ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.143.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
30 ta' Mejju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 494/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 497/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/248/PESK tad-29 ta’ Mejju 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

24

 

 

2013/249/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument C(2013) 2803)  ( 1 )

26

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 494/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li persuna waħda u żewġ entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif previst fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

Il-persuna u l-entitajiet li ġejjin jitħassru mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

(1)

Persuna

Shadryna, Hanna Stanislavauna

(2)

Entitajiet

(a)

The Spirit and Vodka Company Aquadiv (Kumpannija tal-Ispirti u l-Vodka Aquadiv)

(b)

Sport-Pari


30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 495/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti bil-miżuri li jieħdu l-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjunuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw fil-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista’ thedded is-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-inċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dak ir-Regolament aktar tard inbidel bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3), bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5).

(3)

L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 jipprovdi għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet meta jkunu disponibbli r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżi dwar il-preżenza tar-radjuattività tal-ikel u tal-għalf tat-tielet staġun ta’ tkabbir wara l-inċident, jiġifieri sal-31 ta’ Marzu 2014. Madankollu, skont dak l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti li l-ħsad tagħhom isir l-aktar fit-tieni parti tat-tieni staġun ta’ tkabbir u allura d-dejta kollha tat-tieni staġun ta’ tkabbir li għadha mhix disponibbli, għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Marzu 2013.

(4)

Il-miżuri ġew riveduti filwaqt li tqieset id-dejta ta’ okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel li pprovdew l-awtoritajiet Ġappuniżi għall-perjodu bejn Settembru 2012 u Jannar 2013.

(5)

Fir-rigward tal-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Iwate, Chiba u Kanagawa, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 jeħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati, qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-faqqiegħ, it-te, il-prodotti tas-sajd, ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, ċerti ħxejjex, ċertu frott, ir-ross u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati u dderivati minnhom. Wara l-valutazzjoni dettaljata tad-dejta pprovduta, il-lanġas, it-taro, il-yacon, il-frott taż-żerriegħa, il-pawpaw u l-arzell għandhom jitneħħew mil-lista ta’ prodotti li għalihom hemm bżonn jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni filwaqt li l-qamħ Saraċin, l-għerq tal-lotus u l-ararut bi tliet werqiet (threeleaf arrowroot) għandhom jitniżżlu f’dik il-lista. Billi l-importazzjoni tal-laħam frisk tal-bovini mill-Ġappun dan l-aħħar ġie permess bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-annotazzjoni l-ġdida għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu laħam frisk huma awtorizzati (6), jeħtieġ li l-laħam frisk tal-bovini jiżdied mal-lista ta’ prodotti li għalihom hemm bżonn jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni.

(6)

Wara li nstab nuqqas ta’ konformità, jixraq li għall-faqqiegħ mill-prefetturi ta’ Nagano, Niigata u Aomori jiżdied ir-rekwiżit għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi qabel l-esportazzjoni.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiċċertifika wkoll li:

(a)

il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew

(b)

il-prodott, ħlief it-te u l-faqqiegħ li joriġinaw mill-prefettura ta’ Shizuoka u ħlief il-faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Nagano, Niigata jew Aomori, ikun joriġina u ġej minn prefettura ħlief dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate; jew

(c)

il-prodott ikun joriġina u ġej minn Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate iżda mhux elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament (u għalhekk m’għandu bżonn l-ebda analiżi qabel l-esportazzjoni); jew

(d)

il-prodott ikun ġej mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate, iżda ma jkunx joriġina minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għar-radjuattività waqt it-tranżitu; jew

(e)

meta l-prodott ikun te jew faqqiegħ li joriġinaw mill-prefettura ta’ Shizuoka jew faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Nagano, Niigata jew Aomori jew prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi; jew

(f)

meta l-prodott, elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, ikun joriġina mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate jew ikun għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi. Il-lista tal-prodotti fl-Anness IV hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (7); jew

(g)

meta ma tkunx magħrufa l-oriġini tal-prodott jew ta’ aktar minn nofs l-ingredjenti li jkun fih, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.

(7)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.”"

(2)

L-Artikolu 16 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Miżuri ta’ tranżizzjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012, meta:

(a)

il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012; jew

(b)

il-prodotti jkollhom magħhom dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ Novembru 2012 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel l-1 ta’ Diċembru 2012.

2.   B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 fejn:

(a)

il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2013 (*); jew

(b)

il-prodotti jkollhom magħhom dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ Ġunju 2013 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

3.   B’deroga mill-Artikolu 3, għall-qamħ Saraċin, għall-għerq tal-lotus u għall-ararut bi tliet werqiet (threeleaf arrowroot) li joriġinaw u li ġejjin minn Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate u għall-faqqiegħ li joriġina jew li ġej minn Nagano, Niigata jew Aomori, ir-rekwiżit tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ma għandux japplika meta dawk il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2013.

(*)  ĠU L 143, 30.5.2013, p. 3.”"

(3)

L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness IV jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5.

(3)  ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.

(4)  ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16.

(5)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31.

(6)  ĠU L 65, 8.3.2013, p. 13.


ANNESS I

“ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

“ANNESS IV

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni, jeħtieġ jittieħdu kampjuni minnhom u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

(a)

prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima:

il-prodotti kollha, filwaqt li jitqiesu l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

(b)

prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Shizuoka:

te u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 09022101 20 u 2202 90 10;

faqqiegħ u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80.

(c)

prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Nagano, Niigata jew Aomori:

faqqiegħ u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80.

(d)

prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa jew Iwate:

te u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0902, 2101 20 u 2202 90 10;

faqqiegħ u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 u 1605 ħlief l-arzell li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0307 21, 0307 29 u 1605 52 00;

ross u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1006, 1102 90 50, 1103 19 50, 1103 20 50, 1104 19 91, 1104 19 99, 1104 29 17, 1104 29 30, 1104 29 59, 1104 29 89, 1104 30 90, 1901, 1904 10 30, 1904 20 95, 1904 90 10 u 1905 90;

fażola tas-sojja u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1201 90, 1208 10, u 1507;

fażola żgħira (adzuki) li taqa’ fil-kodiċijiet NM 0708 20, 0713 32 00 u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu f’kodiċi NM bħal 1106 10;

blueberries u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0810 40 30, 0810 40 50, 0811 90 50, 0811 90 70, 0812 90 40, u 0813 40 95;

lewż ginkgo li jaqa’ fil-kodiċi NM 0802 90 85 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

berquq Ġappuniż li jaqa’ fil-kodiċi NM 0809 40 05 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

frott taċ-ċitru li jaqa’ fil-kodiċi NM 0805, il-qoxra tal-frott taċ-ċitru li taqa’ fil-kodiċi NM 0814 00 00 u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 25, 0812 90 98, u 0813 40 95;

frott tal-kaki Ġappuniż li jaqa’ fil-kodiċi NM 0810 70 00 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

rummien li jaqa’ fil-kodiċi NM 0810 90 75 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

chocolate vine (Akebia quinata) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0810 90 75, 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

qastan li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 0802 41 00 u 0802 42 00 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

ġewż li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0802 31 00 u 0802 32 00 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

Ashitaba (Angelica keiskei) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

butterbur ġgant (fuki), butterbur scape Ġappuniż (Petasites japonicus) u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

ġinġer Ġappuniż (Myoga) li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90 u prodotti pproċessati minnu bħal dawk li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 2008 99 49, u 2008 99 67;

partijiet li jittieklu ta’ Aralia sp. u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

nebbieta tal-bambù (Phyllostacys pubescens) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90, 2004 90 u 2005 91;

bracken (Pteridium aquilinum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

partijiet li jittieklu ta’ horseradishe jew wasabi Ġappuniż (Wasabia japonica) u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90 u 0910 99;

tursin Ġappuniż (Oenanthe javanica) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

bżar Ġappuniż (Zanthoxylum piperitum) li jaqa’ fil-kodiċi NM 0910 99;

royal fern Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

koshiabura (nebbieta ta’ Eleuterococcus sciadophylloides) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

momijigasa (Parasenecio delphiniifolius) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

ostrich fern (Matteuccia struthioptheris) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

plantain lily (Hosta Montana) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

uwabamisou (Elatostoma umbellatum var. majus) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

victory onion (Allium victorialis subsp, Platyphyllum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0703 10, 0710 80, 0711 900712 20 u 0712 90;

xewk (Cirsium japonicum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

yobusumaso (Honma) (Cacalia hastata ssp orientalis) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

Synurus pungens (Oyamabokuchi) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċi NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

denb iż-żiemel tal-għelieqi (Equisetum arvense) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

Actinidia polygama (silver vine) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0810 90 75, 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

laħam frisk tal-bovini li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0201, 0202, 0206 10, 0206 21 00, 0206 22 00, 0206 29, 0504 u 1502;

qamħ Saraċin u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1008 10 00, 1102 90 90, 1103 19 90, 1103 20 90, 1104 19 99, 1104 29 17, 1104 29 30, 1104 29 59, 1104 29 89, 1104 30 90, 1901, 1904 10 90, 1904 20 99, 1904 90 80 u 1905 90;

għerq tal-lotus u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0709 99, 0711 90, 0712 90 u 1211 90;

ararut bi tliet werqiet (threeleaf arrowroot) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċi NM bħal 0714 90.

(e)

prodotti komposti li jinkludu aktar minn 50 % tal-prodotti msemmija fl-intestaturi (a), (b), (c) u (d) ta’ dan l-Anness.”


30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 496/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1) (ir-regolament SĠP), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-premessa 12 tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 tipprovdi li l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu jkompli jagħti aċċess bla dazju għas-suq Komunitarju lil prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif rikonoxxuti u kklassifikati min-NU.

(2)

Skont il-punt (b) tal-Artikolu 25 tar-Regolament SĠP Il-Kummissjoni għandha tadotta emendi li saru meħtieġa minħabba bidla fl-istatus internazzjonali jew il-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi jew territorji.

(3)

Ir-Repubblika tas-Sudan t’Isfel (minn hawn ’il quddiem is-Sudan t’Isfel) saret Stat indipendenti. Fl-14 ta’ Lulju 2011 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat r-Riżoluzzjoni A/RES/65/308 li daħħlet is-Sudan t’Isfel bħala membru fin-Nazzjonijiet Uniti.

(4)

Fit-18 ta’ Diċembru 2012 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat Riżolużjoni A/RES/67/136 li żiedet lis-Sudan t’Isfel mal-lista tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati.

(5)

L-Antilli Olandiżi ġew dissoluti. Bonaire, Sint Eustatius u Saba, Curaçao u Sint Maarten (il-parti Olandiża) issa huma pajjiżi u territorji extra mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (2) ħassar l-Antilli Olandiżi minn u inkluda Bonaire, Sint Eustatius u Saba, Curaçao, Sint Maarten (Olandiż parti) u s-Sudan t’Isfel fil-verżjoni n-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika dwar il-kummerċ estern tal-Unjoni Ewropea u l-istatistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri li hija valida mill-1 ta’ Jannar 2013.

(7)

Għalhekk l-Anness I tar-Regolament SĠP għandu jiġi emendat kif ġej. l-Antilli Olandiżi għandhom jitħassru minn kolonna B tal-Anness I tar-Regolament SĠP. Is-Sudan t’Isfel, Bonaire, Sint Eustatius u Saba, Curaçao u Sint Maarten (il-parti tal-Pajjiżi l-Baxxi) għandhom jiġu inklużi fil-Kolonna B tal-Anness I tar-Regulament SĠP. Is-Sudan t’Isfel għandu jiġi inkluż ukoll fil-kolonna D tal-Anness I tar-Regolament SĠP, bħala pajjiż inkluż fl-arranġamenti speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati.

(8)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7.


ANNESS

“ANNESS I

Pajjiżi  (1) u territorji benefiċjarji tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

Kolonna A

:

kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità

Kolonna B

:

isem il-pajjiż jew territorju

Kolonna C

:

settur(i) li fir-rigward tagħhom tneħħew il-preferenzi tariffarji, għall-pajjiż benefiċjarju kkonċernat (l-Artikolu 13)

Kolonna D

:

pajjiż inkluż fl-arranġamenti speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (l-Artikolu 11)

Kolonna E

:

pajjiż inkluż fl-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba (l-Artikolu 7)

A

B

C

D

E

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

AF

L-Afganistan

 

 

X

 

AG

Antigwa u Barbuda

 

 

 

 

AI

Angwilla

 

 

 

 

AM

l-Armenja

 

 

 

X

AO

L-Angola

 

 

X

 

AQ

Antartika

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

 

 

 

 

AS

is-Samoa Amerikana

 

 

 

 

AW

L-Aruba

 

 

 

 

AZ

L-Azerbajġan

 

 

 

X

BB

Il-Barbados

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

X

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

X

 

BH

Il-Baħrejn

 

 

 

 

BI

Il-Burundi

 

 

X

 

BJ

Il-Benin

 

 

X

 

BM

Il-Bermuda

 

 

 

 

BN

Il-Brunej Darussalam

 

 

 

 

BO

Il-Bolivja

 

 

 

X

BQ

Bonaire Sint Eustatius, u Saba

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

S-IV

Ikel ippreparat; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati ta’ tabakk

 

 

S-IX

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tibna, ta’ spartu jew materjali oħrajn ta’ trizza; xogħol ta’ basktijiet u xogħol tal-wiker

 

 

BS

Il-Baħamas

 

 

 

 

BT

Il-Butan

 

 

X

 

BV

Il-Gżira ta’ Bouvet

 

 

 

 

BW

Il-Botswana

 

 

 

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

CC

Gżejjer Kokos (jew Gżejjer Keeling)

 

 

 

 

CD

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

 

 

X

 

CF

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

 

 

X

 

CG

Il-Kongo

 

 

 

 

CI

Il-Kosta tal-Avorju

 

 

 

 

CK

Il-Gżejjer Cook

 

 

 

 

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

CN

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

S-IV

Prodotti tal-industrija kimika jew dawk relatati magħha

 

 

S-VII

Plastik u oġġetti tiegħu; gomma u oġġetti tal-gomma.

 

 

S-VIII

Ġlud mhux maħdumin, ġilda, ferijiet u oġġetti magħmulin minnhom; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ annimali (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)

 

 

S-IX

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tibna, ta’ spartu jew materjali oħrajn ta’ trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab

 

 

S-XI(a)

Tessuti; S-XI(b) Artikli tat-tessuti

 

 

S-XII

Xedd tas-saqajn, ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten, bsaten siġġu, swat, frosti u bċejjeċ tagħhom; rix ippreparat u oġġetti magħmulin minnu; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar tal-bniedem

 

 

S-XIII

Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, majka jew materjali simili; prodotti taċ-ċeramika; ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

 

 

S-XIV

Perli naturali jew ikkultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli mlibbsa b’metall prezżjuż, u oġġetti magħmula minnhom; ġojjelli artifiċjali; munita

 

 

S-XV

Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx

 

 

S-XVI

Makkinarju u għodod mekkaniċi; tagħmir elettriku; partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti

 

 

S-XVII

Vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti u tagħmir tat-trasport assoċjat

 

 

S-XVIII

Strumenti u apparat ottiċi, fotografiċi, ċinematografiċi, ta’ kejl, ta’ verifika, ta’ preċiżjoni, mediċi jew kirurġiċi; arloġġi u arloġġi tal-idejn; strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji tagħhom

 

 

S-XX

Oġġetti mixxellanji manifatturati;

 

 

CO

Il-Kolombja

 

 

 

X

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

X

CU

Kuba

 

 

 

 

CV

Il-Kap Verde

 

 

X

 

CW

Curaçao

 

 

 

 

CX

Il-Gżira Christmas

 

 

 

 

DJ

Ġibuti

 

 

X

 

DM

Dominika

 

 

 

 

DO

Ir-Repubblika Dominikana

 

 

 

 

DZ

L-Alġerija

 

 

 

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

X

EG

L-Eġittu

 

 

 

 

ER

L-Eritrea

 

 

X

 

ET

L-Etjopja

 

 

X

 

FJ

Il-Fiġi

 

 

 

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

 

 

 

FM

l-Istati Federali tal-Mikroneżja

 

 

 

 

GA

Il-Gabon

 

 

 

 

GD

Il-Grenada

 

 

 

 

GE

Il-Ġeorġja

 

 

 

X

GH

Il-Gana

 

 

 

 

GI

Ġibiltà

 

 

 

 

GL

Il-Groenlandja

 

 

 

 

GM

Il-Gambja

 

 

X

 

GN

Il-Ginea

 

 

X

 

GQ

Il-Ginea Ekwatorjali

 

 

X

 

GS

Gżejjer South Georgia u South Sandwich

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

X

GU

Gwam

 

 

 

 

GW

Il-Ginea-Bissaw

 

 

X

 

GY

Il-Gujana

 

 

 

 

HM

Il-Gżira Heard u l-Gżejjer McDonald

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

X

HT

Ħaiti

 

 

X

 

ID

L-Indoneżja

S-III

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ annimali jew ħxejjex

 

 

IN

L-Indja

S-XI(a)

Tessuti

 

 

IO

It-Territorju Britanniku tal-Oċean Indjan

 

 

 

 

IQ

L-Iraq

 

 

 

 

IR

L-Iran

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

ĠU

Il-Ġordan

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

KH

Il-Kambodja

 

 

X

 

KI

Kiribati

 

 

X

 

KM

Il-Komoros

 

 

X

 

KN

St Kitts u Nevis

 

 

 

 

KW

Il-Kuwajt

 

 

 

 

KY

Il-Gżejjer Kajman

 

 

 

 

KZ

Il-Każakistan

 

 

 

 

LA

Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

 

 

X

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

LC

Santa Luċija

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

X

LR

Il-Liberja

 

 

X

 

LS

Il-Lesoto

 

 

X

 

LY

Ġamaħirija Libjana Għarbija

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

MG

Il-Madagaskar

 

 

X

 

MH

Il-Gżejjer Marshall

 

 

 

 

ML

Mali

 

 

X

 

MM

Il-Mjanmar

 

 

X

 

MN

Il-Mongolja

 

 

 

X

MO

Il-Makaw

 

 

 

 

MP

Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

 

 

 

 

MR

Il-Mawritanja

 

 

X

 

MS

Il-Montserrat

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

MV

Il-Maldivi

 

 

X

 

MW

Il-Malawi

 

 

X

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

 

MY

Il-Malasja

S-III

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ annimali jew ħxejjex

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

X

 

NA

In-Namibja

 

 

 

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

 

 

 

 

NE

In-Niġer

 

 

X

 

NF

Il-Gżira Norfolk

 

 

 

 

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

X

NP

In-Nepal

 

 

X

 

NR

Nawru

 

 

 

 

NU

Niue

 

 

 

 

OM

L-Oman

 

 

 

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

X

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

PG

Il-Papwa Ginea Ġdida

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

 

 

 

 

PM

St Pierre u Miquelon.

 

 

 

 

PN

Il-Pitcairn

 

 

 

 

PW

Il-Palaw

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

 

 

 

X

QA

Il-Qatar

 

 

 

 

RU

Il-Federazzjoni Russa

 

 

 

 

RW

Ir-Rwanda

 

 

X

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

SB

Il-Gżejjer Solomon

 

 

X

 

SC

Is-Seychelles

 

 

 

 

SD

Is-Sudan

 

 

X

 

SH

Sant’Elena

 

 

 

 

SL

is-Sjerra Leon

 

 

X

 

SN

Is-Senegal

 

 

X

 

SO

Is-Somalja

 

 

X

 

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

SS

is-Sudan t’Isfel

 

 

X

 

ST

São Tomé u Príncipe

 

 

X

 

SV

El Salvador

 

 

 

X

SX

Sint Maarten (Il-parti Olandiża)

 

 

 

 

SY

ir-Repubblika Għarbija Sirjana

 

 

 

 

SZ

Is-Sważiland

 

 

 

 

TC

Il-Gżejjer Turks u Caicos,

 

 

 

 

TD

Iċ-Ċad

 

 

X

 

TF

It-Territorji Franċiż tan-Nofsinhar

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

X

 

TH

It-Tajlandja

S-XIV

Perli naturali jew ikkultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli mlibbsa b’metall prezżjuż, u oġġetti magħmula minnhom; ġojjelli artifiċjali; munita

 

 

TJ

It-Taġikistan

 

 

 

 

TK

It-Tokelaw

 

 

 

 

Tl

Timor-Leste

 

 

X

 

TM

it-Turkmenistan

 

 

 

 

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

TO

It-Tonga

 

 

 

 

TT

Trinidad u Tobago

 

 

 

 

TV

Tuvalu

 

 

X

 

TZ

It-Tanzania

 

 

X

 

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

UG

L-Uganda

 

 

X

 

Um

Il-Gżejjer Minuri tal-Periferija tal-Istati Uniti

 

 

 

 

UY

L-Urugwaj

 

 

 

 

UZ

L-Użbekistan

 

 

 

 

VC

St Vincent u l-Grenadines

 

 

 

 

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

VG

Il-Gżejjer Verġni Britanniċi

 

 

 

 

VI

Gżejjer Virgin tal-Istati Uniti tal-Amerika)

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

S-XII

Xedd tas-saqajn, ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten, bsaten siġġu, swat, frosti u bċejjeċ tagħhom; rix ippreparat u oġġetti magħmulin minnu; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar tal-bniedem

 

 

VU

Il-Vanwatu

 

 

X

 

WF

Wallis u Futuna

 

 

 

 

WS

Is-Samoa

 

 

X

 

YE

Il-Jemen

 

 

X

 

YT

Il-Majott

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

X

 

ZW

Iż-Żimbabwe”

 

 

 

 


(1)  Din il-lista tinkludi pajjiżi li setgħu kienu temporanjament sospiżi mis-SĠP tal-Komunità jew li setgħu ma kkonformawx mar-rekwiżiti għal kooperazzjoni amministrattiva (prekondizzjoni biex prodotti jingħataw il-benefiċċju tal-preferenzi tariffarji). Il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat ser jipprovdu lista aġġornata.


30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara talba.

(3)

Meta jkunu qed jiġu aġġornati dawn l-ispeċifikazjonijiet, għandhom jitqisu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi tal-ikel kif jistabbilixxi l-Codex Alimentarius imfassal mill-Kumitat Konġunt ta’ Esperti tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fih żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet għall-bisulfit tas-sodju (E 222), il-lattat tas-sodju (E 325) u l-fosfatidi tal-ammonju (E 442). Dawn l-iżbalji għandhom jitranġaw.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 (4) li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu u l-livelli ta’ użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju, ineħħi l-addittivi tal-ikel: is-silikat tal-kalċju u tal-aluminju (E 556) u s-silikat tal-aluminju (il-Koalin) (E 559) mil-lista tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 mill-1 ta’ Frar 2014. Għaldaqstant, l-ispeċifikazzjonijiet għal dawk l-addittivi tal-ikel għandhom jitħassru wkoll.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fih żewġ żbalji dwar in-numri tal-Einecs (5) assenjat lill-gwanilat disodiku (E 627) u lill-gwanilat dipotassiku (E 628). Dawn l-iżbalji għandhom jitranġaw.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14.

(5)  L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (Einecs).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni għall-bisulfit tas-sodju E 222 hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“E 222 IDROĠENUSULFIT TAS-SODJU”

(b)

l-ispeċifikazzjoni għall-purità tal-ħadid għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Ħadid

Mhux iktar minn 10 mg/kg ibbażat fuq il-kontenut tal-SO2

(2)

Fl-annotazzjoni għal-lattat tas-sodju E 325, l-ispeċifikazzjoni għat-test għall-potassju, l-identifikazzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Test għas-sodju

Jgħaddi mit-test”

(3)

Fl-annotazzjoni għall-fosfatidi tal-ammonju E 442, l-ispeċifikazzjonijiet dwar id-deskrizzjoni għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Deskrizzjoni

Semisolidu żejtni għal likwidu żejtni”

(4)

Fl-annotazzjoni għas-silikat tal-kalċju u tal-aluminju E 556, l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

E 556 SILIKAT TAL-KALĊJU U TAL-ALUMINJU  (*)

(*)  Il-perjodu tal-applikazzjoni: sal-31 ta’ Jannar 2014.”"

(5)

Fl-annotazzjoni għas-silikat tal-aluminju (il-Koalin) E 559, l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

E 559 SILIKAT TAL-ALUMINJU (IL-KAOLIN)  (**)

(**)  Il-perjodu tal-applikazzjoni: sal-31 ta’ Jannar 2014.”"

(6)

Fl-annotazzjoni għall-gwanilat disodiku E 627, in-numru tal-Einecs fid-definizzjoni għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Einecs

226-914-1”

(7)

Fl-annotazzjoni għall-gwanilat dipotassiku E 628, in-numru tal-Einecs fid-definizzjoni għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Einecs

221-849-5”



30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 498/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

15,1

MA

57,6

TN

48,3

TR

65,0

ZZ

46,5

0707 00 05

MK

55,3

TR

142,5

ZZ

98,9

0709 93 10

MA

110,7

TR

141,4

ZZ

126,1

0805 10 20

EG

55,4

IL

71,9

MA

67,7

ZZ

65,0

0805 50 10

AR

99,0

TR

106,5

ZA

109,5

ZZ

105,0

0808 10 80

AR

146,3

BR

108,4

CL

131,9

CN

96,2

MK

42,6

NZ

142,0

US

203,2

ZA

114,4

ZZ

123,1

0809 29 00

US

899,4

ZZ

899,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/248/PESK

tad-29 ta’ Mejju 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Il-Kunsill iqis li persuna waħda u żewġ entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness tad-Deċizjoni 2012/642/PESK.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b’dan emendat kif previst fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.


ANNESS

Il-persuna u l-entitajiet li ġejjin jitħassru mill-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

(1)

Persuna

Shadryna, Hanna Stanislavauna

(2)

Entitajiet

(a)

The Spirit and Vodka Company Aquadiv (Kumpannija tal-Ispirti u l-Vodka Aquadiv)

(b)

Sport-Pari


30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Mejju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument C(2013) 2803)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/249/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE (2) tippermetti li r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Sottokapitoli II u III, ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija elenkati fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(2)

Skont id-Deċiżjoni 2009/852/KE, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati.

(3)

Fl-15 ta’ Frar 2013 ir-Rumanija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

(4)

F’dik il-lista riveduta u aġġornata, in-numru tal-istabbiliment L35 SC DANONE PDPA ROMANIA SRL tneħħa mill-Anness II u ġie awtorizzat li jipproċessa biss ħalib konformi li jitqiegħed fis-suq tal-UE.

(5)

In-numru tal-istabbiliment MM 1795 SC CALITATEA SRL ġie awtorizzat li jipproċessa ħalib nej konformi u mhux konformi mingħajr separazzjoni u, konsegwentement, għandu jitneħħa mill-Anness II u jiġi trasferit għall-Anness III tal-istess Deċiżjoni.

(6)

Sbatax-il stabbiliment attwalment elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE tħassru peress li huma awtorizzati li jqiegħdu prodotti tal-ħalib fis-suq intra-Unjoni, peress li dawn qed jużaw biss ħalib konformi. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE Nru 1 (AB 641 SC BIOMILK SRL); 6 (L78 SC ROMFULDA PROD SRL) 9 (BN 2399 SC CARMO-LACT PROD SRL) 13(L140 S.C. CARMOLACT SRL) 29 (CT 30 EASTERN EUROPEAN FOODS SRL) 40 (L124 SC PRIMULACT SRL, l-isem tiegħu nbidel: SC LACTATE HARGHITA SA) 41(HR119 BOMILACT SRL) 42 (HR 625 LACTIS SRL) 43 (HR 213 PAULACT SA) 45 (IS 1540 PROMILCH SRL) 46 (L18 S.C. EUROCHEESE SRL) 56 (L121 SC MIRDATOD PROD SRL) 69 (SM 4189 PRIMALACT SRL) 70 (L5 SC NIRO SERV COM SRL) 74 (SV 1562 BUCOVINA SA SUCEAVA) 81 (L80 SC INDUSTRIAL MARIAN SRL) 82 (VN 231 VRANLACT SA).

(7)

Barra minn hekk, seba’ stabbilimenti attwalment elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE ngħalqu u, konsegwentement, dawn għandhom jitneħħew mil-lista. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE fi N 26 (CT 225 MIH PROD SRL) 28 (CT 258 BINCO LACT SRL) 30 (CT 15 SC NIC COSTI TRADE SRL) 32 (L82 SC TOTALLACT GROUP SA) 33 (DJ80 SC DUVADI PROD COM SRL) 75 (SV 1888 SC TOCAR PROD SRL) 76 (SV 4909 SC ZADA PROD SRL).

(8)

Sitt stabbilimenti fir-Rumanija talbu li jiġu elenkati għall-ewwel darba fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE. Dawk l-istabbilimenti ddaħħlu fil-lista f’numru 8 (L 185 SC SIMCODRIN COM SRL) 17 (L 83 SC KAZAL SRL) 45 (L169 SC DOBREAN SRL) 46 (L152 AGROTRANSCOMEX SRL) 61 (L199 SC LACTO-BOROAIA SRL) 40 (L 189 SC CALITATEA SRL).

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/852/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE qed jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59.


ANNESS

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE qed jinbidlu b’dan li ġej:

ANNESS II

LISTA TAL-ISTABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Nru

In-numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

 

 

 

 

 

 

 

 

ANNESS III

LISTA TAL-ISTABBILIMENTI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nru

In-numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

1

L 175

SC LACTATE C.H. SRL

Sânmiclăuș, județul Alba, 517761

2

L 172

SC MOISI SERV COM SRL

Borșa, nr. 8, județul Bihor, 417431

3

L 136

SC CÂMPANEII PREST SRL

Hidișelul de Sus, județul Bihor, 417277

4

L72

SC LACTOMUNTEAN SRL

Teaca, județul Bistrița-Năsăud, 427345

5

L107

SC BENDEAR CRIS PROD COM SRL

Șieu Măgheruș, județul Bistrița-Năsăud, 427295

6

L110

SC LECH LACTO SRL

Lechința, județul Bistrița-Năsăud, 427105

7

L 171

SC ELIEZER SRL

Lunca Ilvei, județul Bistrița-Năsăud, 427125

8

L 185

SC SIMCODRIN COM SRL

Budești-Fânațe, județul Bistrița-Năsăud, 427374

9

L3

SC ABY IMPEX SRL

Șendriceni, județul Botoșani, 717380

10

L116

SC RAM SRL

Ibănești, județul Botoșani, 717215

11

L154

S.C. CAS SRL

Braila, judetul Braila, 810224

12

L148

S.C. LACTAS S.R.L.

Ianca, judetul Braila, 815200

13

L 177

SC IANIS DIM SRL

Lehliu Gară, județul Călărași, 915300

14

L129

SC BONAS IMPORT EXPORT SRL

Dezmir, județul Cluj, 407039

15

L84

SC PICOLACT PRODCOM SRL

Iclod, județul Cluj, 407335

16

L149

S.C. COMLACT SRL

Corusu, judetul Cluj, 407056

17

L 83

SC KAZAL SRL

Dej, județul Cluj, 405200

18

L43

SC DTM MILK LOGISTIC SRL

Ion Corvin, județul Constanța, 907150

19

L40

SC BETINA IMPEX SRL

Ovidiu, județul Constanța, 905900

20

L41

SC ELDA MEC SRL

Topraisar, județul Constanța, 907210

21

L87

SC NICULESCU PROD SRL

Cumpăna, județul Constanța, 907105

22

L118

SC ASSLA KAR SRL

Medgidia, județul Constanța, 905600

23

L130

SC MUNTINA PROD SRL

Constanța, județul Constanța, 900735

24

L 173

SC IAN PROD SRL

Târgușor, județul Constanța, 90727

25

L 181

SC LACTO GENIMICO SRL

Hârșova, județul Constanța, 905400

26

L 180

SC LACTIDO SA

Craiova, județul Dolj, 200378

27

L91

SC COSMILACT SRL

Schela, județul Galați, 807265

28

L 113

SC LACTA SA

Giurgiu, județul Giurgiu, 080556

29

L 179

SC SEKAM PROD SRL

Novaci, județul Gorj, 215300

30

L49

SC ARTEGO SA

Târgu Jiu, Gorj, 210257

31

L65

SC KARPATEN MILK

Suseni, județul Harghita, 537305

32

L99

SC VALIZVI PROD COM SRL

Gârbovi, județul Ialomița, 927120

33

L47

SC OBLAZA SRL

Bârsana, județul Maramureș, 437035

34

L85

SC AVI-SEB IMPEX SRL

Copalnic Mănăștur, județul Maramureș, 437103

35

L86

SC ZEA SRL

Boiu Mare, județul Maramureș, 437060

36

L16

SC ROXAR PROD COM SRL

Cernești, județul Maramureș, 437085

37

L134

SC MULTILACT SRL

Baia Mare, județul Maramureș, 430015

38

L 191

SC WROMSAL SRL

Satulung, județul Maramureș, 437270

39

L190

SC ONY SRL

Larga, județul Maramureș, 437317

40

L189

SC CALITATEA SRL

Tăuții Măgherăuș, județul Maramureș, 437349

41

L54

SC RODLACTA SRL

Fărăgău, județul Mureș, 547225

42

L108

SC LACTEX REGHIN SRL

Solovăstru, județul Mureș, 547571

43

L 29

SC HELIANTUS PROD

Reghin, județul Mureș, 545300

44

L 176

SC GLOBIVET PHARM SRL

Batoș, județul Mureș, 547085

45

L 169

SC DOBREAN SRL

Ideciu de Sus, județul Mureș, 547362

46

L 152

SC AGROTRANSCOMEX SRL

Miercurea Nirajului, județul Mureș, 547410

47

L 184

SC COMPLEX AGROALIMENTAR SRL

Bicaz, județul Neamț, 615100

48

L96

SC PROD A.B.C. COMPANY SRL

Grumăzești, județul Neamț, 617235

49

L101

SC 1 DECEMBRIE SRL

Târgu Neamț, județul Neamț, 615235

50

L106

SC RAPANU SR. COM SRL

Petricani, județul Neamț, 617315

51

L6

SC LACTA HAN PROD SRL

Urecheni, județul Neamt, 617490

52

L123

SC PROCOM PASCAL SRL

Păstrăveni, județul Neamț, 617300

53

L100

SC ALTO IMPEX SRL

Provița de Jos, județul Prahova, 107477

54

L88

SC AGROMEC CRASNA SA

Crasna, județul Sălaj, 457085

55

L89

SC OVINEX SRL

Sărmășag, județul Sălaj, 457330

56

L71

SC LACTO SIBIANA SA

Șura Mică, județul Sibiu, 557270

57

L36

SC PROLACT PROD COM SRL

Vicovu de Sus, județul Suceava, 727610

58

L81

SC RARAUL SA

Câmpulung Moldovenesc, județul Suceava, 727100

59

L166

SC BUCOVINA SA FALTICENI

Fălticeni, județul Suceava, 725200

60

L 167

SC ECOLACT SRL

Milișăuți, județul Suceava, 727360

61

L 199

SC LACTO-BOROAIA SRL

Boroaia, jud. Suceava, 727040

62

L 168

SC VIOLACT SRL

Putineiu, județul Teleorman, 147285

63

L 186

SC MADIS BIG COM SRL

Videle, județul Teleorman, 145300

64

L 163

SC COMALACT SRL

Nanov, județul Teleorman, 147215

L 43 – SC LACTOCORV SRL, judetul Constanta - isimha nbidel għal: SC DTM MILK LOGISTIC SRL

L 186 - SC BIG FAMILY SRL judetul Teleorman, isimha nbidel għal: SC MADIS BIG COM SRL


30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.