European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2142

17.10.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2142

tat-13 ta’ Ottubru 2023

li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/60, (UE) 2021/61 u (UE) 2021/65 fir-rigward tal-fornitur tal-materjal ta’ referenza

(notifikata bid-dokument C(2023) 6730)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ZEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti, irrappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, il-Belġju, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-qamħirrum ġenetikament modifikat li fih l-event uniku MIR 162 (l-identifikatur uniku SYN-IR162-4), kopert mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/60 (2), mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/61 (3) u mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/65 (4).

(2)

L-Annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/60, (UE) 2021/61 u (UE) 2021/65 fihom indikazzjoni tal-fornitur tal-materjali ta’ referenza u links għall-paġni web, li fuqhom huma disponibbli l-materjali ta’ referenza għall-metodu ta’ detezzjoni.

(3)

Permezz ta’ ittra bid-data tas-17 ta’ Ottubru 2022, Bayer Agriculture BV, f’isem Bayer CropScience LP, infurmat lill-Kummissjoni dwar bidla fil-fornitur tal-materjal ta’ referenza tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162, għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/60, (UE) 2021/61 u (UE) 2021/65 jiġu emendati sabiex tiġi aġġornata l-indikazzjoni fir-rigward tal-links tas-siti web għall-aċċess għall-materjali ta’ referenza rispettivi.

(4)

Jenħtieġ li l-bidla fil-fornitur tal-materjal ta’ referenza tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162 tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(5)

L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni huma ta’ natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/60

Fl-Anness, il-punt (d)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Materjal ta’ Referenza: AOCS 0512 (għal MON-87427-7) u AOCS 0906 (għal MON-89Ø34-3) huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) u ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4) huma aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://crm.jrc.ec.europa.eu/.”

Artikolu 2

Emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/61

Fl-Anness, il-punt (d)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Materjal ta’ Referenza: AOCS 0512 (għal MON-87427-7), AOCS 0709 (għal MON-8746Ø-4) u AOCS 0906 (għal MON-89Ø34-3) huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) u ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4) huma aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://crm.jrc.ec.europa.eu/.”

Artikolu 3

Emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/65

Fl-Anness, il-punt (d)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Materjal ta’ Referenza: AOCS 0512 (għal MON-87427-7), AOCS 0906 (għal MON-89Ø34-3) u AOCS 0215 (għal MON-87411-9) huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm, u ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4) huwa aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://crm.jrc.ec.europa.eu/.”

Artikolu 4

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/60 tat-22 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/61 tat-22 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 12).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/65 tat-22 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 37).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2142/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)