ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
4 ta' Marzu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 059/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4827 — Rio Tinto/Alcan) ( 1 )

1

2008/C 059/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4957 — Perstorp Holding/Solvay Interox (caprolactones business)) ( 1 )

1

2008/C 059/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel) ( 1 )

2

2008/C 059/04

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 059/05

Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 4,10 % fl-1 ta' Marzu 2008 — Rata tal-kambju ta' l-euro

5

2008/C 059/06

L-inkjesta tal-Kummissjoni fis-settur farmaċewtiku

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 059/07

Sejħa għall-proposti 2008 — Eżerċizzji ta' Simulazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili

7

 

Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2008/C 059/08

Avviżi ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/126/08

8

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 059/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4867 — BNP Paribas/Natixis/SLIB) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

9

2008/C 059/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5050 — Eaton/Moeller) ( 1 )

10

2008/C 059/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5085 — Platinum Equity/Delphi Steering) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

11

2008/C 059/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5009 — Randstad/Vedior) ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4827 — Rio Tinto/Alcan)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/01)

Fit-2 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4827. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4957 — Perstorp Holding/Solvay Interox (caprolactones business))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/02)

Fl-10 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4957. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/03)

Fil-11 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4968. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/3


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/04)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.1.2008

Għajnuna Nru

N 323/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Vanyera3

Il-bażi legali

Decreto Comunidad Autónoma de Canarias

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 0,95 miljun

Baġit globali: EUR 5,2 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.2008-6.2012

Setturi ekonomiċi

Il-lukandi u r-ristoranti (turiżmu)

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Gobierno de la Comunidad Autónoma de Canarias

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.12.2007

Għajnuna Nru

N 581/07

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Stödordning för sänkta socialavgifter för vissa delar av tjänstesektorn

Il-bażi legali

Förslag till lag om ändring i socialavgiftslagen (2000:980)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Impjiegi

Il-forma ta' l-għajnuna

Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

L-Estimi

Baġit annwali: SEK 4 600 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2008 — 31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizz

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Skatteverket/Swedish Tax Agency

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.1.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 725/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Schleswig-Holstein

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Verlängerung der staatlichen Beihilfe N 539/03 — Zuwendungen aus den Mitteln der Fischereiabgaben zur Erhaltung von Fischbeständen, Fischgründen und Fischereien

Bażi legali

„Richtlinie für die Gewährung von Zuwendungen aus den Mitteln der Fischereiabgaben durch das Land Schleswig-Holstein“

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna lis-settur tas-sajd

Forma ta' l-għajnuna

Għotjiet individwali

Baġit

EUR 500 000 — fis-sena

Intensità

Massimu 100 %

Tul ta' żmien

3 snin

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-settur tas-sajd

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Amt für ländliche Räume Kiel

Wischhofstr. 1-3

D-24148 Kiel

Tagħrif ieħor

Rapport annwali

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/5


Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

4,10 % fl-1 ta' Marzu 2008

Rata tal-kambju ta' l-euro (2)

It-3 ta' Marzu 2008

(2008/C 59/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5203

JPY

Yen Ġappuniż

156,79

DKK

Krona Daniża

7,4505

GBP

Lira Sterlina

0,766

SEK

Krona Żvediża

9,3655

CHF

Frank Żvizzeru

1,5787

ISK

Krona Iżlandiża

100,59

NOK

Krona Norveġiża

7,925

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,068

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

264,43

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,697

PLN

Zloty Pollakk

3,5269

RON

Leu Rumen

3,7474

SKK

Krona Slovakka

32,54

TRY

Lira Turka

1,8577

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6274

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4948

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,8328

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9065

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1185

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 440,64

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,9897

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8004

HRK

Kuna Kroata

7,2709

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 849,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,8627

PHP

Peso Filippin

61,724

RUB

Rouble Russu

36,5245

THB

Baht Tajlandiż

48,117

BRL

Real Brażiljan

2,5704

MXN

Peso Messikan

16,2915


(1)  

Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata ta' l-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/6


L-inkjesta tal-Kummissjoni fis-settur farmaċewtiku

(2008/C 59/06)

Fil-15 ta' Jannar 2008 il-Kummissjoni bdiet inkjesta taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39.514) fis-settur farmaċewtiku fil-Komunità relatata mal-introduzzjoni fis-suq ta' mediċini ġeneriċi innovattivi għall-konsum mill-bniedem It-test tad-deċiżjoni jinsab fuq il-websajt uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/7


Sejħa għall-proposti 2008 — Eżerċizzji ta' Simulazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili

(2008/C 59/07)

I.1.

L-Unità tal-Protezzjoni Ċivili tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ambjent, fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, qed tniedi Sejħa għall-Proposti bil-għan li tidentifika Eżerċizzji ta' Simulazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili li jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom li tistabilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili adottata fil-5 ta' Marzu 2007 u li taqa' taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom li tistabbilixxi Mekkaniżmu tal-Komunità għall-Protezzjoni Ċivili (riformulata) li ġiet adottata fit-8 ta' Novembru 2007. Dan l-appoġġ finanzjarju se jkun f'forma ta' għotjiet.

I.2.

L-oqsma kkonċernati, in-natura u l-kontenut ta' l-azzjonijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-finanzjament jinstabu fil-Gwida rilevanti dwar l-Applikazzjoni għall-Għotjjiet, li fiha wkoll struzzjonijiet dettaljati ta' fejn u kif tissottometti l-proposta. Il-gwida, kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-għotjiet relevanti jistgħu jitniżżlu mill-websajt Europa hawnhekk:

http://europa.eu.int/comm/environment/funding/intro_en.htm

I.3.

Il-proposti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Gwida dwar l-Applikazzjonijiet dwar l-Għotjiet sa 15 ta' Mejju 2008. Il-proposti għandhom jitwasslu bil-posta jew bil-courier privat mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2008 (l-evidenza tkun id-data ta' meta ntbagħtet, il-marka tal-posta jew id-data tal-formola tad-depożitu). Jistgħu ukoll jitwasslu personalment fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida, mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2008 fil-17.00 (l-evidenza tkun irċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli).

Proposti mibgħuta sad-data ta' skadenza ffissata, imma li jaslu għand il-Kummissjoni wara t-23 ta' Mejju 2008 (l-aħħar data tal-wasla) ma jitqisux bħala eliġibbli. Huwa d-dmir ta' l-organizzazzjoni applikanti li tiżgura li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi rrispettata din id-data ta' skadenza.

Mhumiex se jiġu aċċettati l-proposti mibgħuta bil-feks, bil-posta elettronika, l-applikazzjonijiet mhux kompluti, jew l-applikazzjonijiet mibgħuta f'diversi partijiet.

I.4

Il-proċedura għall-għoti ta' l-għotjiet hija skedata kif ġej:

il-wasla, id-dokumentazzjoni tal-wasla u l-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni;

l-istima tal-proposti mill-Kummissjoni;

id-deċiżjoni ta' l-għotja u komunikazzjoni tar-riżultat lill-applikanti.

Il-benefiċjarji se jingħażlu fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-gwida msemmija fil-punt I.2 u fil-limiti tal-baġit disponibbli.

Fl-eventwalità ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni, ikun konkluż ftehim ta' għotja (imħejji f'euro) bejn il-Kummissjoni u l-parti li tressaq il-proposta.

Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali.


Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/8


AVVIŻI TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AD/126/08

(2008/C 59/08)

L-Uffiċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal (EPSO) qed jorganizza l-konkors ġenerali EPSO/AD/126/08 għar-reklutaġġ ta' awdituri fil-grad AD5.

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat esklussivament bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż fil-Ġurnal Uffiċjali C 59 A ta' l-4 ta' Marzu 2008.

Id-dettalji sħaħ jinsabu fis-sit ta' l-internet ta' l-EPSO http://europa.eu/epso.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4867 — BNP Paribas/Natixis/SLIB)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/09)

1.

Fil-25 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża BNP Paribas (“BNPP”, Franza) u Natixis (Franza) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża Services Logiciels d'Intégration Boursière (“SLIB”,Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

BNPP: bank ta' l-investiment, Operazzjonijiet bankarji għall-konsumaturi, servizzi bankarji privati u ġestjoni ta' assi,

Natixis: bank ta' l-investiment, servizzi bankarji privati u ġestjoni ta' assi,

SLIB: application software għal swieq finanzjarji.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar dan l-operat propost.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4867 — BNP Paribas/Natixis/SLIB, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5050 — Eaton/Moeller)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/10)

1.

Fil-25 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża International Business Machines Corporation (“IBM”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Cognos Incorporated (“Cognos”, il-Kanada) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Eaton: manifattur industrijali diversifikat b'erba' unitajiet ta' impriżi prinċipali: (i) elettrika; (ii) enerġija idrawlika; (iii) trakk; u (iv) karozzi,

għal Moeller: svilupp, manifattura u bejgħ ta' komponenti u tagħmir tal-inġenjerija elettrika.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminarja l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5050 — Eaton/Moeller, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5085 — Platinum Equity/Delphi Steering)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/11)

1.

Fil-25 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biħ l-impriża Platinum Equity, LLC (“Platinum”, l-Istati Uniti) permezz ta'waħda jew iktar sussidjarji kkontrollati, takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Delphi Steering (“DS”, l-Istati Uniti) sew permezz ta' xiri ta' ishma kif ukoll ta' assi.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Platinum: l-akkwist ta' impriżi li jipprovdu servizzi u appoġġ għall-infrastruttura u s-sistemi ta' impriżi oħra,

għal DS: id-disinn u l-manifattura ta' sistemi ta' manuvrar u driveline u komponenti għall-manifatturi tal-karozzi u swieq anċillari.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5085 — Platinum Equity/Delphi Steering, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 59/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5009 — Randstad/Vedior)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 59/12)

1.

Fil-25 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Randstad Holding N.V. ('Randstad', l-Olanda) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll tal-impriża Randstad Holding N.V. ('Randstad', l-Olanda) permezz ta' sejħa għall-offerti.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Randstad: Provvista ta' servizzi ta' impieg temporanju u permanenti u servizzi oħra relatati mar-riżorsi umani fl-Ewropa, l-Istati Uniti, l-Kanada u l-Asja,

għal Vedior: Provvista ta' servizzi ta' mpieg temporanju u permanenti u servizzi oħra relatati mar-riżorsi umani fl-Ewropa, l-Istati Uniti, l-Kanada, l-Awstralja, l-Asja, l-Amerika Latina u l-Afrika.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5009 — Randstad/Vedior, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.