ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 44

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
19 ta' Frar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta' kooperazzjoni bejn il-produtturi

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/233 tad-9 ta' Frar 2016 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Guijuelo (DOP)]

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/234 tad-9 ta' Frar 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salam de Sibiu (IĠP)]

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/235 tat-18 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/236 tat-18 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/237 tas-17 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza (notifikata bid-dokument C(2016) 826)  ( 1 )

12

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea ( ĠU L 188, 18.7.2009 )

20

 

*

Rettika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( ĠU L 343, 22.12.2009 )

20

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti ( ĠU L 56, 6.3.1996 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 023)

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/232

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta' kooperazzjoni bejn il-produtturi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 173(1) u 223(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) u jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-azzjoni ta' dawn l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet fil-qafas ġuridiku l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli.

(2)

Diġà jeżistu regoli speċifiċi dwar ċerti aspetti ta' kooperazzjoni għas-settur tal-frott u l-ħaxix, għas-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ għall-ikel. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità, ir-regoli speċifiċi għal dawn is-setturi għandhom jibqgħu japplikaw. Għal dawk l-aspetti ta' kooperazzjoni bejn il-produtturi li mhumiex koperti minn dawk ir-regoli speċifiċi, għandu japplika dan ir-Regolament Delegat.

(3)

L-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti biex jesternalizzaw kull attività tagħhom minbarra l-produzzjoni f'dawk is-setturi fejn il-Kummissjoni tippermetti l-esternalizzazzjoni. Fil-preżent, l-esternalizzazzjoni hija prevista għas-settur tal-frott u l-ħaxix u għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel. Filwaqt li jitqiesu l-aspetti ekonomiċi involuti u l-benefiċċji li l-esternalizzazzjoni ta' ċerti attivitajiet tista' tipprovdi lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-membri tagħhom, din l-esternalizzazzjoni għandha tkun disponibbli għas-setturi kollha.

(4)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli dwar ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali tranżnazzjonali kif ukoll regoli li jiċċaraw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri involuti. Filwaqt li titħares il-libertà tal-istabbiliment, ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali għandu jkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru fejn dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ikollhom għadd sinifikanti ta' membri jew volum jew valur minimu sinifikanti ta' produzzjoni kummerċjabbli. Għal organizzazzjonijiet interprofessjonali tranżnazzjonali għandu jkun l-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-kwartieri ġenerali tagħhom, li jiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent tagħhom.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli rigward l-istabbiliment tal-assistenza amministrattiva li għandha tingħata fil-każ ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali. Assistenza bħal din għandha b'mod partikolari tinkludi t-trasferiment ta' informazzjoni li tkun tippermetti lill-Istat Membru kompetenti jivvaluta jekk organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali jew organizzazzjoni interprofessjonali tranżnazzjonali hijiex konformi mat-termini tar-rikonoxximent. Informazzjoni bħal din hija meħtieġa biex l-Istat Membru kompetenti jkun jista' jieħu azzjoni f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Fl-istess ħin, din l-assistenza se tippermetti li meta l-Istati Membri kompetenti jintalbu, huma jkunu jistgħu jittrasferixxu informazzjoni lill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-membri ta' tali organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet.

(6)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-miżuri fil-kuntest tal-politika agrikola komuni u għall-fini tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-ġestjoni ta' prodotti agrikoli kif ukoll biex jiġi żgurat approċċ armonizzat u simplifikat, għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni meħtieġa għan-notifika tad-deċiżjonijiet li jippermettu l-esternalizzazzjoni u li jagħtu, jirrifjutaw jew jirtiraw ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi, ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew ta' organizzazzjoni interprofessjonali.

(7)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 223/2008 (3) u Nru 709/2008 (4) jistipulaw regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Uħud mid-dispożizzjonijiet ta' dawk ir-regolamenti ma għadhomx fis-seħħ jew qatt ma ġew applikati. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, dawk ir-Regolamenti għandhom jitħassru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistipula regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti tal-kooperazzjoni tal-produtturi. Dan japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti li ġejjin:

(a)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (5) dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix;

(b)

Ir-Regolament (UE) Nru 880/2012 (6) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 (7) fir-rigward tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib; kif ukoll

(c)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 (8) dwar is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi li l-azjendi tal-produtturi membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;

(b)

“assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-organizzazzjonijiet membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;

(c)

“organizzazzjoni interprofessjonali tranżnazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni interprofessjonali li l-membri tagħha jkunu involuti fil-produzzjoni, fl-ipproċessar jew fil-kummerċ ta' prodotti koperti mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 3

Esternalizzazzjoni

1.   Is-setturi li fihom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-esternalizzazzjoni skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

2.   Organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jesternalizzaw kwalunkwe attività minn tagħhom għandhom jidħlu f'arranġament kummerċjali permezz ta' kuntratt bil-miktub, li jiżgura li l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal- organizzazzjonijiet tal-produtturi żżomm il-kontroll u s-superviżjoni tal-attivitajiet li jkunu qed isiru.

Artikolu 4

Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali

1.   Suġġett għat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa l-Istat Membru li fih organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali jkollha għadd sinifikanti ta' membri jew organizzazzjonijiet membri jew volum jew valur sinifikanti ta' produzzjoni kummerċjabbli, jew l-Istat Membru li fih il-kwartieri ġenerali ta' organizzazzjoni interprofessjonali tranżnazzjonali huwa stabbilit, li jiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent ta' tali organizzazzjoni jew assoċjazzjoni.

2.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jistabbilixxi l-kooperazzjoni amministrattiva neċessarja mal-Istati Membri l-oħra li fihom il-membri ta' tali organizzazzjoni jew assoċjazzjoni jinsabu fir-rigward tal-verifika tal-konformità mat-termini tar-rikonoxximent msemmija fl-Artikoli 154, 156 u 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   L-Istati Membri l-oħra fejn jinsabu l-membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali, ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali jew organizzazzjoni interprofessjonali tranżnazzjonali għandhom jagħtu l-assistenza amministrattiva neċessarja kollha lill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1.

4.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha fuq talba ta' Stat Membru ieħor fejn ikunu jinsabu l-membri ta' tali organizzazzjoni jew assoċjazzjoni.

Artikolu 5

Notifiki

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti:

(a)

id-deċiżjonijiet li jagħtu, li jirrifjutaw jew li jirtiraw ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, inkluża d-data tad-deċiżjoni u l-ismijiet u s-setturi kkonċernati u sommarju tar-raġunijiet għar-rifjut u għall-irtirar ta' rikonoxximent;

(b)

fir-rigward ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti u ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, il-valur tal-produzzjoni kummerċjabbli.

Artikolu 6

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 223/2008 u (KE) Nru 709/2008 huma mħassra.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2008 tat-12 ta' Marzu 2008 li jistipula kundizzjonijiet u proċeduri għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li jrabbu d-dud tal-ħarir (ĠU L 69, 13.3.2008, p. 10).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 709/2008 tal-24 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, fir-rigward tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-ftehimiet fis-settur tat-tabakk (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 23).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2012 tat-28 ta' Ġunju 2012 li jissuplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 263, 28.9.2012, p. 8).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta' Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39).

(8)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55).


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/233

tad-9 ta' Frar 2016

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Guijuelo (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' modifika tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Guijuelo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Guijuelo” (DOP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  ĠU C 329, 6.10.2015, p. 3.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/234

tad-9 ta' Frar 2016

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salam de Sibiu (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tar-Rumanija biex id-denominazzjoni “Salam de Sibiu” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u dan skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Salam de Sibiu” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Salam de Sibiu” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2 Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 329, 6.10.2015, p. 20.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/235

tat-18 ta' Frar 2016

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jipprevedi li x-xorb spirituż tal-kategorija 32 “Likur” huwa prodott billi tingħata t-togħma lil alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża waħda jew aktar jew taħlita tagħhom, dolċifikata u miżjuda bi prodotti ta' oriġini agrikola jew oġġetti tal-ikel bħal krema, ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib, frott, inbid jew inbid aromatizzat. Madankollu, il-proprjetajiet organolettiċi bażiċi li jikkaratterizzaw din il-kategorija ta' xorb spirituż ma jeħtiġux kemm it-togħma mogħtija u ż-żieda ta' prodotti ta' oriġini agrikola jew oġġetti tal-ikel. L-użu ta' waħda minnhom huwa biżżejjed sabiex jinkiseb prodott bil-karatteristiċi ġeneralment mistennija mill-konsumaturi għal likur. Għaldaqstant għandha tkun permessal-kummerċjalizzazzjoni taħt il-kategorija 32 “Likur” ta' xorb spirituż magħmul jew billi tingħata t-togħma lil alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża waħda jew aktar jew taħlita tagħhom jew biż-żieda ta' prodotti ta' oriġini agrikola jew oġġetti tal-ikel magħhom.

(2)

Għaldaqstant l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.


ANNESS

Fil-punt (a) tal-kategorija 32 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

prodott bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża waħda jew aktar jew taħlita tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.”


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/236

tat-18 ta' Frar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

86,9

IL

283,6

MA

97,2

SN

172,2

TN

107,9

TR

102,0

ZZ

141,6

0707 00 05

MA

84,3

TR

183,9

ZZ

134,1

0709 91 00

TN

173,6

ZZ

173,6

0709 93 10

MA

44,6

TR

164,5

ZZ

105,0

0805 10 20

CL

98,4

EG

45,1

IL

62,6

MA

58,5

TN

50,3

TR

60,8

ZZ

62,6

0805 20 10

IL

124,1

MA

86,5

TR

84,6

ZZ

98,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

68,8

IL

140,8

MA

121,2

TR

60,5

ZZ

97,8

0805 50 10

EG

91,9

IL

96,1

MA

74,1

TR

92,9

ZZ

88,8

0808 10 80

CL

93,3

US

110,4

ZZ

101,9

0808 30 90

CL

235,9

CN

89,3

TR

81,0

ZA

100,9

ZZ

126,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/12


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/237

tas-17 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza

(notifikata bid-dokument C(2016) 826)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 (3) ġiet adottata wara t-tixrid tal-influenza avjarja b'patoġenità għolja (HPAI) fi Franza u l-istabbiliment mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru ta' żona ristretta ulterjuri kbira madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. Dik iż-żona ristretta ulterjuri tinkludi diversi départements jew partijiet minnhom fil-Lbiċ ta' Franza.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 tistipula wkoll, inter alia, li l-erjas stabbiliti minn Franza bħala ż-żona ristretta ulterjuri skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4), għandhom jinkludu tal-inqas il-erjas elenkati bħala ż-żona ristretta ulterjuri fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/42 (5), sabiex tiġi estiża ż-żona ristretta ulterjuri stabbilita minn Franza b'kont meħud ta' aktar tifqigħat tal-HPAI f'dak l-Istat Membru.

(4)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/42, kien hemm aktar tifqigħat tal-HPAI fi Franza u għalhekk dan l-Istat Membru implimenta strateġija vigoruża ta' kontroll tal-marda tal-HPAI, inkluża estensjoni sostanzjali tal-erjas stabbiliti bħala ż-żona ristretta ulterjuri, fejn japplikaw restrizzjonijiet veterinarji għall-movimenti ta' pollam u ta' ċerti prodotti tal-pollam.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta' kontroll li ttieħdu minn Franza u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-żona ristretta ulterjuri, stabbiliti issa mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru, b'konformità mal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, huma mbegħdin biżżejjed mill-azjendi li fihom ġie kkonfermat li seħħew it-tifqigħat tal-HPAI.

(6)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jiġu imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi definita malajr iż-żona ristretta ulterjuri estiża stabbilita minn Franza fil-livell tal-Unjoni.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni (UE) 2015/2460 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 tat-23 ta' Diċembru 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza (ĠU L 339, 24.12.2015, p. 52).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/42 tal-15 ta' Jannar 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza (ĠU L 11, 16.1.2016, p. 10).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 huwa sostitwit b'dan l-Anness:

“L-ANNESS

Żona ristretta ulterjuri kif imsemmija fl-Artikolu 2(1):

ISO Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem (in-numru tad-Département)

 

 

FR

Franza

Erjas li jinkludu d-départements ta':

 

 

DORDOGNE (24)

GERS (32)

GIRONDE (33)

HAUTE-VIENNE (87)

HAUTES-PYRÉNÉES (65)

LANDES (40)

LOT-ET-GARONNE (47)

PYRÉNÉES-ATLANTIQUES (64)

LOT (46)

HAUTE-GARONNE (31)

ARIÈGE (09)

AVEYRON (12)

CORRÈZE (19)

TARN (81)

TARN-ET-GARONNE (82)

 

 

 

 

Erjas li jinkludu partijiet mid-départements ta':

 

 

 

 

CHARENTE (16) il-muniċipalità ta':

16254

PALLUAUD

 

 

AUDE (11) il-muniċipalitajiet ta':

11002

11009

11011

11026

11030

11033

11049

11052

11054

11056

11057

11070

11072

11074

11075

11076

11079

11087

11089

11114

11115

11134

11136

11138

11149

11150

11154

11156

11159

11162

11166

11174

11175

11178

11180

11181

11182

11184

11189

11192

11194

11195

11196

11200

11205

11208

11218

11221

11222

11225

11226

11231

11232

11234

11236

11238

11239

11243

11252

11253

11259

11268

11275

11277

11278

11281

11283

11284

11290

11291

11292

11297

11300

11308

11312

11313

11319

11331

11334

11339

11348

11356

11357

11359

11361

11362

11365

11367

11368

11371

11372

11382

11383

11385

11391

11395

11399

11404

11407

11411

11413

11418

11419

11428

11430

11434

11438

11439

AIROUX

ALZONNE

ARAGON

BARAIGNE

BELFLOU

BELPECH

BRAM

BROUSSES-ET-VILLARET

LES BRUNELS

CABRESPINE

CAHUZAC

CARLIPA

LA CASSAIGNE

LES CASSES

CASTANS

CASTELNAUDARY

CAUDEBRONDE

CAZALRENOUX

CENNE-MONESTIES

CUMIES

CUXAC-CABARDES

FAJAC-LA-RELENQUE

FANJEAUX

FENDEILLE

FONTERS-DU-RAZES

FONTIERS-CABARDES

FOURNES-CABARDES

FRAISSE-CABARDES

GAJA-LA-SELVE

GENERVILLE

GOURVIEILLE

LES ILHES

ISSEL

LABASTIDE-D'ANJOU

LABASTIDE-ESPARBAIRENQUE

LABECEDE-LAURAGAIS

LACOMBE

LAFAGE

LAPRADE

LASBORDES

LASTOURS

LAURABUC

LAURAC

LESPINASSIERE

LIMOUSIS

LA LOUVIERE-LAURAGAIS

MARQUEIN

LES MARTYS

MAS-CABARDES

MAS-SAINTES-PUELLES

MAYREVILLE

MEZERVILLE

MIRAVAL-CABARDES

MIREVAL-LAURAGAIS

MOLANDIER

MOLLEVILLE

MONTAURIOL

MONTFERRAND

MONTMAUR

MONTOLIEU

MOUSSOULENS

ORSANS

PAYRA-SUR-L'HERS

PECHARIC-ET-LE-PY

PECH-LUNA

PEXIORA

PEYREFITTE-SUR-L'HERS

PEYRENS

PLAIGNE

PLAVILLA

LA POMAREDE

PRADELLES-CABARDES

PUGINIER

RAISSAC-SUR-LAMPY

RIBOUISSE

RICAUD

ROQUEFERE

SAINT-AMANS

SAINTE-CAMELLE

SAINT-DENIS

SAINT-JULIEN-DE-BRIOLA

SAINT-MARTIN-LALANDE

SAINT-MARTIN-LE-VIEIL

SAINT-MICHEL-DE-LANES

SAINT-PAPOUL

SAINT-PAULET

SAINT-SERNIN

SAISSAC

SALLELES-CABARDES

SALLES-SUR-L'HERS

SALSIGNE

SOUILHANELS

SOUILHE

SOUPEX

LA TOURETTE-CABARDES

TRASSANEL

TREVILLE

VENTENAC-CABARDES

VERDUN-EN-LAURAGAIS

VILLANIERE

VILLARDONNEL

VILLASAVARY

VILLAUTOU

VILLEMAGNE

VILLENEUVE-LA-COMPTAL

VILLEPINTE

VILLESISCLE

VILLESPY

 

 

CANTAL (15) il-muniċipalitajiet ta':

15003

15011

15012

15014

15016

15018

15021

15024

15027

15028

15029

15030

15036

15046

15056

15057

15058

15064

15071

15072

15074

15076

15082

15083

15084

15085

15087

15088

15089

15090

15093

15094

15103

15104

15117

15118

15120

15122

15134

15135

15136

15140

15143

15144

15147

15150

15153

15156

15157

15160

15163

15165

15166

15167

15172

15175

15179

15181

15182

15183

15184

15186

15189

15191

15194

15196

15200

15204

15211

15212

15214

15215

15217

15221

15222

15224

15226

15228

15233

15234

15242

15255

15257

15260

15264

15266

15267

15268

15269

ALLY

ARNAC

ARPAJON-SUR-CERE

AURILLAC

AYRENS

BARRIAC-LES-BOSQUETS

BOISSET

BRAGEAC

CALVINET

CARLAT

CASSANIOUZE

CAYROLS

CHALVIGNAC

CHAUSSENAC

CRANDELLES

CROS-DE-MONTVERT

CROS-DE-RONESQUE

ESCORAILLES

FOURNOULES

FREIX-ANGLARDS

GIOU-DE-MAMOU

GLENAT

JUNHAC

JUSSAC

LABESSERETTE

LABROUSSE

LACAPELLE-DEL-FRAISSE

LACAPELLE-VIESCAMP

LADINHAC

LAFEUILLADE-EN-VEZIE

LAPEYRUGUE

LAROQUEBROU

LEUCAMP

LEYNHAC

MARCOLES

MARMANHAC

MAURIAC

MAURS

MONTSALVY

MONTVERT

MOURJOU

NAUCELLES

NIEUDAN

OMPS

PARLAN

PERS

PLEAUX

PRUNET

QUEZAC

REILHAC

ROANNES-SAINT-MARY

ROUFFIAC

ROUMEGOUX

ROUZIERS

SAINT-ANTOINE

SAINT-CERNIN

SAINT-CIRGUES-DE-MALBERT

SAINT-CONSTANT

SAINT-ETIENNE-CANTALES

SAINT-ETIENNE-DE-CARLAT

SAINT-ETIENNE-DE-MAURS

SAINTE-EULALIE

SAINT-GERONS

SAINT-ILLIDE

SAINT-JULIEN-DE-TOURSAC

SAINT-MAMET-LA-SALVETAT

SAINT-MARTIN-CANTALES

SAINT-PAUL-DES-LANDES

SAINT-SANTIN-CANTALES

SAINT-SANTIN-DE-MAURS

SAINT-SAURY

SAINT-SIMON

SAINT-VICTOR

SANSAC-DE-MARMIESSE

SANSAC-VEINAZES

LA SEGALASSIERE

SENEZERGUES

SIRAN

TEISSIERES-DE-CORNET

TEISSIERES-LES-BOULIES

LE TRIOULOU

VEZAC

VEZELS-ROUSSY

VIEILLEVIE

VITRAC

YOLET

YTRAC

LE ROUGET

BESSE”


Rettifika

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/20


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 188 tat-18 ta' Lulju 2009 )

F'paġna 110, Artikolu 26(1), it-tieni sentenza:

minflok:

“Fin-nuqqas ta' tweġiba xierqa u fil-ħin, żjara ta' verifika ma tistax issir.”,

aqra:

“Fin-nuqqas ta' tweġiba xierqa u fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma tagħmilx żjara ta' verifika.”.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/20


Rettika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tat-22 ta' Diċembru 2009 )

F'paġna 68, Artikolu 16(1), it-tieni sentenza:

minflok:

“Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u f'waqtha, iż-żjara ta' verifika ma tkunx tista ssir.”,

aqra:

“Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma tagħmilx żjara ta' verifika.”.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/20


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 56 tas-6 ta' Marzu 1996 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 023)

F'paġna 347, Artikolu 11(1), it-tieni sentenza:

minflok:

“Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin, żjara ta' verifika tista' ma ssirx.”,

aqra:

“Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma tagħmilx żjara ta' verifika.”.