ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
1 ta' Ġunju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2007/C 121/01

Rata tal-kambju ta' l-euro

1

2007/C 121/02

Pubbliċità ex-post tas-sussidji tal-Eurostat fl-2006

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 121/03

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4705 — Blackstone/Klöckner Pentaplast) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

3

2007/C 121/04

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4704 — Bridgepoint/Gambro Healthcare) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

4

2007/C 121/05

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4694 — RCI Banque/RFS) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/1


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

l-31 ta' Mejju 2007

(2007/C 121/01)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3453

JPY

Yen Ġappuniż

163,56

DKK

Krona Daniża

7,4488

GBP

Lira Sterlina

0,68005

SEK

Krona Żvediża

9,2945

CHF

Frank Żvizzeru

1,6477

ISK

Krona Iżlandiża

82,94

NOK

Krona Norveġiża

8,1195

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5832

CZK

Krona Ċeka

28,324

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

250,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,8152

RON

Leu Rumen

3,2716

SKK

Krona Slovakka

33,968

TRY

Lira Turka

1,7775

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6269

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4388

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5055

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8312

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0584

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 248,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,611

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,287

HRK

Kuna Kroata

7,314

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 879

MYR

Ringgit Malażjan

4,572

PHP

Peso Filippin

62,22

RUB

Rouble Russu

34,828

THB

Baht Tajlandiż

44,337


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/2


Pubbliċità ex-post tas-sussidji tal-Eurostat fl-2006

(2007/C 121/02)

B'konformità ma' l-Artikolu 110(2), tar-Regolament Finanzjarju u ma' l-Artikolu 169 tal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tiegħu, il-pubbliku qed jiġi mgħarraf, b'dan preżenti, bl-azzjonijiet issussidjati mill-Eurostat matul is-sena 2006.

Il-fajl elettroniku li jiġbor l-azzjonijiet ikkonċernati, jinsab b'forma ta' lista fuq is-server EUROPA (http://europa.eu.int). B'mod konkret, jista' jkollok aċċess għal din il-lista permezz ta' “Servizzi”, “Sussidji”, “Statistiċi”, “Sussidji tal-Eurostat”, idħol fil-fajl “Lista tas-sussidji allokati fl-2006”.

Il-lista għandha n-numru tad-dokument, l-unità kkonċernata, l-isem u l-pajjiż tal-benefiċjarji, l-isem ta' l-azzjoni, l-ammont mogħti u r-rata ta' kofinanzjament Komunitarju ta' l-azzjoni.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/3


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4705 — Blackstone/Klöckner Pentaplast)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 121/03)

1.

Fit-23.5.2007, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha il-Grupp Blackstone (“Blackstone”, l-Istati Uniti) jikseb, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-Grupp Klöckner Pentaplast (“KP”, il-Ġermanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Blackstone: ekwità privata, investiment fi propjetà;

KP: Materjali ta' l-ippakkjar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta' faks (in-numri tal-faks huma (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4705 — Blackstone/Klöckner Pentaplast, fuq l-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/4


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4704 — Bridgepoint/Gambro Healthcare)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 121/04)

1.

Fit-23 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bridgepoint Capital Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) tikseb skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll fuq l-intier ta' l-impriżi Gambro Healthcare (l-Iżvezja) permezz ta' akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Bridgepoint: amministrattriċi ta' ekwità privata;

għall-impriża Gambro Healthcare: fornitriċi ta' servizzi kliniċi ta' dijalisi tal-kliewi.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lit-terzi persuni interessati sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta' fax ((32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4704 — Bridgepoint/Gambro Healthcare, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/5


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4694 — RCI Banque/RFS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 121/05)

1.

Fl-24.5.2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RCI Banque (“RCI ”Franza), takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha RFS Limited (“RFS ”Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma. RCI bħalissa għandha kontroll konġunt ta' l-RFS.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal RCI: finanzjament u servizzi tal-karozzi għall-konsumaturi finali u għall-aġenti tal-karozzi Renault, Nissan u Dacia f'diversi Stati Membri, inkluż ir-Renju Unit;

għal RFS: finanzjament u servizzi tal-karozzi għall-konsumaturi finali u l-aġent tal-karozzi Renault fir-Renju Unit biss.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn l-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax ((32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4694 — RCI Banque/RFS, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.