bejgħ f'ajruporti.

3.

L-Istat, skond it-termini li għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi, għandu jissussidja l-vjaġġi tar-residenti u ta' l-istudenti, dejjem jekk jiġu applikati l-kriterji u t-tariffi speċifikati fil-punti 1 u 2. Fl-2008, is-sussidju se jkun kif ġej:

EUR 105 għal kull vġaġġ bir-ritorn għar-rotot:

Liżbona/Santa Maria/Liżbona,

Liżbona/Pico/Liżbona,

Porto/ Terceira/Porto.

EUR 86 għal kull vjaġġ bir-ritorn għar-rotot:

Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona,

Liżbona/Terceira/Liżbona,

Liżbona/Horta/Liżbona,

Funchal/Ponta Delgada/Funchal,

Porto/Ponta Delgada/Porto.

L-imposti u t-tariffi għall-passiġġieri u għall-merkanzija minn jew lejn kwalunkwe ajruport fir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores mingħajr konnessjoni diretta mal-Portugall kontintentali jew Funchal għandhom ikunu identiċi ma' dawk imsemmija hawn; ir-rotot tal-passiġġieri bejn il-Portugall kontinentali u r-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores u bejn iż-żewġ Reġjuni Awtonomi għandhom ikunu limitati għal żewġ kupuni ta' titjira, i.e. wieħed għal kull direzzjoni, u r-rotot tal-passiġġieri ġewwa r-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores għandhom ikunu limitati għal:

żewġ kupuni ta' titjira (għal min m'huwiex residenti);

tliet kupuni ta' titjira (għal residenti u studenti);

għal Corvo, kupun ta' titjira addizzjonali jkun permess fil-ġranet meta ma jkun hemm l-ebda servizz.

Fil-ġranet meta gżira ma jkollhiex servizz dirett lejn il-Portugall kontinentali jew lejn Funchal, ir-residenti u l-istudenti jistgħu jitwasslu fid-destinazzjoni tagħhom billi jgħaddu minn ajruport (gateway) ta' nżul u tlugħ differenti.

Minbarra s-sussidju msemmi hawn fuq, l-Istat se jħallas ukoll l-ispiża tat-trasport ta' passiġġieri li jivvjaġġaw lejn jew minn gżejjer li m'għandhom l-ebda servizz dirett mal-Portugall kontinentali jew ma' Funchal. It-tariffi approvati mill-Gvern Reġjonali ta' l-Azores għal servizzi ġewwa r-Reġjun Awtonomu għandhom jitqiesu fil-kalkolu ta' l-ispiża tat-trasport.

Jista' jiġi stabbilit penali no-show, li ma għandux ikun ta' aktar minn 20 % tat-tariffa tal-klassi ekonomika ta' referenza rilevanti.

Dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku se japplikaw mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni ta' ftehimiet attwali bejn linji ta' l-ajru u trasportaturi oħra dwar tariffi għal servizzi minn jew lejn postijiet oħrajn għajr Liżbona, Porto u Funchal.

It-trasportaturi jistgħu jikkombinaw is-servizzi ta' l-ajru u jużaw l-istess numri tat-titjira, sakemm dan ikun ġie awtorizzat mill-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili.

Il-bejgħ tat-titjiriet

It-titjiriet għandom jinbiegħu permezz ta' sistema ta' riservar kompjuterizzata.

Kundizzjonijiet ta' trasbord:

Meta r-rotot imsemmija jitħaddmu minn trasportaturi differenti, dawn ta' l-aħħar għandhom jiftiehmu bejniethom biex iħallu lir-residenti u lill-istudenti jivvjaġġjaw minn jew lejn kwalunkwe ajruport fir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores billi jużaw trasportaturi differenti għall-partijiet differenti tal-vjaġġ tagħhom.

Servizzi tal-merkanzija u tal-posta:

Għar-rotot deskritti fil-punt 1, il-linji ta' l-ajru huma obbligati jaċċettaw merkanzija lejn u minn kwalunkwe gżira ta' l-Azores, soġġett għall-kapaċità offruta u skond it-tariffi stabbiliti fl-Anness II.

It-tariffi stabbiliti fl-Anness II jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa ta' sigurtà addizzjonali li ma taqbiżx il-EUR 0,10/kg u taxxa fuq kull kg ta' fjuwil li tkun ekwivalenti għal 2 % ta' l-ispiża addizzjonali (SA) għall-fjuwil kif definita fil-formula indikata fil-punt 2 tat-taqsima relatata mat-Tariffi.

Il-ġarr tal-merkanzija, inkluża l-posta, għandu jippermetti t-tagħbija ta' millanqas żewġ tunnellati merkanzija fuq kull titjira; il-kapaċità offruta mit-trasportatur għandha titqassam b'mod ekwu tul il-ġimgħa kollha, skond ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

30 tunnellata kuljum fuq ir-rotta Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona,

25 tunnellata f'kull jum li fih jitħaddem is-servizz minimu meħtieġ fuq ir-rotta Liżbona/Terceira/Liżbona,

2 tunnellati ta' merkanzija u posta għal kull vjaġġ bir-ritorn għandhom jinġarru kull ġimgħa fuq ir-rotta Liżbona/Pico/Liżbona.

Il-kapaċità għat-trasport ta' merkanzija u posta fuq kull titjira għandha tiġi kkalkulata permezz ta' din il-formula:

C = P — (0,75 X S X 97),

fejn:

C

=

huwa ugwali għall-kapaċità ta' merkanzija u posta, f'kg, offruta fuq titjira,

P

=

huwa l-piż totali f'kg, tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija u l-posta li jistgħu jinġarru fuq ajruplan f'settur partikolari (allowed traffic load), li jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-piż ta' l-operat (l-ajruplan, l-ekwipaġġ, il-fjuwil, l-elementi tal-catering u elementi oħra ta' operat) mill-piż massimu ċċertifikat fil-ħin tat-tluq,

S

=

huwa n-numru ta' postijiet fl-ajruplan,

0,75

=

huwa l-koeffiċjent adottat għall-fattur tat-tagħbija (load factor) ta' 75 %

97

=

huwa l-piż medju ta' passiġġier adult u l-bagalji tiegħu/tagħha (84 kg + 13 kg) kif speċifikat fl-istandard JAR-OPS 1 620.

3.

Minħabba l-importanza u l-ispeċifikazzjoni tar-rotot ikkonċernati, kif ukoll il-karatteristika eċċezzjonali tar-rekwiżiti ta' kontinwità ta' servizz, it-trasportaturi Komunitarji huma b'dan infurmati bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

it-trasportaturi li jixtiequ joperaw ir-rotot imsemmija, għandhom skond l-obbligi meħtieġa, jippreżentaw l-iskedi tat-titjiriet għal dawk ir-rotot għal sena.

Jiġu aċċettati skemi ta' code-share li f'dak il-każ l-osservazzjoni ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku dwar il-frekwenza minima għandha tiġu evalwata abbażi tat-titjiriet kollha offruti fl-iskeda kondiviża tat-titjiriet. F'dan il-każ għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti kif ġej:

(a)

trasportaturi li joffru skeda ta' titjira għal rotta waħda jew aktar taħt skema ta' code-share għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-iskeda;

(b)

trasportaturi li jiffirmaw ftehim ta' code share għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li huma responsabbli kollettivament għat-twettiq ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku u għall-konsegwenzi li jirriżultaw min-nuqqas ta' twettiq ta' dawn l-obbligi, inklużi multi amministrattivi;

(c)

fejn is-servizzi jitħaddmu taħt skema ta' code-share, meta l-biljetti jiġu riżervati, jinħarġu jew jinbiegħu u fil-bank taċ-check-in fl-ajruport, it-trasportaturi għandhom jagħrrfu lill-passiġġieri dwar liema trasportatur attwalment se jħaddem kull taqsima tal-vjaġġ.

Fi żmien tletin jum minn meta jirċievi l-iskedi tat-titjiriet u wara li jikkonsulta mat-trasportaturi, l-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili għandu jinnotifika lit-trasportaturi dwar id-deċiżjoni finali tiegħu dwar l-iskedi li ġew ippreżentati.

Meta trasportatur iħabbar li għandu l-intenzjoni li jneħħi jew ibiddel l-iskeda tat-titjira tiegħu, l-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili għandu javża lit-trasportaturi l-oħra dwar dan, u dawn jistgħu jerġgħu jifformulaw l-iskedi tat-titjiriet tagħhom fil-ġimgħatejn li jmiss.

It-trasportaturi kollha li huma detenturi ta' liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 dwar il-liċenzjar tat-trasportaturi ta' l-ajru, u ta' ċertifikat xieraq ta' l-operatur ta' l-ajru jistgħu joperaw dawn is-servizzi.

It-trasportaturi kollha li huma detenturi ta' liċenzja operattiva valida u ta' ċertifikat xieraq ta' operatur ta' l-ajru, kif speċifikat fil-paragrafu preċedenti, u li barra minhekk jilħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin jistgħu joperaw dawn is-servizzi sakemm:

(a)

ikunu ħallsu t-taxxi kollha dovuti lill-Istat Portugiż;

(b)

ikunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà kollha dovuti minnhom fil-Portugall jew fl-Istat fejn huma ċittadini jew fejn huma stabbiliti.

Minħabba n-natura partikolari ta' dawn is-servizzi, it-trasportaturi jkollhom juru li l-maġġoranza ta' l-ekwipaġġ fuq it-titjiriet ikkonċernati jitkellmu u jifhmu l-Portugiż.

It-trasportaturi jistgħu jissottokuntrattjaw lil trasportaturi oħra, b'konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti applikabbli, kull kapaċità addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' l-iskeda tat-titjira, iżda jibqgħu responsabbli li jwettqu l-obbligi tagħhom u li jimplimentaw l-iskeda.

It-trasportaturi għandhom jippreżentaw lill-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili, fil-limiti taż-żmien stipulati u separatament minn kwalunkwe skeda ta' titjira għal servizzi oħra, l-iskeda tat-titjira għal kull servizz soġġett għal dawn l-obbligi emendati ta' servizz pubbliku, filwaqt li jagħtu t-tagħrif li ġej:

(a)

ir-rotta kkonċernata;

(b)

l-istaġuni ta' l-IATA;

(c)

in-numru ta' identifikazzjoni tat-titjira;

(d)

l-iskedi tal-ħinijiet;

(e)

il-kapaċità offruta (kull xahar, jew f'termini ta' titjiriet jew f'termini ta' postijiet);

(f)

il-perjodu u l-ġranet meta s-servizz għandu jitħaddem;

(g)

it-tip ta' inġenju ta' l-ajru/l-għadd ta' postijiet/il-kapaċità ta' merkanzija;

(h)

l-arranġament tal-kabina tal-passiġġieri;

(i)

konferma bil-miktub dwar l-għarfien u l-aċċettazzjoni tal-kontinwità tal-kundizzjonijiet tas-servizz imposti bl-obbligi emendati ta' servizz pubbliku;

(j)

il-poloz ta' l-assigurazzjoni attwali jew tal-ġejjieni.

It-trasportaturi għandhom ukoll jipprovdu dettalji bil-miktub tal-prezzijiet u l-kundizzjonijiet assoċjati li għandhom jiġu applikati.

Minbarra dan għandhom jippreżentaw pjan ekonomiku u finanzjarju fil-qosor, li għandu jkun fih stima dettaljata ta' l-ispejjeż ta' l-operat tagħhom, għall-iskop tal-kalkolu tal-garanzija ta' l-operar, fil-forma ta' garanzija bankarja.

L-interruzzjoni tas-servizzi kkonċernati mingħajr l-avviż minn qabel kif ipprovdut fl-obbligi ta' servizz pubbliku deskritti hawn jew nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi twassal għal multa amministrattiva.

Jekk fi żmien 60 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, l-iskedi tat-titjiriet ippreżentati ma jikkorrispondux, bis-sħiħ, ma' volum ta' trasport bl-ajru skedat li jkun ekwivalenti talanqas għall-kapaċità speċifikata fl-Anness I, jew jekk, fi kwalunkwe ħin, il-provvista totali taqa' sa livell taħt il-limitu ta' kapaċità imsemmi mingħajr ma jkun iġġustifikat b'domanda mnaqqsa, il-Gvern Portugiż jirriżerva d-dritt li jimponi obbligi ġodda ta' servizz pubbliku, skond il-liġi.

It-trasportaturi Komunitarji huma infurmati li l-Istitut Portugiż ta' l-Avjazzjoni Ċivili se jissorvelja l-konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti.


(1)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.


ANNESS I

Kapaċità globali minima ta' postijiet

ROTTA

Sajf ta' l-IATA

Xitwa ta' l-IATA

Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona

240 000

111 900

Liżbona/S. Maria/Liżbona

8 100

5 500

Liżbona/Terceira/Liżbona

140 000

64 600

Liżbona/Horta/Liżbona

60 000

28 000

Liżbona/Pico/Liżbona

9 500

5 500

Porto/Ponta Delgada/Porto

55 000

22 500

P. Delgada/Funchal/P.Delgada

17 000

5 600

Kapaċità globali minima ta' merkanzija

(tunnellati)

ROTTA

Sajf ta' l-IATA

Xitwa ta' l-IATA

Kapaċità Addizzjonali fl-aqwa ta' l-istaġun

Liżbona/Ponta Delgada/Liżbona

14 000

7 500

 

Liżbona/S. Maria/Liżbona

 

 

 

Liżbona/Terceira/Liżbona

8 000

4 400

 

Liżbona/Horta/Liżbona

1 000

500

40

Liżbona/Pico/Liżbona

30

20

 

Porto/Ponta Delgada/Porto

 

 

 

P. Delgada/Funchal/P.Delgada

 

 

 


ANNESS II

Tariffi massimi għall-Merkanzija

(EUR)

 

Liżbona u Porto/Azores

Funchal/Azores

Minimu

8,90

8,90

Rata normali

1,07/kg

0,86/kg

Rata għal kwantità

0,94/kg

0,66/kg

Prodotti li jitħassru, bil-kwantità

0,67/kg

0,55/kg

Prodotti speċjali

0,84/kg

0,62/kg

Prodotti speċjali, bil-kwantità

0,77/kg

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/37


Sommarju tas-Sejħa għall-Proposti — EACEA/07/08

Proġetti taċ-Ċittadini

Il-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”

Azzjoni 1, Miżura 2.1

(2008/C 104/09)

1.   GĦANIJIET U DESKRIZZJONI

Din is-sejħa għall-proposti, rigward l-azzjoni 1, miżura 2.1 — Proġetti taċ-Ċittadini fi ħdan il-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” (1), hija mfassla biex tikkontribwixxi għall-indirizzar ta' sfida maġġuri ta' l-Unjoni Ewropea llum, jiġifieri kif tista' l-Unjoni Ewropea tkun iktar qrib taċ-ċittadini tagħha. Hija maħsuba biex tesplora l-metodoloġija oriġinali u innovattiva bil-potenzjal li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex tistimula d-djalogu bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.

L-għanijiet speċifiċi ta' din is-sejħa għall-proposti huma li jiġu appoġġjati l-panels taċ-ċittadini, li jippermettu biex:

(a)

tigbor l-opinjoni tac-cittadini dwar xi whud mill-isfidi principali Ewropej ghall-futur (ara t-temi);

(b)

jiġi kkonsolidat metodu għall-istimulazzjoni tad-diskussjoni u l-interazzjoni attiva bejn iċ-ċittadini fuq ċerti oqsma ta' politika ta' l-UE li jaffettwaw il-ħajja tagħhom ta' kuljum;

(c)

jinħolqu mekkaniżmi li jagħtu ċ-ċans liċ-ċittadini Ewropej jiżviluppaw kompetenzi ċiviċi, isawwru l-fehmiet u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-proċess ta' integrazzjoni Ewropew fil-forma ta' rakkomandazzjonijiet għal għal dawk li jfasslu l-politika fuq livell Ewropew;

(d)

jinkoraġġixxu d-djalogu bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet ta' l-UE, jawtorizzaw liċ-ċittadini fir-rigward tal-linji politiċi ta' l-UE u l-impatt tagħhom, u jassiguraw segwitu xieraq ta' l-opinjonijiet taċ-ċittadini mill-istituzzjonijiet ta' l-UE.

L-applikanti taħt dan il-programm huma mistiedna biex fil-proġetti tagħhom jindirizzaw mill-inqas waħda minn dawn it-temi ta' prijorità:

id-djalogu interkulturali,

żviluppi istituzzjonali ġodda: momentum ġdid għal ċittadinanza Ewropea attiva,

il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika,

l-isport għal ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali,

is-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009.

2.   Applikanti eliġibbli

Sabiex ikun eliġibbli għal għotja, l-applikant irid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

irid ikun korp pubbliku jew organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt bi status legali u b'personalità legali. Konsegwentement, persuni naturali — jiġifieri individwi — m'humiex eliġibbli,

irid ikun stabbilit f'pajjiż eliġibbli.

Proġett għandu jinvolvi organizzazzjonijiet imsieħba minn ta' l-inqas erba' pajjiżi eliġibbli differenti li ma jkunux il-pajjiż ta' l-applikant, li jissodisfaw il-kriterji ta' l-eliġibbiltà kif definiti fuq.

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

(a)

is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit;

(b)

il-Kroazja;

(c)

Wieħed jista' jikkonsulta l-informazzjoni rigward il-ftehimiet li jistabbilixxu l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi oħrajn fuq is-sit elettroniku tagħna: http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.htm

3.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit totali assenjat għall-ko-finanzjar ta' proġetti fi ħdan din is-sejħa għall-proposti huwa kkalkulat li jammonta għal madwar EUR 920 000. L-għotja mogħtija ma tistax taqbeż is-60 % ta' l-ammont totali ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett kif speċifikati fl-istima dettaljata tal-baġit. Kull għotja ser tammonta għal bejn EUR 75 000 u EUR 150 000.

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta' Diċembru 2008 u t-28 ta' Frar 2009. L-attivitajiet għandhom jintemmu qabel il-31 ta' Diċembru 2009. It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 10 xhur.

4.   Data ta' skadenza

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Aġenzija mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2008.

5.   Informazzjoni addizzjonali

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-formola ta' l-applikazzjoni u d-dokumenti kollha relatati huma disponibbli fuq il-webpage ta' l-Aġenzija (EACEA):

http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit elenkat fit-test sħiħ u jiġu sottomessi bl-użu tal-formoli pprovduti.


(1)  Referenza: Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2007-2013, li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32).


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/39


Sejħa għal proposti skond l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma għal għajnuniet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-2008

(Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1564)

(2008/C 104/10)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea qed iniedi sejħa għal proposti sabiex tingħata għajnuna lil proġetti skond il-prijoritajiet u l-għanijiet stipulati fil-programm annwali ta' ħidma għall-għajnuna fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għall-2008.

L-ammont massimu disponibbli skond din is-sejħa għal proposti, għall-2008, huwa ta' EUR 140 Miljun.

Din is-sejħa tagħlaq fl-20 ta' Ġunju 2008.

It-test komplut ta' din is-Sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/grants/proposal_en.htm


25.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 104/40


Sejħa għal proposti skond l-abbozz tal-programm multi-annwali ta' ħidma għal għajnuniet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013

(Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1561)

(2008/C 104/11)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea, qed iniedi sejħa għal proposti, skond l-abbozz tal-programm multi-annwali ta' ħidma għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, sabiex tingħata għajnuna lil:

Qasam Nru 5:

Proġett ta' Prijorità tat-TEN-T Nru 21 — It-Toroq tal-Baħar. L-ammont totali massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2008, huwa ta' EUR 20 miljun.

Qasam Nru 6:

Proġetti fil-qasam tas-Servizzi ta' Tagħrif dwar ix-Xmajjar (RIS). L-ammont totali massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2008, huwa ta' EUR 15 miljun.

Qasam Nru 7:

Proġetti fil-qasam tal-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ATM)/Taqsimiet Funzjonali ta' Spazju ta' l-Arja (FABs). L-ammont totali massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2008, huwa ta' EUR 10 miljun.

Din is-sejħa tagħlaq fl-20 ta' Ġunju 2008.

It-test komplut ta' din is-Sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/grants/proposal_en.htm