ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.163.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
15 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH) ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen ( 1 )

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li japprova s-sustanza attiva ewġenol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2013

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/288/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/30/UE dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2013) 3491)  ( 1 )

26

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/289/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tad-29 ta' Mejju 2013 li taħtar membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

30

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għarr-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 ( ĠU L 248, 22.9.2007 )

31

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 543/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerk għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu u l-punt 5 tal-Linji Gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, jistabbilixxi rekwiżiti għall-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni (“TSOs”) sabiex jippubblikaw data (dejta) dwar id-disponibbiltà tan-netwerks, dwar il-kapaċitajiet tal-interkonnetturi transfruntiera u dwar waqfien tal-ġenerazzjoni, tat-tagħbija u tan-netwerk.

(2)

L-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (2) jirrikonoxxi li l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew ta’ linji gwida adottati skont dak ir-Regolament tikkostitwixxi żvelar pubbliku simultanju, komplet u effikaċi.

(3)

Id-disponibbiltà ta’ tali dejta hija indispensabbli għall-abbiltà tal-parteċipanti tas-suq li jieħdu deċiżjonijiet effikaċi relatati mal-produzzjoni, mal-konsum u man-negozjar. L-integrazzjoni tas-suq aktar profonda u l-iżvilupp rapidu ta’ sorsi intermittenti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mir-riħ u mix-xemx, jirrikjedu l-iżvelar ta’ informazzjoni kompleta, disponibbli f’waqtha, ta’ kwalità għolja u li tinftiehem faċilment relatata mal-prinċipji fundamentali tal-provvista u d-domanda.

(4)

Id-disponibbiltà f’waqtha ta’ settijiet kompleti ta’ dejta dwar il-prinċipji fundamentali għandha żżid ukoll is-sikurezza tal-provvisti tal-enerġija. Hija għandha tippermetti li l-partijiet tas-suq iqabblu b’mod preċiż il-provvista u d-domanda billi jnaqqsu r-riskju għall-qtugħ tad-dawl. Bħala riżultat, it-TSOs għandhom ikunu kapaċi jikkontrollaw in-netwerks tagħhom aħjar u joperawhom f’kondizzjonijiet aktar prevedibbli u sikuri.

(5)

Il-miżuri ta’ trasparenza attwali ma jissodisfawx dawn il-kriterji kompletament. Barra minn hekk, l-informazzjoni rilevanti tas-suq hija distribwita b’mod irregolari fost il-parteċipanti tas-suq billi l-parteċipanti stabbiliti kbar għandhom aċċess esklussiv għall-informazzjoni rigward l-assi tagħhom stess, li tpoġġi lill-parteċipanti tas-suq ġodda jew lill-parteċipanti mingħajr assi fi żvantaġġ.

(6)

Il-parteċipanti tas-suq għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni f’waqtha dwar il-konsum mistenni. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment u tiġi pprovduta għal perjodi ta’ żmien differenti. Ir-riżultat reali tal-konsum mistenni għandu jkun disponibbli wkoll ftit wara l-ħin reali.

(7)

L-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata u mhux ippjanata ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku u ta’ unitajiet ta’ konsum hija fost l-aktar informazzjoni rilevanti u importanti dwar il-provvista u d-domanda għall-parteċipanti tas-suq. Il-parteċipanti tas-suq u t-TSOs għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata dwar fejn, meta u għaliex l-unitajiet mhumiex jew mhux ser ikunu disponibbli biex jiġġeneraw jew jikkonsmaw l-elettriku u meta huma mistennija li jerġgħu jibdew joperaw. Dan għandu jgħin ukoll lit-TSOs sabiex jallokaw mill-ġdid ir-riżervi b’mod aħjar li jnaqqas il-probabbiltà tal-qtugħ tad-dawl.

(8)

Il-parteċipanti tas-suq u t-TSOs għandhom jirċievu wkoll informazzjoni dettaljata dwar il-kapaċità globali tal-ġenerazzjoni installata, l-estimi dwar il-ġenerazzjoni totali skedata, inkluż separatament għall-ġenerazzjoni intermittenti u d-dejta fil-livell tal-unitajiet dwar il-ġenerazzjoni effettiva tal-faċilitajiet akbar ta’ produzzjoni.

(9)

Sabiex ikun jista’ jittrasferixxi l-enerġija minn fejn hija disponibbli għal fejn hija l-aktar meħtieġa u jaġġusta l-portafolli kif xieraq, is-suq għandu jiġi pprovdut b’informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata u mhux ippjanata tal-infrastruttura eżistenti ta’ trażmissjoni transkonfinali (transfruntiera) u tal-pjanijiet dwar l-iżviluppi tal-infrastruttura. Barra minn hekk, it-TSOs għandhom jipprovdu u jaġġornaw regolarment id-dejta dwar il-kapaċitajiet ta’ trasferiment transfruntiera ppjanati u offruti għal limiti differenti ta’ żmien, kif ukoll informazzjoni relatata mal-allokazzjoni u l-użu tal-kapaċitajiet.

(10)

L-utilizzazzjoni rapida tas-sorsi ta’ ġenerazzjoni intermittenti ’l bogħod miċ-ċentri tal-konsum, ġabet magħha dejjem aktar konġestjoni fl-infrastruttura tat-trażmissjoni f’partijiet kbar tal-Ewropa. Bil-għan tittaffa l-konġestjoni, it-TSOs bdew jintervjenu dejjem aktar fl-operazzjonijiet tas-suq billi taw struzzjonijiet lill-parteċipanti tas-suq sabiex ibiddlu l-impenji tagħhom relatati mal-ġenerazzjoni jew man-negozjar. Sabiex is-suq ikun jista’ jifhem fejn u għaliex il-miżuri ta’ ġestjoni tal-konġestjoni saru meħtieġa, it-TSOs għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, dettaljata u raġunata dwar l-azzjonijiet tagħhom.

(11)

Saħansitra wara ppjanar bir-reqqa, il-produtturi, il-fornituri u n-negozjanti jistgħu jsibu ruħhom żbilanċjati u esposti għas-sistema ta’ bbilanċjar u ta’ aġġustament tat-TSOs. Sabiex inaqqsu bl-aħjar mod ir-riskju ta’ żbilanċ, il-parteċipanti tas-suq jeħtieġu informazzjoni preċiża, ċara u f’waqtha dwar is-swieq tal-ibbilanċjar. It-TSOs għandhom jipprovdu tali informazzjoni f’format komparabbli fil-livell transfruntiera, billi jinkludu dettalji dwar ir-riżervi li kienu kkuntrattjaw, il-prezzijiet imħallsa u l-volumi attivati għal skopijiet ta’ bbilanċjar.

(12)

It-TSOs ta’ sikwit huma s-sors primarju ta’ informazzjoni fundamentali rilevanti. Huma jintużaw ukoll sabiex jiġbru u jivvalutaw ammonti kbar ta’ informazzjoni għal skopijiet ta’ tħaddim tas-sistema. Sabiex jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni rilevanti madwar l-Unjoni, it-TSOs għandhom jiffaċilitaw il-ġbir, il-verifika u l-ipproċessar tad-dejta, filwaqt li n-Netwerk Ewropew ta’ Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni għall-Elettriku (“l-ENTSO għall-Elettriku”) għandu jagħmel id-dejta disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni. Sabiex jagħmel l-aħjar użu mis-sorsi ta’ trasparenza eżistenti, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jkun jista’ jirċievi informazzjoni għall-pubblikazzjoni permezz ta’ partijiet terzi bħal swieq tal-elettriku u pjattaformi ta’ trasparenza.

(13)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Dan ir-Regolament ġie adottat fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 li huwa jissupplimenta u li huwa jifforma parti integrali minnu. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 714/2009 f’atti legali oħra għandhom jinftiehmu li qed jirreferu wkoll għal dan ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi s-sett komuni u minimu ta’ dejta relatata mal-ġenerazzjoni, mat-trasportazzjoni u mal-konsum tal-elettriku li għandu jkun disponibbli għall-parteċipanti tas-suq. Huwa jipprovdi wkoll għall-ġbir u l-pubblikazzjoni ċentrali tad-dejta.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“riżervi ta’ bbilanċjar” tfisser ir-riżorsi kollha, jekk jiġu akkwistati ex ante jew f’ħin reali, jew skont l-obbligi legali, li huma disponibbli għat-TSO għal skopijiet ta’ bbilanċjar;

(2)

“unità taż-żmien għall-ibbilanċjar” tfisser il-perjodu ta’ żmien li għalih jiġi stabbilit il-prezz għar-riżervi ta’ bbilanċjar;

(3)

“żona tal-offerti” tfisser l-akbar żona ġeografika li fiha l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jinnegozjaw l-enerġija mingħajr allokazzjoni tal-kapaċità;

(4)

“allokazzjoni tal-kapaċità” tfisser l-attribuzzjoni tal-kapaċità transżonali;

(5)

“unità tal-konsum” tfisser riżorsa li tirċievi l-enerġija elettrika għall-użu tagħha stess, minbarra t-TSOs u l-Operaturi tas-Sistemi tad-Distribuzzjoni (“DSOs”);

(6)

“żona ta’ kontroll” tfisser parti koerenti tas-sistema interkonnessa, imħaddma minn operatur waħdieni tas-sistema u għandha tinkludi t-tagħbijiet fiżiċi konnessi u/jew l-unitajiet tal-ġenerazzjoni, jekk ikun hemm;

(7)

“kapaċità kkoordinata tat-trażmissjoni netta” tfisser metodu għall-kalkolu tal-kapaċità bbażat fuq il-prinċipju tal-valutazzjoni u tad-definizzjoni ex-ante ta’ skambju kummerċjali ta’ enerġija massima bejn żoni tal-offerti kontigwi;

(8)

“element ta’ netwerk kritiku” tfisser element ta’ netwerk fi ħdan żona tal-offerti jew bejn iż-żoni tal-offerti meħuda f’kunsiderazzjoni fil-proċess ta’ kalkolu tal-kapaċità, b’tali mod li jiġi llimitat l-ammont ta’ enerġija li tista’ tiġi skambjata;

(9)

“ibbilanċjar ta’ żona b’kontroll reċiproku” tfisser skema ta’ bbilanċjar fejn TSO jista’ jirċievi offerti għal attivazzjoni li tkun ġejja minn żoni ta’ TSOs oħrajn. Tali skema ma tinkludix id-dispaċċ mill-ġdid jew il-konsenja ta’ enerġija ta’ emerġenza;

(10)

“kapaċità transżonali” tfisser kemm is-sistemi interkonnessi jkunu jistgħu jakkomodaw it-trasferiment tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti;

(11)

il-“munita” hija l-euro jekk mill-inqas parti waħda taż-żona/i tal-offerti kkonċernata/i tkun parti minn pajjiż fejn l-euro hija valuta legali. Fi kwalunkwe każ ieħor, din tkun il-munita lokali;

(12)

“cut-off time” tfisser il-punt fiż-żmien meta t-TSOs ikunu jridu jikkonfermaw in-nominazzjonijiet kollha li jaqblu mas-suq. Il-“cut-off time” jirreferi mhux biss għas-swieq ta’ kuljum jew tal-istess jum iżda wkoll għas-swieq differenti li jkopru l-aġġustamenti tal-iżbilanċ u l-allokazzjoni tar-riżervi;

(13)

“tpartit kummerċjali” tfisser skambju kummerċjali transżonali mibdi mill-operaturi tas-sistema bejn żewġ żoni tal-offerti sabiex itaffu l-konġestjoni fiżika;

(14)

“fornitur tad-dejta” tfisser l-entità li qiegħda tibgħat id-dejta lejn il-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni;

(15)

“allokazzjoni espliċita” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali biss, mingħajr it-trasferiment tal-enerġija;

(16)

“parametri bbażati fuq il-fluss” tfisser il-marġnijiet disponibbli fuq l-elementi tan-netwerk kritiku b’fatturi assoċjati mad-distribuzzjoni ta’ trasferiment tal-enerġija;

(17)

“unità ta’ ġenerazzjoni” tfisser ġeneratur waħdieni tal-elettriku li jappartjeni għal unità ta’ produzzjoni;

(18)

“allokazzjoni impliċita” tfisser metodu ta’ amministrazzjoni tal-konġestjoni li permezz tiegħu l-enerġija tinkiseb fl-istess ħin bħall-kapaċità transżonali;

(19)

“unità ta’ ħin tas-suq” tfisser il-perjodu li għalih jiġi stabbilit il-prezz tas-suq jew l-iqsar perjodu ta’ żmien komuni possibbli għaż-żewġ żoni tal-offerti, jekk l-unitajiet tal-ħin tas-suq tagħhom ikunu differenti;

(20)

“kapaċità offruta” tfisser il-kapaċità transżonali offruta mill-allokatur tal-kapaċità tat-trażmissjoni lis-suq;

(21)

“ippjanat” tfisser avveniment magħruf ex-ante mill-proprjetarju primarju tad-dejta;

(22)

“fattur ta’ distribuzzjoni tat-trasferiment tal-enerġija” tfisser rappreżentazzjoni tal-fluss fiżiku fuq element ta’ netwerk kritiku kkawżat mill-varjazzjoni tal-pożizzjoni netta ta’ żona tal-offerti;

(23)

“proprjetarju primarju tad-dejta” tfisser l-entità li toħloq id-dejta;

(24)

“unità tal-produzzjoni” tfisser faċilità għall-ġenerazzjoni tal-elettriku kkostitwita minn unità ta’ ġenerazzjoni waħdanija jew minn aggregazzjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni;

(25)

“profil” tfisser fruntiera ġeografika bejn żona tal-offerti waħda u bosta żoni tal-offerti ġirien;

(26)

“dispaċċ mill-ġdid” tfisser miżura attivata minn operatur wieħed tas-sistema jew minn bosta operaturi tas-sistema permezz tat-tibdil fil-mudell tal-ġenerazzjoni u/jew tat-tagħbija sabiex jinbidlu l-flussi fiżiċi fis-sistema tat-trażmissjoni u tittaffa l-konġestjoni fiżika;

(27)

“tagħbija totali”, inkluż it-telf mingħajr l-elettriku użat għall-ħażna tal-enerġija, tfisser tagħbija ugwali għall-ġenerazzjoni u kull importazzjoni, imnaqqsa minn kull esportazzjoni u l-elettriku użat għall-ħażna tal-enerġija;

(28)

“allokatur tal-kapaċità tat-trażmissjoni” tfisser l-entità awtorizzata mit-TSOs li tamministra l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet transżonali;

(29)

“tagħbija vertikali” tfisser l-ammont totali ta’ enerġija li toħroġ min-netwerk tat-trażmissjoni għan-netwerks tad-distribuzzjoni, għall-klijenti finali konnessi direttament jew għall-parti konsumatriċi tal-ġenerazzjoni;

(30)

“marġni ta’ previżjoni b’sena bil-quddiem” tfisser id-differenza bejn il-previżjoni annwali tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni disponibbli u l-previżjoni annwali tat-tagħbija massima totali billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-previżjoni tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali, il-previżjoni tad-disponibbiltà tal-ġenerazzjoni u l-previżjoni tar-riżervi kkuntrattati għas-servizzi tas-sistema;

(31)

“ħin” tfisser il-ħin lokali fi Brussell.

Artikolu 3

Stabbiliment ta’ pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni

1.   Għandha tiġi stabbilita pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni u din titħaddem b’mod kosteffikaċi fi ħdan in-Netwerk Ewropew ta’ Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni għall-Elettriku (l-“ENTSO għall-Elettriku”). L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippubblika fil-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni d-dejta kollha li t-TSOs huma mitluba jissottomettu lill-ENTSO għall-Elettriku skont dan ir-Regolament.

Il-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas permezz tal-Internet u għandha tkun disponibbli mill-inqas bl-Ingliż.

Id-dejta għandha tkun aġġornata, faċilment aċċessibbli, li tista’ titniżżel u disponibbli għal mill-inqas 5 snin. L-aġġornamenti tad-dejta għandu jkollhom it-timbru bil-ħin, għandhom ikunu arkivjati u għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

2.   L-ENTSO għall-Elettriku għandu jissottometti proposta li tikkonċerna t-tħaddim tal-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni u l-ispejjeż assoċjati lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) erba’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-proposta.

3.   L-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżgura li l-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni tkun operattiva 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Sottomissjoni u pubblikazzjoni tad-dejta

1.   Il-proprjetarji primarji tad-dejta għandhom jissottomettu d-dejta lit-TSOs skont l-Artikoli 6 sa 17. Huma għandhom jiżguraw li d-dejta li huma jipprovdu lit-TSOs, jew fejn ipprovdut skont il-paragrafu 2 lill-fornituri tad-dejta, tkun kompleta, tal-kwalità meħtieġa u mogħtija b’mod li t-TSOs jew il-fornituri tad-dejta jkunu jistgħu jipproċessaw u jwasslu d-dejta lill-ENTSO għall-Elettriku fi żmien suffiċjenti li jippermetti lill-ENTSO għall-Elettriku jissodisfaw l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament b’rabta mal-iskedar f’waqtu tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

It-TSOs, jew fejn relevanti l-fornituri tad-dejta għandhom jipproċessaw id-dejta li jirċievu u jipprovduha lill-ENTSO għall-Elettriku għall-pubblikazzjoni fi żmien xieraq dovut.

2.   Il-proprjetarji primarji tad-dejta jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom stipulat fil-paragrafu 1 billi jissottomettu d-dejta direttament lill-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni, bil-kondizzjoni li jużaw parti terza li taġixxi bħala fornitur tad-dejta f’isimhom. Dan il-mod ta’ kif tiġi sottomessa d-dejta għandu jkun soġġett għall-qbil minn qabel tat-TSO, li jkun il-proprjetarju primarju taż-żona ta’ kontroll. Meta jagħti l-qbil tiegħu, it-TSO għandu jivvaluta jekk il-fornitur tad-dejta jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5 l-ewwel subparagrafu.

3.   It-TSOs għandhom jitqiesu bħala proprjetarji primarji tad-dejta għall-finijiet tal-Artikoli 6 sa 17, ħlief jekk jiġi ddikjarat mod ieħor.

4.   F’każ li żona tal-offerti tkun tikkonsisti minn bosta żoni ta’ kontroll fi Stati Membri differenti, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippubblika d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 separatament għall-Istati Membri kkonċernati.

5.   Bla ħsara għall-obbligi tat-TSOs u tal-ENTSO għall-Elettriku stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 3, id-dejta tista’ tiġi ppubblikata wkoll fuq is-siti elettroniċi tat-TSOs jew ta’ partijiet oħrajn.

6.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proprjetarji primarji tad-dejta, it-TSOs u l-fornituri tad-dejta jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Manwal tal-proċeduri

1.   L-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżviluppa manwal li jispeċifika:

(a)

id-dettalji u l-format tas-sottomissjoni tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 4(1);

(b)

il-modi u l-formati standardizzati tal-iskambju u l-komunikazzjoni tad-dejta bejn il-proprjetarji primarji tad-dejta, it-TSOs, il-fornituri tad-dejta u l-ENTSO għall-Elettriku;

(c)

il-kriterji tekniċi u operattivi li l-fornituri tad-dejta jkollhom jissodisfaw meta jipprovdu d-dejta lill-pjattaforma ċentrali ta’ trasparenza tal-informazzjoni;

(d)

il-klassifikazzjoni xierqa tat-tipi ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikoli 14(1), 15(1) u 16(1).

L-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżviluppa l-manwal wara konsultazzjoni miftuħa u trasparenti mal-partijiet interessati.

L-ENTSO għall-Elettriku għandu jagħmel il-manwal disponibbli għall-pubbliku.

Meta jkun meħtieġ, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġġorna l-manwal. Qabel ma jippubblika jew jaġġorna l-manwal, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jissottometti abbozz lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha, li għandha tiġi pprovduta mill-Aġenzija fi żmien xahrejn. L-abbozz tal-ewwel ħarġa għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija fi żmien erba’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Informazzjoni dwar it-tagħbija totali

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jikkalkolaw u jissottomettu d-dejta li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku għal kull żona tal-offerti:

(a)

it-tagħbija totali għal kull unità ta’ ħin tas-suq;

(b)

previżjoni ta’ jum bil-quddiem tat-tagħbija totali għal kull unità ta’ ħin tas-suq;

(c)

previżjoni ta’ ġimgħa bil-quddiem tat-tagħbija totali għal kull jum tal-ġimgħa ta’ wara, li għandu jinkludi, għal kull jum, valur massimu u minimu tat-tagħbija;

(d)

previżjoni ta’ xahar bil-quddiem tat-tagħbija totali għal kull ġimgħa tax-xahar ta’ wara, li għandu jinkludi, għal kull ġimgħa partikolari, valur massimu u minimu tat-tagħbija;

(e)

previżjoni ta’ sena bil-quddiem tat-tagħbija totali għal kull ġimgħa tas-sena ta’ wara, li għandu jinkludi, għal kull ġimgħa partikolari, valur massimu u minimu tat-tagħbija.

2.   L-informazzjoni msemmija

(a)

fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv;

(b)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn sagħtejn qabel ma jagħlaq is-suq ta’ jum bil-quddiem fiż-żona tal-offerti u għandha tiġi aġġornata meta jseħħu bidliet sinifikanti;

(c)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata kull nhar ta’ Ġimgħa mhux aktar tard minn sagħtejn qabel ma jagħlaq is-suq ta’ jum bil-quddiem fiż-żona tal-offerti u għandha tiġi aġġornata meta jseħħu bidliet sinifikanti;

(d)

fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn ġimgħa qabel ix-xahar tal-konsenja u għandha tiġi aġġornata meta jseħħu bidliet sinifikanti;

(e)

fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard mill-15-il jum kalendarju tax-xahar qabel is-sena li magħha tkun relatata d-dejta.

3.   L-unitajiet tal-ġenerazzjoni lokalizzati fiż-żona ta’ kontroll tat-TSO għandhom jipprovdu lil dak it-TSO bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkalkula d-dejta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

L-unitajiet tal-ġenerazzjoni għandhom jitqiesu bħala proprjetarji primarji tal-informazzjoni rilevanti li jipprovdu.

4.   L-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni (“DSO” ) lokalizzati fi ħdan żona ta’ kontroll tat-TSO għandhom jipprovdu lil dak it-TSO bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkalkula d-dejta msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1.

Id-DSOs għandhom jitqiesu bħala proprjetarji primarji tal-informazzjoni rilevanti li jipprovdu.

Artikolu 7

Informazzjoni relatata man-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ unitajiet ta’ konsum

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat ta’ 100 MW jew aktar ta’ unità tal-konsum, inklużi bidliet ta’ 100 MW jew aktar fin-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat ta’ unitajiet tal-konsum, li jdumu għal mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

iż-żona tal-offerti,

il-kapaċità disponibbli għal kull unità ta’ ħin tas-suq matul l-avveniment,

ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà,

id-data stmata għall-bidu u għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà;

(b)

informazzjoni dwar il-bidliet fid-disponibbiltà effettiva ta’ unità ta’ konsum b’rata tal-enerġija ta’ 100 MW jew aktar, li tispeċifika:

iż-żona tal-offerti,

il-kapaċità disponibbli għal kull unità ta’ ħin tas-suq matul l-avveniment,

ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà,

id-data tal-bidu u d-data stmata għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà.

2.   L-informazzjoni stipulata fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f’forma aggregata għal kull żona tal-offerti, billi tindika t-total tal-kapaċità tal-konsum mhux disponibbli għal kull unità ta’ ħin tas-suq matul perjodu partikolari mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li tittieħed id-deċiżjoni rigward in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat.

L-informazzjoni stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f’forma aggregata għal kull żona tal-offerti, billi tindika t-total tal-kapaċità tal-konsum mhux disponibbli għal kull unità ta’ ħin tas-suq matul perjodu partikolari mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li sseħħ il-bidla fid-disponibbiltà effettiva.

3.   L-unitajiet tal-konsum lokalizzati f’żona ta’ kontroll tat-TSO għandhom jikkalkulaw u jissottomettu d-dejta stipulata fil-paragrafu 1 lil dak it-TSO.

L-unitajiet tal-konsum għandhom jitqiesu bħala proprjetarju primarju tad-dejta li jissottomettu.

Artikolu 8

Marġni ta’ previżjoni b’sena bil-quddiem

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jikkalkulaw u jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku, għal kull żona tal-offerti, il-marġni ta’ previżjoni b’sena bil-quddiem evalwat fl-unita ta’ ħin tas-suq lokali.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata ġimgħa qabel l-allokazzjoni tal-kapaċità annwali iżda mhux aktar tard mill-15-il jum kalendarju tax-xahar qabel is-sena li magħha tkun relatata d-dejta.

2.   L-unitajiet tal-ġenerazzjoni u d-DSOs, lokalizzati f’żona ta’ kontroll tat-TSO, għandhom jipprovdu lil dak it-TSO bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkalkula d-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

L-unitajiet tal-ġenerazzjoni u d-DSOs għandhom jitqiesu bħala proprjetarji primarji tad-dejta li jissottomettu.

Artikolu 9

Infrastruttura tat-trażmissjoni

1.   It-TSOs għandhom jistabbilixxu u jipprovdu informazzjoni dwar bidliet futuri fl-elementi tan-netwerk u l-proġetti ta’ interkonnetturi inkluż l-espansjoni jew iż-żarmar fin-netwerks ta’ trażmissjoni tagħhom fiż-żmien it-tliet snin li jkun imiss, lill-ENTSO għall-Elettriku. Din l-informazzjoni għandha tingħata biss għal miżuri li mistennija jkollhom impatt ta’ mill-inqas 100 MW fuq il-kapaċità transżonali bejn iż-żoni tal-offerti jew fuq il-profili matul mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-assi kkonċernati;

(b)

il-lokalizzazzjoni;

(c)

it-tip ta’ assi;

(d)

l-impatt fuq il-kapaċità tal-interkonnessjoni skont id-direzzjoni bejn iż-żoni tal-offerti;

(e)

id-data stmata għat-tlestija.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata ġimgħa qabel l-allokazzjoni tal-kapaċità annwali iżda mhux aktar tard mill-15-il jum kalendarju tax-xahar qabel is-sena li magħha hija relatata al-allokazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi aġġornata bil-bidliet rilevanti qabel l-aħħar ta’ Marzu, l-aħħar ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru tas-sena li magħha hija relatata l-allokazzjoni.

Artikolu 10

Informazzjoni relatata man-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trażmissjoni

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jikkalkolaw u jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat, inklużi l-bidliet fin-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat tal-interkonnessjonijiet u fin-netwerk tat-trażmissjoni li jnaqqsu l-kapaċitajiet transżonali bejn iż-żoni tal-offerti b’100 MW jew aktar matul mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-identifikazzjoni tal-assi kkonċernati,

il-lokalizzazzjoni,

it-tip ta’ assi,

l-impatt stmat fuq il-kapaċità transżonali għal kull direzzjoni bejn iż-żoni tal-offerti,

ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ disponibbiltà,

id-data stmata għall-bidu u għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà;

(b)

informazzjoni dwar il-bidliet fid-disponibbiltà effettiva tal-interkonnessjonijiet u fin-netwerk tat-trażmissjoni li jnaqqsu l-kapaċitajiet transżonali bejn iż-żoni tal-offerti b’100 MW jew aktar matul mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-identifikazzjoni tal-assi kkonċernati,

il-lokalizzazzjoni,

it-tip ta’ assi,

l-impatt stmat fuq il-kapaċità transżonali għal kull direzzjoni bejn iż-żoni tal-offerti,

ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ disponibbiltà,

id-data stmata għall-bidu u għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà;

(c)

informazzjoni dwar il-bidliet fid-disponibbiltà effettiva tal-infrastruttura tas-sistema ta’ distribuzzjoni fil-baħar li jnaqqsu l-alimentazzjoni tal-enerġija mir-riħ b’100 MW jew aktar matul mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-identifikazzjoni tal-assi kkonċernati,

il-lokalizzazzjoni,

it-tip ta’ assi,

il-kapaċità installata tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ (MW) konnessa mal-assi,

l-enerġija mir-riħ alimentata (MW) fil-ħin li sseħħ il-bidla fid-disponibbiltà,

ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ disponibbiltà,

id-data stmata għall-bidu u għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà.

2.   L-informazzjoni stipulata fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li tittieħed id-deċiżjoni rigward in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat.

3.   L-informazzjoni stipulata fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li sseħħ il-bidla fid-disponibbiltà effettiva.

4.   Għall-informazzjoni stipulata fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, it-TSOs jistgħu jagħżlu li ma jidentifikawx l-assi kkonċernat u li ma jispeċifikawx il-lokalizzazzjoni tiegħu jekk huwa jkun ikklassifikat bħala informazzjoni sensittiva dwar il-ħarsien tal-infrastruttura kritika fl-Istati Membri tagħhom kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (3). Dan huwa bla ħsara għall-obbligi l-oħra tagħhom stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Informazzjoni relatata mal-istima u l-offerta tal-kapaċitajiet transżonali

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs jew, jekk applikabbli, l-allokaturi tal-kapaċità tat-trażmissjoni, għandhom jikkalkolaw u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku minn żmien qabel biżżejjed il-proċess tal-allokazzjoni:

(a)

il-kapaċità prevista u offruta (MW) għal kull direzzjoni bejn iż-żoni tal-offerti fil-każ ta’ allokazzjoni tal-kapaċità bbażata fuq kapaċità tat-trażmissjoni koordinata; jew

(b)

il-parametri rilevanti bbażati fuq il-fluss fil-każ ta’ allokazzjoni tal-kapaċità bbażata fuq il-fluss.

It-TSOs jew, jekk applikabbli, l-allokaturi tal-kapaċità tat-trażmissjoni, għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni li huma jikkalkulaw u jipprovdu.

2.   L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi ppubblikata kif stabbilit fl-Anness.

3.   B’rabta mal-konnessjonijiet tal-kurrent dirett, it-TSOs għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata lill-ENTSO għall-Elettriku dwar kwalunkwe restrizzjoni li ssir fuq l-użu tal-kapaċità transfruntiera disponibbli, inkluż permezz tal-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-bdil fil-fluss tal-produzzjoni tal-elettriku jew limiti fuq it-trasferiment tal-istess jum mhux aktar tard minn siegħa wara li l-informazzjoni tkun magħrufa.

L-operaturi tal-konnessjonijiet tal-kurrent dirett għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni aġġornata li jipprovdu.

4.   It-TSOs jew, jekk applikabbli, l-allokaturi tal-kapaċità tat-trażmissjoni, għandhom jipprovdu rapport annwali lill-ENTSO għall-Elettriku li jindika:

(a)

l-elementi tan-netwerk kritiku prinċipali li jillimitaw il-kapaċità tat-trasferiment offruta;

(b)

iż-żona/i ta’ kontroll li għaliha/għalihom jappartjenu l-elementi tan-netwerk kritiku;

(c)

il-punt safejn it-tħaffif tal-elementi tan-netwerk kritiku jżid il-kapaċità tat-trasferiment offruta;

(d)

il-miżuri kollha possibbli li jistgħu jiġu implimentati sabiex tiżdied il-kapaċità tat-trasferiment offruta, flimkien mal-ispejjeż stmati tagħhom.

Meta jippreparaw ir-rapport, it-TSOs jistgħu jagħżlu li ma jidentifikawx l-assi kkonċernat u li ma jispeċifikawx il-lokalizzazzjoni tiegħu jekk dan ikun ikklassifikat bħala informazzjoni sensittiva relatata mal-ħarsien tal-infrastruttura kritika fl-Istati Membri tagħhom kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/114/KE.

It-TSOs jew, jekk applikabbli, l-allokaturi tal-kapaċità tat-trażmissjoni, għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tar-rapport li huma jipprovdu.

Artikolu 12

Informazzjoni relatata mal-użu tal-kapaċitajiet transżonali

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jikkalkulaw u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

fil-każ ta’ allokazzjonijiet espliċiti, għal kull unità ta’ ħin tas-suq u għal kull direzzjoni bejn iż-żoni tal-offerti:

il-kapaċità (MW) mitluba mis-suq,

il-kapaċità (MW) allokata lis-suq,

il-prezz tal-kapaċità (Munita/MW),

id-dħul mill-irkant (fil-Munita) għal kull fruntiera bejn iż-żoni tal-offerti;

(b)

għal kull unità ta’ ħin tas-suq u għal kull direzzjoni bejn iż-żoni tal-offerti, il-kapaċità totali nnominata;

(c)

qabel kull allokazzjoni tal-kapaċità, il-kapaċità totali diġà allokata permezz ta’ proċeduri ta’ allokazzjoni preċedenti għal kull unità ta’ ħin tas-suq u għal kull direzzjoni;

(d)

għal kull unità ta’ ħin tas-suq, il-prezzijiet ta’ jum bil-quddiem f’kull żona tal-offerti (Munita/MWh);

(e)

fil-każ ta’ allokazzjonijiet impliċiti, għal kull unità ta’ ħin tas-suq, il-pożizzjonijiet netti ta’ kull żona tal-offerti (MW) u d-dħul mill-konġestjoni (fil-Munita) għal kull fruntiera bejn iż-żoni tal-offerti;

(f)

l-iskambji kummerċjali skedati ta’ jum bil-quddiem f’forma aggregata bejn iż-żoni tal-offerti għal kull direzzjoni u għal kull unità ta’ ħin tas-suq;

(g)

il-flussi fiżiċi bejn iż-żoni tal-offerti għal kull unità ta’ ħin tas-suq;

(h)

il-kapaċitajiet transżonali allokati bejn iż-żoni tal-offerti fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi għal kull direzzjoni, għal kull prodott allokat u għal kull perjodu.

2.   L-informazzjoni stipulata

(a)

fil-punti (a) u (e) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara kull allokazzjoni tal-kapaċità;

(b)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara kull rawnd ta’ nominazzjoni;

(c)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata l-aktar tard meta jkunu waslu biex jiġu ppubblikati ċ-ċifri tal-kapaċità offruta kif stabbilit fl-Anness;

(d)

fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara li jagħlaq is-suq;

(e)

fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata kuljum mhux aktar tard minn siegħa wara l-aħħar “cut-off time” u, jekk ikun applikabbli, għandha tiġi aġġornata mhux aktar tard minn sagħtejn wara kull proċess ta’ nominazzjoni fl-istess jum;

(f)

fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata għal kull unità ta’ ħin tas-suq, kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali, iżda mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv;

(g)

fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara l-allokazzjoni.

3.   L-allokaturi tal-kapaċità tat-trażmissjoni, jew fejn applikabbli s-swieq tal-elettriku għandhom jipprovdu lit-TSOs bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa sabiex jikkalkulaw id-dejta stipulata fil-paragrafu 1.

L-allokaturi tal-kapaċità tat-trażmissjoni għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni li jipprovdu.

Is-swieq tal-elettriku għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni li jipprovdu.

Artikolu 13

Informazzjoni relatata mal-miżuri ta’ ġestjoni tal-konġestjoni

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

informazzjoni relatata mad-dispaċċ mill-ġdid għal kull unità ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-azzjoni meħuda (jiġifieri ż-żieda jew it-tnaqqis fil-produzzjoni, iż-żieda jew it-tnaqqis fit-tagħbija),

l-identifikazzjoni, il-lokalizzazzjoni u t-tip ta’ elementi tan-netwerk ikkonċernati mill-azzjoni,

ir-raġuni għall-azzjoni,

il-kapaċità affettwata mill-azzjoni meħuda (MW);

(b)

informazzjoni relatata mat-tpartit għal kull unità ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-azzjoni meħuda (jiġifieri ż-żieda jew it-tnaqqis fl-iskambju transżonali),

iż-żoni tal-offerti kkonċernati,

ir-raġuni għall-azzjoni

il-bidla fl-iskambju transżonali (MW);

(c)

l-ispejjeż imġarrba f’xahar partikolari mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) u minn kwalunkwe azzjoni oħra ta’ rimedju.

2.   L-informazzjoni stipulata:

(a)

fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn siegħa (1) wara l-perjodu operattiv, għajr għar-raġunijiet li għandhom jiġu ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn jum wieħed wara l-perjodu operattiv;

(b)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn xahar wieħed wara t-tmiem tax-xahar imsemmi.

Artikolu 14

Previżjoni ta’ ġenerazzjoni

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jikkalkolaw u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

it-total tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni (MW) installata għall-unitajiet tal-produzzjoni kollha eżistenti ugwali għal jew akbar minn kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata ta’ 1 MW, għal kull tip ta’ produzzjoni;

(b)

informazzjoni dwar unitajiet tal-produzzjoni (dawk eżistenti u oħrajn ippjanati) b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata ugwali għal jew akbar minn 100 MW. L-informazzjoni għandha tinkludi:

l-isem tal-unità,

il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata (MW),

il-lokalizzazzjoni,

il-livell ta’ konnessjoni tal-vultaġġ,

iż-żona tal-offerti,

it-tip ta’ produzzjoni;

(c)

stima tal-ġenerazzjoni skedata totali (MW) għal kull żona tal-offerti u għal kull unità ta’ ħin tas-suq tal-jum ta’ wara;

(d)

previżjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx (MW) għal kull żona tal-offerti u għal kull unità ta’ ħin tas-suq tal-jum ta’ wara.

2.   L-informazzjoni stipulata:

(a)

fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata kull sena mhux aktar tard minn ġimgħa qabel l-aħħar tas-sena;

(b)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata kull sena għat-tliet snin ta’ wara mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu tal-ewwel sena li magħha tkun relatata d-dejta;

(c)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard mis-18.00, ħin ta’ Brussell, jum qabel issir il-konsenja effettiva;

(d)

fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard mis-18.00, ħin ta’ Brussell, jum qabel issir il-konsenja effettiva. L-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment u tiġi ppubblikata waqt in-negozjar tal-istess jum, filwaqt li għandu jiġi ppubblikat mill-inqas aġġornament wieħed fit-8.00, ħin ta’ Brussell, dakinhar li ssir il-konsenja effettiva. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għaż-żoni tal-offerti kollha f’dawk l-Istati Membri biss b’alimentazzjoni ta’ aktar minn 1 % ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija mir-riħ jew mix-xemx fis-sena jew għal dawk iż-żoni tal-offerti b’alimentazzjoni ta’ aktar minn 5 % ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija mir-riħ jew mix-xemx fis-sena.

3.   L-unitajiet tal-produzzjoni lokalizzati f’żona ta’ kontroll tat-TSO għandhom jipprovdu lil dak it-TSO bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkalkula d-dejta stipulata fil-paragrafu 1.

L-unitajiet tal-produzzjoni għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni rilevanti li jipprovdu.

Artikolu 15

Informazzjoni relatata man-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-unitajiet tal-produzzjoni

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat ta’ 100 MW jew aktar ta’ unità tal-ġenerazzjoni, inklużi l-bidliet ta’ 100 MW jew aktar fin-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat ta’ dik l-unità tal-ġenerazzjoni, li mistennija jdumu applikabbli għal mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq sa tliet snin sussegwenti, li tispeċifika:

l-isem tal-unità tal-produzzjoni,

l-isem tal-unità tal-ġenerazzjoni,

il-lokalizzazzjoni,

iż-żona tal-offerti,

il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata (MW),

it-tip ta’ produzzjoni,

il-kapaċità disponibbli waqt l-avveniment,

ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà,

id-data tal-bidu u d-data stmata għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà;

(b)

informazzjoni dwar il-bidliet ta’ 100 MW jew aktar fid-disponibbiltà effettiva ta’ unità tal-ġenerazzjoni, li mistennija jdumu applikabbli għal mill-inqas unità waħda ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-isem tal-unità tal-produzzjoni,

l-isem tal-unità tal-ġenerazzjoni,

il-lokalizzazzjoni,

iż-żona tal-offerti,

il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata (MW),

it-tip ta’ produzzjoni,

il-kapaċità disponibbli waqt l-avveniment,

ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà u

id-data tal-bidu u d-data stmata għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà;

(c)

in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat ta’ unità tal-produzzjoni ta’ 200 MW jew aktar inklużi bidliet ta’ 100 MW jew aktar fin-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat ta’ dik il-unità tal-produzzjoni, iżda mhux ippubblikata skont is-subparagrafu (a), li mistenni li jdum tal-anqas unità waħda ta’ ħin tas-suq sa tliet snin bil-quddiem, li tispeċifika:

l-isem tal-unità tal-produzzjoni,

il-lokalizzazzjoni,

iż-żona tal-offerti,

il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata (MW),

it-tip ta’ produzzjoni,

il-kapaċità disponibbli waqt l-avveniment,

ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà u

id-data tal-bidu u d-data stmata għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà;

(d)

bidliet ta’ 100 MW jew aktar fid-disponibbiltà effettiva ta’ unità tal-produzzjoni b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata ta’ 200 MW jew aktar, iżda mhux ippubblikata skont is-subparagrafu (b), li mistennija li jdumu tal-anqas tal-anqas unità waħda ta’ ħin tas-suq, li tispeċifika:

l-isem tal-unità tal-produzzjoni,

il-lokalizzazzjoni,

iż-żona tal-offerti,

il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata (MW),

it-tip ta’ produzzjoni,

il-kapaċità disponibbli waqt l-avveniment,

ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà u

id-data tal-bidu u d-data stmata għat-tmiem (jum, ħin) tal-bidla fid-disponibbiltà.

2.   L-informazzjoni stipulata fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li tittieħed id-deċiżjoni rigward in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat.

L-informazzjoni stipulata fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li sseħħ il-bidla fid-disponibbiltà effettiva.

3.   L-unitajiet tal-ġenerazzjoni lokalizzati f’żona ta’ kontroll tat-TSO għandhom jipprovdu lil dak it-TSO bid-dejta stipulata fil-paragrafu 1.

L-unitajiet tal-ġenerazzjoni għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tad-dejta li jipprovdu.

Artikolu 16

Ġenerazzjoni effettiva

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs għandhom jikkalkolaw u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

il-produzzjoni tal-ġenerazzjoni effettiva (MW) għal kull unità ta’ ħin tas-suq u għal kull unità ta’ ġenerazzjoni ta’ 100 MW jew aktar ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata;

(b)

il-produzzjoni tal-ġenerazzoni aggregata għal kull unità ta’ ħin tas-suq u għal kull tip ta’ produzzjoni;

(c)

il-ġenerazzjoni effettiva jew stmata ta’ enerġija mir-riħ u mix-xemx (MW) f’kull żona tal-offerti għal kull unità ta’ ħin tas-suq;

(d)

ir-rata medja u aggregata fil-ġimgħa tal-alimentazzjoni tal-impjanti kollha ta’ ħżin idroelettriku u ta’ ġibjuni tal-ilma (MWh) għal kull żona tal-offerti, inkluż iċ-ċifra għall-istess ġimgħa tas-sena ta’ qabel.

2.   L-informazzjoni stipulata:

(a)

fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata ħamest ijiem wara l-perjodu operattiv;

(b)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv;

(c)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-valuri mkejla hekk kif ikunu disponibbli. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għaż-żoni tal-offerti kollha f’dawk l-Istati Membri biss b’alimentazzjoni ta’ aktar minn 1 % ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija mir-riħ jew mix-xemx fis-sena jew għal dawk iż-żoni tal-offerti b’alimentazzjoni ta’ aktar minn 5 % ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija mir-riħ jew mix-xemx fis-sena;

(d)

fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fit-tielet jum tax-xogħol wara l-ġimgħa relatata mal-informazzjoni konċernata. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għaż-żoni tal-offerti kollha f’dawk l-Istati Membri biss b’alimentazzjoni ta’ aktar minn 10 % ta’ dan it-tip ta’ ġenerazzjoni fis-sena jew għal dawk iż-żoni tal-offerti b’alimentazzjoni ta’ aktar minn 30 % ta’ dan it-tip ta’ ġenerazzjoni fis-sena.

3.   L-unitajiet tal-ġenerazzjoni u l-unitajiet tal-produzzjoni lokalizzati f’żona ta’ kontroll tat-TSOs għandhom jipprovdu lil dak it-TSO bl-informazzjoni kollha rilevanti sabiex ikun jista’ jikkalkula d-dejta stipulata fil-paragrafu 1.

L-unitajiet tal-ġenerazzjoni u l-unitajiet tal-produzzjoni rispettivament għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni rilevanti li jipprovdu.

Artikolu 17

Bbilanċjar

1.   Għaż-żoni ta’ kontroll tagħhom, it-TSOs jew, fejn applikabbli, l-operaturi tas-swieq tal-ibbilanċjar, fejn it-tali swieq jeżistu, għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-ENTSO għall-Elettriku:

(a)

ir-regoli dwar l-ibbilanċjar, li jinkludu:

proċessi għall-akkwist ta’ tipi differenti ta’ riżervi ta’ bbilanċjar u ta’ enerġija ta’ bbilanċjar,

il-metodoloġija tar-rimunerazzjoni kemm għall-provvista tar-riżervi, kif ukoll għall-enerġija attivata għall-ibbilanċjar,

il-metodoloġija tal-kalkolu għall-ħlasijiet tal-iżbilanċ,

jekk tkun applikabbli, deskrizzjoni ta’ kif jitwettaq l-ibbilanċjar transfruntiera bejn żewġ żoni ta’ kontroll jew aktar u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-ġeneraturi u t-tagħbija;

(b)

l-ammont ta’ riżervi ta’ bbilanċjar ikkuntrattati (MW) mit-TSO, li jispeċifika:

is-sors tar-riżerva (il-ġenerazzjoni jew it-tagħbija),

it-tip ta’ riżerva (pereżempju; Riżerva ta’ Trażżin tal-Frekwenza, Riżerva ta’ Restorazzjoni tal-Frekwenza, Riżerva ta’ Sostituzzjoni),

il-perjodu ta’ żmien li għalih jiġu kkuntrattati r-riżervi (pereżempju; siegħa, jum, ġimgħa, xahar, sena, eċċ.);

(c)

il-prezzijiet imħallsa mit-TSO għal kull tip ta’ riżerva ta’ bbilanċjar akkwistata u għal kull perjodu ta’ akkwist (il-Munita/MW/perjodu);

(d)

l-offerti aggregati aċċettati għal kull unità taż-żmien għall-ibbilanċjar, separatament għal kull tip ta’ riżerva ta’ bbilanċjar;

(e)

l-ammont ta’ enerġija ta’ bbilanċjar attivata (MW) għal kull unità taż-żmien għall-ibbilanċjar u għal kull tip ta’ riżerva;

(f)

il-prezzijiet imħallsa mit-TSO għall-enerġija ta’ bbilanċjar attivata għal kull unità taż-żmien għall-ibbilanċjar u għal kull tip ta’ riżerva; l-informazzjoni dwar il-prezzijiet għandha tiġi pprovduta separatament għar-regolazzjoni ’l fuq u ’l isfel;

(g)

il-prezzijiet tal-iżbilanċ għal kull unità taż-żmien għall-ibbilanċjar;

(h)

il-volum ta’ żbilanċ totali għal kull unità taż-żmien għall-ibbilanċjar;

(i)

il-bilanċ finanzjarju ta’ kull xahar taż-żona ta’ kontroll, li jispeċifika:

l-ispejjeż li ġarrab it-TSO għall-akkwist tar-riżervi u għall-attivazzjoni tal-enerġija ta’ bbilanċjar,

id-dħul nett għat-TSO wara s-saldu tal-kontijiet ta’ żbilanċ mal-partijiet responsabbli għall-ibbilanċjar;

(j)

jekk tkun applikabbli, informazzjoni rigward l-Ibbilanċjar taż-Żona ta’ Kontroll Trasversali għal kull unità taż-żmien għall-ibbilanċjar, li tispeċifika:

il-volumi tal-offerti skambjati tax-xiri u tal-bejgħ għal kull unità taż-żmien għal akkwist,

il-prezzijiet massimi u minimi tal-offerti skambjati tax-xiri u tal-bejgħ għal kull unità taż-żmien għal akkwist,

il-volum tal-enerġija ta’ bbilanċjar attivata fiż-żoni ta’ kontroll ikkonċernati.

L-operaturi tas-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jitqiesu bħala l-proprjetarji primarji tal-informazzjoni li jipprovdu.

2.   L-informazzjoni stipulata:

(a)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn sagħtejn qabel il-proċess ta’ akkwist li jkun imiss;

(b)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li jintemm il-proċess ta’ akkwist;

(c)

fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv;

(d)

fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-perjodu operattiv. Fil-każ li d-dejta tkun preliminarja, iċ-ċifri għandhom jiġu aġġornati meta d-dejta ssir disponibbli;

(e)

fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv;

(f)

fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli;

(g)

fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-perjodu operattiv. Fil-każ li d-dejta tkun preliminarja, iċ-ċifri għandhom jiġu aġġornati meta d-dejta ssir disponibbli;

(h)

fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn tliet xhur wara xahar operattiv. F’każ li s-saldu jkun wieħed preliminari, iċ-ċifri għandhom jiġu aġġornati wara s-saldu finali;

(i)

fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn siegħa wara l-perjodu operattiv.

Artikolu 18

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-proprjetarju primarju tad-dejta, tal-fornitur tad-dejta u tal-ENTSO għall-Elettriku skont dan ir-Regolament għandha tkun limitata għal każijiet ta’ negliġenza serja u/jew imġiba ħażina volontarja. Fi kwalunkwe każ, dawn ma għandhomx ikunu responsabbli biex jikkumpensaw lill-persuna li tuża d-dejta għal kwalunkwe telf ta’ profitt, għal telf ta’ negozju, jew għal kwalunkwe ħsara inċidentali, speċjali jew konsegwenzjali indiretta oħra ta’ kull xorta li tirriżulta minn ksur tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 714/2009

Il-punti 5.5 sa 5.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jitħassru b’effett mill-5 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4(1) għandu japplika 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.


ANNESS

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2)

Perjodu tal-allokazzjoni tal-kapaċità

Il-kapaċità transżonali prevista li għandha tiġi ppubblikata

Il-kapaċità offruta li għandha tiġi ppubblikata

Kull sena

Ġimgħa qabel il-proċess tal-allokazzjoni annwali iżda mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru, għax-xhur kollha tas-sena ta’ wara.

Ġimgħa qabel il-proċess tal-allokazzjoni annwali iżda mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru.

Kull xahar

Jumejn tax-xogħol qabel il-proċess tal-allokazzjoni ta’ kull xahar, għall-jiem kollha tax-xahar ta’ wara

Jumejn tax-xogħol qabel il-proċess tal-allokazzjoni ta’ kull xahar.

Kull ġimgħa

Kull nhar ta’ Ġimgħa, għall-jiem kollha tal-ġimgħa ta’ wara

Jum qabel il-proċess tal-allokazzjoni ta’ kull ġimgħa.

Jum bil-quddiem

 

Siegħa (1) qabel l-għeluq tas-suq immedjat, għal kull unità ta’ ħin tas-suq.

Fl-istess jum (intra-day)

 

Siegħa (1) qabel l-ewwel allokazzjoni tal-istess jum u mbagħad f’ħin reali, għal kull unità ta’ ħin tas-suq.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 544/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-partikularitajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Novembru 2012 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kondizzjonijiet proposti għall-użu, il-preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li għandha l-potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif inhu speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2012; 10 (12): 2965.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU (1)/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1890

Biomin GmbH

Bifidobacterium animalis ssp. animalis

DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni f’forma ta’ taħlita ta’:

 

Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284 li jinkludi minimu ta’ addittiv 3 × 109 CFU/g

 

Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 li jinkludi minimu ta’ addittiv 1 × 109 CFU/g

 

Enterococcus faecium DSM 21913 li jinkludi minimu ta’ addittiv 6 × 109 CFU/g

Preparazzjoni solida (proporzjon 3:1:6)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351, u Enterococcus faecium DSM 21913

 

Metodi analitiċi  (2)

Għall-enumerazzjoni ta’:

 

Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284: metodu tat-tifrix EN 15785

 

Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351: metodu tat-tifrix EN 15787

 

Enterococcus faecium DSM 21913 il-metodu tat-tifrix EN 15788

Għall-identifikazzjoni:

Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ għas-simna:

1 × 108

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

L-addittiv jista’ jintuża b’għalf li jkun fih il-koċċidjostatiċi li ġejjin: Ammonju tal-maduramiċina, diklażuril jew l-idroklorur tar-robenidina.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti.

Il-5 ta’ Lulju 2023


(1)  Bħala kontenut totali tat-taħlita

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 545/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta’ sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(2)

Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura uniformi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti interessata.

(3)

Is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen (Nru FL 15.024) hija inkluża fil-lista bħala sustanza aromatizzanti taħt evalwazzjoni li għaliha għandha tiġi ppreżentata dejta xjentifika addizzjonali. Din id-dejta tressqet mill-applikant.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat id-dejta mressqa u fil-15 ta’ Mejju 2013 ikkonkludiet li 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen hija mutaġenika kemm in vitro kif ukoll in vivo u li għalhekk l-użu tagħha bħala sustanza aromatizzanti tqajjem tħassib rigward is-sikurezza (4).

(5)

Għaldaqstant l-użu ta’ 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ sustanzi aromatizzanti stabbiliti fl-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Konsegwentement, dik is-sustanza għandha titneħħa mil-lista mingħajr dewmien sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tuża l-proċedura ta’ urġenza għat-tneħħija ta’ sustanza li tqajjem tħassib rigward is-sikurezza mil-lista tal-Unjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 sustanzi aromatizzanti mhux inklużi fil-lista tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel sat-22 ta’ Ottubru 2014. Dak il-perjodu transitorju ma għandux japplika għal 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen.

(8)

Minħabba li 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen kien jintuża f’livelli baxxi u miżjud mal-ikel f’ammonti żgħar annwalment fl-Unjoni Ewropea, il-preżenza ta’ dik is-sustanza fl-ikel ma tqajjimx tħassib immedjat dwar is-sikurezza. Għalhekk, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll raġunijiet tekniċi u ekonomiċi, għandhom jiġu stabbiliti perjodi ta’ transizzjoni biex ikopru ikel li fih is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen li tkun tqiegħdet fis-suq jew intbagħtet minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   It-tqegħid fis-suq ta’ 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen bħala sustanza aromatizzanti u l-użu ta’ dik is-sustanza fl-ikel jew fuqu għandhom ikunu ipprojbiti.

2.   It-tqegħid fis-suq ta’ ikel li fih is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen għandu jkun ipprojbit.

3.   L-importazzjoni ta’ 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen bħala sustanza aromatizzanti u l-importazzjoni ta’ ikel li fih is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen għandhom ikunu ipprojbiti.

Artikolu 3

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2), ikel li jkun fih is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jinbiegħ sad-data “uża sa” tiegħu jew sad-data ta’ durabilità minima tiegħu.

2.   L-Artikolu 2 ma għandux japplika għall-kunsinni ta’ ikel li jkun fih is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen fejn l-importatur ta’ tali oġġetti tal-ikel jista’ juri li dawn intbagħtu mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kienu jinsabu fi triqithom lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1.

(4)  The EFSA Journal 2013; 11(5): 3227.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, l-annotazzjoni li ġejja għal FL 15.024 titħassar:

“15.024

3-aċetil-2,5-dimetiltijofen

2530-10-1

1051

11603

 

 

2

EFSA”


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 546/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li japprova s-sustanza attiva ewġenol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-ewġenol, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/266/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE ir-Renju Unit irċieva fis-7 ta’ Marzu 2008 applikazzjoni minn Eden Research PLC għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ewġenol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/266/UE kkonfermat li d-dossier kien ‘komplut’ fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva ewġenol (4) fil-15 ta’ Ottubru 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġw iffinalizzati fis-17 ta’ Mejju 2013 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ewġenol.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-ewġenol huma mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tagħhom li kien eżaminat u ddettaljat fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hu xieraq li l-ewġenol jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn tal-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla ħsara għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ewġenol. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5) uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva, ewġenol, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet attwali għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ewġenol bħala sustanza attiva sat-31 ta’ Mejju 2014.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni ikollu dossier jew ikollu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-ewġenol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-ewġenol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-ewġenol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 114, 4.5.2011, p. 3.

(4)  The EFSA Journal (2012); 10(11):2914. Disponibbli fuq l-Internet: www.efsa.europa.eu.

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(6)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijet speċifiċi

Ewġenol Nru CAS 97-53-0

Nru tas-CIPAC 967

4-allil-2-metoksifenol

≥ 990 g/kg

Impurità rilevanti: Metilewġenol massimu ta’ 0,1 % tal-materjal tekniku

fl-1 ta’ Diċembru 2013.

fit-30 ta’ Novembru 2023.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar l-ewġenol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Mejju 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni ta’ operaturi, ħaddiema, persuni li jkunu fil-qrib u residenti, filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat, fejn xieraq;

lill-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli.

għar-riskju għal organiżmi akkwatiċi;

għar-riskju akut għall-għasafar insettivori.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward:

(a)

tal-istabbiltà tal-ħażna (sentejn) f’temperatura ambjentali fuq il-prodott ifformulat;

(b)

tad-dejta li tqabbel sitwazzjonijiet ta’ esponiment fl-isfond naturali tal-ewġenol u tal-metilewġenol fir-rigward ta’ esponiment mill-użu ta’ ewġenol bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Din id-dejta għandha tkopri l-esponiment uman kif ukoll l-esponiment tal-għasafar u tal-organiżmi akkwatiċi;

(c)

tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti potenzjali ta’ ewġenol, b’mod partikolari għal metilewġenol.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sat-30 ta’ Novembru 2015.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijet speċifiċi

“45

Ewġenol Nru tal-CAS 97-53-0

Nru tas-CIPAC 967

4-allil-2-metoksifenol

≥ 990 g/kg

Impurità rilevanti: ewġenol metil massimu ta’ 0,1 % tal-materjal tekniku

fl-1 ta’ Diċembru 2013.

fit-30 ta’ Novembru 2023.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar l-ewġenol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Mejju 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni ta’ operaturi, ħaddiema, persuni li jkunu fil-qrib u residenti, filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat, fejn xieraq;

lill-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli.

għar-riskju għal organiżmi akkwatiċi;

għar-riskju akut għall-għasafar insettivori.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward:

(a)

tal-istabbiltà tal-ħażna (sentejn) f’temperatura ambjentali fuq il-prodott ifformulat;

(b)

tad-dejta li tqabbel sitwazzjonijiet ta’ esponiment fl-isfond naturali tal-ewġenol u tal-metilewġenol fir-rigward ta’ esponiment mill-użu ta’ ewġenol bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Din id-dejta għandha tkopri l-esponiment uman kif ukoll l-esponiment tal-għasafar u l-organiżmi akkwatiċi;

(c)

il-valutazzjoni tal-esponiment tal-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti potenzjali ta’ ewġenol, b’mod partikolari għal metilewġenol.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sat-30 ta’ Novembru 2015.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 547/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

49,2

TR

65,0

ZZ

57,1

0707 00 05

MK

27,2

TR

138,6

ZZ

82,9

0709 93 10

TR

142,0

ZZ

142,0

0805 50 10

AR

103,4

TR

115,2

ZA

108,6

ZZ

109,1

0808 10 80

AR

170,9

BR

107,2

CL

132,8

CN

96,1

NZ

134,3

US

145,7

ZA

116,9

ZZ

129,1

0809 10 00

IL

342,4

TR

201,2

ZZ

271,8

0809 29 00

TR

419,5

US

793,4

ZZ

606,5

0809 30

IL

214,0

MA

207,9

TR

174,9

ZZ

198,9

0809 40 05

CL

151,2

IL

308,9

ZA

104,8

ZZ

188,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 548/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Ġunju 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ġunju 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2013

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

31.5.2013-13.6.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

241,96

196,60

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

258,01

248,01

228,01

Primjum tal-Golf

28,60

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

32,01

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

16,03  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

49,48  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/30/UE dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2013) 3491)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/288/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE (2) tippermetti lill-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar mill-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni biex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni fir-rigward ta’ rapporti tal-awditjar li jikkonċernaw il-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn it-2 ta’ Lulju 2010 u l-31 ta’ Lulju 2012.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entiatjiet tal-awditjar tal-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/30/UE. Il-valutazzjonijiet twettqu bl-għajnuna tal-Grupp Ewropew tal-Korpi tas-Sorveljanza tal-Awdituri. Is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ dawn il-pajjiżi u t-territorji terzi ġew ivvalutati fid-dawl tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 29, 30 u 32 tad-Direttiva 2006/43/KE li jirregolaw is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri. L-għan aħħari tal-kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, u l-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jkun li tinkiseb fiduċja reċiproka fis-sistemi tas-sorveljanza tax-xulxin abbażi tal-ekwivalenza tagħhom.

(3)

Wara dawn il-valutazzjonijiet, jidher li Abu Dhabi, il-Brażil, Dubai International Financial Centre, Guernsey, l-Indoneżja, il-Gżira ta’ Man, Jersey, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja għandhom sistemi ta’ sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jaħdmu skont regoli simili għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 29, 30 u 32 tad-Direttiva 2006/43/KE. Għalhekk, huwa xieraq li s-sistemi ta’ sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità, l-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ dawn il-pajjiżi terzi jitqiesu bħala ekwivalenti għas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri.

(4)

Il-Bermuda, il-Gżejjer Kajman, l-Eġittu, il-Mawrizju, in-New Zealand, ir-Russja u t-Turkija stabbilew jew jinsabu fil-proċess li jistabbilixxu sistemi ta’ sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità, investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar. Madankollu, l-informazzjoni dwar il-funzjonament u r-regoli li jirregolaw dawn is-sistemi mhix biżżejjed biex titwettaq valutazzjoni tal-ekwivalenza. Sabiex titwettaq aktar valutazzjoni għall-iskop li tittieħed deċiżjoni finali dwar l-ekwivalenza fir-rigward ta’ dawn is-sistemi, jenħtieġ tinkiseb aktar informazzjoni mingħand dawn il-pajjiżi u t-territorji terzi sabiex ikun hemm fehim aħjar tas-sistemi tagħhom. Għalhekk, huwa xieraq li jittawwal il-perjodu tranżizzjonali mogħti mid-Deċiżjoni 2011/30/UE fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati f’dawn il-pajjiżi u t-territorji terzi.

(5)

L-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati f’Ħong Kong, l-Indja u Iżrael ibbenefikaw minn perjodu tranżizzjonali mogħti mid-Deċiżjoni 2011/30/UE. Minn dak iż-żmien, dawn il-pajjiżi jew it-territorji terzi ma stabbilixxewx sistema indipendenti ta’ sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità u investigazzjonijiet u penali. Huma ma pprovdewx informazzjoni dwar is-sistemi tagħhom ta’ regolamentazzjoni u sorveljanza tal-awditjar. F’dan iċ-ċirkustanzi, jidher li dawn il-pajjizi jew it-territorji terzi ma ħadux il-miżuri meħtieġa biex ir-regolamentazzjoni tagħhom tal-awditjar tiġi rrikonoxxuta mill-Kummissjoni bħala ekwivalenti għas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Membri. Għalhekk, il-perjodu tranżizzjonali li ngħatalhom mid-Deċiżjoni 2011/30/UE ma għandux jiġi estiż fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati f’dawn il-pajjiżi terzi.

(6)

Sabiex jiġu protetti l-investituri, l-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu jistgħu jkomplu l-attivitajiet ta’ awditjar tagħhom matul il-perjodu tranżizzjonali fl-Unjoni mingħajr ma jkunu reġistrati skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE biss jekk jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Jekk jipprovdu l-informazzjoni, dawk l-awdituri u l-entitajiet ta’ awditjar għandhom ikunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom marbuta ma’ rapporti ta’ awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2012 u l-31 ta’ Lulju 2015. Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li japplikaw is-sistemi tagħhom ta’ investigazzjoni u penali fir-rigward ta’ dawn l-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar.

(7)

Id-Deċiżjoni 2011/30/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2006/43/KE

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/30/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“Għall-fini tal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-pajjiżi u t-territorji terzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar marbuta mal-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta’ Awwissu 2012:

(1)

Abu Dhabi

(2)

Il-Brażil

(3)

Dubai International Financial Centre

(4)

Guernsey

(5)

L-Indoneżja

(6)

L-Isle of Man

(7)

Jersey

(8)

Il-Malasja

(9)

It-Tajwan

(10)

it-Tajlandja”

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 il-kliem “l-Anness” huma mibdula b’“Anness I”;

(b)

Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta’ dik id-Direttiva, għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn it-2 ta’ Lulju 2010 u l-31 ta’ Lulju 2015, fil-każijiet meta l-awditur jew l-entità tal-awditjar konċernata tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b’dan kollu li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awditur jew l-entità tal-awditjar konċernata u l-informazzjoni dwar l-istruttura legali tagħha;

(b)

meta l-awditur jew l-entità tal-awditjar tkun tagħmel parti minn xi netwerk, deskrizzjoni tan-netwerk;

(c)

l-istandards tal-awditjar u r-rekwiżiti tal-indipendenza li ġew applikati għall-awditu konċernat;

(d)

deskrizzjoni tas-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità tal-entità tal-awditjar;

(e)

indikazzjoni ta’ jekk u meta sar l-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità tal-awditur jew tal-entità tal-awditjar u, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx qiegħda tingħata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-eżami. Meta l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità ma tkunx pubblika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrattaw din l-informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jiġi infurmat dwar l-isem u l-indirizz tal-awdituri u tal-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu r-rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni u dwar il-fatt li s-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali ta’ dawk il-pajjiżi u t-territorji għadhom mhumiex rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 2006/43/KE. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE jistgħu wkoll jirreġistraw lill-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jwettqu awditi tal-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw is-sistemi tagħhom ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jwettqu awditi tal-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II.”

(c)

Għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti kooperattivi dwar l-eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż elenkat fl-Anness II sakemm dan l-arranġament jilħaq l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

jinkludi t-twettiq ta’ eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità abbażi ta’ trattament ugwali;

(b)

ġie kkomunikat lill-Kummissjoni minn qabel;

(c)

ma jippreġudika l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE.”

(3)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-punt (10) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 ma jibqax japplika mill-31 ta’ Lulju 2013.”

(4)

L-Anness jinbidel bl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Jiżdied l-Anness II, kif muri fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2011, p. 12.


ANNESS I

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI

 

Abu Dhabi

 

Il-Brażil

 

Dubai International Financial Centre

 

Guernsey

 

Ħong Kong

 

L-Indja

 

L-Indoneżja

 

L-Isle of Man

 

Iżrael

 

Jersey

 

Il-Malasja

 

It-Tajwan

 

It-Tajlandja


ANNESS II

LISTA TA’ PAJJIŻI

 

Bermuda

 

Il-Gżejjer Kajman

 

L-Eġittu

 

Il-Mawrizju

 

New Zealand

 

Ir-Russja

 

It-Turkija


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/30


DEĊIŻJONI Nru 2/2013 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tad-29 ta' Mejju 2013

li taħtar membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

(2013/289/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 4/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-27 ta' Settembru 2006 dwar l-Istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA), (4) u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha;

Billi:

(1)

Il-mandat tal-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, li l-kompożizzjoni tiegħu ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (5), jiskadi fil-21 ta' Mejju 2013.

(2)

Għalhekk, huwa meħtieġ li tittieħed deċiżjoni ġdida,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tal-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali huwa estiż għal perijodu ta' tliet xhur, li ser jintemm fil-21 ta' Awwissu 2013.

Il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA huwa għalhekk magħmul minn:

Dr Daoussa BICHARA CHERIF (iċ-Ċad)

Is-Sur Kahijoro KAHUURE (in-Namibja)

Dr Faletoi Suavi TUILAEPA (is-Samoa)

Prof. Raul BRUNO DE SOUSA (il-Portugall)

Prof. Eric TOLLENS (il-Belġju)

Is-Sur Edwin Anthony VOS (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

S. O. OUTLULE


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 350, 12.12.2006, p. 10.

(5)  ĠU L 110, 29.4.2011, p. 35.


Rettifika

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/31


Rettifika għarr-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 248, tat-22 ta’ Settembru 2007 )

Paġna 10, Anness II: Kontenut tal-programm nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll, Punt 2

Flok:

"Deskrizzjoni ta' sistemi implimentati biex jiżguraw konformità ma' l-Artikoli 13, 14, 15 u 18."

Aqra:

"Deskrizzjoni ta' sistemi implimentati biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 12, 13, 14 u 17."

Paġna 10, Anness II: Kontenut tal-programm nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll, Punt 3

Flok:

"Fejn rilevanti, lista' ta' portijiet magħżulin għall-iżbarkar tal-merluzz skond l-Artikolu 19."

Aqra:

"Fejn rilevanti, lista' ta' portijiet magħżulin għall-iżbarkar tal-merluzz skond l-Artikolu 18."

Paġna 10, Anness II: Kontenut tal-programm nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll, Punt 4

Flok:

"Deskrizzjoni ta' sistemi implimentati biex jiżguraw konformità ma' l-Artikolu 17."

Aqra:

"Deskrizzjoni ta' sistemi implimentati biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 16."

Paġna 10, Anness II: Kontenut tal-programm nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll, Punt 5

Flok:

"Deskrizzjoni ta' kwalunkwe faċilità u/jew sistemi implimentati biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 12, 16, 20, 22 u 23."

Aqra:

"Deskrizzjoni ta' kwalunkwe faċilità u/jew sistemi implimentati biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 11, 15, 19, 21 u 22."


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.