ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 73

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
15 ta' Marzu 2018


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/356]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/357]

3

 

*

Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt Taż-ŻEE Nru 136/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/358]

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/359]

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/360]

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/361]

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/362]

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/363]

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/364]

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/365]

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/366]

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/367]

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/368]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/369]

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/370]

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/371]

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/372]

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/373]

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/374]

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/375]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (2018/376)

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/377]

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/378]

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/379]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2018/380]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/381]

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/382]

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/383]

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2016 tas-26 ta’ Awwissu 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/384]

38

 

*

Nota lill-qarreja

39

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 134/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/356]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/348 tal-10 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-preparazzjoni ta’ 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma EOOD) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 2zza (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 0348: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/348 tal-10 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 56).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/348 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 65, 11.3.2016, p. 56.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 135/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/357]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/329 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 162 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/104) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“163.

32016 R 0329: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/329 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH) (ĠU L 62, 9.3.2016, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/329 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 62, 9.3.2016, p. 5.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 136/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/358]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/158 tal-4 ta’ Frar 2016 li tistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni dwar ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Kroazja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta’ April 2014 fi Brussell, ilu applikabbli proviżorjament għall-firmatarji tiegħu mit-12 ta’ April 2014, u għaldaqstant din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied taħt l-intestatura dwar l-arranġamenti tranżizzjonali fil-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 0158: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/158 tal-4 ta’ Frar 2016 li tistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni dwar ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Kroazja (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 47).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied taħt l-intestatura dwar l-arranġamenti tranżizzjonali fil-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 0158: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/158 tal-4 ta’ Frar 2016 li tistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni dwar ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Kroazja (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 47).”

Artikolu 3

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/158 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament mid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 31, 6.2.2016, p. 47.

(2)  ĠU L 170, 11.6.2014, p. 5.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 137/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/359]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1 tat-3 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-bifenażat, għall-boskalid, għaċ-ċjażofammid, għaċ-ċiromażina, għad-dażomet, għad-ditijokarbamati, għall-fluważifop-P, għall-mepanipirim, għall-metrafenon, għall-pikloram, għall-propamokarb, għall-piridaben, għall-pirjofenon, għas-sulfoksaflor, għat-tebukonażol, għat-tebufenpirad u għat-tiram f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0001: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1 tat-3 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 2, 5.1.2016, p. 1).”

Artikolu 2

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0001: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1 tat-3 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 2, 5.1.2016, p. 1).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

BERGDÍS ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 2, 5.1.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 138/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/360]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 tal-15 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi u l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40a (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni(UE) Nru 1322/2014) tal-Kapitolu II tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“40b.

32015 R 0068: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 tal-15 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).

40c.

32015 R 0096: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).

40d.

32015 R 0504: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi u l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija(ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2015/68 u (UE) 2015/96 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504 bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 139/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/361]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/704 tat-30 ta’ April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta’ PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) (1) maqbuda mis-selvaġġ għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705 tat-30 ta’ April 2015 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid tal-kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ aċidu eruċiku f’oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2015/705 iħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“—

32015 R 0704: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/704 tat-30 ta’ April 2015 (ĠU L 113, 1.5.2015, p. 27).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 107 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1898):

“108.

32015 R 0705: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705 tat-30 ta’ April 2015 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid tal-kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ aċidu eruċiku f’oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE (ĠU L 113, 1.5.2015, p. 29).”

3.

It-test tal-punt 27 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/704 u (UE) 2015/705 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 113, 1.5.2015, p. 27.

(2)  ĠU L 113, 1.5.2015, p. 29.

(3)  ĠU L 254, 27.9.1980, p. 35.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 140/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/362]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/324 tas-7 ta’ Marzu 2016 li jemenda u jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ ċerti addittivi tal-ikel permessi fil-kategoriji kollha tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0324: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/324 tas-7 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 61, 8.3.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/324 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 61, 8.3.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 141/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/363]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/683 tat-2 ta’ Mejju 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tal-Aċidu propjoniku — propjonati (E 280 — 283) fit-tortillas (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0683: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/683 tat-2 ta’ Mejju 2016 (ĠU L 117, 3.5.2016, p. 28).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/683 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 117, 3.5.2016, p. 28.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 142/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/364]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2314 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa fuq l-ikel, barra minn dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012):

“—

32015 R 2314: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2314 tas-7 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 46).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 108 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705):

“109.

32015 R 2314: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2314 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa fuq l-ikel, barra minn dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 46).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/2314 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 46.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 143/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/365]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/128 iħassar, b’effett mit-22 ta’ Frar 2019, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b’effett mit-22 ta’ Frar 2019.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 77 (ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“77a.

32016 R 0128: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fl-Anness IV, għandu jiżdied dan li ġej:

bl-Iżlandiż: ‘Matvæli til nota í sérstökum læknisfræðilegum tilgangi’

bin-Norveġiż: ‘Næringsmiddel til spesielle medisinske formål’.”

2.   It-test tal-punt 54w (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/21/KE) għandu jitħassar b’effett mit-22 ta’ Frar 2019.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30.

(2)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 144/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/366]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/371 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/372 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 109 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2314) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“110.

32016 R 0371: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/371 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 12).

111.

32016 R 0372: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/372 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/371 u (UE) 2016/372 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 70, 16.3.2016, p. 12.

(2)  ĠU L 70, 16.3.2016, p. 16.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 145/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/367]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/305 tat-3 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanza “ġentamicina” (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/312 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “tilvalosina” (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0305: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/305 tat-3 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 35),

32016 R 0312: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/312 tal-4 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 60, 5.3.2016, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/305 u (UE) 2016/312 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 58, 4.3.2016, p. 35.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2016, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 146/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/368]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/585 tat-12 ta’ Frar 2016 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta’ mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 L 0585: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/585 tat-12 ta’ Frar 2016 (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 12).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva Delegata (UE) 2016/585 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 101, 16.4.2016, p. 12.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 147/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/369]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12w (ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0293: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/293 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 148/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/370]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/266 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/266 tas-7 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 54, 1.3.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/266 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 54, 1.3.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 149/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/371]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/138 tat-2 ta’ Frar 2016 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva 3-deken-2-on, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/146 tal-4 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/147 tal-4 ta’ Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/177 tal-10 ta’ Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva benzovindiflupir, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/182 tal-11 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva piraflufen-etil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/183 tal-11 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi sal-31 ta’ Diċembru 2018 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0138: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/138 tat-2 ta’ Frar 2016 (ĠU L 27, 3.2.2016, p. 5),

32016 R 0139: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta’ Frar 2016 (ĠU L 27, 3.2.2016, p. 7),

32016 R 0146: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/146 tal-4 ta’ Frar 2016 (ĠU L 30, 5.2.2016, p. 7),

32016 R 0147: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/147 tal-4 ta’ Frar 2016 (ĠU L 30, 5.2.2016, p. 12),

32016 R 0177: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/177 tal-10 ta’ Frar 2016 (ĠU L 35, 11.2.2016, p. 1),

32016 R 0182: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/182 tal-11 ta’ Frar 2016 (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 40).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13zzze (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012):

“—

32016 R 0183: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/183 tal-11 ta’ Frar 2016 (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 44).”

3.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzt (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198):

“13zzzzzu.

32016 R 0138: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/138 tat-2 ta’ Frar 2016 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva 3-deken-2-on, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 27, 3.2.2016, p. 5).

13zzzzzq13zzzzzv.

32016 R 0139: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 27, 3.2.2016, p. 7).

13zzzzzr13zzzzzw.

32016 R 0146: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/146 tal-4 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 30, 5.2.2016, p. 7).

13zzzzzs13zzzzzx.

32016 R 0147: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/147 tal-4 ta’ Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 30, 5.2.2016, p. 12).

13zzzzzt13zzzzzy.

32016 R 0177: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/177 tal-10 ta’ Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva benzovindiflupir, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 35, 11.2.2016, p. 1).

13zzzzzu13zzzzzz.

32016 R 0182: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/182 tal-11 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva piraflufen-etil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 40).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/138, (UE) 2016/139, (UE) 2016/146, (UE) 2016/147, (UE) 2016/177, (UE) 2016/182 u (UE) 2016/183 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 27, 3.2.2016, p. 5.

(2)  ĠU L 27, 3.2.2016, p. 7.

(3)  ĠU L 30, 5.2.2016, p. 7.

(4)  ĠU L 30, 5.2.2016, p. 12.

(5)  ĠU L 35, 11.2.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 40.

(7)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 44.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 150/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/372]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/621 tal-21 ta’ April 2016 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/622 tal-21 ta’ April 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0621: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/621 tal-21 ta’ April 2016 (ĠU L 106, 22.4.2016, p. 4),

32016 R 0622: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/622 tal-21 ta’ April 2016 (ĠU L 106, 22.4.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/621 u (UE) 2016/622 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 106, 22.4.2016, p. 4.

(2)  ĠU L 106, 22.4.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 151/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/373]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1612 tat-23 ta’ Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 23c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 D 1612: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1612 tat-23 ta’ Settembru 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 26).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1612 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 249, 25.9.2015, p. 26.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 152/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/374]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1605 tat-12 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 29e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1605: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1605 tat-12 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 3).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1605 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 249, 25.9.2015, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 153/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/375]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5czk (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“5czl.

32016 D 0339: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (ĠU L 63, 10.3.2016, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/339 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 63, 10.3.2016, p. 5.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 154/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (2018/376)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013 dwar il-miżuri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5ha (id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“5haa.

32013 R 0611: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013 dwar il-miżuri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 2).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 611/2013 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 173, 26.6.2013, p. 2.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 156/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/377]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583 tal-15 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1332/2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 66sa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 0583: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583 tal-15 ta’ April 2016 (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/583 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 157/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/378]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 7a (Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 L 1787: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/1787 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 158/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/379]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/282 tas-26 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru (1) għandi jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21as (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0282: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/282 tas-26 ta’ Frar 2016 (ĠU L 56, 2.3.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/282 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 56, 2.3.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 159/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2018/380]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1 (id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“1a.

32015 R 0884: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/884 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 160/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/381]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-operazzjoni u tal-iżvilupp tas-suq intern tal-oġġetti u tas-servizzi.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“12.

L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2016, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja segwenti, li ddaħħlet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016:

Linja baġitarja 02 03 01: ‘Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern tal-oġġetti u tas-servizzi’.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (1).

Għanda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 161/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/382]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt tal-kumpaniji.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“13.

L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2016, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja segwenti, li ddaħħlet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016:

Linja baġitarja 33 02 03 01: ‘Id-dritt tal-kumpaniji’.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (1).

Għanda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 162/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/383]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (1).

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta’ dejta) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2016, jieħdu sehem fil-proġetti u fl-attivitajiet tal-programm tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 6(d).”

2.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 5:

“5a.

L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 6(d), jipparteċipaw bis-sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, in-Negozji u ċ-Ċittadini Ewropej (il-Kumitat ISA2), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, fil-ġestjoni u fl-iżvilupp ta’ dak il-programm.”

3.

Fil-paragrafu 6, jiddaħħal dan li ġej:

“(d)

bil-ħsieb ta’ parteċipazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2016:

32015 D 2240: Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).

Il-Liechtenstein għandu jkun eżentat mill-parteċipazzjoni f’dan il-programm u mill-kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

ħandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 163/2016

tas-26 ta’ Awwissu 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/384]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE..

(2)

Id-Direttiva 2014/90/UE tħassar b’effett mit-18 ta’ Settembru 2016 id-Direttiva 96/98/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mit-18 ta’ Settembru 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE):

“2.

32014 L 0090: Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).”

2.

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) għandu jitħassar b’seħħ mit-18 ta’ Settembru 2016.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/90/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Awwissu 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.

(2)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/39


NOTA LILL-QARREJA

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2016 ġiet irtirata u għalhekk titħalla vojta.