ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 430

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
18 ta' Diċembru 2020


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2020/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2132 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fl-2020

5

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2133 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2134 tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tal-emendar tal-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali ( 1 )

10

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2135 tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emendar tal-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE ( 1 )

12

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2136 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021

14

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2137 tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi

15

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2138 tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

17

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2139 tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Renju Haxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt

19

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2140 tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

21

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2141 tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

23

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2142 tas-17 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab

25

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2143 tas-17 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

26

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2144 tas-17 ta' Diċembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/1


REGOLAMENT (UE) 2020/2131 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2020

dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-“Istati Uniti”) għandhom l-iktar relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bilaterali kbira u profonda fid-dinja u għandhom ekonomiji integrati ħafna. Il-kummerċ reċiproku tal-prodotti u s-servizzi bejniethom għandu valur ta’ aktar minn EUR 1 triljun fis-sena, li approssimament jammonta għal EUR 3 000 miljun kuljum. Dik ir-relazzjoni mill-qrib ta’ kummerċ u ta’ investiment hija ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, il-ħaddiema, in-negozji u l-investituri.

(2)

L-Unjoni hija impenjata li ttejjeb ir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment tagħha mal-Istati Uniti. Dan jinkludi s-sejbata’ modi ġodda biex titjieb ir-relazzjoni kummerċjali bilaterali, jiġu indirizzati l-ostakli kummerċjali u jiġu riżolt it-tilwim kummerċjali li għaddej bħalissa. Sabiex jiġi evitat aktar tfixkil ta’ dik ir-relazzjoni kummerċjali, jenħtieġ li d-dazji doganali applikati mill-Unjoni fuq l-importazzjonijiet għal għadd limitat ta’ merkanzija jiġu eliminati għal perijodu ta’ ħames snin fuq bażi erga omnes.

(3)

L-eliminazzjoni tad-dazji doganali jenħtieġ li tkun soġġetta għall-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Uniti tat-tnaqqis imħabbar tad-dazji doganali fuq għadd determinat ta’ merkanzija u tal-astensjoni mill-Istati Uniti mill-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda li jimminaw l-objettivi fil-mira tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar Ftehim dwar it-Tariffi tal-21 ta’ Awwissu 2020 (id-“Dikjarazzjoni Konġunta”) (2).

(4)

Jenħtieġ li l-eliminazzjoni tad-dazji doganali tapplika mill-istess data ta’ implimentazzjoni effettiva li fiha l-Istati Uniti jħabbru t-tnaqqis tad-dazji doganali tagħhom fuq għadd determinat ta’ merkanzija, jiġifieri mill-1 ta’ Awwissu 2020.

(5)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tissospendi temporanjament l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Fid-dawl tal-urġenza li jiġi evitat tfixkil ulterjuri tar-relazzjoni kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għall-istess raġuni, jitqies ukoll li huwa xieraq li ssir eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eliminazzjoni tad-dazji doganali

Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni applikabbli tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu 0 % (mingħajr dazju) għall-merkanzija kklassifikata fil-linji tariffarji elenkati fit-Taqsima I tal-Anness fuq bażi erga omnes.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għall-eliminazzjoni tad-dazji doganali

L-eliminazzjoni tad-dazji doganali għall-merkanzija kklassifikata fil-linji tariffarji elenkati fit-Taqsima I tal-Anness għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tnaqqis tad-dazji doganali mill-Istati Uniti fuq bażi erga omnes għall-merkanzija kklassifikata fil-linji tariffarji elenkati fit-Taqsima II tal-Anness; u

(b)

l-astensjoni tal-Istati Uniti mill-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda kontra l-Unjoni li jimminaw l-objettivi fil-mira tad-Dikjarazzjoni Konġunta.

Artikolu 3

Sospensjoni temporanja

Jekk l-Istati Uniti ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, jew jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li l-Istati Uniti ser jonqsu fil-futur milli jikkonformaw ma’ dawk il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-eliminazzjoni tad-dazji doganali msemmija fl-Artikolu 1 sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 4

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fil-każijiet fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2020 sal-31 ta’ Lulju 2025.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż ta’ sospensjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-każ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi sospiża skont l-Artikolu 3 jew fil-każ li dan ir-Regolament ma jibqax japplika qabel il-31 ta’ Lulju 2025.

4.   Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, l-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrimborżaw kwalunkwe dazju mħallas li jaqbeż l-ammont applikabbli skont dan ir-Regolament għal importazzjonijiet mill-Istati Uniti bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u t-18 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2020.

(2)  Ara d-dokument ST 12652/20 fuq http://register.consilium.europa.eu

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS

Taqsima I (Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0306 11 90

Awwista tal-blat u awwist ieħor tal-baħar “Palinurus spp., Panulirus spp. u Jasus spp.” iffriżati, anki affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, inklużi dawk fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma (minbarra dnub tal-awwist)

0306 12 10

Awwisti “Homarus spp.” iffriżati, sħaħ, anki affumikati jew imsajra bl-istim jew mgħollijin fl-ilma

0306 12 90

Awwisti “Homarus spp.” iffriżati, anki affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, inkluż awwisti fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma (minbarra sħaħ)

0306 32 10

Awwisti “Homarus spp.” ħajjin

Taqsima II (Tariffa Doganali tal-Istati Uniti)

Kodiċi Tariffarja

Deskrizzjoni

Tariffa tal-pajjiż l-aktar favorit eżistenti

Rata ġdida tat-tariffa tal-pajjiż l-aktar favorit

1604 20 05

Prodotti li fihom laħam ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, ikliet ippreparati

10 %

5 %

7013 41 50

Oġġetti tal-ħġieġ għall-mejda jew għall-kċina (minbarra tazzi tax-xorb), tal-kristall taċ-ċomb, b’valur ta’ aktar minn 5 USD kull wieħed

6 %

3 %

3214 90 50

Preparazzjonijiet ta’ kisi mhux refrattivi għal faċċati, ħitan interni, artijiet, soqfa jew bħalhom, mhux ibbażati fuq il-lastku

6,5 %

3,25 %

3601 00 00

Trabijiet propellanti

6,5 %

3,25 %

9613 10 00

Lajters tas-sigaretti u lajters simili, li jaħdmu bil-gass, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, għall-but

8 %

4 %

9613 90 80

Partijiet għal lajters tas-sigaretti mhux elettriċi u lajters simili

8 %

4 %


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/5


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/2132

tas-17 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fl-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, fil-każ ta’ bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Huwa stabbilixxa opportunitajiet tas-sajd sal-31 ta’ Ottubru 2020 għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tad-diviżjoni 3a tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 (2) emenda r-Regolament (UE) 2020/123 biex jistabbilixxi opportunitajiet preliminari tas-sajd li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tad-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES (‘opportunitajiet tas-sajd preliminari’).

(3)

Billi l-opportunitajiet tas-sajd preliminari jkopru biss xahrejn tas-sena tas-sajd, li tibda fl-1 ta’ Novembru u tispiċċa fil-31 ta’ Ottubru, dawn ġew stabbiliti ferm taħt il-parir dwar il-qbid annwali ipprovdut mill-ICES.

(4)

L-istaġun tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja normalment jestendi minn Settembru sa Jannar b’quċċata minn Ottubru sa Diċembru. L-aktar data reċenti dwar il-qabdiet li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni tindika li f’Ottubru 2020 nqabdu aktar minn 21 000 tunnellata ta’ merluzz tan-Norveġja. L-istrapolazzjoni ta’ dawk in-numri skont ix-xejriet storiċi tas-sajd tal-merluzz tan-Norveġja tindika li l-opportunitajiet tas-sajd preliminari aktarx li dalwaqt jiġu eżawriti u għalhekk ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-attività tas-sajd sa tmiem is-sena, huwa għaldaqstant xieraq li jiġu aġġustati l-opportunitajiet tas-sajd preliminari skont l-aktar stimi riċenti, filwaqt li jiġi rispettat bis-sħiħ il-parir tal-ICES.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat skont dan.

(6)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd preliminari aġġustati japplikaw mill-1 ta’ Novembru. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu.

(7)

Billi dawk l-opportunitajiet tas-sajd prelminari jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(8)

Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (UE) 2020/123

Ir-Regolament (UE) 2020/123 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).

(3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.


ANNESS

Fl-Anness IA għar-Regolament (UE) 2020/123, it-tabella tal-Opportunitajiet tas-sajd għall-Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni3a tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati

Żona:

3a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

 

Trisopterus esmarkii

(NOP/2A3A4)

Perjodu

1 ta’ Novembru 2019–31 ta’ Ottubru2020

 

1 ta’ Novembru 2020–31 ta’ Diċembru 2020

 

 

TAC analitiku

Danimarka

72 433

 ((*))  ((***))

49 953

 ((*))  ((******))

 

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Ġermanja

14

 ((*))  ((**))  ((***))

10

 ((*))  ((**))  ((******))

 

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Netherlands

53

 ((*))  ((**))  ((***))

37

 ((*))  ((**))  ((******))

 

 

Unjoni

72 500

 ((*))  ((***))

50 000

 ((*))  ((******))

 

 

Norveġja

14 500

 ((****))

pm

 

 

 

Gżejjer Faeroe

5 000

 ((*****))

pm

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

Mhux rilevanti

 

 

 


((*))  Sa 5 % mill-kwota jista’ jikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Qabdiet aċċessorji ta’ merluzz tal-linja sewda u merlangu magħduda mal-kwota ta’ din id-dispożizzjoni u qabdiet aċċessorji ta’ speċi magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 flimkien, m’għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

((**))  Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

((***))  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

((****))  Għandu jintuża għarbiel.

((*****))  Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4) u li jridu jingħaddu ma’ din il-kwota.

((******))  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tiġi mistada mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.”


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/8


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2133

tas-17 ta' Diċembru 2020

li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Fit-2 ta' Novembru 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, il-Parti (a) (Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a), l-entrata 7 hija sostitwita b'dan li ġej:

"7.

Thomas LUBANGA

Post tat-twelid: Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn il-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza ta' Lubanga. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu. Huwa nħeles fil-15 ta' Marzu 2020 wara li skonta s-sentenza tal-QKI tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Thomas Lubanga kien il-President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ġie ttrasferit lejn il-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità ta' ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu."


DEĊIŻJONIJIET

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/10


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2134

tal-10 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tal-emendar tal-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni rigward il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (2) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

Skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jemenda fost l-oħrajn, l-Anness II għall-Ftehim.

(3)

Il-Ftehim ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

(4)

Skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim, id-drittijiet miksuba minn individwi privati ma għandhomx jiġu affettwati fil-każ ta’ terminazzjoni tal-Ftehim u l-Partijiet Kontraenti għandhom jirriżolvu bi ftehim reċiproku liema azzjoni għandha tittieħed fir-rigward tad-drittijiet li jinsabu fil-proċess li jinkisbu.

(5)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li tingħata protezzjoni reċiproka tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom, li, fi tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni, kif definit fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3), jinsabu jew kienu f’sitwazzjoni transfruntiera li tinvolvi Parti Kontraenti waħda jew aktar għall-Ftehim u r-Renju Unit fl-istess ħin, billi jiġi emendat l-Anness II għall-Ftehim.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt rigward l-emendar propost tal-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Ara d-dokument ST 12965/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/12


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2135

tal-10 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emendar tal-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Anness VI għall-Ftehim ŻEE li fih dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali.

(3)

L-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“Ftehim dwar il-Ħruġ”) jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja u tal-Konfederazzjoni Żvizzera dment li dawk il-pajjiżi jkunu kkonkludew u japplikaw ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll mal-Unjoni li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

(4)

L-Artikolu 32 tal-Ftehim dwar arranġamenti bejn l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Ftehim ŻEE u ftehimiet oħra applikabbli bejn ir-Renju Unit u l-Istati taż-ŻEE-EFTA bis-saħħa tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea (“Ftehim dwar is-Separazzjoni”) jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar is-Separazzjoni għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Unjoni, dment li l-Unjoni tkun ikkonkludiet u applikat il-ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit li japplikaw għaċ-ċittadini taż-ŻEE-EFTA, kif ukoll mal-Istati taż-ŻEE-EFTA li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

(5)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li tingħata protezzjoni reċiproka tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, il-persuni mingħajr Stat u r-refuġjati, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom, li, fi tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni, kif definit fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, jinsabu jew kienu f’sitwazzjoni transfruntiera li tinvolvi Parti Kontraenti waħda jew aktar għall-Ftehim ŻEE u r-Renju Unit fl-istess ħin.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Ara d-dokument ST 12969/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/14


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2136

tal-14 ta’ Diċembru 2020

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha t-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1).

(2)

Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mal-kontenut tal-qbil fil-prinċipju milħuq fl-10 ta’ Novembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li tiġi adottata pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 mill-iktar fis possibbli bil-ħsieb li jiġi adottat b’mod definittiv baġit qabel il-bidu tas-sena finanzjarja 2021, b’hekk tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni, huwa ġustifikat li, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 ġiet adottata mill-Kunsill fl-14 ta’ Diċembru 2020.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  COM(2020) 839 final.

(2)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/15


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2137

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2008 u ġie applikat b’mod proviżorju mid-29 ta’ Diċembru 2008.

(2)

Skont l-Artikolu 230(4) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE jista’ jistabbilixxi u jissorvelja kwalunkwe kumitat speċjali biex jittratta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu.

(3)

Sabiex il-kwistjonijiet kollha tal-Ftehim li jirrigwadaw il-kummerċ fis-servizzi jiġu ttrattati b’aktar effiċjenza, jenħtieġ li il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE għandu l-intenzjoni li jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi Kumitat Speċjali għas-Servizzi.

(4)

Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE billi d-deċiżjoni li tistabbilixxi Kumitat Speċjali għas-Servizzi ser ikollha effetti legali.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi għandha tkun bbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE (2).

2.   Xi bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE jista’ jkun hemm qbil dwarhom mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjonigħandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(2)  Ara d-dokument ST13287/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/17


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2138

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/948 (2) u daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2020.

(2)

L-Artikolu 22 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet (“il-Kumitat Konġunt”) biex jiżgura l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 22(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt irid jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni -fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu ser ikollha effetti legali għall-Unjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  ĠU L 321, 20.11.2012, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/948 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 212, 3.7.2020, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST13385/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/19


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2139

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Renju Haxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan minn naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/953 (2) u daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2020.

(2)

L-Artikolu 21 tal-Ftehim jistabbilixxi kumitat, kompost mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti (“il-Kumitat Konġunt”), biex jiżgura l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 21(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt irid jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’ isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal--Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu ser ikollha effetti legali għall-Unjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Renju Haxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  ĠU L 334, 6.12.2012, p. 3

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/953 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (ĠU L 212. 3.7.2020, p. 12).

(3)  Ara d-dokument ST 13481/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/21


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2140

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mil-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael minn naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/952 (2) u daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2020.

(2)

L-Artikolu 22 tal-Ftehim jistabbilixxi kumitat kompost mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti (“il-Kumitat Konġunt”) biex jiżgura l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 22(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt irid jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu ser ikollha effetti legali għall-Unjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 22 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  ĠU L 208, 2.8.2013, p. 3.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/952 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra (ĠU L 212 3.7.2020, p. 10).

(3)  Ara d-dokument ST 13483/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/23


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2141

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/951 (2) u daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2020.

(2)

L-Artikolu 22 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet (‘il-Kumitat Konġunt’) biex jiżgura l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 22(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt irid jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’ isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu ser ikollha effetti legali għall-Unjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/951 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 212, 3.7.2020, p. 8).

(3)  Ara d-dokument ST 13515/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/25


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2142

tas-17 ta' Diċembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 (1) b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab.

(2)

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 jipprevedi li dik id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, is-Small Arms Survey (SAS), li hija l-Aġenzija ta' implimentazzjoni tal-proġett, imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta’ implimentazzjoni stabbilit f'dik id-Deċiżjoni b'sitt xhur, biex b'hekk id-durata totali tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ssir tilħaq 30 xahar. L-estensjoni mitluba hija dovuta għall-pandemija tal-COVID-19 u l-posponiment sussegwenti ta’ għadd ta’ attivitajiet previsti mill-proġett.

(4)

L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha.

(5)

L-estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'sitt xhur tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 30 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1789 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 24).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/26


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2143

tas-17 ta' Diċembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta' Diċembru 2015.

(3)

Fid-29 ta' Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/907 (2), li ġeddet id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta' Jannar 2021, sabiex huwa jkun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk.

(4)

Wara li għamel valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi mġedda għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2021.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/907 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 37).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/27


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2144

tas-17 ta' Diċembru 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fit-2 ta' Novembru 2020 , il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, il-Parti (a) (Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)), l-entrata 7 hija sostitwita b'dan li ġej:

"7.

Thomas LUBANGA

Post tat-twelid: Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Data tad-Deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn il-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza ta' Lubanga. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu. Huwa nħeles fil-15 ta' Marzu 2020 wara li skonta s-sentenza tal-QKI tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Thomas Lubanga kien il-President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ġie ttrasferit lejn il-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità ta' ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu."