ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
22 ta' Settembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 223/01

Kodiċi ta' Kondotta

1

2007/C 223/02

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 211, 8.9.2007

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 223/03

Kawża C-298/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtof (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Ġunju 2007 — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs deutsche internet versicherung AG

4

2007/C 223/04

Kawża C-301/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis-26 ta' Ġunju 2007 — PAGO International GmbH vs Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH

4

2007/C 223/05

Kawża C-322/07 P: Appell imressaq fit-12 ta' Lulju 2007 minn Papierfabrik August Koehler AG kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis-26 ta' April 2007, fil-Kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

5

2007/C 223/06

Kawża C-327/07 P: Appell imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 minn Bolloré SA kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fis-26 t'April 2007 fil-kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

6

2007/C 223/07

Kawża C-334/07 P: Appell imressaq fit-18 ta' Lulju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) fit-3 ta' Mejju 2007 fil-Kawża T-357/02, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

6

2007/C 223/08

Kawża C-338/07 P: Appell imressaq fl-20 ta' Lulju 2007 minn Distribuidora Vizcaína de Papeles, S.L., kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis-26 ta' April 2007, fil-Kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

7

2007/C 223/09

Kawża C-347/07: Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

8

2007/C 223/10

Kawża C-368/07: Rikors imressaq fit-2 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

8

2007/C 223/11

Kawża C-370/07: Rikors imressaq fit -3 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

9

2007/C 223/12

Kawża C-382/07: Rikors imressaq fit-8 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

9

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2007/C 223/13

Kawża T-6/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — wheyco vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Element inċentiv — Rikors għal annullament — Att li jipproduċi effetti legali — Interess li jaġixxi — Inammissibbiltà)

10

2007/C 223/14

Kawża T-252/06 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 — Beau vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mard ikkawżat mix-xogħol — Appell manifestament inammissibbli — Appell manifestament infondat)

10

2007/C 223/15

Kawża T-415/06 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — De Smedt vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Aġenti kuntrattwali — Persuna li qabel kienet aġent awżiljarju — Talba ta' reviżjoni tal-klassifika stabbilita meta sar ir-reklutaġġ — Appell manifestament mhux fondat)

11

2007/C 223/16

Kawża T-31/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Lulju 2007 — Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Direttiva 91/414/KEE — Ammissibbiltà — Fumus boni juris — Urġenza — Bilanċ ta' l-interessi)

11

2007/C 223/17

Kawża T-263/07: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2007 — L-Estonja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

12

2007/C 223/18

Kawża T-267/07: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

12

2007/C 223/19

Kawża T-268/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Agrícola del Sureste vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

13

2007/C 223/20

Kawża T-269/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Mediterráneo Algodón vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

13

2007/C 223/21

Kawża T-270/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Devisa vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

14

2007/C 223/22

Kawża T-271/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Eurosemillas vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

14

2007/C 223/23

Kawża T-272/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Surcotton vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

14

2007/C 223/24

Kawża T-274/07: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Lulju 2007 — Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il-Kunsill

15

2007/C 223/25

Kawża T-285/07: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2007 — L-Italja vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

15

2007/C 223/26

Kawża T-287/07: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2007 — cApStAn vs Il-Kummissjoni

16

2007/C 223/27

Kawża T-293/07 P: Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Alessandro Lofaro kontra d-digriet mogħti fl-24 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi magħquda F-27/06 u F-75/06, Lofaro vs Il-Kummissjoni

16

2007/C 223/28

Kawża T-272/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 2007 — Keppenne vs Il-Kummissjoni

17

2007/C 223/29

Kawża T-411/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 2007 — Keppenne vs Il-Kummissjoni

17

2007/C 223/30

Kawża T-326/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — Rath vs L-UASI — AstraZeneca (VIXACOR)

17

2007/C 223/31

Kawża T-114/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 — Globe vs Il-Kummissjoni

17

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2007/C 223/32

Kawża F-133/06: Rikors imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

18

2007/C 223/33

Kawża F-18/07: Rikors imressaq fl-10 ta' Lulju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

18

2007/C 223/34

Kawża F-20/07: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

19

2007/C 223/35

Kawża F-21/07: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

20

2007/C 223/36

Kawża F-70/07: Rikors imressaq fit-23 ta' Lulju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

20

2007/C 223/37

Kawża F-74/07: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2007 — Stefan Meierhofer vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

21

2007/C 223/38

Kawża F-77/07: Rikors imressaq fil-31 ta' Lulju 2007 — Labate vs Il-Kummissjoni

22

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/1


Kodiċi ta' Kondotta

(2007/C 223/01)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li rat id-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħat tagħha tat-28 ta' Marzu, ta' l-24 ta' April u tat-3 ta' Lulju 2007;

Wara li rat l-Artikoli 2, 4, 6, 18 u 47 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 5 ta' l-Anness ta' l-imsemmi Statut, l-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll l-Artikoli 4 u 5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza;

Peress li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet statutorji u regolamentari applikabbli, huwa opportun li jiġu kkjarifikati f'kodiċi ta' kondotta ċerti obbligi li joħorġu mill-imsemmija dispożizzjonijiet għall-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Prim'Istanza u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

Wara li kkonsultat mal-Qorti tal-Prim'Istanza u mat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

Tiddeċiedi li tadotta l-preżenti Kodiċi ta' Kondotta:

L-Ewwel Artikolu

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Kodiċi ta' Kondotta huwa applikabbli għall-Membri u ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Prim'Istanza u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2.   Il-Membri għandhom jiddedikaw lilhom infushom kompletament għat-twettiq tal-mandat tagħhom.

3.   Il-Membri għandhom jastjenu, 'il barra mill-Qorti tal-Ġustizzja, minn kull kumment li jkun jista' jkun ta' ħsara għall-isem tajjeb tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li jista' jiġi interpretat bħala teħid ta' pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-dibattiti li jseħħu lil hinn mir-rwol istituzzjonali tagħha.

Artikolu 2

Integrità

Il-Membri m'għandhomx jaċċettaw rigali, ta' kwalunkwe natura, li jkunu jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tagħhom.

Artikolu 3

Imparzjalità

Il-Membri għandhom jevitaw kull sitwazzjoni li tkun tista' tagħti lok għal konflitt ta' interessi.

Artikolu 4

Dikjarazzjoni dwar l-interessi finanzjarji

1.   Meta jassumu l-kariga tagħhom, il-Membri għandhom jagħtu lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja dikjarazzjoni dwar l-interessi finanzjarji tagħhom.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi fformulata kif ġej: “Jiena niddikjara li l-istat tal-patrimonju tiegħi ma juri ebda interess finanzjarju tali li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tiegħi fil-qadi ta' dmirijieti”.

Artikolu 5

Attivitajiet oħra

1.   Jekk ikunu jridu jipparteċipaw f'attività esterna, il-Membri għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti li tagħha huma jkunu parti. Huma madankollu jintrabtu li jirrispettaw l-obbligu tagħhom ta' disponibbiltà sabiex jiddedikaw ruħhom kompletament għat-twettiq tal-mandat tagħhom.

2.   Il-Membri jistgħu jiġu awtorizzati jipparteċipaw fil-kuntest ta' tagħlim, ta' konferenza, ta' seminar jew ta' kollokju, filwaqt li ma jaċċettawx li jirċievu ħlas barra min-normali għalihom.

3.   Il-Membri jistgħu wkoll jiġu awtorizzati jeżerċitaw attivitajiet ta' natura xjentifika kif ukoll funzjonijiet onorarji mhux imħallsa f'fondazzjonijiet jew organiżmi simili fl-oqsma kulturali, artistiċi, socjali, sportivi jew karitattivi, u fi ħdan istituzzjonijiet ta' tagħlim jew ta' riċerka. Għal dan il-għan, huma jintrabtu li ma jeżerċitawx attivitajiet ta' amministrazzjoni tali li jikkompromettu l-indipendenza jew id-disponibbiltà tagħhom jew li jagħtu lok għal konflitti ta' interessi. B'fondazzjoni jew organiżmi simili, wieħed għandu jifhem istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' lukru, li jmexxu attivitajiet ta' utilità pubblika fl-oqsma msemmija.

Artikolu 6

Rabta tal-Membri wara t-tmiem tal-kariga tagħhom

1.   Il-Membri, wara t-tmiem tal-kariga tagħhom, jibqgħu marbuta bid-dmir ta' diskrezzjoni.

2.   Il-Membri jintrabtu li ma jipparteċipawx, wara t-tmien tal-kariga tagħhom

b'xi mod f'kawżi li kienu pendenti quddiem il-Qorti li tagħha kienu parti fil-mument tat-tmiem tal-kariga tagħhom;

b'xi mod f'kawżi marbuta b'mod dirett u manifest ma kawżi, anki dawk magħluqa, li tagħhom ikunu ħadu konjizzjoni kemm bħala Mħallef jew bħala Avukat Ġenerali;

u għal perijodu ta' tliet snin li jibda minn dakinhar

bħala rappreżentanti ta' partijiet fil-kawża, sew jekk bil-miktub, sew jekk permezz ta' trattazzjoni orali, f'kawżi li jinstemgħu quddiem il-qrati Komunitarji.

3.   L-ex Membri jistgħu jintervjenu bħala konsulent jew perit f'kawżi oħra jew jagħtu parir ġuridiku, bil-kundizzjoni madankollu li jirrispettaw l-obbligi li joħorġu mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Applikazzjoni tal-Kodiċi

1.   Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, assistit minn kumitat konsultattiv kompost mill-iktar tliet Membri anzjani fil-kariga tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiggarantixxi l-applikazzjoni tajba tal-preżenti Kodiċi ta' Kondotta.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tassigura l-osservanza u tiddeċiedi fil-każ ta' dubju, wara li tikkonsulta, skond il-każ, mal-Qorti tal-Prim'Istanza jew mat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.   Il- Kodiċi ta' Kondotta preżenti jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2007.

2.   Id-dikjarazzjoni dwar l-interessi finanzjarji tal-Membri li jkunu għadhom fil-kariga f'din id-data għandha tingħata lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja mhux iktar tard mit-30 ta' Novembru 2007.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/3


(2007/C 223/02)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 211, 8.9.2007

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 183, 4.8.2007

ĠU C 170, 21.7.2007

ĠU C 155, 7.7.2007

ĠU C 140, 23.6.2007

ĠU C 129, 9.6.2007

ĠU C 117, 26.5.2007

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtof (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Ġunju 2007 — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs deutsche internet versicherung AG

(Kawża C-298/07)

(2007/C 223/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: deutsche internet versicherung AG.

Domandi preliminari

1)

Dak li jipprovdi s-servizz huwa obbligat, skond l-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (1), li jindika, qabel kwalunkwe konklużjoni ta' kuntratt ma' dak li jirċievi s-servizz, numru tat-telefon sabiex jippermetti l-kuntatt ta' malajr u komunikazzjoni diretta u effikaċi?

2)

F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

a)

Dak li jipprovdi s-servizz għandu, qabel kwalunkwe konklużjoni ta' kuntratt ma' dak li jirċievi s-servizz, minbarra li jindika l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, joffri mezz addizzjonali ta' komunikazzjoni skond l-Artikolu 5(1)(ċ) ta' l-imsemmija direttiva?

b)

F'każ ta' risposta affermattiva: Huwa suffiċjenti sabiex jikkostitwixxi mezz addizzjonali ta' komunikazzjoni li dak li jipprovdi s-servizz jinstalla enquiry mask li permezz tagħha dak li jirċievi s-servizz jista' jindirizza permezz ta' l-Internet lil dak li jipprovdi s-servizz u dak li jipprovdi s-servizz iwieġeb għad-domanda ta' dak li jirċievi s-servizz permezz tal-posta elettronika?


(1)  ĠU L 178, p. 1.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis-26 ta' Ġunju 2007 — PAGO International GmbH vs Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH

(Kawża C-301/07)

(2007/C 223/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PAGO International GmbH.

Konvenuta: Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH.

Domandi preliminari

1)

Trade mark Komunitarja hija protetta fil-Komunità kollha bħala “trade mark [li] għandha reputazzjoni” skond l-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar 'il-quddiem l-“RTK”) (1), meta din tkun “għandha reputazzjoni” biss fi Stat Membru wieħed?

2)

F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda, trade mark li hija “magħrufa” fi Stat Membru wieħed biss hija protetta f'dan l-Istat Membru bis-saħħa ta' l-Artikolu 9(1)(ċ) ta' l-RTK, b'mod li tista' tiġi ordnata projbizzjoni limitata għal dan l-Istat l-Istat Membru?


(1)  ĠU L 11, p. 1.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/5


Appell imressaq fit-12 ta' Lulju 2007 minn Papierfabrik August Koehler AG kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis-26 ta' April 2007, fil-Kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

(Kawża C-322/07 P)

(2007/C 223/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Papierfabrik August Koehler AG (rappreżentanti: I. Brinker u S. Hirsbrunner, avukat, J. Schwarze, professur f'Università)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tas-26 ta' April 2007, Kawża T-125/02, fil-parti li tirrigwarda r-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2001, 2004/337/CE, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (każ COMP/E-1/36.212 — Karta saħħara) (1), fil-parti li tirrigwarda r-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont impost fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament għal dak mitlub fit-tienu punt, li l-kawża tiġi rrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza għal deċiżjoni skond is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

f'kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kemm quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni dan li ġej. Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza fuq l-iffissar tal-multa jiksru l-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità. Ir-rikorrenti tilmenta f'dan ir-rigward ksur sostanziali tad-dritt Komunitarju. Il-Qorti tal-Prim'Istanza assumiet b'mod żbaljat li kien irrilevanti l-fatt li din tar-rikorrenti hija impriża tal-familja, li b'differenza mill-impriżi l-oħra, hija nieqsa minn aċċess dirett għas-swieq kapitali. Minflok, il-Qorti tal-Prim'Istanza b'mod żbaljat affermat li l-impriża ma tistax tinvoka favur tagħha illegalità mwettqa favur impriżi oħra. Madankollu, ir-rikorrenti ma użatx dan l-argument. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ma evalwatx korrettament id-differenzi strutturali bejn ir-rikorrenti u l-impriżi l-oħra li lilhom ġie ikkontestat ksur. Għaldaqstant, hija għalhekk kisret il-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' proporzionalità.

Barra minn dan, il-Qorti tal-Prim'Istanza b'mod żbaljat assumiet li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur fil-perijodu qabel Ottubru 1993. Għal dan il-għan hija eżaminat il-provi b'mod insuffiċjenti, evalwathom b'mod kontradittorju u bi bdil tan-natura tagħhom, b'mod li kisret il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti hawnhekk tilmenta bl-eżistenza ta' vizzju mil-lat proċedurali. L-affermazzjonijiet li permezz tagħhom il-Qorti tal-Prim'Istanza targumenta dwar il-fatt li l-laqgħat uffiċjali ta' l-assoċjazzjoni AEMCP fil-perijodu bejn Jannar 1992 u Settembru 1993 kienu l-post fejn seħħew ftehim fuq il-prezzijiet fuq livell Ewropew huma insuffiċjenti u kontradittorji. Barra minn dan, il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat ukoll meta qieset li r-rikorrenti ħadet sehem fl-laqgħat informali fejn ġew miftiehma l-prezzijiet fuq livell nazzjonali.


(1)  GU 2004, L 115, p. 1.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/6


Appell imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 minn Bolloré SA kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fis-26 t'April 2007 fil-kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

(Kawża C-327/07 P)

(2007/C 223/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bolloré SA (rappreżentanti: C. Momège u P. Gassenbach, avukati)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet

li tiġi annullata s-sentenza kkontestata inkwantu, minn naħa, hija kisret id-drittijiet tad-difiża ta' Bollore SA u l-prinċipju tal-preżunzjoni ta' innoċenza u, min-naħa l-oħra, żnaturat il-provi sabiex tistabbilixxi t-tul ta' żmien tal-ksur;

li tingħata deċiżjoni finali fil-kawża T-109/02, b'mod konformi ma' l-Artikolu 61 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, għal dan il-għan, li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/337/KE, ta' l-20 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (kawża COMP/E-1/36.212 — Karta saħħara) (1) u safejn tikkonċerna Bolloré SA jew, f'kull każ, li titnaqqas il-multa imposta fuq Bolloré SA mill-Kummissjoni u kkonfermata mill-Qorti tal-Prim'Istanza;

fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix f'din il-kawża, li jiġu rriżervati l-ispejjeż u li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza għal eżami mill-ġdid, b'mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

fl-aħħar nett, skond l-Artikolu 69 tar-Regoli tal-Proċedura, li l-Kummissjoni tiġi ordnata tbati l-ispejjeż sostnuti kemm quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi in sostenn ta' l-appell tagħha.

Permezz ta' l-ewwel motiv tagħha, li jinkludi żewġ partijiet, hija ssostni, minn naħa, li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju fundamentali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża billi ma annullatx d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ċċitata iktar 'il fuq minkejja li tikkonkludi, fl-istess sentenza, li d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma ppermettietx lir-rikorrenti li ssir taf bl-ilment ibbażat fuq l-involviment dirett tagħha fil-ksur, u lanqas bil-fatti kkunsidrati mill-Kummissjoni in sostenn ta' dan l-ilment, b'tali mod li r-rikorrenti ma setgħetx raġjonevolment tiggarantixxi d-difiża tagħha matul il-proċedura amministrattiva.

Min-naħa l-oħra, id-drittijiet tad-difiża wkoll ġew miksura inkwantu l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-att illegali mwettaq mill-Kummissjoni ma jistax jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata inkwantu hija ma kellhiex impatt determinanti fuq id-dispożittiv ta' din id-deċiżjoni. Skond ir-rikorrenti, fil-fatt, id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet għandha rwol daqstant fundamentali fid-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni li n-nuqqas ta' osservanza tar-regoli tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet dwar l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet kellhom iwasslu, b'mod irrimedjabbli, għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, sabiex tistabbilixxi t-tul ta' żmien tal-ksur u tistabbilixxi, għaldaqstant, l-ammont tal-multa dovuta minn Bolloré, il-Qorti tal-Prim'Istanza, minn naħa, kisret il-prinċipju tal-preżunzjoni ta' innoċenza billi bbażat ruħha fuq sempliċi indizji mhux sostnuti u, min-naħa l-oħra, żnaturat il-provi relatati mal-valur attribwit lid-dikjarazzjonijiet ta' kumpannija oħra (Arjo Wiggins Appleton) u lill-allegat skop anti-kompetittiv ta' laqgħa uffiċjali ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-produtturi Ewropej tal-karta saħħara li nżammet f'Zurich fit-23 ta' Jannar 1992.


(1)  ĠU 2004, L 115, p. 1.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/6


Appell imressaq fit-18 ta' Lulju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) fit-3 ta' Mejju 2007 fil-Kawża T-357/02, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-334/07 P)

(2007/C 223/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: Kilian Gross, aġent)

Parti oħra fil-kawża: Freistaat Sachsen

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament is-sentenza kkontestata tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Mejju 2007, Kawża T-357/02, Freistaat Saschen vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

taqta' l-kawża fil-mertu billi r-rikors jiġi ddikjarat infondat;

tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta' l-appell u ta' dawk ta' l-ewwel istanza fil-kawża T-357/02.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond il-Kummissjoni s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 88(2) u (3) KE, it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 249 KE, it-tieni frażi ta' l-Artikolu 254(2) KE, l-Artikolu 3 u ss tar-regolament proċedurali kif ukoll l-Artikolu 10(1) tar-regolament dwar l-eżenzjoni għall-għajnuniet favur impriżi żgħar u medji (IŻM), peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza ttraskurat il-fatt li l-evalwazzjoni tal-leġittimità tad-deċiżjoni kkontestata (2003/226/KE) (1) kellha titwettaq esklużivament fuq il-bażi tan-normi li jinsabu fir-regolament dwar l-eżenzjoni għall-għajnuniet għall-IŻM [Regolament (KE) Nru 70/2001] (2).

Ir-regolament dwar l-eżenzjoni għall-għanuniet favur IŻM daħal fis-seħħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, u b'hekk kien applikabbli direttament peress li kien l-uniku kuntest normativ validu. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet b'mod żbaljat l-applikabbiltà tar-regolament dwar l-eżenzjoni għall-għajnuniet favur l-IŻM, għaliex qieset bi żball li l-applikazzjoni tiegħu fid-deċiżjoni kontestata kellha jkollha natura retroattiva.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 4(5) tar-regolament proċedurali [Regolament (KE) Nru 659/1999] (3), peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza injorat il-kriterji u r-rekwiżiti għat-twettiq ta' notifika.


(1)  ĠU L 91, p. 13.

(2)  ĠU L 10, p. 33.

(3)  ĠU L 83, p. 1.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/7


Appell imressaq fl-20 ta' Lulju 2007 minn Distribuidora Vizcaína de Papeles, S.L., kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis-26 ta' April 2007, fil-Kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

(Kawża C-338/07 P)

(2007/C 223/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Distribuidora Vizcaína de Papeles, S.L. (rappreżentant: E. Pérez Medrano, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

li jiġi ddikjarat li dan l-appell huwa ammissibbli u fondat,

li s-sentenza kkontestata tiġi annullata in toto jew parzjalment sa fejn din tippreġudika lir-rikorrenti, għall-motivi kollha ta' dritt ikkunsidrati jew uħud minnhom, u li mill-annullament ta' din is-sentenza jitqiesu l-konsegwenzi kollha ta' dritt li joħorġu minnha, kemm jekk jiġi deċiż espressament fil-mertu kemm jekk l-eżami ta' dan ta' l-aħħar jiġi rreferit lill-Qorti tal-Prim'Istanza,

li titneħħa jew titnaqqas il-multa imposta fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2001, 2004/337/CE, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (każ COMP/E-1/36.212 — Karta saħħara) (1), is-suġġett tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza,

li l-Kummissjoni tiġi kkundanata tbati l-ispejjeż ta' dawn l-istanzi,

li l-Kummissjoni tiġi kkundanata tbati l-ispejjeż ta' l-istanzi dwar is-sentenza kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

1)

Ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni ta' l-allegata parteċipazzjoni f'laqgħat speċifiċi ta' akkordju fis-suq Spanjol u parteċipazzjoni f'akkordju Ewropew.

2)

Ksur tal-preżunzjoni ta' innoċenza f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-ksur allegatament imwettaq permezz ta' prova indizzjarja.

3)

Ksur tad-dritt Komunitarju f'dak li jirrigwarda n-natura sproporzjonata u inġusta tal-multa fir-rigward tal-gravità, tal kalkolu u ta' l-applikazzjoni ta' attenwanti u n-nuqqas ta' motivazzjoni fl-evalwazzjoni ta' xi attenwanti.

4)

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq f'perijodu ta' żmien raġonevoli.


(1)  GU 2004, L 115, p. 1.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/8


Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-347/07)

(2007/C 223/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddeċiedi li billi r-Repubblika Taljana m'adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/41/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġene ta' l-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE (2) u 92/118/KEE (3) u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (4), jew billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, hija naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

tordna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/41/KE skada fl-1 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 157, p. 33.

(2)  ĠU L 395, p. 13.

(3)  ĠU L 62, p. 49.

(4)  ĠU L 243, p. 17.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/8


Rikors imressaq fit-2 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-368/07)

(2007/C 223/10)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, peress li ma żviluppatx u ma adottatx pjan għall-akkoljenza u t-tqandil ta' l-iskart għal kull port Taljan, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-28 ta' Diċembru 2002.


(1)  ĠU L 332, p. 81.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/9


Rikors imressaq fit -3 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-370/07)

(2007/C 223/11)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Zadra, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta' ċerti proposti mressqa fl-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 14) fil-Ftehim dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' l-Ispeċi ta' Fawna u Flora selvaġġi mhedda b'estinzjoni (CITES), fl-Aja, l-Olanda, mit-3 sal-15 ta' Ġunju 2007, u li tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż.

tordna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li n-nuqqas tad-deċiżjoni tal-Kunsill li qed tiġi kkontestata sabiex tirreferi għad-dispożizzjonijiet preċiżi tat-Trattat KE li fuqhom hija bbażata jikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali, b'mod partikolari l-obbligu li tindika r-raġunijiet kif stipulat fl-Artikolu 253.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/9


Rikors imressaq fit-8 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-382/07)

(2007/C 223/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Telles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, 2004/51/KE (1), li temenda d-direttiva 91/440/KEE, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, u, għallinqas, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, naqset mill-obbligi li għandha bis-saħħa ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex tintlaqa' d-direttiva skada fil-31 ta' Diċembru 2005.


(1)  ĠU L 164, p. 164.


Qorti tal-Prim' Istanza

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/10


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — wheyco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Element inċentiv - Rikors għal annullament - Att li jipproduċi effetti legali - Interess li jaġixxi - Inammissibbiltà’)

(2007/C 223/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: wheyco GmbH, li qabel kienet Mopro-Nord GmbH (Altentreptow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Harings u C. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross, T. Scharf u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Settembru 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru 363/2004 dwar bini ta' raffinerija tax-xorrox li tinsab f'Meckelenbourg-Pomerania tal-Punent (il-Ġermanja) (ĠU 2005, C 262, p.5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

wheyco GmbH hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 74, 25.3.2006.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/10


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 — Beau vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/06 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Mard ikkawżat mix-xogħol - Appell manifestament inammissibbli - Appell manifestament infondat’)

(2007/C 223/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Marie-Yolande Beau (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-28 ta' Ġunju 2006, Beau vs Il-Kummissjoni (F-39/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Sinjura Beau tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/11


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — De Smedt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/06 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Persuna li qabel kienet aġent awżiljarju - Talba ta' reviżjoni tal-klassifika stabbilita meta sar ir-reklutaġġ - Appell manifestament mhux fondat’)

(2007/C 223/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elisabeth De Smedt (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Vogel u R. Kechiche, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti); u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-tieni Awla) tad-19 ta' Ottubru 2006, De Smedt vs Il-Kummissjoni (F-59/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv tad-Digriet

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-sinjura Elisabeth De Smedt hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk inkorsi mill-Kummissjoni.

3)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Lulju 2007 — Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-31/07 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Direttiva 91/414/KEE - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Bilanċ ta' l-interessi’)

(2007/C 223/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Du Pont de Nemours (France) SAS (Puteaux, Franza); Du Pont Portugal — Serviços, Sociedada Unipessoal Lda (Lisbona, Il-Portugall); Du Pont Ibérica SL (Barċellona, Spanja); Du Pont de Nemours (Belgium) BVBA (Mechelen, il-Belġju); Du Pont de Nemours Italiana Srl (Milan, L-Italja); Du Pont De Nemours (Nederland) BV (Dordrecht, L-Olanda); Du Pont de Nemours (Deutschland) GmbH (Bad Homburg vor der Höhe, Il-Ġermanja); DuPont CZ s.r.o. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka); DuPont Magyarország Kereskedelmi kft (Budaors, L-Ungerija); DuPont Poland sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); DuPont Romania Srl (Bukarest, Ir-Rumanija); DuPont (UK) Ltd (Herts, Ir-Renju Unit); Dy-Pont Agkro Ellas AE (Halandri, Il-Greċja); DuPont International Operations SARL (Grand Saconnex, L-Iżvizzera); u DuPont Solutions (France) SAS (Puteaux) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għas-sospensjoni ta' uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/133/KE, tal-11 ta' Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex jiġi inkluż il-flusilazole bħala sustanza attiva (ĠU L 349, p. 27)

Dispożittiv

1)

L-iskadenza ta' l-inklużjoni tal-flusilazole fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, stabbilita għat-30 ta' Ġunju 2008 mill-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/133/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 91/414 sabiex jiġi inkluż il-flusilazole bħala sustanza attiva, hija sospiża sakemm tingħata s-sentenza fil-proċedimenti prinċipali.

2)

Id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, wara reviżjoni, l-awtorizzazzjoni mogħtija għall-prodotti li jikkontjenu l-flusilazole, stabbilita għat-30 ta' Ġunju 2008 mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2006/133, hija sospiża sakemm tingħata s-sentenza fil-proċedimenti prinċipali.

3)

Ir-restrizzjoni prevista fil-parti A tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' l-Anness tad-Direttiva 2006/133 dwar it-tipi ta' prodotti tar-raba' li fuqhom l-użu tal-flusilazole jista' jiġi awtorizzat mill-Istati Membri, jiġifieri ċ-ċereali (barra mir-ross), il-qamħirrum, iż-żerriegħa tal-kolza u l-pitravi taz-zokkor, hija sospiża sakemm tingħata s-sentenza fil-proċedimenti prinċipali.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/12


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2007 — L-Estonja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-263/07)

(2007/C 223/17)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Eesti Vabariik (rappreżentant: Lembit Uibo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-4 ta' Mejju 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjonijiet tal-gassijiet serra, innotifikat mill-Kummissjoni skond id-direttiva tal-Parlament Ewropew (1) u tal-Kunsill 2003/87/KE

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjonijiet tal-gassijiet serra, innotifikat mill-Estonja skond id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, għandha tiġi annullata għal dawn ir-raġunijiet:

ksur ta' l-Artikolu 9 (1) u (3) u ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/87/KE kif ukoll eċċess ta' setgħa li ġejja mill-istess;

żball manifest ta' evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-informazzjoni t-tajba aċċessibbli għaliha, iżda bbażat ruħha fuq preżupposti żbaljati li direttament u essenzjalment influwixxew fuq l-eżitu miksub bid-deċiżjoni kontroversa kif ukoll fuq id-definizzjoni ġenerali tal-kwoti ta' emissjoni;

ksur ta' l-Artikolu 175(2)(d) KE peress li l-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza li tadotta miżuri li essenzjalment jinfluwenzaw l-għażla ta' l-Istati Membri minn fost il-varji sorsi ta' enerġija kif ukoll l-istruttura ġenerali tagħhom ta' provvista enerġetika;

ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba peress li l-Kummissjoni ma adottatx id-deċiżjoni billi evalwat iċ-ċirkustanzi kollha ta' fatt u potenzjali tas-sitwazzjonijiet waħedhom, u lanqas ma vverifikat jekk kinux għal kollox veri l-preżupposti li jistgħu jintużaw fl-adozzjoni tad-deċiżjoni;

ksur ta' l-obblligu ta' motivazzjoni


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE tal-Kunsill (ĠU L 245 tal-25 ta' Ottubru 2003, p. 32).


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/12


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/07)

(2007/C 223/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello u S. Fiorentino, Avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 1901 tas-27.04.2007, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati membri għas-sena finanzjarja 2006, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, fil-parti li fiha titfa' fuq ir-Repubblika Taljana, sa 50 % skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Nru 1290/2005, ir-reponsabbiltà finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru ta' dħul fil-każijiet ta' irregolaritajiet jew negliġenza kkunsidrati fil-preżenti rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-gvern Taljan ikkontesta quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 1901 tas-27.04.2007, innotifikata fl-istess data, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati membri għas-sena finanzjarja 2006, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, fil-parti li fiha titfa' fuq ir-Repubblika Taljana, sa 50 % skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Nru 1290/2005, ir-reponsabbiltà finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru ta' dħul fil-każijiet ta' irregolaritajiet jew negliġenza.

In sostenn tal-kontestazzjoni l-gvern Taljan semma l-inklużjoni, fid-deċiżjoni, ta' każijiet li l-Kummissjoni kellha, b'diliġenza u fi żmien raġonevoli, espressament taqta' qabel, b'imputazzjoni integrali lill-FAEGG. Dan ukoll fid-dawl tal-fatt li, għal diversi minn dawn il-każijiet, kien hemm pożizzjoni favorevoli tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

Il-gvern Taljan, għaldaqstant, ressaq dawn il-motivi fir-rikors:

a)

ksur u/jew applikazzjoni falza ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91, kif ukoll ta' l-Artikolu 8 tar-regolament (KE) Nru 1663/95. Ksur ta' l-Artikolu 253 KE fil-forma tal-vizzju ta' motivazzjoni;

b)

ksur u/jew applikazzjoni falza ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 729/70 u (KE) Nru 1258/99. Ksur ta' l-Artikolu 253 KE fil-forma tal-vizzju ta' motivazzjoni;

c)

ksur u/jew applikazzjoni falza ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 u ta' l-Artikolu 8 tar-regolament (KE) nru 1663/95 kif ukoll ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 729/70 u (KE) Nru 1258/99 (fil-każijiet ta' ammonti inqas minn EUR 500 000,00). Ksur ta' l-Artikolu 253 KE fil-forma tal-vizzju ta' motivazzjoni (fil-każijiet ta' ammonti inqas minn EUR 500 000,00).


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/13


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Agrícola del Sureste vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/07)

(2007/C 223/19)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: S. Coop. Agrícola del Sureste (Murcia, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens għad-danni, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 142 585;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/13


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Mediterráneo Algodón vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/07)

(2007/C 223/20)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mediterráneo Algodón, SA (Sivilja, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens għad-danni, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 3 273 147;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/14


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Devisa vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/07)

(2007/C 223/21)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Nueva Demotadora Sevillana, SA (Sivilja, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens għad-danni, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 2 385 571;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/14


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Eurosemillas vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-271/07)

(2007/C 223/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eurosemillas, SA (Cordoba, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens għad-danni, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 2 661 427;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/14


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Surcotton vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-272/07)

(2007/C 223/23)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Surcotton, SA (Cordoba, Spanja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens għad-danni, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 734 027;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/15


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Lulju 2007 — Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il-Kunsill

(Kawża T-274/07)

(2007/C 223/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

li jiġu annullati l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta' April 2007, safejn jikkonċernaw ir-rikorrenti; u

li l-Kunsill jiġi ordnat ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, li timmanifattura twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ u l-partijiet tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta' April 2007, li jistabbilixxi dazju definittiv kontra d-dumping u li jimponi definittivament id-dazju provviżorju stabbilit fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u milll-Ukraina (1) safejn jikkonċerna r-rikorrenti.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, l-ewwel nett, issostni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament Bażiku (2) peress li l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal miżuri kontra d-dumping lill-Kunsill ibbażata fuq evalwazzjoni żbaljata li r-rikorrenti ma ssoddisfatx il-kriterji għall-istatus ta' ekonomija tas-suq, imsemmija fl-Artikolu 2(7)(ċ).

It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament Bażiku u d-dritt għal smigħ peress li r-rikorrenti ngħatat sitt ijiem biss sabiex twieġeb għall-ittra finali riveduta ta' żvelar ta' l-informazzjoni tal-Kummissjoni.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku billi naqsu milli ma kkunsidrawx b'mod xieraq l-impenn fil-prezz offrut mir-rikorrenti.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità kisru l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Bażiku billi ma żvelawx l-identità ta' min għamel l-ilment li ta bidu għall-investigazzjoni li tat lok għar-regolament ikkontestat.


(1)  ĠU 2007 L 109, p. 12.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l- importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996 L 56, p. 1).


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/15


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2007 — L-Italja vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/07)

(2007/C 223/25)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/95/07 intiż sabiex tiġi stabbilita lista għar-reklutaġġ ta' 20 post ta' Amministratur (AD 5) fil-qasam tax-xjenza ta' l-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni), ippubblikat biss fl-edizzjonijiet tal- Gurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea tal-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża, tat-8 ta' Mejju 2007, Numru C 103 A.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-156/07, Spanja vs Il-Kummissjoni.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/16


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2007 — cApStAn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/07)

(2007/C 223/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: cApStAn Sprl (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: J. Bublot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Mejju 2007, li tiċħad l-offerta li hija ppreżentat fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti “Post-editing services PER 2007” (1) minħabba nuqqas ta' provi ta' esperjenza f'dan il-qasam.

In sostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni ta' l-offerta tagħha peress li s-sejħa għal offerti kienet tikkonċerna preċiżament il-qasam ta' attività tagħha, ħaġa li r-rikorrenti tallega li indikat b'mod ċar fl-offerta tagħha. Hija tindika wkoll li hija kienet diġà ngħatat kuntratt pubbliku f'dan il-qasam mingħand il-Kummissjoni u li qatt ma tqajmu oġġezzjonijiet dwar is-servizzi mogħtija taħt dak il-kuntratt.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq motivi manifestament żbaljati u li dan l-iżball jammonta għal nuqqas ta' motivazzjoni.


(1)  ĠU 2007/S 21-023949.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/16


Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Alessandro Lofaro kontra d-digriet mogħti fl-24 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi magħquda F-27/06 u F-75/06, Lofaro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/07 P)

(2007/C 223/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Lofaro (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentant: J.-L. Laffineur, avocat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

li l-appell jiġi ddikjarat ammissibbli u fondat u, konsegwentement,

li jiġi annullat id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi F-27/06 u F-75/06 mogħti fl-24 ta' Mejju 2007;

li l-kawża tiġi deċiża u li jintlaqa' r-rikors oriġinali tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-appell tiegħu, ir-rikorrent jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji fid-dritt fl-interpretazzjoni tiegħu ta' l-Artikolu 90(2) tar-Regolament tal-Persunal, u b'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda t-terminu previst għat-tressiq ta' l-ilment u d-data applikabbli għall-iskadenza ta' dan it-terminu. Ir-rikorrent isostni li l-interpretazzjoni magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipji ta' ċertezza legali, ta' non-diskriminazzjoni u ta' proporzjonalità, kif ukoll id-drittijiet tar-rikorrent. Barra minn hekk, huwa jsostni li t-Tribunal ma weġibx għall-motivi kollha mqajma minnu fl-appell u li minħabba dan, id-digriet huwa vvizzjat b'difett ta' motivazzjoni li hija insuffiċjenti u żbaljata.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 2007 — Keppenne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-272/04) (1)

(2007/C 223/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 273, 6.11.2004.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 2007 — Keppenne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/04) (1)

(2007/C 223/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — Rath vs L-UASI — AstraZeneca (VIXACOR)

(Kawża T-326/05) (1)

(2007/C 223/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 281, 12.11.2005.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 — Globe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/06) (1)

(2007/C 223/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/18


Rikors imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/06)

(2007/C 223/32)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja ) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tal-31 ta' Awwissu 2005 li biha r-rikorrent talab lill-Awtorità tal-Ħatra (AĦ) sabiex jirkupra l-pussess tal-beni tiegħu, li kienu jinsabu fil-post ta' servizz li kien ingħatalu f'dak iż-żmien fl-Angola u li l-Kummissjoni kienet preċedentement ħadet pussess tagħhom sine titulo;

tiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' l-AĦ ta' l-20 ta' Lulju 2006, li biha ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenuta sabiex ir-rikorrent jirkupura mill-ġdid fil-pussess il-beni tiegħu;

tordna lill-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 1 000 000, jew kull somma oħra li l-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li hija ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-dannu li r-rikorrent ssubixxa minħabba d-deċiżjoni kkontestata, mid-data tat-talba tal-31 ta' Awwissu 2005 jew, sussidjarjament, mid-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni kkontestata, sa llum;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, għal kull ġurnata bejn illum u dik li fiha kull deċiżjoni inerenti mat-talba milqugħa, in toto u mingħajr eċċezzjoni tal-31 ta' Awwissu 2005 titwettaq mill-konvenuta, is-somma ta' EUR 300, jiġifieri s-somma li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li hija ġusta u ekwa, li għandha titħallas mill-ewwel ġuranta ta' kull xahar fir-rigward tad-drittijiet tiegħu fix-xahar ta' qabel, bħala kumpens għad-dannu submit mid-deċiżjoni kkontestata u l-mgħoddija taż-żmien immedjatament kif imsemmi iktar 'il fuq.

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent iżid, in sostenn ta' l-argumenti tiegħu, it-tliet motivi segwenti ta' rikors:

1)

nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas ta' loġika, inkoerenza, konfużjoni u natura ta' pretest tar-raġunijiet mogħtija mill-konvenuta;

2)

ksur tal-liġi ta' natura gravi evidenti u manifesta;

3)

ksur ta' l-obbligu ta' premura u dak ta' amministrazzjoni tajba.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/18


Rikors imressaq fl-10 ta' Lulju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/07)

(2007/C 223/33)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2005 li ħarġet mill-Iskema Konġunta ta' l-Assigurazzjoni kontra l-Mard tal-konvenuta, li peremzz tagħha l-konvenuta ċaħdet it-talba tal-11 ta' Ottubru 2005, imressqa mir-rikorrent sabiex, skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal ta'l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u skond il-leġiżlazzjoni relatata mal-kopertura tar-riskji ta' mard ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jiġi rikonoxxut li kien milqut minn marda gravi;

tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta' Novembru 2006, rif. ADMIN.B.2/MB/nb D(06) 27556, li permezz tagħha, u parzjalment in kwantu, ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent tat-23 ta' Awwissu 2006 u għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

tiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, tannulla, safejn huwa neċessarju u sakemm dan jeżisti materjalment, ħaġa li mhijiex ċerta rebus sic stantibus, l-allegat parir tal-kunsill tat-tobba li jinsab fin-nota tat-30 ta' Novembru 2006, li r-rikorrent ma kien infurmat xejn dwaru;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent iżid, in sostenn ta' l-argumenti tiegħu, it-tliet motivi segwenti ta' rikors:

1)

nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas ta' loġika, inkoerenza, tawtoloġija, konfużjoni, nuqqas ta' investigazzjoni u n-natura ta' pretest tar-raġunijiet mogħtija mill-konvenuta;

2)

żball manifest ta' evalwazzjoni u ksur tal-liġi;

3)

ksur ta' l-obbligu ta' premura u dak ta' amministrazzjoni tajba.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/07)

(2007/C 223/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (Rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tal-31 ta' Marzu 2006 u mibgħuta fl-4 ta' April 2006, inkwantu din id-deċiżjoni tikkonċerna t-talba mressqa mir-rikorrent sabiex, fid-determinazzjoni u fl-għoti sussegwenti tar-rimbors relattiv għal viżta medika magħmula fit-28 ta' Settembru 2005, ikun applikat il-punt 4 ta' l-Artikolu XV ta' l-Anness I tar-Regoli dwar l-assigurazzjoni tal-mard għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem: ir-“Regoli”);

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-31 ta' Marzu 2006;

tannulla, safejn meħtieġ, il-kalkolu nru 58, lista nru 30001052, ta' l-24 ta' Mejju 2006;

tannulla, safejn meħtieġ, in-nota ADMIN.B.2/MB/nb D(06) 27556 tat-30 ta' Novembru 2006, li tikkontjeni, inter alia, id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra b'risposta għat-talba tas-7 ta' Awwissu 2006 u li għandha essenzjalment l-istess għan bħal dan ir-rikors;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala rimbors tas-somma addizzjonali meħtieġa biex tammonta għar-rimbors ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi sostnuti minnu u li huwa talab ir-rimbors tagħha mill-Iskema Komuni permezz tat-talba tal-31 ta' Marzu 2006, id-differenza bejn is-somma ta' EUR 720,45 imħallsa mir-rikorrent u dik ta' EUR 396,36 li tħallset lura lilu, jew dik is-somma inferjuri li t-Tribunal jidhirlu li hija ġusta u ekwa, bl-imgħaxijiet mit-8 ta' April 2006, b'rata ta' 10 % kull sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, jew bir-rata bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal jidhirlu li huma ġusti;

tordna lill-konvenuta, safejn meħtieġ, sabiex tħallas lir-rikorrent l-ammont dovut u mhux imħallas lilu, għall-finijiet u effetti tal-punt 4 ta' l-Artikolu XV ta' l-Anness I tar-Regoli, fir-rigward tal-viżta mwettqa fit-28 ta' Settembru 2005, bl-imgħaxijiet mill-4 ta' April 2006, b'rata ta' 10 % kull sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, jew bir-rata bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal jidhirlu li huma ġusti;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors tressaq minħabba ċ-ċaħda min-naħa tal-konvenuta li tirrimborsa lir-rikorrent is-somma addizzjonali meħtieġa biex tammonta għar-rimbors ta' 100 % ta' ċerti spejjeż mediċi li huwa sostna u li tapplika, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rimbors fir-rigward ta' viżta medika mwettqa fit-28 ta' Settembru 2005, il-punt 4 ta' l-Artikolu XV ta' l-anness I tar-Regoli dwar l-assigurazzjoni tal-mard għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

In sostenn ta' l-argumenti tiegħu, ir-rikorrent iressaq it-tliet motivi segwenti:

1)

nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas assolut ta' investigazzjoni, inkwantu ma jistax jiġi mifhum għaliex il-konvenuta caħdet it-talbiet fuq imsemmija tar-rikorrent;

2)

żball manifest ta' evalwazzjoni u ksur tal-liġi, billi l-kundizzjoni patoloġika tar-rikorrent kienet ta' natura li tagħti lok, għall-finijiet u effetti ta' l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, għad-dritt għar-rimbors ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi;

3)

ksur tad-dmir ta' premura u ta' dak ta' amministrazzjoni tajba, billi l-konvenuta naqset milli tieħu debitament in kunsiderazzjoni l-interessi tar-rikorrent u wettqet numru ta' atti u fatti relatati li huma serjament illegali.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/20


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/07)

(2007/C 223/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (Rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita (aktar 'il quddiem:id-“deċiżjoni kkuntestata”) li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tat-30 ta' Diċembru 2005, li r-rikorrenti għamel fis-17 ta' Jannar 2006;

jannulla, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra tal-15 ta' Novembru 2006 li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni kkuntestata

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent il-kumpens mitlub permezz tat-talba tat-30 ta' Diċembru 2005, jiġifieri s-somma ta' EUR 100 000, jew dik is-somma akbar jew anqas li t-Tribunal jidhirlu li hija ġusta u ekwa;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent il-somma ulterjuri ta' EUR 50 000, jew dik is-somma akbar jew anqas li t-Tribunal jidhirlu li hija ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-danni sostnuti wara d-data ta' l-imsemmija talba;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-interessi għad-dewmien, ikkalkolati bir-rata ta' 10 % fis-sena, bil-kapitalizzazzjoni ta' darba fis-sena li jibdew jiddekorru mid-data tat-talba tat-30 ta' Diċembru 2005 sal-ħlas, u b'mod aktar ġenerali, sat-tneħħija totali ta' l-imsemmija ilmenti, jew inkella mid-dies a quo li t-Tribunal jidhirlu ġusti u ekwi, fuq is-somma ta' EUR 100 000, jew fuq dik is-somma akbar jew anqas li t-Tribunal jidhirlu li hija ġusta u ekwa;

jikkundanna lill-konvenuta li tipproċedi, mingħajr l-ebda dewmien ieħor, għal-qerda materjali ta' l-oriġinali u tal-kopji kollha tan-nota ta' l-20 ta' Frar 2001, prot. 951883, kif ukoll tan-nota tal-15 ta' Novembru 2006, kif ukoll, fl-aħħar nett, jekk teżisti, ta' l-ittra ta' l-20 ta' Lulju 2006 li għaliha l-konvenuta tirreferi fin-nota tal-15 ta' Novembru 2006;

jikkundanna lill-konvenuta tinnotifika lir-rikorrent li tkun seħħet il-qerda materjali, fejn tispeċifika ad substantiam, fir-rigward ta' kull att meqrud, il-post li fiħ kien jinsab qabel id-qerda materjali u ċ-ċirkostanzi kollha ta' ħin, ta' post u ta' azzjoni tal-qerda materjali, b'mod partikolari d-data, il-post u l-aġent esekuttiv.

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 100, jew dik is-somma akbar jew anqas li t-Tribunal jidhirlu li hija ġusta u ekwa, għall-kull ġurnata ta' dewmien fil-qerda materjali, li tibda tiddekorri mid-data tal-ħruġ tas-sentenza sakemm ir-rikorrent jiġi effettivament innotifikat li seħħet tali qerda materjali, li titħallas fl-ewwel ġurnata tax-xahar fir-rigward tad-drittijiet miksuba abbażi ta' dan l-intitolament minn dak preċedenti

jikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti għandu l-oriġini tiegħu f'xi dikjarazzjonijiet li allegatament jinsabu f'xi noti li jemanaw mill-konvenuta, li minnhom ir-rikorrent isostni li jirriżultaw atti, fatti, u komportamenti illegali inerenti fl-ipproċessar ta' data sensittiva li tirrigwarda l-persuna tiegħu.

In sostenn ta' l-argumenti tiegħu, ir-rikorrent jressaq it-tliet motivi li ġejjin:

1.

nuqqas ta' motivazzjoni, peress li, minn-naħa, it-talba tar-rikorrent ġiet miċħuda b'mod impliċitu biss u, min-naħa l-oħra, il-motivazzjoni mogħtija mill-konvenuta fin-nota tal-15 ta' Novembru ma kinitx xierqa, kienet illoġika u fittizja.

2.

ksur ta' liġi, peress li jeżistu l-kundizzjonijiet sabiex jiġi magħruf lir-rikorrent id-dritt għal kumpens għad-dannu imsemmi fit-talba tat-30 ta' Diċembru 2005, jiġifieri: l-illegalità ta' l-atti, l-fatti u l-aġir mwettqa mill-konvenuta; id-danni sostnuti mir-rikorrent; in-ness kawżali bejn id-dannu li dwaru sar l-ilment u l-aġir ikkontestat.

3.

ksur tad-dmir tal-premura u ta' dak ta' amministrazzjoni tajba, minħabba li l-konvenuta naqset milli tieħu debitament in konsiderazzjoni l-interessi tar-rikorrent u ħolqot numru ta' atti u fatti konnessi li, minħabba l-illegalità gravi tagħhom u t-tul ta' żmien konsiderevoli li matulu ġew kommessi, jikkonstitwixxu vjolazzjoni ta' l-imsemmija dmirijiet.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/20


Rikors imressaq fit-23 ta' Lulju 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/07)

(2007/C 223/36)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), irrispettivament mill-forma tagħha, li permezz tagħha il-Kummissjoni ċaħdet it-talba mressqa fit-22 ta' Ġunju 2006, li permezz tagħha r-rikorrent talab lill-Kummissjoni tħallsu lura l-parti ta' l-ispejjeż sostnuti minnu fil-kawża T-176/04 (1), Marcuccio vs Il-Kummissjoni, quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, li fiha l-konvenuta kienet ġiet ikkundannata b'digriet tas-6 ta' Marzu 2006;

tannulla d-deċiżjoni, safejn ikun meħtieġ, irrispettivament mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 6 347,67, flimkien ma' l-imgħax għad-dewmien u ta' l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' 10 % fis-sena b'kapitalizzazzjoni annwali, minn meta saret it-talba tat-22 ta' Ġunju 2006 sa llum, bħala kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 1 000, bħala kumpens tat-telf ta' possibbiltajiet li huwa seta' jutilizza jekk kien ingħata fil-ħin stipulat is-somma mhux imħallsa;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, pro bono et ex aequo, is-somma ta' EUR 3 000, jiġifieri s-somma li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li hija ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-dannu morali u eżistenzjali subit mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, għal kull ġurnata bejn illum u dik li fiha kull deċiżjoni inerenti mat-talba milqugħa, in toto u mingħajr eċċezzjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 titwettaq mill-konvenuta, is-somma ta' EUR 2, jiġifieri s-somma li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li hija ġusta u ekwa, li għandha titħallas mill-ewwel ġurnata ta' kull xahar fir-rigward tad-drittijiet tiegħu fix-xahar ta' qabel, bħala kumpens għad-dannu subit minħabba dewmien fit-twettiq tad-deċiżjoni li tilqa' t-talba;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent iressaq, in sostenn ta' l-argumenti tiegħu, tliet motivi: 1) in-nuqqas assolut ta' motivazzjoni; 2) ksur tad-dritt; 3) il-ksur ta' l-obbligu ta' premura u dak ta' l-amministrazzjoni tajba.


(1)  ĠU C 121, 20.5.2006, p. 12. minħabba żball materjali r-rikorrenti tagħmel riferenza għall-kawża T-176/03 minflok il-kawża T-176/04.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/21


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2007 — Stefan Meierhofer vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-74/07)

(2007/C 223/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Meierhofer (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-G. Schiessl, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 fir-rigward tar-rikorrent,

tannulla d-deċiżjoni fuq il-kontestazzjoni tal-konvenuta tad-19 ta' Ġunju 2007,

tordna lill-konvenuta twettaq evalwazzjoni ġdida ta' l-eżami orali sostnut mir-rikorrent fid-29 ta' Marzu 2007, u tieħu in kunsiderazzjoni l-kriterji ta' eżami fis-seħħ,

tordna lill-konvenuta tagħti deċiżjoni ġdida dwar l-iskrizzjoni tar-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-proċedura Komunitarja ta' selezzjoni tal-persunal AD/26/05, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni r-riżultat il-ġdid ta' l-eżami,

tordna lill-konvenuta tagħti motivazzjoni tad-deċiżjonijiet il-ġodda li għandhom jittieħdu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent ħa sehem fil-proċedura Komunitarja ta' selezzjoni tal-persunal AD/26/05 (Uffiċjal AD5). Wara l-eżamijiet, il-bord tal-konkors informa lir-rikorrent li ma setax jitniżżel fil-lista ta' riżerva minħabba li ma kisibx punti biżżejjed.

Ir-rikors huwa indirizzat kontra n-nuqqas ta' motivazzjoni għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tniżżilx lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva, kif ukoll kontra xi vizzji ta' proċedura li seħħew matul l-eżami orali.


22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/22


Rikors imressaq fil-31 ta' Lulju 2007 — Labate vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/07)

(2007/C 223/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kay Labate (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentant: I.S. Forrester, Queen's Counsel)

Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2006 u tat-18 ta' Ottubru 2004,

tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti l-ammonti stabbiliti mill-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem, ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Artikolu 9 tar-Regoli Komuni dwar l-Assigurazzjoni ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-riskji ta' inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol (iktar 'il quddiem, ir-“Regoli dwar l-Assigurazzjoni”),

tordna kull rimedju ieħor jew ulterjuri li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis xieraq,

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, is-Sinjura Kay Labate, armla ta' Mario Labate li kien uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, f'isimha stess u f'isem il-patrimonju ta' żewġha, tikkontesta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw ir-rikonoxximent tal-kanċer tal-pulmun ta' żewġha bħala marda kkaġunata mix-xogħol.

Is-Sur Labate kien uffiċjal tal-Kummissjoni għal 29 sena, matul liema perijodu huwa kien espost, skond ir-rikorrenti, għal ammont kbir ta' duħħan mit-tipjip ta' ħaddieħor. Huwa kien ġie ddikjarat invalidu b'mod permanenti wara li ġie identifikat il-kanċer tal-pulmun li sussegwentement wassal għal mewtu. Huwa kien talab sabiex il-marda tiegħu tiġi rrikonoxxuta bħala marda kkaġunata mix-xogħol. Filwaqt li tirrikonoxxi l-espożizzjoni tas-Sur Labate għad-duħħan mit-tipjip ta' ħaddieħor u ma sabet l-ebda kawża oħra għall-kanċer tal-pulmun tiegħu, madankollu, fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Mediku madankollu qal fid-deċiżjoni tiegħu li ma setax jistabbilixxi b'ċertezza l-konnessjoni ma' l-attivitajiet professjonali tiegħu. B'hekk il-Kummissjoni rrifjutat it-talba, abbażi tad-deċiżjoni tal-Kumitat Mediku li l-konnessjoni bejn il-marda u l-attivitajiet professjonali tas-Sur Labate ma kinitx ġiet stabbilita b'mod suffiċjenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet żball fid-dritt meta kkonkludiet li l-kanċer tas-Sur Labate mhuwiex kopert mill-Artikolu 73 tar-Regoli tal-Persunal. Hija tgħid li l-livell ta' “ċertezza” użat mill-Kumitat Mediku huwa riġidu b'mod irraġonevoli u jmur kontra l-ġurisprudenza.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kumitat Mediku naqas milli jindirizza l-possibbiltà li d-duħħan tat-tipjip ta' ħaddieħor li kien espost għalih is-Sur Labate seta' aggrava l-kanċer tiegħu, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regoli dwar l-Assigurazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni naqset milli tindirizza l-kwistjoni li għalkemm id-duħħan mit-tipjip ta' ħaddieħor mhuwiex imniżżel f'dak l-Artikolu, diversi elementi kanċeroġeni speċifiċi tad-duħħan mit-tipjip ta' ħaddieħor huma mniżżlin u għaldaqstant huma koperti mill-Artikolu 73 tar-Regoli tal-Persunal. Ir-rikorrenti tgħid li l-Kumitat Mediku wettaq żball meta pprova jeżmina kwistjoniiet ta' prova u ta' evidenza, li ma kienx kompetenti li jagħmel, minflok ma sempliċement stabbilixxa l-fatti mediċi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fiha raġunament inadegwat u li ż-żmien li l-Kummissjoni ħadet sabiex tasal għal deċiżjoni kien eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba. Kieku d-deċiżjoni kienet ttieħdet qabel il-mewt tas-Sur Labate u kieku din kienet irrikonoxxiet il-marda tiegħu bħala relatata max-xogħol, huwa kien jirċievi 8 snin ta' salarju bħala kumpens.