ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
16 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius

1

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2339 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2340 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tat-tonna safra fiż-żona ta' kompetenza tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2341 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-Alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5°N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2342 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lipp abjad fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2343 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona X minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2344 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-fonsa ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2345 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2346 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-inċova fiż-żoni IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2347 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2348 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-merluzz tal-linja sewda fiż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2349 tal-15 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 rigward id-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2350 tad-9 ta' Awwissu 2016 dwar l-impożizzjoni ta' multa fuq il-Portugall minħabba nuqqas ta' azzjoni effettiva biex jindirizza defiċit eċċessiv

24

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2351 tad-9 ta' Awwissu 2016 dwar l-impożizzjoni ta' multa fuq Spanja minħabba nuqqas ta' azzjoni effettiva biex tindirizza defiċit eċċessiv

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2352 tal-14 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (notifikata bid-dokument C(2017) 8356)

31

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2353 tal-14 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt minn Calanus finmarchicus bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8426)

45

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2354 tal-14 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8470)

49

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2355 tal-14 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-faqqiegħ trattat bir-raġġi UV bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8474)

52

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2356 tal-15 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Awstralja fir-rigward tal-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

55

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-8 ta' Diċembru 2017 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2017/2357]

58

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief ( ĠU L 140, 5.6.2009 )

60

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius

Il-Protokoll (1) li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius ġie ffirmat fit-8 ta' Diċembru 2017.

Il-Protokoll japplika proviżorjament mit-8 ta' Diċembru 2017, data tal-iffirmar, f'konformità mal-Artikolu 15 tiegħu.


(1)  ĠU L 279, 28.10.2017, p. 3.


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2017, wara li fid-9 ta' Ottubru 2017 ġiet ikkompletata l-proċedura prevista fl-Artikolu 63.1 tal-Ftehim Qafas.


(1)  ĠU L 326, 9.12.2017, p. 7.


REGOLAMENTI

16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2339

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

36/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SRX/07D. (li jinkludi l-kundizzjoni speċjali RJC/07D., RJE/07D., RJH/07D., RJM/07D., RJN/07D., RJU/07D., RJC/*67AKD, RJH/*67AKD, RJM/*67AKD, RJN/*67AKD, RJU/*67AKD)

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

Data tal-għeluq

1.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2340

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tat-tonna safra fiż-żona ta' kompetenza tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

37/TQ127

Stat Membru

Spanja

Stokk

YFT/IOTC

Speċi

Tonna safra (Thunnus albacares)

Żona

Iż-żona ta' kompetenza tal-IOTC

Data tal-għeluq

6.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2341

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-Alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5°N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

33/TQ127

Stat Membru

Spanja

Stokk

ALB/AN05N

Speċi

Alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga)

Żona

L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5°N

Data tal-għeluq

24.10.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2342

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lipp abjad fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

31/TQ2285

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

GFB/89- (li jinkludi l-kundizzjoni speċjali GFB/*567-)

Speċi

Lipp abjad (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

Data tal-għeluq

23.10.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2343

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona X minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

35/TQ2285

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

DWS/10-

Speċi

Klieb il-baħar tal-fond (Deania hystricosa u Deania profundorum)

Zona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

Data tal-għeluq

28.10.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2344

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-fonsa ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

39/TQ2285

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Fonsa ħamra (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data tal-għeluq

7.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2345

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

40/TQ127

Stat Membru

Franza

Stokk

LIN/1/2.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali ta' I u II

Data tal-għeluq

6.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2346

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-inċova fiż-żoni IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

38/TQ127

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ANE/9/3411

Speċi

Inċova (Engraulis encrasicolus)

Żona

IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Data tal-għeluq

8.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2347

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

43/TQ127

Stat Membru

Spanja

Stokk

SRX/67AKXD (li jinkludi l-kundizzjoni speċjali RJC/67AKXD; RJE/7FG.; RJF/67AKXD; RJH/67AKXD; RJI/67AKXD; RJM/67AKXD; RJN/67AKXD; RJU/67AKXD; RJC/*07D.; RJE/*07D.; RJF/*07D.; RJH/*07D.; RJI/*07D.; RJM/*07D.; RJN/*07D.; RJU/*07D.)

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

Data tal-għeluq

13.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2348

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-merluzz tal-linja sewda fiż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

45/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

HAD/7X7A34

Speċi

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Data tal-għeluq

25.11.2017


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2349

tal-15 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 rigward id-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiddefinixxi l-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat koperti mill-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3), l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistipula skadenza biex it-trab tal-ħalib xkumat jidħol fil-ħżin pubbliku.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-prezzijiet u l-livell għoli ta' ħażniet tal-intervent, jixraq li volum addizzjonali ta' trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ, billi tinbidel id-data tad-dħul fil-ħżin.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ mingħajr dewmien, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080, id-data “l-1 ta' Novembru 2015” tinbidel bid-data “l-1 ta' April 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2350

tad-9 ta' Awwissu 2016

dwar l-impożizzjoni ta' multa fuq il-Portugall minħabba nuqqas ta' azzjoni effettiva biex jindirizza defiċit eċċessiv

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, permezz ta' Deċiżjoni adottata fit-12 ta' Lulju 2016, taħt l-Artikolu 126(8) tat-Trattat, stabbilixxa li l-ebda azzjoni effettiva ma ġiet meħuda mill-Portugall sabiex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 taħtl-Artikolu 126(7) tat-Trattat.

(2)

Bħala segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2016 li l-Portugall ma ħax azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda li l-Kunsill jimponi multa.

(3)

Il-multa li għandha tiġi imposta fuq il-Portugall għandha fil-prinċipju tammonta għal 0,2 % tal-PDG tiegħu tul is-sena preċedenti iżda l-ammont tagħha jista' jitnaqqas jew jiġi kkanċellat abbażi ta' raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara li ssir talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat.

(4)

Il-PDG tal-Portugall fl-2015 kien EUR 179,37 biljun u l-ekwivalenti ta' 0,2 % ta' dak il-PDG jammonta għal EUR 358 738 200.

(5)

F'konformità mal-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011, “ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali” tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta' defiċit tal-gvern 'il fuq mill-valur ta' referenza jkun meqjus eċċezzjonali fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 126(2) tat-Trattat, kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2). Skont ir-Regolament li jissemma l-aħħar, tali eċċess ikun eċċezzjonali meta dan jirriżulta (i) minn avveniment mhux tas-soltu li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kontroll fuqu u b'impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika jew (ii) minn tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku, li jfisser rata negattiva tat-tkabbir tal-volum tal-PDG annwali jew telf ta' output akkumulat matul perjodu twil ta' tkabbir baxx ħafna tal-volum tal-PDG annwali fir-rigward tal-potenzjal tat-tkabbir tiegħu.

(6)

Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li jissemmew hawn fuq għall-Portugall tipproduċi l-konklużjonijiet li ġejjin:

Minkejja li t-tkabbir tal-PDG tal-Portugall sofra tnaqqis b'pass aktar mgħaġġel milli mistenni fl-2011 u fl-2012, l-ekonomija ilha li qabdet tirpilja ftit mir-rebbiegħa tal-2013. Il-qgħad kiber ukoll kunsiderevolment sal-2013 iżda fl-2014 reġa' qabad it-triq tan-niżla, hekk kif l-ekonomija Portugiża reġgħet eventwalment qabdet tirpilja. Il-PDG ilu mill-2014 jikber ferm aktar mit-tkabbir tal-output potenzjali u din is-sitwazzjoni hija mistennija li tkompli fl-2016. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2016 tal-Kummissjoni, il-PDG huwa previst li jkompli jikber b'1,5 % matul l-2016, u jiżdied aktar għal 1,7 % fl-2017. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku tul il-perjodu kopert mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 (jiġifieri 2013-2015).

Barra minn hekk, ma seħħ l-ebda avveniment mhux tas-soltu li l-gvern ma kellux kontroll fuqu, b'impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2015.

(7)

Għaldaqstant, ma jeżistux ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali li jiġġustifikaw tnaqqis tal-ammont tal-multa.

(8)

Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Portugall ippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda li l-Kunsill jistabbilixxi li l-ammont tal-multa huwa ta' żero. Bħala sostenn għat-talba tiegħu, il-Portugall ta r-raġunijiet li ġejjin:

Il-Portugal ifakkar l-isforz sostanzjali ta' konsolidament fiskali u r-riformi strutturali implimentati matul il-programm ta' aġġustament ekonomiku ta' dan l-aħħar. Jisħaq mill-ġdid ukoll l-impenn qawwi li jikkoreġi d-defiċit eċċessiv fl-2016, inkluż l-impenn li jadotta miżuri meta meħtieġ sabiex jikkoreġi devjazzjonijiet baġitarji, u sabiex jimplimenta aġġustament fiskali fl-2017 f'konformità mar-rakkommandazzjoni fiskali speċifika għall-pajjiż adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Lulju 2016. Il-Portugall jikkunsidra li l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet tkun ta' detriment għall-kisba tal-miri baġitarji li jikkoreġu d-defiċit eċċessiv din is-sena. Jindika wkoll l-impenji tal-politika ekonomika b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja u l-miżuri preżentati fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2016. Fl-aħħar nett, il-Portugall jikkunsidra li kwalunkwe sanzjoni ma tkunx f'lokha fil-kuntest Ewropew u internazzjonali attwali, b'mod partikolari fid-dawl tal-inċertezzi kbar li jirriżultaw mill-eżitu tar-referendum fir-Renju Unit dwar is-sħubija fl-Unjoni.

(9)

Valutazzjoni tal-argumenti li jissemmew hawn fuq twassal għall-kunsiderazzjonijiet ta' hawn taħt.

(10)

Filwaqt li l-Portugall ma ħax azzjoni effettiva biex jindirizza d-defiċit eċċessiv f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, l-aġġustament fiskali kumplessiv mill-2010 sal-2014 kien tabilħaqq konsiderevoli. It-tnaqqis tad-defiċit nominali nett mill-miżuri ta'darba b'aktar minn 5 % tal-PDG kien xprunat mit-titjib tal-bilanċ strutturali b'aktar minn 6 %. Madankollu, dan ir-ritmu waqaf ħesrem wara l-konklużjoni tal-programm ekonomiku kif ġie misħuq fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2016. L-aġġustament fiskali sar id f'id ma' ġabra komprensiva ta' riformi strutturali fl-ambitu tal-programm ta' aġġustament li ntemmew b'suċċess f'Ġunju 2014, u wittew it-triq għal irkupru ekonomiku aktar fis-sod. Għad hemm sfidi importanti, billi l-livelli ta' dejn privat u pubbliku li għadhom għoljin huma piż għall-ekonomija, u l-qgħad li għadu għoli jxekkel l-aġġustament ekonomiku.

(11)

L-impenn mill-awtoritajiet Portugiżi li jikkoreġu d-defiċit eċċessiv fl-2016 u jirrispettaw r-rakkomandazzjoni fiskali speċifika għall-pajjiż fl-2017 huwa sinjal importanti tal-intenzjoni tal-gvern li jikkonforma mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Għall-2016, il-gvern itenni l-impenn tiegħu mogħti fil-Grupp tal-Euro tal-11 ta' Frar 2016 li jadotta, meta jkun meħtieġ, miżuri fiskali biex jikkoreġi kull devjazzjoni potenzjali ta' eżekuzzjoni tal-baġit. Barra dan, il-Gvern jimpenja ruħu li jżomm l-iffriżar ta' ċerti approprjazzjonijiet li jammontaw għal 0,2 % tal-PDG kif jissemma fil-Programm ta' Stabbiltà. L-anness għat-talba motivata tat-18 ta' Lulju 2016 jagħti informazzjoni addizzjonali dwar il-mod li permezz tiegħu dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw, li jagħmel l-impenn li dawn ma jintefqux sakemm ikun hemm bżonn tal-iffriżar, aktar kredibbli. L-ewwel nett, dan jindika li l-approprjazzjonijiet ġew allokati għall-istituzzjonijiet pubbliċi li l-finanzjament tagħhom diġà żdied meta mqabbel mal-2015; b'hekk jistgħu eventwalment ma jitolbux aktar finanzjament. It-tieni nett, sabiex ikollu aċċess għal dawn l-approvazzjonijiet, kull servizz pubbliku jrid jippreżenta awtorizzazzjonijiet ta' nfiq li jirrikjedu l-approvazzjoni espliċita tal-Ministeru tal-Finanzi. Fl-aħħar nett, dawn l-approprjazzjonijiet jiżdiedu ma' dawk li diġà ddaħħlu fil-baġit u fir-riżervi li wkoll huma soġġetti għall-approvazzjoni.

(12)

Fir-rigward tal-korrezzjoni duratura tad-defiċit eċċessiv u, b'mod partikolari, il-baġit għall-2017, it-talba motivata tat-18 ta' Lulju 2016 tirreferi prinċipalment għall-Abbozz ta' Pjan Baġitarju li jmiss li għandu jiġi ppreżentat f'Ottubru 2016 u jimpenja ruħu li jikkonforma mar-rakkomandazzjoni fiskali speċifika għall-pajjiż, li tirrikjedi aġġustament strutturali ta' minn tal-anqas 0,6 % tal-PDG. Dan huwa titjib meta mqabbel mal-aġġustament strutturali ta' 0,35 % biss tal-PDG stipulat fil-Programm ta' Stabbiltà għall-2017 filwaqt li l-miżuri speċifiċi ta' aġġustament għadhom iridu jiġu definiti.

(13)

Fir-rigward tal-effett allegat ta' detriment tas-sanzjonijiet għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-2016, il-multa hija limitata permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011 għal 0,2 % tal-PDG, ammont żgħir biżżejjed biex ikun kompatibbli mal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Barra minn hekk, l-ebda multa potenzjali ma jkollha impatt fuq il-varjazzjoni tal-bilanċ strutturali.

(14)

Jintlaqa' l-impenn li jitkomplew ir-riformi strutturali f'setturi ewlenin tal-politika ekonomika kif ukoll il-miżuri sabiex is-sistema bankarja tkun stabbilizzata billi tabilħaqq dawn ikunu wkoll parti mir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Portugall. Fir-rigward ta' riformi strutturali oħra ppjanati għall-2016 u lil hinn, bħal dawk bl-għan li jtejbu l-ambjent tan-negozju jew jindirizzaw is-sottokapitalizzazzjoni tad-ditti, il-miżuri indikati ma jitbiegħdux sostanzjalment minn dak li ġie diġà ppreżentat fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2016. Filwaqt li fil-prinċipju dawn ir-riformi huma sodi, huma soġġetti għal riskji ta' implimentazzjoni. Fl-aħħar nett, l-anness għat-talba motivata tat-18 ta' Lulju 2016 jirreferi espliċitament għall-ħtieġa li jkun definit programm biex jitnaqqas is-self improduttiv.

(15)

Rigward kemm huwa f'waqtu li tiġi adottata d-Deċiżjoni fil-kuntest Ewropew u internazzjonali attwali, il-Kunsill jinsab konxju bis-sħiħ tal-inċertezzi u taż-żieda tagħhom fil-kuntest attwali, b'mod partikolari fid-dawl tal-eżitu tar-referendum fir-Renju Unit dwar is-sħubija fl-Unjoni.

(16)

Fid-dawl tat-talba motivata tal-Portugall tat-18 ta' Lulju 2016 u wara li jitqiesu l-punti mogħtija hawn fuq, b'mod partikolari l-aġġustament fiskali li sar matul il-programm ta' aġġustament ekonomiku li kien akkumpanjat minn ġabra komprensiva ta' riformi strutturali; l-impenji (i) li jiġu adotatti, meta jkun meħtieġ, miżuri fiskali biex jikkoreġi kull devjazzjoni potenzjali ta' eżekuzzjoni tal-baġit fl-2016, (ii) li jiġi implimentat aġġustament strutturali addizzjonali ta' 0,25 % tal-PDG fl-2017 meta mqabbel mal-aġġustament ta' 0,35 % tal-PDG stipulat fil-Programm ta' Stabbiltà ta' April 2016, u (iii) li jiġu implimentati riformi strutturali f'setturi ewlenin fid-dawl ta' sfidi preżenti inklużi miżuri sabiex is-sistema bankarja tkun stabbilizzata, ir-raġunijiet imressqa mill-Portugall jitqiesu li jiġġustifikaw kanċellazzjoni tal-multa ta' 0,2 % tal-PDG,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-multa ta' 0,2 % tal-PDG li għandha tiġi imposta fuq il-Portugall minħabba nuqqas ta' azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 hija kkanċellata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2351

tad-9 ta' Awwissu 2016

dwar l-impożizzjoni ta' multa fuq Spanja minħabba nuqqas ta' azzjoni effettiva biex tindirizza defiċit eċċessiv

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi,

(1)

Il-Kunsill, b'deċiżjoni adottata fit-12 ta' Lulju 2016, taħt l-Artikolu 126(8) tat-Trattat, stabbilxxa li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva minn Spanja biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat.

(2)

Bħala segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2016 li Spanja ma ħadet l-ebda azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda li l-Kunsill jimponi multa.

(3)

Il-multa li trid tiġi imposta fuq Spanja għandha fil-prinċipju tammonta għal 0,2 % tal-PDG fis-sena preċedenti, iżda dan l-ammont jista' jitnaqqas jew jiġi kkanċellat għal raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat.

(4)

Il-PDG ta' Spanja fl-2015 kien ta' EUR 1 081,19 biljun u 0,2 % ta' dak il-PDG li jikkorrispondi għal EUR 2 162,38 miljun.

(5)

F'konformità mal-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011, “ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali” tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta' defiċit tal-gvern 'il fuq mill-valur ta' referenza huwa meqjus eċċezzjonali fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 126(2) tat-Trattat u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2). Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, dan l-eċċess ikun eċċezzjonali meta jirriżulta (i) minn avveniment 'il barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u b'impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika jew (ii) minn tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku, li jfisser rata negattiva ta' tkabbir annwali tal-volum tal-PGD jew minn telf akkumulat tal-output matul perjodu mtawwal ta' tkabbir tal-volum tal-PGD annwali baxx ħafna relattiv mal-potenzjal tiegħu.

(6)

Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għal Spanja tipproduċi l-konklużjonijiet li ġejjin:

Wara għaxar perjodi ta' tliet xhur konsekuttivi ta' tkabbir reali negattiv tal-PDG, it-tkabbir ekonomiku fi Spanja kompla fit-tielet kwart tal-2013. It-tkabbir reali tal-PDG laħaq 1,4 % fl-2014 u tela' għal 3,2 % fl-2015. Skont it-tbassir aġġornat tar-rebbiegħa tal-2016 tal-Kummissjoni, it-tkabbir reali tal-PDG huwa mistenni li jilħaq 2,9 % fl-2016. Din hija reviżjoni 'l fuq ta' 0,3 punti perċentwali meta mqabbel mat-tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni tal-2016, xprunat minn konsum pubbliku u privat ogħla milli mistenni fl-ewwel kwart tas-sena. Konsegwentement, ma kienx hemm tnaqqis kbir fir-ritmu ekonomiku tul il-perjodu kopert mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 (jiġifieri 2013-2016).

Barra minn hekk, ma seħħ l-ebda avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-gvern, b'impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi matul l-2013–2016. Għalkemm l-inflazzjoni fi Spanja kienet sorpriża fis-sens li kienet fuq in-naħa baxxa, u saħansitra kienet negattiva fl-2014, l-impatt tagħha fuq il-finanzi pubbliċi ma kienx kbir u kien fil-biċċa l-kbira kkumpensat minn tkabbir reali tal-PDG ogħla milli mistenni, b'ħolqien mgħaġġel ta' impjiegi u tkabbir b'komponent ta' tkabbir li jrendi t-taxxi li kien ta' benefiċċju għat-tnaqqis tad-defiċit.

(7)

Għalhekk ma jeżistux ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali li jiġġustifikaw tnaqqis tal-ammont tal-multa.

(8)

Fit-13 ta' Lulju 2016, Spanja ressqet talba raġunata lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda li l-Kunsill jistabbilixxi l-ammont tal-multa għal żero. Insostenn tat-talba tagħha, Spanja tat ir-raġunijiet segwenti:

Spanja tfakkar il-kisbiet importanti tagħha fl-implimentazzjoni ta' aġenda ta' riforma wiesgħa, minkejja kuntest ekonomiku diffiċli ħafna, li kienet deċiżiva biex tappoġġa l-irkupru qawwi tal-attività ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll il-korrezzjoni tal-iżbilanċi akkumulati. Tagħti enfasi wkoll fuq l-isforz fiskali sinifikanti implimentat wara l-kriżi u l-impatt negattiv ta' inflazzjoni baxxa u saħansitra negattiva fuq il-proċess ta' aġġustament fiskali u l-ekonomija b'mod ġenerali. Tqajmu wkoll kwistjonijiet metodoloġiċi, rigward l-allegata inabilità tal-metodoloġija preżenti li tivvaluta l-konformità mal-PST biex jittieħed kont tas-sorpriżi tal-inflazzjoni negattiva jew li jitkejjel b'mod preċiż it-tkabbir potenzjali tal-PDG fil-każ ta' Spanja. Fl-aħħar nett, tirrapporta dwar il-miżuri u l-impenji li ttieħdu sabiex jitnaqqas id-defiċit pubbliku fl-2016 u tirriafferma l-impenn biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2017.

(9)

Valutazzjoni tal-argumenti msemmija hawn fuq twassal għall-kunsiderazzjonijiet ta' hawn taħt.

(10)

L-ekonomija Spanjola għaddiet minn tibdil sinifikanti f'dawn l-aħħar snin, bis-saħħa wkoll ta'riformi li saru f'ambjent ekonomiku diffiċli li għenu sabiex jitnaqqsu r-riġiditajiet eżistenti fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti. It-tlestija b'suċċess tal-programm ta' għajnuna finanzjarja għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fi Spanja fil-bidu tal-2014 u riformi strutturali kbar li twettqu fl-istess żmien ħolqu bażi soda għal irkupru ekonomiku. Anki wara t-tlestija tal-programm, Spanja kompliet timplimenta r-riformi strutturali, inkluża riforma fil-qafas tal-insolvenza, it-tlestija tar-ristrutturar tas-settur bankarju, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-ħolqien ta' kunsill fiskali indipendenti. Bil-għajnuna ta' politika monetarja u qafas ta' governanza msaħħaħ taż-żona tal-euro, dan witta t-triq għar-ritorn tal-influssi kapitali u kundizzjonijiet finanzjarji mtejba. Kif reġa' beda t-tkabbir fit-tieni nofs tal-2013, ir-riekwilibriju intern u estern avvanza, bl-appoġġ ukoll ta' kisbiet tal-kompetittività li kienu riżultat tar-riformi. L-irkupru huwa akkumpanjat minn ħolqien sod ta' impjiegi, appoġġjat minn moderazzjoni kontinwa fil-pagi u l-impatt tar-riformi tas-suq tax-xogħol. Minkejja progress fir-riekwilibriju tal-ekonomija, għad fadal sfidi importanti, peress li għad hemm livell għoli ta' dejn privat u pubbliku rifless f'livell għoli ħafna ta' obbligazzjonijiet esterni netti, jesponi lilSpanja għal riskji li jirriżultaw minn bidliet fis-sentiment tas-suq, u l-qgħad, li għadu għoli, jxekkel l-aġġustament ekonomiku.

(11)

Filwaqt li Spanja ma ħaditx azzjoni effikaċi biex tindirizza d-defiċit eċċessiv f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, hemm bżonn li jingħata rikonoxximent lill-fatt li Spanja kienet diġà għamlet sforzi fiskali mdaqqas biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv fil-baġits għall-2012, u f'miżura minuri, l-2013. L-eżawriment tal-konsolidazzjoni enfasizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2016 segwa dan l-isforz strutturali u fiskali sostanzjali u seħħ wara kundizzjonijiet ekonomiċi diffiċli li kellhom effett fuq il-koeżjoni soċjali. Tabilħaqq, minkejja l-irkupru qawwi tal-ekonomija sa mit-tielet perjodu ta' tliet xhur tal-2013, Spanja baqgħet tbati minn kundizzjonijiet ekonomiċi sfavorevoli matul il-perjodu kopert mill-aħħar rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Id-differenza fil-produzzjoni laħqet it-8,5 % tal-PDG potenzjali fl-2013 u, filwaqt li kienet qed titjieb malajr, kienet għadha fil-biċċa l-kbira fin-negattiv sa – 4,0 %, fl-2015. Ir-rata tal-qgħad telgħet għal 26,1 % fl-2013 u l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza żdiedu wara l-kriżi, li ġabu s-sehem globali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali għal 29,2 % fl-2014, waħda mill-ogħla rati fl-Unjoni.

(12)

F'dan il-kuntest, filwaqt li xi wħud mill-miżuri li ttieħdu fis-snin reċenti kellhom impatt negattiv dirett fuq il-finanzi pubbliċi, dawn setgħu kkontribwew għat-tkabbir u għall-impjiegi fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul, u b'hekk fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-eżenzjonijiet u r-rifużjonijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kkontribwew għall-persistentza tad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika, iżda sa ċertu punt appoġġjaw il-koeżjoni soċjali billi immiraw lejn nies bi dħul baxx, ħaddiema anqas kwalifikati u kuntratti permanenti ġodda. Ir-riformi tat-taxxa adottati tard fl-2014, filwaqt li huma sottofinanzjati, huma intenzjonati biex jagħmlu l-istruttura tat-taxxi aktar favur it-tkabbir, kif ukoll itejbu l-governanza fiskali u l-ekwità.

(13)

Għall-2016, il-gvern Spanjol, mill-pożizzjoni proviżorja tiegħu, ħa miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit wara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2016 dwar miżuri li kellhom jittieħdu minn Spanja sabiex tiġi żgurata korrezzjoni f'waqtha tad-defiċit eċċessiv tagħha, li hija ħaġa pożittiva. B'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu implimentati dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni domestika biex isaħħu d-dixxiplina fiskali fuq il-gvernijiet reġjonali, fis-6 ta' April, il-gvern talab lil 12-il gvern reġjonali biex japprovaw tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tal-baġit sabiex jiżguraw il-konformità mal-miri tad-defiċit tagħħom għall-2016. Filwaqt li t-tnaqqis fin-nefqa għall-2016 adottat s'issa minn dawn il-gvernijiet huwa konsiderevolment inqas mill-ammont mistenni rrappurtat fil-programm ta' stabbiltà tal-2016, il-gvern ċentrali ta' Spanja approva madwar 0,2 % tat-tnaqqis tal-PDG fl-approprjazzjonijiet baġitarji. Fit-13 ta' Lulju, il-gvern proviżorju Spanjol ħabbar l-impenn tiegħu biex jimplimenta aktar miżuri bżonnjużi li jnaqqsu d-defiċit.. Fuq in-naħa tad-dħul, kienu maħsuba emendi għat-taxxa tad-dħul korporattiva għal meta jiġi ffurmat il-gvern il-ġdid biex ipattu għat-telf fid-dħul ta' madwar 0,5 % tal-PGD mistenni fl-2016 wara l-bidliet li saru fir-regolament ta' ħlasijiet bin-nifs (pagos fraccionados) tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv, b'tali mod li jiġi żgurat li l-introjti mit-taxxa fuq id-dħul korporattiv jilħqu l-livell mistennija fil-Programm ta' Stabbiltà tal-2016. Fuq in-naħa tal-infiq, l-avvanz tad-data tal-għeluq tas-sena fiskali tal-gvern ċentrali, adottat fl-14 ta' Lulju, jista' jgħin biex titrażżan iż-żieda fl-infiq fit-tieni nofs tal-2016. Minkejja dan, dawn il-miżuri għadhom soġġetti għal riskji konsiderevoli ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari rigward l-adozzjoni mill-Parlament ta' bidliet meħtieġa tal-liġi tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv u għal dubji dwar jekk humiex biżżejjed sabiex jikkumpensaw it-tnaqqis mistenni fid-dħul tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv. Il-gvern impenja ruħu wkoll li jieħu aktar miżuri kontra l-frodi fiskali.

(14)

It-talba raġunata ta' Spanja lill-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-impatt negattiv ta' inflazzjoni baxxa u saħansitra negattiva fuq il-proċess ta' aġġustament fiskali u l-ekonomija b'mod ġenerali. Kif sostniet ukoll fid-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2016, matul l-2013-2015, l-inflazzjoni Spanjola (kif imkejla mid-deflattur tal-PDG) kienet tabilħaqq ferm taħt dik fix-xenarju makroekonomiku ta' referenza li fuqu hija bbażata r-rakkomandazzjoni (li kienet negattiva fl-2014, b'-0.4 %). Madankollu, l-impatt negattiv ta' inflazzjoni baxxa jew saħansitra negattiva fuq ir-riżultati fiskali ta' Spanja kien fil-biċċa l-kbira paċut minn tkabbir reali tal-PDG ogħla milli mistenni.

(15)

Spanja ssemmi wkoll intoppi metodoloġiċi fir-rigward tal-allegata inabilità tal-metodoloġija ta' azzjoni effettiva fil-preżent li tikkunsidra s-sorpriżi tal-inflazzjoni negattiva jew li tkejjel b'mod preċiż it-tkabbir potenzjali tal-PDG fil-każ ta' Spanja. Fir-rigward tal-possibbiltà ta' sottovalutazzjoni tal-isforz strutturali mwettaq fi Spanja, għandu jiġi mfakkar li l-Kummissjoni, biex tevalwa l-potenzjal tat-tkabbir, tapplika l-metodoloġija tal-funzjoni tal-produzzjoni li ġiet miftiehma b'mod komuni u approvata mill-Kunsill. Fir-rigward tal-impatt tal-inflazzjoni negattiva, il-Kummissjoni tirrikonoxxi fil-ħidma analitika tagħha li l-metodoloġija maqbula għas-sorveljanza fiskali — u fuq il-bażi tal-korrezzjoni taċ-ċifri tal-bilanċ nominali permezz ta' stimi potenzjali tal-output — tista', fil-preżenza ta' xokk ta' inflazzjoni negattiva, twassal għal sottovalutazzjoni tal-isforz strutturali. Madankollu, dan l-approċċ huwa kkumplimentat minn l-hekk imsejħa miżura minn isfel għal fuq tal-isforz fiskali, li tivvaluta jekk il-miri tan-nefqa jkunux intlaħqu u ġewx implimentati l-miżuri diskrezzjonali ppjanati fuq in-naħa tad-dħul. Kontra l-bidla fil-bilanċ strutturali, din il-miżura minn isfel għal fuq x'aktarx tissopravaluta l-isforz fiskali wara x-xokk tad-diżinflazzjoni. Fil-każ ta' Spanja, anke l-użu ta' tali metodoloġija minn isfel għal fuq turi li ma sar l-ebda sforz kumulattiv matul l-2013–2015, kontra r-rakkomandazzjoni ta' sforz strutturali kumulattiv ta' 3,0 % tal-PDG.

(16)

Fid-dawl tat-talba motivata ta' Spanja u f'kunsiderazzjoni tal-punti preċedenti, b'mod partikolari ir-riformi strutturali profondi meħuda mill-gvern Spanjol mill-2012 u li għadhom fis-seħħ, l-ambjent ekonomiku diffiċli matul il-perjodu kopert mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Ġunju tal-2013, l-impenji ta' tnaqqis tad-defiċit imħabbra mill-gvern interim Spanjol fit-talba motivata tiegħu, flimkien ma' miżuri ta' konsolidazzjoni li ttieħdu wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2016 dwar miżuri li għandhom jittieħdu minn Spanja sabiex tiġi żgurata korrezzjoni f'waqtha tad-defiċit eċċessiv tagħha, kanċellament tal-multa ta' 0,2 % tal-PDG huwa kkunsidrat li jkun iġġustifikat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-multa ta' 0,2 % tal-PDG li għandha tiġi imposta fuq Spanja minħabba nuqqas ta' azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 hija kkanċellata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2352

tal-14 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)

(notifikata bid-dokument C(2017) 8356)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2), b'mod partikolari mill-aħħar emenda tagħha bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/764 (3), uriet li hemm bżonn li jittieħdu bosta miżuri ulterjuri u li jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni jiġu adattati biex jiġi żgurat approċċ aktar effettiv kontra l-introduzzjoni u t-tixrid aktar mifrux fi ħdan l-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (minn hawn 'il quddiem: “l-organiżmu speċifikat”).

(2)

Minkejja n-neċessità li jitwettqu stħarriġiet abbażi tal-livell tar-riskju evalwat fil-livell tal-Istati Membri, l-esperjenza wriet li jenħtieġ li l-istħarriġiet jitwettqu b'mod aktar bir-reqqa u armonizzat sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jilħqu l-istess livell ta' prekawzjoni kontra l-organiżmu speċifikat. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li meta jitwettqu l-istħarriġiet, l-Istati Membri jqisu l-linji ta' gwida tekniċi rilevanti maħruġa mill-Kummissjoni.

(3)

Kif imsemmi fl-istandards internazzjonali, l-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat tkun ippruvata bħala l-aktar affidabbli meta tkun ibbażata fuq tal-inqas żewġ testijiet differenti, abbażi ta' prinċipji bijoloġiċi differenti jew li jimmiraw partijiet differenti tal-ġenomu. Jenħtieġ li l-lista ta' dawk it-testijiet tkun disponibbli f'bażi tad-dejta tal-Kummissjoni li trid tkun pubblika biex tkun żgurata t-trasparenza. Billi l-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat barra miż-żoni demarkati tirrikjedi livell differenti ta' sensittività tat-testijiet, jenħtieġ li jkun hemm testijiet speċifiċi għaż-żoni demarkati kif ukoll għaż-żoni għajr iż-żoni demarkati.

(4)

Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom fuq l-internet.

(5)

L-evidenza xjentifika msemmija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), fl-Opinjoni Xjentifika ta' Jannar 2015 (4) tindika l-possibbiltà ta' rikombinazzjoni ġenetika bejn is-subspeċijiet differenti tal-organiżmu speċifikat misjub f'postijiet oħra tad-dinja, li taffettwa speċijiet ta' pjanti ġodda li qatt qabel ma nstabu infettati mis-subspeċijiet ikkonċernati. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat approċċ aktar prekawzjonarju, u minħabba l-fatt li dan l-aħħar ġew irrappurtati subspeċijiet differenti fl-Unjoni, huwa importanti li jiġi ċċarat li fejn jinsabu aktar minn subspeċi waħda ta' organiżmu speċifikat f'żona, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi demarkata fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu. Barra minn hekk, meta l-identifikazzjoni tal-preżenza ta' subspeċi tkun għadha pendenti, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat, fuq bażi prekawzjonarja, jiddemarka wkoll dik iż-żona fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu.

(6)

L-esperjenza wriet li, meta jitwettqu l-istħarriġiet fi ħdan iż-żoni ta' lqugħ, l-allokazzjoni tar-riżorsi għandha tingħata prijorità skont il-livell ta' riskju fitosanitarju. Għalhekk, fiż-żoni ta' lqugħ, ikun proporzjonat li jiġi stabbilit l-istħarriġ rispettiv ikun ibbażat fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m f'żona tal-wisa' ta' mill-inqas 1 km madwar iż-żona infettata, u grilja maqsuma fi kwadri ta' 1 km × 1 km fi ħdan il-bqija taż-żona ta' lqugħ.

(7)

Abbażi tal-esperjenzi attwali, u f'konformità mal-evidenza xjentifika irrappurtata mill-EFSA, it-tneħħija minnufih tal-pjanti ospitanti kollha, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom, li jinsabu f'raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti infettati, iżżid il-prospetti ta' suċċess għall-qerda tal-organiżmu speċifikat. Meta mqabbla mal-miżuri ta' trażżin, meta t-tneħħija ta' pjanti tkun limitata biss għal dawk li nstabu li huma infettati u dan jekk jinsabu biss f'xi partijiet taż-żona demarkata, it-tneħħija tal-pjanti ospitanti kollha tipprovdi livell ogħla ta' garanzija vis-à-vis l-infezzjonijiet asintomatiċi u għalhekk l-istatus tal-organiżmu speċifikat fiż-żona. Għalhekk, huwa proporzjonat li jitnaqqas il-wisa' taż-żona ta' lqugħ madwar iż-żona infestata minn 10 km għal 5 km fil-każijiet kollha fejn iż-żona demarkata ġiet stabbilita bl-iskop tal-qerda. Madankollu, jenħtieġ li dak il-wisa' jibqa' 10 km fil-każ taż-żoni demarkati stabbiliti bl-iskop tat-trażżin, minħabba l-ħtieġa dovuta għall-preżenza aktar estiża tal-organiżmu speċifikat f'dawk iż-żoni demarkati, li jiġi adottat approċċ aktar prekawzjonarju.

(8)

Huwa wkoll proporzjonat li titnaqqas dik iż-żona ta' lqugħ sa 1 km, b'ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu li ma jseħħx aktar tixrid tal-organiżmu speċifikat, kif ukoll it-tneħħija immedjata tal-pjanti infettati u l-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni. Bl-istess mod, huwa proporzjonat li tiġi awtorizzata t-tneħħija taż-żona demarkata, wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali tagħha, fil-każ li tiġi adottata skema intensiva ta' teħid ta' kampjuni sabiex l-assenza minn dik iż-żona tal-organiżmu speċifikat tkun żgurata.

(9)

Bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-informazzjoni pubblika dwar il-miżuri meħuda kontra l-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw u jaġġornaw il-lista taż-żoni demarkati fit-territorju tagħhom, u li l-Kummissjoni tippubblika u taġġorna l-lista tagħha ta' dawk iż-żoni kif notifikati mill-Istati Membri.

(10)

L-esperjenza wriet li huwa proporzjonat li ż-żona demarkata ma tkunx stabbilita fejn instab l-organiżmu speċifikat f'sit bi protezzjoni fiżika ppruvata kontra l-vetturi ta' dak l-organiżmu. Dan l-approċċ huwa proporzjonat minħabba r-riskju baxx tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat u minħabba l-possibbiltà ogħla li dak l-organiżmu jiġi eliminat minnufih bħala riżultat tal-ambjent ikkontrollat fejn tfaċċa.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jawtorizzaw it-tħawwil tal-pjanti ospitanti kollha jew xi wħud minnhom fi ħdan iż-żoni infettati taħt trażżin 'il barra miż-żona ta' 20 km maġenb iż-żona ta' lqugħ, bil-kundizzjonijiet rilevanti, sabiex tiġi ggarantita aktar flessibbiltà għall-Istat Membru rispettiv. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jagħtu preferenza lil pjanti li jappartjenu għal varjetajiet ivvalutati bħala tolleranti jew reżistenti għall-organiżmu speċifikat, bil-għan li jitnaqqas il-livell ta' inokolu batteriku fiż-żoni rispettivi.

(12)

Sabiex jiġu rispettati t-tradizzjoni u l-istorja ta' lokalità partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jiddeċiedu li ma hemmx il-ħtieġa li jitneħħew il-pjanti ospitanti uffiċjalment ikklassifikati bħala pjanti ta' valur storiku jekk ma jkunux infettati mill-organiżmu speċifikat, anki jekk ikunu jinsabu fi ħdan raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti li ġew ittestjati u nstab li huma infettati mill-organiżmu speċifikat. Madankollu, u sabiex jiġu evitati l-infezzjoni potenzjali tagħhom u t-tixrid tal-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-monitoraġġ tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni demarkati jseħħ fi żmien xieraq kif ukoll għall-iskop taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali monitoraġġ u l-ispezzjonijiet tekniċi rispettivi jqisu l-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni.

(14)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, huwa xieraq li ż-żoni infettati fejn il-miżuri ta' trażżin jistgħu jiġu applikati jkunu limitati għal dawk iż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789.

(15)

Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-organiżmu speċifikat fl-Unjoni u r-rikonoxximent ta' żoni ta' trażżin ukoll f'partijiet oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li t-tneħħija tal-pjanti tapplika għaż-żona ta' trażżin kollha kemm hi fejn l-organiżmu speċifikat ikun instab li kien preżenti abbażi ta' stħarriġiet uffiċjali. Madankollu, sabiex ikun protett il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk l-istħarriġiet uffiċjali jsiru tal-inqas fil-prossimità ta' siti ta' produzzjoni awtorizzati għall-moviment tal-pjanti speċifikati 'l barra miż-żoni demarkati, qrib is-siti ta' pjanti b'valur kulturali, soċjali u xjentifiku, u f'żoni fi ħdan iż-żona infettata li tinsab 20 km 'il bogħod mill-konfini ta' dik iż-żona infettata. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma japplikax fil-każ ta' gżejjer li jkunu kkostitwiti kompletament minn żoni ta' trażżin u li jinsabu aktar minn 10 km lejn l-eqreb l-art fit-territorju tal-Unjoni, minħabba li dawn il-gżejjer huma fi kwalunkwe każ iżolati fiżikament.

(16)

Minħabba r-riskju fitosanitarju baxx kif ivvalutat mill-EFSA f'Marzu 2016 (5), huwa xieraq li jkun awtorizzat il-moviment ta' pjanti speċifikati li jappartjenu għal varjetajiet ippruvati li mhumiex suxxettibbli għal subspeċi waħda jew aktar tal-organiżmu speċifikat, 'il barra miż-żoni demarkati mingħajr passaporti tal-pjanti mħejjija u maħruġa skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (6).

(17)

Abbażi tal-kapaċità tat-tixrid tal-insetti vetturi, huwa xieraq u iktar proporzjonat li jiġi awtorizzat il-moviment ta' pjanti speċifikati mis-siti tal-produzzjoni mdawra minn żona b'wisa' ta' 100 metru li tkun ġiet soġġetta għal spezzjonijiet darbtejn fis-sena u fejn il-pjanti kollha li nstabu li għandhom is-sintomi, jew li kienu infettati mill-organiżmu speċifikat, tneħħew immedjatament. Għal raġunijiet ta' konsistenza, jenħtieġ li tapplika regola simili għas-siti tal-produzzjoni f'pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza tal-organiżmu speċifikat.

(18)

L-esperjenza wriet li s-siti tal-produzzjoni fejn jitkabbru l-pjanti ospitanti 'l barra miż-żoni demarkati, huma soġġetti għal spezzjonijiet annwali, u, fil-każ ta' sintomi, soġġetti għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar sabiex ikun żgurat livell għoli ta' fiduċja rigward l-assenza tal-organiżmu speċifikat. Għalhekk, u biex jiġi żgurat livell armonizzat ta' protezzjoni fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu adottati r-rekwiżiti rispettivi għal dawn is-siti.

(19)

Ġie ppruvat li l-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb jiġu infettatti b'rata rikorrenti mill-organiżmu speċifikat u jagħtu lok b'mod faċli għat-tixrid tal-marda fl-Unjoni. Għalkemm l-attivitajiet tat-“trace-back” għadhom għaddejjin sabiex jikkonfermaw fuq il-bażi prekawzjonarja, is-sors tal-pjanti infettati misjuba fl-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-pjanti speċifikati jitkabbru biss f'siti li huma soġġetti għal spezzjoni uffiċjali annwali, għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar sabiex l-assenza tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata. Minħabba li dawk il-pjanti huma aktar suxxettibbli mill-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li l-preżenza ta' dak l-organiżmu tiġi identifikata fuq il-bażi ta' mill-inqas żewġ testijiet pożittivi, li minnhom mill-inqas wieħed jeħtieġ ikun test molekulari, kif elenkat fil-bażi tad-dejta rispettiva tal-Kummissjoni.

(20)

Jenħtieġ li japplika rekwiżit simili għall-pajjiżi terzi fejn l-organiżmu speċifikat għad mhuwiex magħruf li tfaċċa. Barra minn hekk, jenħtieġ li meta jiċċaqalqu dawk il-pjanti fl-Unjoni, l-operaturi professjonisti jżommu rekords għal mill-anqas tliet snin sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà u s-segwitu tal-ispezzjonijiet kif xieraq.

(21)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 tistabbilixxi dispożizzjonijiet stretti dwar il-moviment ta' ċerti speċijiet ta' pjanti (“pjanti ospitanti”) fl-Unjoni misjuba bħala infettati mill-iżolati Ewropej tal-organiżmu speċifikat. Dawk il-pjanti ospitanti huma soġġetti għal kundizzjonijiet stretti, anki jekk huma qatt ma tkabbru f'żona demarkata.

(22)

Fl-istess ħin, bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 (7), ingħatat awtorizzazzjoni temporanja lill-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lil Franza u lil Spanja, li tippermetti ċ-ċertifikazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi u ta' materjal prebażiku ta' speċijiet speċifiċi ta' pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (8), u li jkunu prodotti f'għalqa f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux protetti mill-insetti. Bosta minn dawk is-speċijiet, partikolarment Juglans regia L., Olea europaea L., Prunus amygdalus Batsch, P. amygdalus × P. persica, P. armeniaca L., P. avium (L.) L., P. cerasus L., P. domestica L., P. domestica × P. salicina, P. dulcis (Mill.) D.A. Webb, P. persica (L.) Batsch, u P. salicina Lindley huma magħrufin li huma suxxettibbli għall-iżolati Ewropej u mhux Ewropej tal-organiżmu speċifikat elenkati bħala “pjanti speċifikati” fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789.

(23)

Minħabba t-theddid emerġenti mill-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta' dawk il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku, li jidderoga mill-kundizzjoni tat-tkabbir fejn ma jkunx protett mill-insetti, jenħtieġ li tiġi kkomplementata minn garanziji fitosanitarji alternattivi, anki jekk il-pjanti ma jinsabux f'żona demarkata skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789.

(24)

Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku li huma soġġetti għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/167 jiċċaqalqu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti. L-għan hu li jiġi ggarantit li dawk il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku, kif ukoll il-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti, ikunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku kkonċernati jkunu soġġetti għal spezzjoni viżwali, għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar molekulari sabiex tiġi żgurata l-assenza tal-organiżmu speċifikat, filwaqt li jiġi ppreservat l-istatus tas-saħħa ta' dawk il-pjanti u dak il-materjal matul il-proċess ta' propagazzjoni.

(25)

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-ispeċijiet kollha tal-pjanti li mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala pjanti speċifikati, jiġu inklużi fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(26)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 tiġi emendata skont dan.

(27)

Sabiex l-operaturi professjonisti u l-korpi uffiċjali responsabbli jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti dwar il-moviment tal-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jenħtieġ li d-dispożizzjoni rispettiva tapplika mill-1 ta' Marzu 2018.

(28)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Stħarriġiet dwar l-organiżmu speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri u l-identifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati.

Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. Għandhom jikkonsistu minn eżamijiet viżivi u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, minn ġbir ta' kampjuni u ttestjar. Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajbin, u għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa matul is-sena fir-rigward tal-possibbiltà li jinstab l-organiżmu speċifikat permezz ta' spezzjoni viżwali, ta' teħid ta' kampjuni u ta' ttestjar. Dawk l-istħarriġiet għandhom iqisu l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u tal-vetturi tiegħu, il-preżenza u l-bijoloġija tal-pjanti speċifikati, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat. Huma għandhom iqisu wkoll il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa pprovduta fuq is-sit web tal-Kummissjoni (*1).

2.   Il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni għajr iż-żoni demarkati, għandha tiġi skrinjata permezz ta' test molekulari wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv ieħor. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu u għandhom jimmiraw il-partijiet differenti tal-ġenomu.

Il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni demarkati, għandha tiġi skrinjata permezz ta' test molekulari wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv wieħed. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tmexxi u taġġorna l-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tipprovdi l-aċċess pubbliku għalih.

It-testijiet elenkati f'dik il-bażi tad-dejta għandhom jinqasmu f'żewġ kategoriji, skont l-adegwatezza tagħhom għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu fiż-żoni demarkati u f'żoni għajr iż-żoni demarkati.

(*1)  “Guidelines for the survey of Xylella fastidiosa (Wells et al.) in the Union territory” http://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/ph_biosec_legis_guidelines_xylella-survey.pdf”"

(2)

Fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Wara talba, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni u għandhom jgħarrfu lill-operaturi professjonisti rilevanti kollha billi jippubblikawhom fuq l-internet.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Meta l-preżenza tal-organiżmu speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat minnufih għandu jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn 'il quddiem “żona demarkata”.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-preżenza ta' subspeċi partikolari waħda tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddemarka żona fir-rigward ta' dik is-subspeċi biss.

Meta tkun identifikata l-preżenza ta' aktar minn subspeċi waħda tal-organiżmu speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka dik iż-żona fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu.

Meta l-identifikazzjoni tal-preżenza ta' subspeċi tkun għadha pendenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka dik iż-żona fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu.

L-identifikazzjoni tal-preżenza tas-subspeċi għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2).”

(b)

Fil-paragrafu 2, ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun tal-wisa' ta' mill-inqas 5 km, madwar iż-żona infettata. Iż-żona ta' lqugħ tista' titnaqqas għal wisa' ta' mhux anqas minn 1 km, jekk ikun hemm grad għoli ta' fiduċja li l-preżenza inizjali tal-organiżmu speċifikat ma rriżultax f'xi tixrid, u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pjanti ospitanti kollha, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom, ikunu tneħħew minnufih, f'raġġ ta' 100 m madwar il-pjanta misjuba infettata;

(b)

l-ebda pjanti oħra ma nstabu infettati mill-organiżmu speċifikat fiż-żona infettata minn mindu ttieħdu l-miżuri ta' qerda, abbażi ta' testijiet uffiċjali mwettqa tal-anqas darba matul is-sena, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Dawk it-testijiet għandhom ikunu bbażati fuq skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew aktar, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi;

(c)

ikun sar stħarriġ ta' delimitazzjoni f'żona b'wisa' ta' mill-anqas 5 km madwar iż-żona infettata, li kkonkluda li ma nstabitx il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dik iż-żona. Dak l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m f'żona tal-wisa' ta' mill-inqas 1 km madwar iż-żona infettata, u fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 1 km × 1 km fi ħdan il-bqija taż-żona ta' lqugħ. F'kull wieħed minn dawk il-kwadri, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi;

(d)

l-ebda vetturi li jġorru l-organiżmu speċifikat ma jkunu ġew osservati fiż-żona infettata minn mindu ttieħdu l-miżuri ta' qerda, abbażi ta' testijiet imwettqa darbtejn waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur, u f'konformità mal-istandards internazzjonali. Dawk it-testijiet għandhom iwasslu għall-konklużjoni li t-tixrid naturali tal-organiżmu speċifikat huwa eskluż.

Meta jitnaqqas il-wisa' taż-żona ta' lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għal dak it-tnaqqis.

Fil-każ ta' żona infettata għall-għan ta' miżuri ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), iż-żona ta' lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 10 km.”

(c)

Il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom iżommu u jaġġornaw lista taż-żoni demarkati stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u għandhom jippubblikaw dik il-lista u kwalunkwe aġġornament. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista tagħhom u bi kwalunkwe aġġornament skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE (*2).

Abbażi ta' dawk in-notifiki, il-Kummissjoni għandha taġġorna u tippubblika l-lista tagħha taż-żoni demarkati.

5.   Meta abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 3 u tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6(7), ma jinstabx l-organiżmu speċifikat f'żona demarkata għal perjodu ta' ħames (5) snin, din id-demarkazzjoni tkun tista' titneħħa. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-Istat Membru kkonċernat ikun naqqas iż-żona ta' lqugħ sal-wisa' ta' mhux anqas minn 1 km, skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2, dak l-Istat Membru jista' jneħħi dik iż-żona demarkata wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali, dment li jkunu ġew issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

bħala riżultat tal-miżuri meħuda skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2, jiġi konkluż b'livell għoli ta' fiduċja li l-preżenza inizjali tal-organiżmu speċifikat kienet każ iżolat u ma kien hemm ebda aktar tixrid fiż-żona demarkata rispettiva;

(b)

kemm jista' jkun prattiku u qrib iż-żmien ta' rfigħ, ikunu twettqu testijiet uffiċjali fiż-żona demarkata, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % f'konformità mal-istandards internazzjonali, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

Meta titneħħa żona demarkata skont it-tieni subparagrafu, il-pjanti speċifikati li jkunu jinsabu fiż-żona demarkata stabbilita preċedentement għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġiet intensivi matul is-sentejn ta' wara. Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew aktar f'konformità mal-istandards internazzjonali u abbażi ta' prinċipji xjentifiċi u tekniċi relatati mat-tixrid potenzjali tal-organiżmu speċifikat fil-madwar immedjat, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

Meta titneħħa żona demarkata wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għal din it-tneħħija.

(*2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 59).”"

(d)

Fil-paragrafu 6, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

ikun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona reċentement flimkien mal-pjanti li nstab fuqhom, jew li l-organiżmu speċifikat instab f'sit b'protezzjoni fiżika mill-vetturi ta' dak l-organiżmu;”

(4)

Fl-Artikolu 5 il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tal-pjanti ospitanti fi ħdan iż-żoni infettati elenkati fl-Anness II fejn il-miżuri ta' trażżin skont l-Artikolu 7 jiġu applikati, ħlief fiż-żona ta' 20 km msemmija fl-Artikolu 7(7)(c). Meta jingħataw dawk l-awtorizzazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti preferenza lill-pjanti ospitanti li jappartjenu għall-varjetajiet ivvalutati bħala reżistenti jew tolleranti għall-organiżmu speċifikat.”

(5)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-pjanti ospitanti uffiċjalment ikklassifikati bħala pjanti b'valur storiku ma għandhomx bżonn jitneħħew, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pjanti ospitanti kkonċernati jkunu ġew ikkampjunati u ttestjati skont l-Artikolu 3(2) u jkunu ġew ikkonfermati li mhumiex infettati mill-organiżmu speċifikat;

(b)

il-pjanti ospitanti individwali fiż-żona kkonċernata jkunu ġew iżolati fiżikament mill-vetturi b'tali mod li dawk il-pjanti ma jikkontribwixxux għal aktar tixrid tal-organiżmu speċifikat;

(c)

ikunu ġew applikati prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu.

Qabel ma tingħata deroga, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar imsemmija fil-punt (a), id-deskrizzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) li huma maħsuba li jittieħdu, il-ġustifikazzjoni tagħhom, u l-post fejn jinsabu l-pjanti individwali. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u l-post fejn jinsabu l-pjanti ospitanti li għalihom qed tingħata t-tali deroga.

Kull waħda minn dawk il-pjanti għandha tiġi spezzjonata uffiċjalment, waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur, għal sintomi tal-organiżmu speċifikat u għall-ivverifikar tal-adegwatezza tal-iżolament fiżiku. Meta jkun hemm sintomi preżenti, il-pjanta għandha tkun soġġetta għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat.”

(b)

Il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja l-preżenza tal-organiżmu speċifikat permezz ta' stħarriġiet annwali, filwaqt li jqis il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi, skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 3(1) u (2).

Fiż-żoni ta' lqugħ, iż-żona tal-istħarriġ għandha tkun ibbażata fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m f'żona tal-wisa' ta' mill-inqas 1 km madwar iż-żona infettata, u fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 1 km × 1 km fi ħdan il-bqija taż-żona ta' lqugħ. F'kull wieħed minn dawk il-kwadri, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.”

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 6, f'żona infettata elenkata fl-Anness II biss, jista' l-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li japplika l-miżuri ta' trażżin, kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7, (minn hawn 'il quddiem: “żona tat-trażżin”).

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom ineħħu l-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat abbażi tal-istħarriġiet uffiċjali msemmija fil-paragrafu 7.

Dik it-tneħħija għandha ssir minnufih wara l-identifikazzjoni uffiċjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat.

Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara t-tneħħija.”

(b)

Il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja l-preżenza tal-organiżmu speċifikat permezz ta' stħarriġiet uffiċjali, filwaqt li jqis il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, tal-anqas fil-postijiet li ġejjin:

(a)

fil-prossimità tas-siti msemmija fl-Artikolu 9(2);

(b)

fil-prossimità tas-siti ta' pjanti b'valur kulturali, soċjali jew xjentifiku partikolari;

(c)

fi ħdan żona infettata elenkata fl-Anness II u li tinsab f'żona mkejla mill-inqas 20 km 'l bogħod mill-konfini ta' dik iż-żona infettata mal-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m. F'kull wieħed minn dawk il-kwadri, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi, skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 3(1) u (2).

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe identifikazzjoni tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-postijiet imsemmija fil-punt (c).

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta' gżejjer li huma kompletament barra miż-żoni tat-trażżin u li jinsabu aktar minn 10 km lejn l-eqreb l-art fit-territorju tal-Unjoni.”

(7)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-moviment ta' pjanti speċifikati, għajr:

(a)

pjanti li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni; jew

(b)

pjanti li jappartjenu għal varjetajiet ta' pjanti speċifikati elenkati fl-Anness III.”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punti (d), (e) u (f) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(d)

ikun imdawwar minn żona b'wisa' ta' 100 metru li tkun ġiet soġġetta għal spezzjonijiet uffiċjali darbtejn fis-sena u fejn il-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat jew li għandhom sintomi, ikunu tneħħew minnufih u qabel dik it-tneħħija jkunu ġew applikati trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat;

(e)

ikun soġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa fi żminijiet xierqa tas-sena biex jinżamm ħieles mill-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;

(f)

ikun soġġett, kull sena, flimkien maż-żona msemmija fil-punt (d), għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni;”

(c)

Il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“7.   Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiċċaqalqu lejn u fit-territorju tal-Unjoni, biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (*3).

8.   Il-pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru fiż-żoni demarkati għandhom jiċċaqalqu fl-Unjoni biss dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, u, fil-każ ta' sintomi tal-organiżmu speċifikat, għat-teħid ta' kampjuni, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, kif ukoll l-ittestjar f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat;

(b)

dawn għandu jkollhom magħhom passaport tal-pjanti li jkun tħejja u nħareġ skont id-Direttiva 92/105/KEE.

Madankollu, il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, għandhom jiċċaqalqu fl-Unjoni biss jekk ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, għat-teħid ta' kampjuni, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, kif ukoll l-ittestjar f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, li jikkonferma l-assenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 % il-livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 5 %. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), il-preżenza ta' organiżmu speċifikat għandha tiġi skrinjata permezz ta' test wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv wieħed. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu. It-teħid ta' kampjuni għandu jkun immirat għall-pjanti sintomatiċi, kif ukoll għall-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, l-ebda passaport tal-pjanti ma huwa meħtieġ għall-moviment tal-pjanti ospitanti msemmija f'dan il-paragrafu lejn kwalunkwe persuna, li qed taġixxi għal skopijiet li jaqgħu 'l barra mill-kummerċ, min-negozju jew mill-professjoni tagħha, u li takkwista dawk il-pjanti għall-użu tagħha stess.

(*3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).”"

(d)

Jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

“9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, il-pjanti omm prebażiċi kif definiti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE (*4) jew il-materjal prebażiku kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (*5) li jappartjenu għall-ispeċijiet Juglans regia L., Olea europaea L., Prunus amygdalus Batsch, P. amygdalus × P. persica, P. armeniaca L., P. avium (L.) L., P. cerasus L., P. domestica L., P. domestica × P. salicina, P. dulcis (Mill.) D.A. Webb, P. persica (L.) Batsch, u P. salicina Lindley u li jkunu tkabbru 'l barra miż-żoni demarkati u li qattgħu għal mill-inqas parti minn ħajjithom 'il barra mill-faċilitajiet protetti mill-insetti, għandhom jiċċaqalqu fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni prevista fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 (*6);

(b)

fl-iqsar żmien possibbli qabel ma jiċċaqalqu, ikunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżwali, għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar molekulari tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, li twettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, il-passaport tal-pjanti ma għandux ikun meħtieġ għall-moviment tal-pjanti omm prebażiċi u tal-materjal prebażiku msemmija f'dan il-paragrafu lejn kwalunkwe persuna, li qed taġixxi għal skopijiet li jaqgħu 'l barra mill-kummerċ, min-negozju jew mill-professjoni tagħha, u li takkwista dawk il-pjanti għall-użu tagħha stess.

(*4)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22)."

(*5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8)."

(*6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 tat-30 ta' Jannar 2017 li temporanjament tawtorizza lill-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lil Franza u lil Spanja biex jiċċertifikaw il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku ta' speċijiet speċifiċi ta' pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE, li jkunu prodotti f'għalqa f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux protetti mill-insetti (ĠU L 27, 1.2.2017, p. 143).”"

(8)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-provvista ta' pjanti għat-tħawwil tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb li qatt ma kienu tkabbru fi ħdan żona demarkata.”

(b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-operaturi professjonisti għandhom iżommu r-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a għal tliet (3) snin mid-data li fiha l-lott rispettiv ikun ġie fornit lilhom jew mingħandhom.”

(9)

Fl-Artikolu 16, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, bit-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat u f'konformità mal-istandards internazzjonali, li jikkonfermaw l-assenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, il-livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 5 %, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.”

(10)

Fl-Artikolu 17(4), il-punti (c), (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(c)

ikun imdawwar minn żona b'wisa' ta' 100 metru li tkun ġiet soġġetta għal spezzjonijiet uffiċjali darbtejn fis-sena u fejn il-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat jew li għandhom sintomi, ikunu tneħħew minnufih u qabel dik it-tneħħija jkunu ġew applikati trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat;

(d)

fi żminijiet xierqa matul is-sena, ikun soġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa biex jinżamm ħieles mill-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;

(e)

ikun soġġett, kull sena, flimkien maż-żona msemmija fil-punt (c), għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur;”

(11)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

(12)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

(13)

Jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Applikazzjoni differita

Il-punt 7(c) tal-Artikolu 1 fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(8) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2018.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/764 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 77).

(4)  EFSA Journal 2015;13(1):3989, 262 pp., doi:10.2903/j.efsa.2015.3989

(5)  EFSA Journal 2016; 14(10):4601, 19 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4601

(6)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 tat-30 ta' Jannar 2017 li temporanjament tawtorizza lill-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lil Franza u lil Spanja biex jiċċertifikaw il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku ta' speċijiet speċifiċi ta' pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE, li jkunu prodotti f'għalqa f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux protetti mill-insetti (ĠU L 27, 1.2.2017, p. 143).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin huma mdaħħla f'ordni alfabetika:

 

Acacia dealbata Link

 

Anthyllis hermanniae L.

 

Calicotome villosa (Poiret) Link

 

Cercis siliquastrum L.

 

Chenopodium album L.

 

Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura

 

Cytisus villosus Pourr.

 

Eremophila maculata F. Muell.

 

Erigeron bonariensis L.

 

Erigeron sumatrensis Retz.

 

Erysimum

 

Fraxinus

 

Genista corsica (Loisel.) DC.

 

Helichrysum italicum (Roth) G. Don

 

Heliotropium europaeum L.

 

Lavandula × allardi (syn. Lavandula × heterophylla)

 

Lavandula × intermedia

 

Pelargonium

 

Phagnalon saxatile (L.) Cass.

 

Phillyrea latifolia L.

 

Rosa canina L.

 

Streptocarpus

(2)

L-entrati li ġejjin huma mħassra:

 

Chitalpa tashkinensis T. S. Elias & Wisura

 

Fraxinus americana L.

 

Fraxinus dipetala hook. & Arn.

 

Fraxinus latifolia Benth

 

Fraxinus pennsylvanica Marshall

 

Metrosideros excelsa Sol. ex Gaertn

 

Pelargonium graveolens L'Hér.”.


ANNESS II

ANNESS II

Żoni infettati kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) li huma żoni tat-trażżin fit-tifsira tal-Artikolu 7(1)

PARTI A

Iż-żona infettata fl-Italja

Iż-żona infettata tal-Italja tinkludi ż-żoni li ġejjin:

1.

Il-provinċja ta' Lecce

2.

Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta' Brindisi:

Brindisi

 

Carovigno

 

Ceglie Messapica,

Il-plottijiet katastali (Fogli) 11, 20 sa 24, 32 sa 43, 47 sa 62, 66 sa 135 biss

Cellino San Marco

 

Erchie

 

Francavilla Fontana

 

Latiano

 

Mesagne

 

Oria

 

Ostuni

Il-plottijiet katastali (Fogli) 34 sa 38, 48 sa 52, 60 sa 67, 74, 87 sa 99, 111 sa 118, 141 sa 154, 175 sa 222 biss

San Donaci

 

San Michele Salentino

 

San Pancrazio Salentino

 

San Pietro Vernotico

 

San Vito dei Normanni

 

Torchiarolo

 

Torre Santa Susanna

 

Villa Castelli

 

3.

Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta' Taranto:

Avetrana

 

Carosino

 

Faggiano

 

Fragagnano

 

Grottaglie

Il-plottijiet katastali (Fogli) 5, 8, 11 sa 14, 17 sa 41, 43 sa 47, 49 sa 89 biss

Leporano

Il-plottijiet katastali (Fogli) 2 sa 6, 9 sa 16 biss

Lizzano

 

Manduria

 

Martina Franca

Il-plottijiet katastali (Fogli) 246 sa 260 biss

Maruggio

 

Monteiasi

 

Monteparano

 

Pulsano

 

Roccaforzata

 

San Giorgio Ionico

 

San Marzano di San Giuseppe

 

Sava

 

Taranto

Biss: (is-Sezzjoni A, il-plottijiet katastali (Fogli) 49, 50, 220, 233, 234, 250 sa 252, 262, 275 sa 278, 287 sa 293 u 312 sa 318) (is-Sezzjoni B, il-plottijiet katastali (Fogli) 1 sa 27) (is-Sezzjoni C, il-plottijiet katastali (Fogli) 1 sa 11)

Torricella

 

PARTI B

Iż-żona infettata fi Franza

Iż-żona infettata fi Franza tinkludi ż-żona li ġejja:

Ir-reġjun ta' Korsika

PARTI C

Iż-żona infettata fi Spanja

Iż-żona infettata fi Spanja tinkludi ż-żona li ġejja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi


ANNESS III

ANNESS III

Varjetajiet ta' pjanti speċifikati li mhumiex suxxettibbli għar-razza rispettiva tas-subspeċi tal-organiżmu speċifikat, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1)

Varjetajiet

Speċjijiet ta' varjetajiet

Subspeċijiet tal-organiżmu speċifikat

Cabernet sauvignon

Vitis vinifera L.

Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53

Negroamaro

Vitis vinifera L.

Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53

Primitivo

Vitis vinifera L.

Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2353

tal-14 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt minn Calanus finmarchicus bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8426)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2011, il-kumpanija Norveġiża Calanus AS għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed iż-żejt mill-krustaċju (żooplankton tal-baħar) Calanus finmarchicus li jinġabar miż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew miż-żona tas-sajd ta' Jan Mayen fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(2)

Fil-21 ta' Ottubru 2016, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport, l-awtorità kkonkludiet li ż-żejt mill-Calanus finmarchicus jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fit-8 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, b'mod partikolari dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-proċess tal-produzzjoni, l-istabbiltà tal-ħżin u d-dejta tossikoloġika. L-ispjegazzjonijiet addizzjonali pprovduti min-naħa tal-applikant taffew dak it-tħassib u dan kien ta' sodisfazzjon għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

(5)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Jenħtieġ li l-użu taż-żejt minn Calanus finmarchicus jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, iż-żejt minnCalanus finmarchicus kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-isem taż-żejt minn Calanus finmarchicus awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandu jkun “żejt minn Calanus finmarchicus (krustaċju)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Calanus AS, Stakkevollv. 65, P.O. Box 2489, 9272 Tromsø, in-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS I

SPECIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT MINN CALANUS FINMARCHICUS

Deskrizzjoni: L-ikel il-ġdid huwa żejt kulur ir-rubini (aħmar skur), kemxejn viskuż b'riħa ħafifa tal-frott tal-baħar estratt mill-krustaċju (żooplankton tal-baħar) Calanus finmarchicus. Dan l-ingredjent jikkonsisti primarjament minn esteri tax-xama' (> 85 %) b'ammonti żgħar ta' trigliċeridi u lipidi newtrali oħra.

Speċifikazzjonijiet

Parametru

Valuri tal-ispeċifikazzjonijiet

Ilma

< 1 %

Esteri tax-xama'

> 85 %

Aċidi xaħmin totali

> 46 %

Aċidu ejkosapentenojku (EPA)

> 3 %

Aċidu dokosaeżaenojku (DHA)

> 4 %

Alkoħol xaħmi totali

> 28 %

C20:1 n-9 alkoħol xaħmi

> 9 %

C22:1 n-11 alkoħol xaħmi

> 12 %

Aċidi xaħmin trans

< 1 %

Esteri tal-astaksantin

< 0,1 %

Valur tal-perossidu

< 3 meq. O2/kg


ANNESS II

UŻI AWTORIZZATI TAŻ-ŻEJT MINN CALANUS FINMARCHICUS

Kategorija tal-ikel

Livell massimu

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

2,3 g/kuljum


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/49


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2354

tal-14 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8470)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/827/KE (2) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fi prodotti tal-ħobż.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/50/UE (3) awtorizzat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent biex jintuża f'kategoriji tal-ikel addizzjonali kif ġej: prodotti moħmija; ċereali tal-kolazzjon; taħlitiet tal-frott, tal-ġewż u taż-żrieragħ, u żrieragħ taċ-Chia ppakkjati minn qabel.

(3)

Fit-18 ta' Settembru 2015, inħarġet ittra ta' awtorizzazzjoni mill-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel tal-Irlanda, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, għal estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent ġdid biex jintuża f'kategoriji ta' ikel addizzjonali, jiġifieri fil-meraq tal-frott u fit-taħlitiet tal-meraq tal-frott.

(4)

Fil-5 ta' Settembru 2016, il-kumpanija MEGGLE Hrvatska d.o.o. għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Kroazja għal estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent ġdid biex jintuża f'kategoriji ta' ikel addizzjonali, jiġifieri, fil-jogurt.

(5)

Fil-11 ta' Jannar 2017, l-awtorità kompetenti tal-Kroazja ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport kkonkludiet li l-estensjoni tal-użu u l-livelli tal-użu massimu propost taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) jissodisfaw il-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fis-16 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(7)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, b'mod partikolari minħabba li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant taffew dak it-tħassib u dan kien ta' sodisfazzjon għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) hekk kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fil-jogurt b'kontenut massimu ta' 1,3 g ta' żrieragħ taċ-Chia sħaħ għal kull 100 g ta' jogurt jew ta' 4,3 g ta' żrieragħ taċ-Chia sħaħ għal kull 330 g ta' jogurt (porzjon).

Artikolu 2

L-isem taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandu jkun “żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil MEGGLE Hrvatska d.o.o., Zeleno polje 34, 31 000 Osijek, il-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/827/KE tat-13 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 14).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/50/UE tat-22 ta' Jannar 2013 li tawtorizza estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 24.1.2013, p. 34).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻRIERAGĦ TAĊ-CHIA (SALVIA HISPANICA)

Deskrizzjoni

Iċ-Chia (Salvia hispanica) hija pjanta sajfija erbaċea annwali li tagħmel mal-familja tal-Labiatae. Wara l-ħsad, iż-żrieragħ jitnaddfu b'mod mekkaniku. Fjuri, weraq u partijiet oħra tal-pjanta jitneħħew.

Kompożizzjoni taż-żrieragħ taċ-Chia (SALVIA HISPANICA)

Materja niexfa

91–96 %

Proteina

19–25,6 %

Xaħam

28–34 %

Karboidrati (1)

24,6–41,5 %

Fibra Kruda (2)

20–32 %

Irmied

4–6 %


(1)  Karboidrati inkluż l-valur tal-fibra (UE: CH huma karboidrati disponibbli = zokkor + lamtu)

(2)  Il-fibra kruda hija parti mill-fibra magħmula primarjament minn ċelluloża, pentosans u lignin li mhumiex diġeribbli.


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/52


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2355

tal-14 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-faqqiegħ trattat bir-raġġi UV bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8474)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Ġunju 2016, il-kumpanija Ekoidé AB għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvezja biex tqiegħed il-faqqiegħ trattat bir-raġġi UV (Agaricus bisporus) b'livelli miżjuda ta' Vitamina D2 fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(2)

Fis-27 ta' Frar 2017, l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-faqqiegħ trattat bir-raġġi UV (Agaricus bisporus) b'livelli miżjuda tal-Vitamina D2 jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fit-2 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant taffew dak it-tħassib u dan kien ta' sodisfazzjon għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

(5)

Il-Punt 1 tal-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jirrikjedi li l-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikun akkumpanjat minn dettalji dwar it-trattament speċifiku li l-ikel ikun għadda minnu f'kull każ fejn l-ommissjoni ta' informazzjoni bħal din tista' tqarraq bil-konsumaturi. Billi l-konsumaturi normalment ma jistennewx li l-faqqiegħ jiġi trattat bit-trattamenti tal-UV, l-isem tal-ikel għandu jinkludi jew jiġi akkumpanjat b'informazzjoni bħal din sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-faqqiegħ trattat bir-raġġi UV (Agaricus bisporus) b'żieda fil-livelli tal-Vitamina D2 kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid.

Artikolu 2

L-isem tal-faqqiegħ (Agaricus bisporus) li qed jiġi ttrattat bir-raġġi UV biex jiżdied il-livell tal-Vitamina D2 awtorizzat b'din id-Deċiżjoni għandu jkun “faqqiegħ trattat bir-raġġi UV (Agaricus bisporus)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Ekoidé AB, Vårbruksgatan 67, 583 32 Linköping, l-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal- Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FAQQIEGĦ TRATTAT BIR-RAĠĠI UV (AGARICUS BISPORUS) B'LIVELLI MIŻJUDA TA' VITAMINA D2

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-Agaricus bisporus imkabbar kummerċjalment fejn jiġi applikat it-trattament tar-raġġi UV lil faqqiegħ li jkun inħasad li jagħti kontenut ta' vitamina D2 ta' ≤ 10 μg/100 g (f'piż frisk).

Radjazzjoni UVB: proċess ta' radjazzjoni bid-dawl ultravjola fil-frekwenza ta' 290-320 nm.

Vitamina D2:

Isem kimiku

(3β,5Z,7E,22E)-9,10-sekoergosta-5,7,10(19),22-tetraen-3-ol

Sinonimi:

Ergokalċiferol

Nru tal-CAS

50-14-6

Piż molekulari

396,65 g/mol

Kontenut:

Vitamina D2 fil-prodott finali: 5-10 μg/100g f'piż frisk fid-data tal-iskadenza tal-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.


16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2356

tal-15 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Awstralja fir-rigward tal-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Awwissu 2016, l-Awstralja ppreżentat rapport li jagħti d-dettalji tar-riżultati tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift fl-Awstralja. Fl-Awstralja, ir-reġjuni statistiċi li joqorbu l-iktar lejn id-deskrizzjoni tar-reġjuni tal-klassifikazzjoni NUTS 2 huma l-istati. Għaldaqstant l-istimi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra twettqu fil-livell tal-istati Awstraljani.

(2)

Wara li eżaminat ir-rapport ippreżentat mill-Awstralja, il-Kummissjoni tqis li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE li jippermettu lil pajjiż terz juża valuri tipiċi għal żona ġeografika iżgħar (l-istati Awstraljani) minn dik użata fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti: id-dejta li hemm f'dan ir-rapport tirreferi għal emissjonijiet mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola (iż-żrieragħ żejtnija tal-lift); l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift huma mistennija li jkunu anqas minn jew ugwali għall-emissjonijiet li kienu preżunti fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti rilevanti; u li dawn l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra ġew irrappurtati lill-Kummissjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tqis li fir-rapport li l-Awstralja ppreżentat għar-rikonoxximent fit-22 ta' Awwissu 2016 hemm dejta preċiża għall-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift prodotti fl-istati tal-Awstralja, li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-klassifikazzjoni NUTS 2, għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Deskrizzjoni fil-qosor tad-dejta li tinsab fir-rapport tingħata fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' 5 snin. Jekk il-kontenut jew iċ-ċirkostanzi tar-rapport, kif ippreżentat għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni fit-22 ta' Awwissu 2016, jinbidlu b'xi mod li jista' jaffettwa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent stabbiliti fl-Artikolu 1, dawn il-bidliet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bl-għan li tistabbilixxi jekk id-dejta fir-rapport għadhiex preċiża.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tista' tiġi rrevokata mill-Kummissjoni jekk jintwera b'mod ċar li d-dejta li hemm fir-rapport ma għadhiex preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift prodotti fl-Awstralja.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


ANNESS

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-lift fl-Istati tal-Awstralja (tunnellata CO2-eq/tunnellata taż-żrieragħ tal-lift abbażi tal-materja niexfa)

Stat

N2O fil-ħamrija

Residwi fl- għelejjel

Manifattura

Użu tal- fjuwil

Ġir

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Pestiċida

New South Wales (dryland)

0,046

0,005

0,115

0,195

0,023

0,079

0,035

0,001

0,500

New South Wales (irrigated)

0,276

0,123

0,115

0,275

0,006

0,096

0,053

0,001

0,944

New South Wales

0,051

0,008

0,115

0,197

0,023

0,079

0,036

0,001

0,509

Victoria (dryland)

0,026

0,005

0,113

0,192

0,020

0,078

0,035

0,001

0,470

Victoria (irrigated)

0,271

0,121

0,113

0,268

0,005

0,091

0,052

0,001

0,922

Victoria

0,030

0,007

0,113

0,193

0,019

0,078

0,035

0,001

0,476

Queensland

0,076

0,008

0,118

0,188

0,006

0,351

0,034

0,003

0,784

South Australia

0,013

0,002

0,113

0,184

0,013

0,080

0,034

0,001

0,439

Western Australia

0,013

0,002

0,112

0,237

0,032

0,079

0,034

0,002

0,511

Tasmania

0,270

0,121

0,107

0,265

0,012

0,138

0,052

0,002

0,967

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-lift fl-Istati tal-Awstralja (g CO2-eq / MJ FAME)

Stat

N2O fil-ħamrija

Residwi fl-għelejjel

Manifattura

Użu tal-fjuwil

Ġir

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Pestiċida

New South Wales (dryland)

1,766

0,192

4,414

7,485

0,883

3,032

1,343

0,038

19

New South Wales (irrigated)

10,594

4,721

4,414

10,555

0,23

3,685

2,034

0,038

36

New South Wales

1,958

0,307

4,414

7,561

0,883

3,032

1,382

0,038

20

Victoria (dryland)

0,998

0,192

4,337

7,37

0,768

2,994

1,343

0,038

18

Victoria (irrigated)

10,402

4,644

4,337

10,287

0,192

3,493

1,996

0,038

35

Victoria

1,151

0,269

4,337

7,408

0,729

2,994

1,343

0,038

18

Queensland

2,917

0,307

4,529

7,216

0,230

13,472

1,305

0,115

30

South Australia

0,499

0,077

4,337

7,062

0,499

3,071

1,305

0,038

17

Western Australia

0,499

0,077

4,299

9,097

1,228

3,032

1,305

0,077

20

Tasmania

10,363

4,644

4,107

10,171

0,461

5,297

1,996

0,077

37


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/58


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-8 ta' Diċembru 2017

fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2017/2357]

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 15(4) u 16(2);

Billi:

(1)

L-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”) jistipula li sistema ta' mekkaniżmu ta' appoġġ addizzjonali għandha tiġi stabbilita sabiex timmitiga l-effetti negattivi fuq żmien-qasir li jirriżultaw minn xokkijiet eżoġeni li jaffettwaw l-ekonomija tal-Istati AKP. Il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jistabbilixxi li l-modalitajiet tal-mekkaniżmu ta' appoġġ huma mniżżla fl-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

(2)

Il-mekkaniżmu kif definit attwalment fl-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jeħtieġ li jkun adatt biex jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Partijiet u jiżgura kunsinna flessibbli u rapida tal-assistenza.

(3)

L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Annessi Ia, II, III, IV, u VI għall-Ftehim inkwistjoni jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP--UE abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat AKP-UE ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp.

(4)

L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE.

(5)

L-Artikolu 16(2) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandu jwettaq kwalunkwe mandat fdat lilu mill-Kunsill.

(6)

Il-laqgħa tal-tal-Ministri AKP-UE tal-5 ta' Mejju 2017 tat mandat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jadotta deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE rigward xokkijiet eżoġeni u li l-Anness II, il-Kapitolu 3 jiġi emendat.

(7)

Jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-appoġġ finanzjarju lil pajjiżi AKP fil-każ ta' instabbiltà makroekonomika li tirriżulta minn xokkijiet eżoġeni, previst fl-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Appoġġ finanzjarju addizzjonali jista' jiġi mobilizzat mill-11-il riżerva tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għal ħtiġijiet mhux previsti, sabiex jimmitiga l-effetti negattivi fuq żmien qasir li jirriżultaw minn xokkijiet eżoġeni, inkluż l-effetti fuq id-dħul mill-esportazzjonijiet, u jissalvagwardja r-riformi u l-politiki soċjoekonomiċi pperikolati min-nuqqas fid-dħul.

2.   Il-pajjiżi AKP, milquta minn xokkijiet eżoġeni, għandhom jindirizzaw talba għal appoġġ finanzjarju lill-Kummissjoni Ewropea għal dan il-għan, li ser tiġi eżaminata b'approċċ każ b'każ orjentat lejn il-ħtiġijiet fil-qafas finanzjarju pluriennali ta' kooperazzjoni taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

3.   L-għajnuna għandha tiġi amministrata u implimentata skont il-proċeduri li jippermettu li l-operazzjonijiet ikunu rapidi, flessibbli u effettivi. Il-Kummissjoni Ewropea ser tirrapporta perjodikament lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp tal-AKP-UE.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kuntrattwali għall-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-AKP għandhom ikunu informati dwar l-implimentazzjoni prattika tal-modalitajiet tal-Artikolu 68.

Artikolu 4

L-Anness II, il-Kapitolu 3 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandu jiġi applikat f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

K. TAEL


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.


Rettifika

16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/60


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 140 tal-5 ta' Ġunju 2009 )

Fil-paġna 9, Artikolu 11, paragrafu (4), l-aħħar żewġ subparagrafi,

minflok:

“Fejn ma teżistix informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta' tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 disponibbli li jintużaw f'karozzi tal-passiġġieri ta' massa komparabbli u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza mmanifatturata.

Din il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b).”,

aqra:

“Fejn ma teżistix informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta' tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 disponibbli li jintużaw f'karozzi tal-passiġġieri ta' massa komparabbli u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza mmanifatturata. Din il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b).

Il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur fejn jintwera li l-kriterji għall-għoti tad-deroga msemmija f'dan il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.”;

Fil-paġna 9, Artikolu 11, paragrafu (6),

minflok:

“6.   Jekk, fuq il-bażi ta' notifika taħt il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar fis-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.”,

aqra:

“6.   Fejn, fuq il-bażi ta' notifika taħt il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar fis-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.”.