ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.038.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
11 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 113/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 114/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar u partijiet tagħhom li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 117/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1295/2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 ( 1 )

36

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

40

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 120/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-6 sas-7 ta' Frar 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Frar 2012

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/74/PESK tal-10 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

43

 

 

2012/75/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-Gana skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2012) 616)  ( 1 )

45

 

 

2012/76/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-Urugwaj skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2012) 619)  ( 1 )

46

 

 

2012/77/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 621)  ( 1 )

47

 

 

2012/78/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 645)  ( 1 )

48

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali ( ĠU L 25, 27.1.2012 )

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 113/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).


ANNESS

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1

1

Is-Sur Frank Anderson Kouassi

2

Is-Sur Yanon Yapo

3

Is-Sur Benjamin Yapo Atsé

4

Is-Sur Blaise N’Goua Abi

5

Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohoués Oble

6

Is-Sinjura Angèle Gnonsoa

7

Is-Sinjura Danièle Boni Claverie

8

Is-Sur Ettien Amoikon

9

Is-Sur Kata Kéké Joseph

10

Is-Sur Touré Amara

11

Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret

12

Is-Sur Thomas N’Guessan Yao

13

Is-Sinjura Odette Lago Daléba Loan

14

Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin

15

Is-Sur Rafaël Dogo Djéréké

16

Is-Sinjura Marie Odette Lorougnon Souhonon

17

Is-Sur Felix Nanihio

18

Is-Sur Lahoua Souanga Etienne

19

Is-Sur Jean Baptiste Akrou

20

Is-Sur Lambert Kessé Feh

21

Togba Norbert

22

Kone Doféré

23

Hanny Tchélé Brigitte

24

Jacques Zady

25

Ali Keita

26

Blon Siki Blaise

27

Moustapha Aziz

28

Gnamien Yao

29

Ghislain N’Gbechi

30

Deby Dally Balawourou


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 114/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/36/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 (1) li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3) jipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta’ ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/36/PESK, il-Kunsill iddeċieda li l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għandu jiġi estiż kemm kontra persuni responsabbli għal każijiet ta’ vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem jew għal ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, inklużi b’mod partikolari persuni f’pożizzjoni ta’ tmexxija kif ukoll kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenko jew jappoġġjawh, inklużi b’mod partikolari persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju jew materjali lir-reġim.

(3)

Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol fis-seħħ, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit bl-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, IA u IB, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, IA jew IB jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, b’mod dirett jew b’mod indirett, li jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Anness I għandu jikkonsisti f’lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (*), kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli għall-vjolazzjoni tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Bjelorussja fid-19 ta’ Marzu 2006 u r-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew bħala persuni assoċjati ma’ dawk responsabbli.

5.   L-Anness IA għandu jikkonsisti f’lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 2(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli għall-vjolazzjoni tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Bjelorussja fid-19 ta’ Diċembru 2010 u r-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew bħala persuni assoċjati ma’ dawk responsabbli.

6.   L-Anness IB għandu jikkonsisti minn lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni (i) responsabbli għal każijiet ta’ vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja, jew (ii) persuni jew entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenko jew jappoġġjawh.

(*)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.”;"

2.

Fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2b, fl-Artikolu 3(1)(a), fl-Artikolu 4a u fil-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 8a, ir-referenzi għal “Anness I u IA” huma sostitwiti minn referenzi għal “Anness I, IA u IB”.

Artikolu 2

L-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 31.

(2)  Deċiżjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18).

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

“ANNESS IB

Ma hemmx entrati f’dan l-Anness.”.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2012

tad-9 ta’ Frar 2012

li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar u partijiet tagħhom li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-13 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ħabbret, b'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż ta’ inizjazzjoni”), li kienet ser tinbeda proċedura kontra s-sussidji (“proċedura KS”) fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja (“l-Indja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata (“proċedura AD”).

(3)

L-ilment tressaq fil-31 ta’ Marzu 2011 mill-Istitut Ewropew tal-Qfieli Industrijali (EiFi) (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet minnhom. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed sabiex tkun iġġustifikata t-tnedija ta’ investigazzjoni.

(4)

Qabel il-bidu tal-proċedura u b'mod konformi mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Indja (il-“GTI”) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li l-importazzjonijiet sussidjati ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTI ġie mistieden għal konsultazzjoni bil-mira li tiġi ċċarata l-qagħda rigward il-kontenut tal-ilment u biex tinstab soluzzjoni li jaqbel magħha kulħadd. Ma nstabitx soluzzjoni li qabel magħha kulħadd.

1.2.   Il-Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(5)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi tal-Unjoni li għamlu l-ilment, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi, importaturi, utenti magħrufa li kienu kkonċernati, u l-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni.

(6)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

1.2.1.   Teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fl-Indja

(7)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Indja, it-teħid ta’ kampjuni kien stipulat fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tas-sussidjar, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(8)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fl-Indja ntalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il ġurnata mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011.

(9)

L-awtoritajiet relevanti Indjani ġew ikkonsultati wkoll għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv.

(10)

B'kollox, ħames produtturi esportaturi, inkluż grupp ta’ kumpaniji relatati fl-Indja, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun qabel id-data ta’ skadenza stabbilit fl-avviż tal-bidu. Dawn il-kumpaniji li kkooperaw, irrapportaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-paragun bejn id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjoni u l-volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrapportat għall-perjodu ta’ investigazzjoni mill-ħames kumpaniji li kkoperaw, wera li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kien viċin il-100 %. B'hekk, il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata minn dawn il-ħames produtturi esportaturi.

1.2.2.   Għażla tal-kampjun ta’ kumpaniji li kkooperaw fl-Indja

(11)

Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni li jista' jkun investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti minn tliet kumpaniji individwali, li flimkien jirrappreżentaw madwar 98 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat.

(12)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Indjani ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Iż-żewġ produtturi esportaturi mhux fil-kampjun insistew li għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kampjun. Madankollu, fir-rigward tar-rappreżentattività tal-kampjun propost, kif imsemmi fil-premessa (11) hawn fuq, ġie konkluż li l-kampjun m'għandux għalfejn jinbidel jew jitkabbar.

1.2.3.   Eżami individwali ta’ kumpaniji li ma ntgħażlux għall-kampjun

(13)

It-talba għal eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku waslet minn produttur esportatur mhux fil-kampjun. L-eżaminazzjoni ta’ din it-talbat fl-istadju provviżorju kienet tkun impenjattiva wisq biex titwettaq. Għalhekk, deċiżjoni dwar jekk tingħatax eżaminazzjoni individwali lil din il-kumpanija se tittieħed fi stadju aktar tard.

1.2.4.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(14)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tal-ħsara, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(15)

Fl-avviż ta’ inizjazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun ikkonsista f'ħames kumpaniji, mill-15-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, magħżula fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ, id-daqs u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Huma rrappreżentaw 37 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkonsultaw il-fajl u jikkumentaw dwar l-adattezza ta’ din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ inizjazzjoni. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun propost kompost minn ħames kumpaniji.

(16)

Sussegwentement wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun irtira l-kooperazzjoni tiegħu. L-erba' kumpaniji l-oħra fil-kampjun xorta jirrappreżentaw 32 % tal-produzzjoni totali maħsuba tal-Unjoni matul il-PI. Għalhekk, il-kampjun xorta waħda ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ tlieta minn dawn il-kumpaniji. F'dan l-istadju proviżorju tal-investigazzjoni tqies li analiżi bir-reqqa kienet biżżejjed biex tivverifika d-dejta mogħtija mir-raba' kumpanija fil-kampjun.

1.2.5.   It-teħid tal-kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(17)

Minħabba l-għadd kbir ta’ importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Żewġ importaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u ftiehmu li jiġu inklużi fil-kampjun saż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. Minħabba n-numru baxx ta’ importaturi li ppreżentaw ruħhom, ġie deċiż li ma jittiħidx kampjun.

1.2.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-verifiki

(18)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ddikjaraw irwieħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. B'hekk intbagħtu kwestjonarji lill-GTI, il-produtturi esportaturi fl-Indja fil-kampjun, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-importaturi fl-Unjoni li kkooperaw u l-utenti kollha magħrufa li kienu kkonċernati bl-investigazzjoni.

(19)

Waslu risposti mingħand il-GTI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun u erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Ebda importatur jew utent ikkuntattjat ma wieġeb għall-kwestjonarju.

(20)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-partijiet interessati u li qieset li hija meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja tas-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat fil-bini tal-GTI f'Delhi u l-partijiet li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjoni

Inox Viti di Cattinori Bruno & C.s.n.c., Grumello del Monte, l-Italja,

Bontempi Vibo S.p.A., Rodengo Saiano, l-Italja,

Ugivis S.A., Belley, Franza;

 

Produtturi li jesportaw fl-Indja

Viraj Profiles Limited, Boisar, Dist. Thane, Maharashtra,

Agarwal Fastners Pvt. Ltd., Vasai (East), Dist. Thane, Maharashtra,

Raajratna Ventures Ltd., Ahmedabad, Gujarat.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(21)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-2008 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(22)

Il-prodott ikkonċernat huwa qfieli tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw fl-Indja u partijiet tagħhom, attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70.

2.2.   Il-prodott simili

(23)

Instab li l-prodott ikkonċernat, il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja, kif ukoll il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għalhekk, dawn jitqiesu provviżorjament li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni

(24)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment u r-risposti għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

(a)

L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji;

(b)

L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem;

(c)

L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni;

(d)

L-Iskema ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni;

(e)

L-Iskema ta’ Fokus fuq il-Prodott;

(f)

L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni;

(g)

L-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku.

(25)

L-iskemi (a) sa (e) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (l-Iżvilupp u r-Regolamentazzjoni) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika tal-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Id-dokument ta’ Politika tal-Kummerċ Barrani rilevanti għall-PI ta’ din l-investigazzjoni huwa l-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14. Barra minn hekk, il-GTI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 fil-“Manwal ta’ Proċeduri, Volum I” (“HOP I 09-14”). Il-Manwal tal-Proċeduri wkoll jiġi aġġornat fuq bażi regolari.

(26)

L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni speċifikata aktar ’il fuq f’(f) hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35A tal-Att tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja, li jippermetti lill-Bank tar-Riżerva tal-Indja (“RBI”) jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni.

(27)

L-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku speċifikata aktar ’il fuq f’(g) hija inkluża fil-Pakkett ta’ Skemi ta’ Inċentivi tal-2007 tal-Gvern ta’ Maharashtra, Riżoluzzjoni Nru PSI-1707/(CR-50)IND-8, tat-30 ta’ Marzu 2007.

3.2.   L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)

(a)   Il-bażi legali

(28)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPBS tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(29)

Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

(30)

Esportatur jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali speċifikata tal-valur ta’ prodotti esportati skont din l-iskema. Dawn ir-rati DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jiġu ddeterminati fuq il-bażi tan-normi standard ta’ input-output (standard input-output norms, “SIONs”), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ inputs fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet preżunti, mingħajr ma jingħata kas jekk id-dazji tal-importazzjoni effettivament tħallsux jew le.

(31)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija għandha tesporta. Fiż-żmien tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed isseħħ skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet Indjani tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha tintbagħat il-merkanzija. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. F'dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS.

(32)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodott – ħlief prodotti kapitali u prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostaklu u validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(33)

L-applikazzjoni għal krediti DEPBS tiġi ffajljata elettronikament u tista' tkopri ammont mingħajr limitu ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. De facto ma japplikawx skadenzi stretti għal krediti DEPBS. Is-sistema elettronika użata biex titħaddem id-DEPBS ma tħallix barra awtomatikament tranżazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-iskadenza tal-perjodi ta’ sottomissjoni msemmija fil-Kapitolu 4.47 tal-HOP I 09-14. Barra minn hekk, kif stipulat b'mod ċar fil-Kapitolu 9.3 tal-HOP I 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati soġġetti għall-impożizzjoni ta’ penali minuri.

(34)

Instab li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun, Agarwal Fasteners Pvt. Ltd. u Raajratna Ventures Ltd., użaw din l-iskema matul il-PI.

(d)   Konklużjonijiet dwar id-DEPBS

(35)

Id-DEPBS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, peress li l-kreditu eventwalment ikun użat sabiex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, għalhekk inaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazji li kieku jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

(36)

Barra dan, id-DEPBS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u għalhekk, huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(37)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għar-rimbors tad-dazju jew sistema sostituta ta’ ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, parti (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rimbors) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta’ rimbors) tar-Regolament bażiku. Partikolarment, esportatur m'għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni seħħx fil-kuntest tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala inputs, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(38)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji ġie kkalkolat f'termini ta’ benefiċċju mogħti lid-destinatarju, li jinstab matul il-PI. F'dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F'dak il-mument, il-GTI huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI m'għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt id-DEPBS ikun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-PI.

(39)

Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti b'dan il-mod biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(40)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI varjat minn 4,70 % sa 6,53 %.

3.3.   L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

(a)   Il-bażi legali

(41)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.3 sa 4.1.14 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u l-Kapitoli 4.1 sa 4.30A tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(42)

L-AAS tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritt f'iktar dettall fil-premessa (43) hawn isfel. Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma’ manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għal sottoskemi ta’ rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jipprovdu lill-kategoriji “meqjusa esportati” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema ta’ meqjusa esportati tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għal benefiċċji ta’ “esportazzjoni meqjusa” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ħruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(43)

L-AAS tista' tinħareġ għal:

(i)   Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti importazzjoni bla dazju ta’ materjali ta’ input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta’ esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta’ importazzjoni u obbligu ta’ esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott ta’ esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja;

(ii)   Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix konnessa ma’ prodott ta’ esportazzjoni speċifiku, iżda ma’ grupp ta’ prodotti aktar wiesa' (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta’ liċenzja jista'- sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat - jimporta bla ħlas ta’ dazju kull input li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa' f'dan il-grupp ta’ prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta’ produzzjoni li juża dan il-materjal eżenti mid-dazju;

(iii)   Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta’ produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjali mingħajr dazju li jkunu se jintużaw fil-manifattura u għal dan l-għan jista' jikseb AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(iv)   Meqjusa bħala esportati: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta’ dazju l-inputs meħtieġa fil-produzzjoni ta’ prodotti li se jinbiegħu bħala “meqjusa bħala esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14. Skont il-GTI, il-kategorija meqjusa għall-esportazzjoni tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet fejn il-prodotti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta’ kategoriji ta’ provvista huma kkunsidrati bħala oġġetti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta’ prodotti lejn EOU (unità b'orjentazzjoni tal-esportazzjoni) jew lejn kumpanija lokalizzata f'żona ekonomika speċjali (“SEZ”);

(v)   Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li għandu l-intenzjoni li jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F'dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem jiġu validati bħala AROs u jiġu endorsjati lill-fornitur indiġenu wara kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 (fi kliem ieħor AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, rimbors ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u r-rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-inputs indiġeni u kif ukoll għall-inputs importati;

(vi)   Ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista' jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta’ oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu għandu jkun intitolat għal benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif stabbiliti fil-paragrafu 8.3 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 (fi kliem ieħor, AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, rimbors ta’ oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali).

(44)

Kumpanija waħda fil-kampjun irċeviet konċessjonijiet skont l-AAS li huma marbuta mal-prodott ikkonċernat waqt il-PI. Din il-kumpanija għamlet użu minn waħda mis-sottoskemi, jiġifieri esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta’ kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(45)

Għal skopijiet ta’ verifikazzjoni mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u propju tal-konsum u utilizzazzjoni ta’ prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (Kapitoli 4.26, 4.30 u Appendiċi 23 HOP I 09-14), fi kliem ieħor reġistru ta’ konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi verifikat minn accountant awtorizzat estern/accountant tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li jiċċertifika li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull aspett.

(46)

Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PI mill-kumpanija kkonċernata, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta’ importazzjoni u l-obbligu ta’ esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GTI fuq il-bażi ta’ Regoli Standard ta’ Input-Output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-materjal importat biex jintuża bħal input ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta’ esportazzjoni għandu jiġi sodisfatt fil-limitu ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull wieħed).

(47)

L-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani jew ma kinux onorati jew ma ġewx ittestjati fil-prattika.

(48)

Il-kumpanija li użat l-iskema żammet ċertu reġistru ta’ produzzjoni u konsum. L-Appendiċi 23 ma tlestiex kif suppost u għalhekk, ma setax jiġi kkunsidrat bħala reġistru ta’ konsum attwali kif preskritt fil-Kapitoli 4.26, 4.30 tal-HOP I 09-14. Madankollu, ir-reġistru tal-konsum għall-PI ma kienx disponibbli, u konsegwentement ma kienx possibbli li jiġu vverifikati inter alia r-rekords tal-konsum sabiex jiġi stabbilit liema inputs ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti, kif stipulat fil-kopja tal-Appendiċi 23. Rigward ir-rekwiżiti tal-verifika li ssir referenza għalihom fil-premessa (45) iktar 'il fuq, ma nżammu ebda rekords mill-kumpanija dwar kif saret din iċ-ċertifikazzjoni. Ma kien hemm ebda pjan ta’ verifika jew xi materjal ieħor ta’ appoġġ tal-verifika mwettqa (eż. rapport tal-verifika), ebda informazzjoni rreġistrata dwar il-metodoloġija użata u r-rekwiżiti speċifiċi meħtieġa għal tali xogħol rigoruż li kien jeħtieġ tagħrif tekniku ddettaljat dwar il-proċessi ta’ produzzjoni. Kwalunkwe remissjoni żejda potenzjali magħrufa mill-kumpanija u rrapurtata fl-Appendiċi 23 ma ħolqot l-ebda intervent jew kontroll mill-awtoritajiet rilevanti. Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14.

(d)   Konklużjoni dwar l-AAS

(49)

L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportatur investigat.

(50)

Barra minn hekk, is-sussidji relatati mal-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS fil-liġi jiddependu b'mod ċar fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk, huma meqjusa bħala speċifiċi u kumpensatorji skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema.

(51)

Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Barra minn hekk, is-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta’ verifika tal-konsum attwali minħabba li t-tfassil ta’ dawk in-normi standard ma jippermettix lill-GTI jivverifika bi preċiżjoni biżżejjed liema ammonti ta’ materja għall-produzzjoni kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Il-GTI naqas ukoll milli jwettaq eżami addizzjonali bbażat fuq l-inputs attwali, għalkemm dan ikun normalment meħtieġ li jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b'mod effettiv (Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(52)

Is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(53)

Fin-nuqqas ta’ sistemi ta’ ħlas lura jew sistemi sostituti ta’ ħlas lura awtorizzati, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-inputs. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kumpensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li r-remissjoni żejda ta’ dazji tista' tiġi kkumpensata. Iżda f'dan il-każ dawn il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta’ sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta’ ħlas lura tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta’ kumpens għall-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta’ dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti sabiex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta’ verifika allegata.

(54)

L-ammont ta’ sussidju għall-kumpaniji li użaw l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-PI (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur adattat, peress li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(55)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpanija kkonċernata matul il-PI jammonta għal 2,94 %.

3.4.   L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(a)   Il-bażi legali

(56)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-EPCGS tinsab fil-paragrafu 5 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(57)

Manifatturi-esportaturi, negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri ta’ servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(58)

Skont il-kundizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija hija awtorizzata li timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda u prodotti użati) b'rata mnaqqsa ta’ dazju doganali. Għal dan l-għan, il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u pagament ta’ ħlas. L-iskema tipprovdi għal rata tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-prodotti kapitali kollha importati skont l-iskema. Sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, il-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Skont il-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta’ dazju ta’ 0 % taħt l-EPCGS, iżda f'dan il-każ il-perjodu ta’ żmien biex jiġi ssodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni ikun iqsar, jiġifieri 6 snin minflok 8 mid-data tal-ħruġ tal-Awtorizzazzjoni. Id-detentur tal-liċenzja EPCGS jista' wkoll iġib il-prodotti kapitali b'mod indiġenu. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ prodotti kapitali jista' japprofitta mill-benefiċċju ta’ importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti kapitali lid-detentur ta’ liċenzja EPCGS.

(59)

Instab li l-applikanti esportaturi kollha li kkooperaw użaw din l-iskema matul il-PI.

(d)   Konklużjoni dwar l-iskema tal-EPCG

(60)

L-EPCGS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI, li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax id-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(61)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(62)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi r-rifużjoni ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għax mhumiex ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(63)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq beni kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ dawn il-beni kapitali fl-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta’ mgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta’ interessi kummerċjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. Meta saru t-talbiet ġustifikati, tariffi mħallsa neċessarjament biex jinkiseb sussidju kienu mnaqqsa skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(64)

Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi mill-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(65)

Ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI kienu 0,11 %, 0,16 % u 0,19 %.

3.5.   L-Iskema tal-Unitajiet Orjentati għall-Esportazzjoni (“EOUS”)

(a)   Il-bażi legali

(66)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-EOU tinsab fil-paragrafu 6 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u fil-kapitolu 6 tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(67)

Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali, l-impriżi kollha, li fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw il-produzzjoni sħiħa tagħhom ta’ oġġetti jew servizzi jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-EOUS. Impriżi fis-setturi industrijali jridu jissodisfaw limitu minimu ta’ investiment f'assi fissi biex ikunu eliġibbli għall-EOUS.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(68)

Unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni jistgħu jiġu lokalizzati u stabbiliti kullimkien fl-Indja.

(69)

L-applikazzjoni għal status ta’ EOU trid tinkludi d-dettalji għall-perjodu tal-ħames snin li jkunu ġejjin fuq, inter alia, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni ppjanati, il-valur ipproġettat tal-esportazzjoni, il-ħtiġijiet ta’ importazzjoni u l-ħtiġijiet indiġeni. Wara aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kundizzjonijiet annessi ma’ din l-aċċettazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim ta’ rikonoxximent bħala kumpanija taħt l-EOUS huwa validu għal perjodu ta’ ħames snin. Il-ftehim jista' jkun imġedded għal iktar perjodi.

(70)

Obbligu kruċjali ta’ EOU kif stabbilit fil-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 huwa li jinkiseb qligħ nett ta’ valuta barranija (net foreign exchange – “NFE”), jiġifieri f'perjodu ta’ referenza (5 snin) il-valur totali ta’ esportazzjonijiet irid jogħla mill-valur totali ta’ prodotti importati.

(71)

Unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:

(i)

eżenzjoni minn dazji ta’ importazzjoni fuq kull tip ta’ prodott (inkluż prodotti kapitali, materja prima u oġġetti ta’ konsum) meħtieġa għall-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar jew f'konnessjoni magħhom;

(ii)

eżenzjoni minn dazju tas-sisa fuq prodotti akkwistati minn sorsi indiġeni;

(iii)

rimbors ta’ taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija miksuba lokalment;

(iv)

il-faċilità li tinbiegħ parti mill-produzzjoni fuq is-suq domestiku sa massimu ta’ 50 % tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet, soġġett għall-kisba ta’ dħul pożittiv NFE mal-ħlas ta’ dazji konċessjonali, jiġifieri dazji tas-sisa fuq prodotti lesti;

(v)

rimbors parzjali ta’ dazju mħallas fuq fjuwil akkwistat minn kumpaniji taż-żejt domestiċi;

(vi)

eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul normalment dovuta fuq profitti miksuba fuq bejgħ ta’ esportazzjoni b'mod konformi mat-Taqsima 10B tal-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul, għal perjodu ta’ 10 snin wara l-bidu tal-operat tagħha.

(72)

Unitajiet li joperaw taħt dawn l-iskemi huma marbuta taħt is-sorveljanza tal-uffiċjali tad-dwana.

(73)

Huma legalment obbligati li jżommu kont kif suppost tal-importazzjonijiet kollha, tal-konsum u tal-użu tal-materjali importati u tal-esportazzjonijiet li jkunu saru b'mod konformi mal-paragrafu relevanti tal-HOP I -09-14. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti fl-Indja permezz ta’ rapporti ta’ progress trimestrali u annwali.

(74)

Madankollu, kif tgħid it-taqsima relevanti tal-HOP I 09-14, “l-EOU f'ebda punt m'għandha tkun meħtieġa tikkorrelata kull konsenja ta’ importazzjoni mal-esportazzjonijiet tagħha, it-trasferimenti lil unitajiet oħrajn, bejgħ fid-DTA (‘domestic tariff area’) jew stokks”.

(75)

Il-bejgħ domestiku jintbagħat u jiġi rreġistrat fuq bażi ta’ awtoċertifikazzjoni. Il-proċess ta’ spedizzjoni ta’ konsenji ta’ esportazzjoni ta’ EOU jiġi ssorveljat minn uffiċjal tad-dwana/sisa.

(76)

F'dan il-każ, l-EOUS intuża minn wieħed mill-esportaturi li kkoopera fit-teħid tal-kampjun. L-esportatur li kkoopera uża l-iskema biex jimporta materja prima, oġġetti tal-konsum u oġġetti kapitali ħielsa minn dazji tal-importazzjoni, biex jakkwista prodotti ħielsa domestikament mid-dazju tas-sisa u biex jikseb rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ, u biex ibigħ parti mill-produzzjoni tiegħu fis-suq domestiku. L-esportatur li kkoopera b'hekk ħa l-benefiċċji kollha deskritti fil-premessa (71) iktar 'il fuq taħt (i) sa (vi). Madankollu, fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul skont it-Taqsima 10B tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, l-investigazzjoni wriet li, sa mill-1 ta’ April 2010, il-kumpanija ma kinitx aktar eliġibbli għal din l-eżenzjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-EOU ma ġewx ikkunsidrati ulterjorment fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni.

(77)

Fi stadju tard ħafna, il-kumpanija li nstabet li kienet qed topera bħala EOU bagħtet kummenti dettaljati dwar l-iskema, fejn fost l-oħrajn allegat li l-miżuri varji disponibbli f'EOU ma kinux jikkostitwixxu sussidji kumpensatorji. L-analiżi ta’ dawn il-kummenti ma setgħetx tiġi konkluża f'dan il-waqt; madankollu, se tiġi indirizzata fl-istadju li jmiss ta’ din l-investigazzjoni.

(d)   Konklużjonijiet dwar l-EOUS

(78)

L-eżenzjonijiet ta’ EOU minn tliet tipi ta’ dazji ta’ importazzjoni (“id-dazju doganali bażiku”, “taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali” u “taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla”) u r-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTI fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-introjtu tal-Gvern li kien ikun dovut fin-nuqqas ta’ din l-iskema huwa ċedut, u b'hekk jingħata benefiċċju lill-EOU fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, billi jkun hemm titjib fil-likwidità peress li ma jkollhomx jitħallsu d-dazji li normalment ikunu dovuti u billi jinkiseb rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ.

(79)

Barra minn hekk, l-EOU ma jistax jitqies bħala sistema ta’ rifużjoni ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi r-rifużjoni ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan ma jikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punti (h) u (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-sistema attwali ta’ verifika għandha l-għan li tissorvelja l-obbligu ta’ qligħ tal-NFE u mhux il-konsum ta’ importazzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti esportati.

(80)

L-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa u mill-ekwivalenti tad-dazju ta’ importazzjoni tiegħu (“EED”), madankollu, ma twassalx għal dħul predeterminat li nkella jkun dovut. Id-dazju tas-sisa u d-dazju doganali addizzjonali, jekk imħallas, jista' jintuża bħala kreditu għall-passivi tad-dazju futuri tagħha stess (l-hekk imsejjaħ “mekkaniżmu ta’ CENVAT”) li hija sistema komparabbli għall-VAT u li tippermetti lil kumpaniji Indjani sabiex jikkontrobilanċjaw taxxi fuq xiri bit-taxxi pagabbli fuq il-bejgħ. Għaldaqstant, dawn id-dazji mhumiex definittivi. Permezz tal-kreditu “CENVAT”, valur miżjud biss iġorr dazju definittiv, mhux il-materjali ta’ input.

(81)

Għaldaqstant, l-eżenzjoni biss mid-dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla u r-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, jikkostitwixxu sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Fil-liġi huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk, huma meqjusa bħala speċifiċi u suġġetti għal kompens taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku. L-iskop ta’ EOU li tesporta kif spjegat fil-Kapitolu 6.1 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 huwa conditio sine qua non biex jinkisbu l-inċentivi.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(82)

Għaldaqstant, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla) li normalment tkun dovuta malli ssir l-importazzjoni kif ukoll ir-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, matul il-PI.

(i)   Eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla), rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali fuq materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati

(83)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li huwa unità orjentata lejn l-esportazzjoni ġie kkalkolat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla) fuq il-materjali importati għall-EOU f'daqqa u r-rimbors fuq it-taxxa tal-bejgħ matul il-PI. L-ispejjeż li neċessarjament riedu jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju, tnaqqsu skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni xieraq iġġenerat matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-prestazzjoni ta’ esportazzjoni u ma ngħatax permezz ta’ referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġini tas-sussidju b'hekk miksub għall-kumpanija kkonċernata kien ta’ 2,68 %.

(ii)   Eżenzjoni minn dazji ta’ importazzjoni (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq edukazzjoni sekondarja ogħla) fuq oġġetti kapitali

(84)

Oġġetti kapitali mhumiex inkorporati fiżikament fl-oġġetti lesti. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju għall-kumpanija kkonċernata ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont ta’ dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ tali oġġetti kapitali f'waħda mill-kumpaniji investigati. L-ammont hekk ikkalkulat huwa mbagħad attribwibbli għall-PI u ġie aġġustat billi ġew miżjudin miegħu l-imgħaxijiet ta’ matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien u b'hekk ikun stabbilit il-benefiċċju kollu ta’ din l-iskema għal min irċevih. Ir-rata ta’ interessi kummerċjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni xieraq iġġenerat matul il-PI bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Il-marġini tas-sussidju b'hekk miksub għall-kumpanija kkonċernata kien ta’ 0,05 %.

(85)

Il-marġini ta’ sussidju miksub taħt l-EOUS għall-kumpanija kellu x'jaqsam ma’ ammonti sa 2,73 %.

3.6.   Skema ta’ Fokus fuq il-Prodott (“FPS”)

(a)   Il-bażi legali

(86)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 3.15 sa 3.17 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u l-Kapitoli 3.9 sa 3.11 tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(87)

Skont il-paragrafu 3.15.2 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14, l-esportaturi tal-prodotti notifikati fl-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(88)

Esportatur tal-prodotti inkluż fil-lista tal-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 jista' japplika għal azzjonijiet ta’ Kreditu ta’ Dazju tal-FPS ekwivalenti għal 2 % jew 5 % tal-valur tal-esportazzjonijiet FOB. Madankollu, prodott(i)/settur(i) tal-Fokus Speċjali, koperti skont it-Tabella 2 u 5 tal-Appendiċi 37D imsemmi hawn fuq, huma intitolati għal azzjonijiet ta’ Kreditu ta’ Dazju ekwivalenti għal 5 % tal-valur tal-esportazzjonijiet FOB. Il-prodott konċernat skont l-investigazzjoni huwa inkluż f'dawn il-prodotti ta’ Fokus Speċjali.

(89)

L-FPS hija skema ta’ wara l-esportazzjoni, jiġifieri kumpanija għandha tesporta sabiex tkun eliġibbli għall-benefiċċji ta’ din l-iskema. Bħala riżultat, il-kumpanija tkompli timla applikazzjoni onlajn lill-awtorità rilevanti flimkien mal-kopji tal-ordni tal-esportazzjoni u l-fattura, l-irċevuta tal-bank li turi l-ħlas tal-ispejjeż tal-applikazzjoni, il-kopja tal-poloz ta’ tagħbija u ċ-ċertifikat ta’ realizzazzjoni tal-bank għall-irċevuta tal-ħlas jew iċ-ċertifikat barrani ta’ ħlas fuq l-importazzjoni fil-każ ta’ negozjar dirett ta’ dokumenti. F'każijiet fejn il-kopja oriġinali tal-poloz ta’ tagħbija u/jew iċ-ċertifikati tar-realizzazzjoni tal-bank ikunu ġew sottomessi għall-benefiċċji mitluba skont kwalunkwe skema oħra, il-kumpanija tista' tissottometti kopji ta’ awtoċertifikazzjoni li jikkwotaw l-awtorità rilevanti fejn ikunu ġew sottomessi d-dokumenti oriġinali. L-applikazzjoni onlajn għall-krediti tal-FPS tista' tkopri massimu ta’ 50 polza ta’ tagħbija.

(90)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-FPS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodott – ħlief prodotti kapitali u prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-FPS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(91)

Instab li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun użaw din l-iskema matul il-PI.

(d)   Konklużjoni dwar l-FPS

(92)

L-FPS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-FPS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, b'hekk jitnaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, il-kreditu FPS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

(93)

Iktar minn hekk, l-FPS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u għalhekk, huwa meqjus bħala speċifiku u jista' jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(94)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistema sostituta ta’ ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, parti (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta’ ħlas lura) tar-Regolament bażiku. Partikolarment, esportatur m'għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni seħħx fil-kuntest tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji FPS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala inputs, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FPS.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(95)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji ġie kkalkolat f'termini ta’ benefiċċju mogħti lid-destinatarju, li jinstab matul il-PI. F'dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F'dak il-mument, il-GTI huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu FPS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI m'għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt l-FPS ikun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-PI.

(96)

Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(97)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għaż-żewġ kumpaniji kkonċernati matul il-PI jammonta għal 4,80 %.

3.7.   Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)

(a)   Il-bażi legali

(98)

Id-dettalji tal-iskema huma stabbiliti fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR.(Exp).BC. 06/04.02.02/2010-10 (Rupee/Foreign Currency Export Credit) tal-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (RBI), li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

(b)   L-eliġibbiltà

(99)

L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti-esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(100)

L-ECS jikkonsisti f'żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri krediti pprovduti lil esportatur għall-iffinanzjar tax-xiri, proċessar, manifatturar, imballaġġ u/jew trasport ta’ prodotti qabel l-esportazzjoni, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital tal-ħidma bl-iskop li jiġu ffinanzjati riċevibbli tal-esportazzjoni. Sa mill-1 ta’ Lulju 2010, il-banek kummerċjali japplikaw għal Sistema ta’ Rata Bażika ġdida applikabbli għal kull kontenut tal-avvanzi tal-kreditu tal-esportazzjoni tar-rupee. Fir-rigward tal-ECS fi flus barranin, il-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (RBI) jistabbilixxi rati ta’ mgħax massimi applikabbli għall-krediti tal-esportazzjoni li l-banek kummerċjali jistgħu jimponu fuq l-esportatur. L-RBI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-iffinanzjar tal-esportazzjoni.

(101)

Bħala riżultat taċ-Ċirkulari Prinċipali tar-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu krediti għall-esportazzjoni b'rati ta’ interess preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ interess għall-krediti kummerċjali ordinarji (“kreditu f'kontanti”), li huma ffissati purament skont il-kundizzjonijet tas-suq. Id-differenza fir-rati tista' tonqos għal kumpaniji bi klassifikazzjoni tal-kreditu tajba. Kumpaniji bi klassifikazzjonijiet tajbin jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jiksbu krediti ta’ esportazzjoni u kreditu fi flus kontanti bl-istess kundizzjonijiet.

(102)

Instab li l-applikanti esportaturi kollha li kkooperaw użaw din l-iskema matul il-PI.

(d)   Konklużjoni dwar l-ECS

(103)

Ir-rati ta’ interessi preferenzjali ta’ kreditu ECS stabbiliti miċ-Ċirkulari Prinċipali tal-RBI msemmija fil-premessa (98) jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-interessi ta’ esportatur meta mqabbla mal-ispejjeż ta’ kreditu stabbiliti purament mill-kundizzjonijiet tas-suq u li jikkonferixxu f'dan il-każ benefiċċju fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fuq tali esportatur.

(104)

Minkejja li l-krediti preferenzjali skont l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F'dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas l-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji ma jirrikjedu miżati fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimbors tal-banek kummerċjali mill-GTI, biex iwaqqaf sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu esegwiti l-funzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. L-RBI huwa korp pubbliku u għalhekk, jaqa' taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % taħt il-pussess tal-gvern, isegwi l-għanijiet ta’ politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja, u l-maniġment tiegħu huwa maħtur mill-Gvern tal-Indja. L-RBI jidderieġi l-korpi privati, skont it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kundizzjonijiet li jimponi, inter alia, fir-rigward tal-livelli massimi għar-rati ta’ mgħax fuq krediti ta’ esportazzjoni obbligatorji fiċ-Ċirkolari Prinċipali tal-RBI u d-dispożizzjonijiet tal-RBI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom lejn il-finanzjament tal-esportazzjoni. Din id-direzzjoni tobbliga lil banek kummerċjali biex iwettqu funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f'dan il-każ li jipprovdu self fil-forma ta’ finanzjament ta’ esportazzjoni preferenzjali. Trasferiment dirett bħal dan ta’ fondi fil-forma ta’ self skont ċerti kundizzjonijiet normalment jaqa' f'idejn il-gvern, u l-prattika fl-ebda sens reali ma hija differenti, minn prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa meqjus li huwa speċifiku u kumpensatorju billi r-rati ta’ mgħax preferenzjali huma relatati mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk, assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(105)

L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għal krediti ta’ esportazzjoni użati matul il-PI u l-ammont li kien ikun pagabbli għal krediti kummerċjali ordinarji użati mill-kumpanija kkonċernata. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(106)

Ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI kienu 0,25 %, 0,31 % u 0,44 %.

3.8.   Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (“EDE”)

(a)   Il-bażi legali

(107)

Din l-iskema hija inkluża fl-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-2007 tal-Gvern ta’ Maharashtra, ir-Reżoluzzjoni Nru PSI-1707/(CR-50)/IND-8, tat-30 ta’ Marzu 2007. Wara l-emendi fl-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-2007 maħruġa mill-Gvern ta’ Maharashtra fit-30 ta’ Lulju 2011, ġie pprovdut perjodu ta’ estensjoni sal-31 ta’ Awwissu 2011.

(b)   L-eliġibbiltà

(108)

Ir-Reżoluzzjoni msemmija hawn fuq tniżżel il-kategoriji tal-industriji u l-intrapriżi li jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-inċentivi skont l-iskema tal-2007.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(109)

Sabiex ikun hemm interess fit-tixrid tal-industriji fiż-żoni inqas żviluppati, il-Gvern ta’ Maharashtra pprovda pakkett ta’ inċentivi għall-unitajiet industrijali ġodda/li qed jikbru stabbiliti fir-reġjun tal-Istat ta’ Maharashtra li għadu qed jiżviluppa. Għall-iskopijiet tal-Iskema, l-Anness I tar-Reżoluzzjoni jikklassifika ż-żona tal-Istat eliġibbli għall-inċentivi. Madankollu, l-inċentivi skont l-Iskema tal-2007 ma jistgħux jingħataw qabel jinħareġ Ċertifikat ta’ Eliġibbiltà skont l-Iskema tal-2007 mill-Aġenzija Implimentattiva u qabel ma l-unità eliġibbli tkun konformi mal-istipulazzjonijiet/kundizzjonijiet taċ-Ċertifikat ta’ Eliġibbiltà. Ċertifikat ta’ Eliġibbiltà jinħareġ mill-Aġenzija Implimentattiva b'effett mid-data tal-bidu tal-produzzjoni kummerċjali tal-unità eliġibbli.

(110)

Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku tingħata lill-unitajiet ġodda eliġibbli stabbiliti f'żoni stabbiliti għal perjodu ta’ 15-il sena. F'partijiet oħra tal-Istat, 100 % Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EOUs), unitajiet mit-Teknoloġija tal-Informatika (IT) u t-Teknoloġija Bioloġika (BT), se jkunu eżenti wkoll mill-ħlas tad-Dazju fuq l-Elettriku għal perjodu ta’ 10 snin.

(111)

Matul l-investigazzjoni nstab li kumpanija waħda fil-kampjun, li hija EOU allokata f'Maharashtra, ibbenefikat minn din l-iskema matul il-PI.

(d)   Konklużjoni dwar l-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku

(112)

L-eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar- Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportaturi investigati.

(113)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi f'reġjun ġeografiku magħżul.

(114)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(115)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju kumpensatorju huwa kkalkulat f'termini ta’ benefiċċju mogħti lil min jirċevih, f'relazzjoni mal-prodott ikkonċernat, li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont (numeratur) ġie allokat matul l-ammont kollu ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat tal-produttur li jesporta matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(116)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanija kkonċernata tammonta għal 0,09 %.

3.9.   Ammont ta’ sussidji kumpensabbli

(117)

Fuq il-bażi tas-sejbiet, kif mogħtija fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt, l-ammont totali ta’ sussidji kumpensatorji, imfissra ad valorem, instabu fil-medda minn 3,2 % sa 16,5 %:

Tabella 1

Skema

EPCGS

DEPBS

AAS

EOUS

ECS

FPS

Eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku

Total

Kumpanija

 

Viraj Profiles Ltd.

0,16  %

 

 

2,73  %

0,25  %

 

0,09  %

3,2  %

Raajratna Ventures Ltd.

0,19  %

4,70  %

2,94  %

 

0,44  %

4,80  %

 

13,0  %

Agarwal Fastners Pvt. Ltd.

0,11  %

6,53  %

 

 

0,31  %

4,80  %

 

11,7  %

Kumpaniji li kkoperaw li ma kinux fil-kampjun

0,16  %

5,53  %

2,94  %

 

0,25  %

4,80  %

 

13,6  %

Kumpaniji oħra

0,16  %

5,53  %

2,94  %

2,73  %

0,25  %

4,80  %

0,09  %

16,5  %

(118)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhux inklużi fil-kampjun, ikkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat stabbilit għal kull wieħed mill-programmi li jibbenefikaw il-kumpaniji fil-kampjun li kkooperaw, huwa ta’ 13,6 %. Biex jiġi kkalkolat il-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat għall-kampjun, l-ammonti ta’ sussidji stabbiliti għall-EOUS u l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku skont l-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-Gvern ta’ Maharashtra (jiġifieri applikabbli biss għall-EOUs) ġew esklużi mill-kalkolu, minħabba li nstab li l-iskop ta’ dawn l-iskemi ta’ sussidju ma kienx se jkopri ż-żewġ kumpaniji li kkooperaw mhux fil-kampjun. B'mod partikolari fir-rigward tal-EOU, mhuwiex possibbli li jakkumulaw il-benefiċċji relatati mal-EOU mal-benefiċċji skont skemi oħra. Fir-rigward tal-eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku, dan huwa disponibbli biss għall-EOUs jew kumpaniji allokati f'ċerti reġjuni ta’ Maharashtra. Għaldaqstant, l-univers ta’ benefiċċji skont din l-iskema huwa limitat wisq biex jiġi kkunsidrat applikabbli għall-kumpaniji li mhumiex fil-kampjun.

(119)

Fir-rigward tal-esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (10) fuq, it-tqabbil bejn id-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat u l-volumi ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrapportati għall-perjodu ta’ investigazzjoni mill-kumpaniji jew gruppi li kkooperaw, mal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni juri li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kien wieħed għoli ħafna, jiġifieri qrib il-100 %. Minħabba dan il-livell għoli ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija stabbilita fil-livell tal-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat għal kull wieħed mill-programmi li jibbenefikaw il-kumpaniji li kkooperaw, jiġifieri 16,5 %.

4.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni

(120)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikat tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(121)

Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li kienet madwar 52 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment.

(122)

Kif indikat fil-premessa (14) hawn fuq, it-teħid ta’ kampjuni kien applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mill-15-il produttur tal-Unjoni li pprovdew dejta qabel il-bidu tal-proċediment, intgħażel kampjun ta’ ħames kumpaniji. Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (16) hawn fuq, kumpanija waħda ddeċidiet li ma tikkooperax fl-investigazzjoni. Il-kumpaniji l-oħra li kkooperaw fil-kampjun irrappreżentaw madwar 32 % tat-total stimat tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-PI u ġew ikkunsidrati bħala rappreżentattivi tal-Industrija tal-Unjoni. Il-kumpaniji fil-kampjun huma l-produtturi ewlenin u jinsabu fi Franza u l-Italja fejn l-ikbar volum tal-prodott ikkonċernat huwa manifatturat.

4.2.   L-industrija tal-Unjoni

(123)

Il-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni, imsemmija fil-premessa (120), huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

5.   ĦSARA

5.1.   Kummenti preliminari

(124)

L-istatistiċi rilevanti dwar l-importazzjoni tal-Eurostat, flimkien mad-dejta pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, inklużi t-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikat tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, intużaw ukoll fl-evalwazzjoni tal-fatturi ta’ ħsara rilevanti.

(125)

L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-dejta makroekonomika, bħall-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, it-tkabbir, l-impjiegi u l-produttività, hija bbażata fuq dejta tal-industrija tal-Unjoni sħiħa.

(126)

L-analiżi ta’ ħsara fir-rigward tad-dejta mikroekonomika, bħall-prezzijiet tat-tranżazzjoni, il-profitabbiltà, il-likwidità tal-flus, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment, l-abbiltà li jiżdied il-kapital, il-ħażniet u l-pagi, hija bbażata fuq id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun.

(127)

L-erba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun, ġew investigati wkoll fir-reviżjoni attwali ta’ skadenza ta’ miżuri ta’ anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-SSF li joriġinaw fiċ-Ċina u t-Tajwan, konkluża fis-7 ta’ Jannar 2012 (4). F'dik ir-reviżjoni, kumpanija oħra, li ma kkooperatx fl-investigazzjoni preżenti, ġiet inkluża fil-kampjun. Meta mogħti li l-perjodu kkunsidrat għall-analiżi ta’ ħsara jaqbeż dak tar-reviżjoni ta’ skadenza, id-dejta għas-snin 2008 u 2009 huma identiċi ħlief għal dik il-kumpanija waħda. Bl-iżvelar ta’ ċifri għall-2008 u 2009 ikun possibbli li jitnaqqsu ċ-ċifri tal-kumpanija li ma ġietx inkluża fil-kampjun f'dan il-każ. Għaldaqstant, il-mikroindikaturi bħall-ħażniet, il-pagi, l-investiment, il-likwidità tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment u l-profitabbiltà ġew indiċizzati.

5.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(128)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni kif ipprovdut fl-ilment, u ċċekkjat mit-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-kampjun u d-dejta vverifikata miksuba mill-produtturi li kkooperaw fil-kampjun. Barra minn hekk, tqies ukoll il-volum ta’ importazzjonijiet ibbażat fuq id-dejta mill-Eurostat għall-perjodu kkunsidrat.

(129)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

 

2008

2009

2010

PI

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

120 598

101 143

122 345

131 457

Indiċi (2008 = 100)

100

84

101

109

Sors:

Eurostat, dejta fl-ilmenti u tweġibiet għall-kwestjonarju.

(130)

Il-konsum totali fis-suq tal-UE żdied b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009, kien hemm tnaqqis drastiku b'16 %, allegatament minħabba l-effetti globali negattivi tal-kriżi ekonomika fis-suq, li wara dan, il-konsum reġa' irkupra b'21 % bejn l-2009 u l-2010, u b'7 % oħra bejn l-2010 u l-PI.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(131)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 3

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

14 546

18 883

21 914

24 072

Indiċi (2008 = 100)

100

130

151

165

Sehem mis-suq

12,1  %

18,7  %

17,9  %

18,3  %

Indiċi (2008 = 100)

100

155

149

152

Sors:

Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarju mill-produtturi esportaturi.

(132)

L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet fl-aqwa tagħha bejn l-2008 u l-2009 meta l-importazzjonijiet telgħu għal 30 % u l-konsum naqas b'16 %. Fuq bażi ta’ sena b'sena, l-importazzjonijiet Indjani komplew jiżdiedu matul l-2010 (+ 16 %) u matul il-PI (+ 10 %).

5.3.1.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

Tabella 4

Importazzjonijiet mill-Indja

2008

2009

2010

PI

Prezz medju f'EUR/tunnellata

3 531

2 774

2 994

3 216

Indiċi (2008 = 100)

100

79

85

91

Sors:

Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarju mill-produtturi tal-UE li kkooperaw fil-kampjun.

(133)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jispjega ż-żieda fis-sehem tas-suq tal-Indja minn 12,1 % għal 18,3 % matul l-istess perjodu. L-ogħla żieda saret bejn l-2008 u l-2009, meta l-esportaturi Indjani kisbu aktar minn 6 punti perċentwali f'sehem tas-suq.

(134)

Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ peżati medji għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun, impost lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, ġew imqabbla mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Indja lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(135)

Dan it-tqabbil fil-prezzijiet sar b'bażi tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell tal-kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara tnaqqis ta’ ribassi u skonti. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta mniżżel bħala persentaġġ tal-ammont ta’ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw matul il-PI, wera tnaqqis fil-prezz li jvarja minn 3 % għal 13 %.

5.4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(136)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu sussidjati mill-Indja fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha stabbiliti għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

5.4.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

Tabella 5

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum ta’ produzzjoni (tunnellati)

69 514

56 396

62 213

51 800

Indiċi (2008 = 100)

100

81

89

75

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

140 743

127 200

128 796

111 455

Indiċi (2008 = 100)

100

90

92

79

L-użu tal-kapaċità

49  %

44  %

48  %

46  %

Indiċi (2008 = 100)

100

90

98

94

Sors:

Industrija Totali tal-Unjoni.

(137)

It-tabella hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset b'mod sinifikanti b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Flimkien mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset sew bi 19 % fl-2009, u wara dan reġgħet irkuprat b'madwar 10 % fl-2010. Fil-PI, minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied b'7 %, il-produzzjoni tal-Unjoni reġgħet naqset b'madwar 17 % meta kkumparata mas-sena ta’ qabel.

(138)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'madwar 21 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità wkoll naqas matul il-perjodu kkunsidrat, tant li baqa' dejjem taħt il-50 %.

5.4.2.   L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 6

 

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ bejgħ (tunnellati)

56 042

44 627

45 976

48 129

Indiċi (2008 = 100)

100

80

82

86

Sehem mis-suq

46,5  %

44,1  %

37,6  %

36,6  %

Indiċi (2008 = 100)

100

95

81

79

Sors:

Industrija Totali tal-Unjoni.

(139)

Fil-kuntest ta’ żieda ta’ konsum (+ 9 %), l-ammont ta’ bejgħ tal-prodott ugwali meta mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni naqas b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba dan, is-sehem tas-suq waqa' minn 46,5 % fl-2008 għal 36,6 % fil-PI. Wara tnaqqis serju fl-ammont ta’ bejgħ fl-2009 (– 20 %), dan reġa' rkupra bi ftit fl-2010 u l-PI.

5.4.3.   It-tkabbir

(140)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % bejn l-2008 u l-PI. Madankollu, l-ammont ta’ bejgħ u s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu fl-istess perjodu, b'14 % u b'21 % rispettivament. Fl-istess żmien, l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 %.

5.4.4.   L-impjiegi

Tabella 7

 

2008

2009

2010

PI

Numru ta’ impjegati

1 007

863

821

761

Indiċi (2008 = 100)

100

86

82

76

Produttività (unità/impjegat)

Indiċi (2008 = 100)

100

95

110

99

Sors:

Industrija Totali tal-Unjoni.

(141)

Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-PI, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b'6 %.

(142)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, meta mkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata, għal kull sena, naqset ftit b'1 % fil-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, u wara dan bdiet tirkupra lejn il-PI.

5.4.5.   Prezzijiet ta’ unità medja tal-industrija tal-Unjoni

Tabella 8

 

2008

2009

2010

PI

Prezz unitarju fl-UE lil klijenti mhux relatati

(Euro kull tunnelltta)

4 336

2 792

3 914

4 244

Indiċi (2008 = 100)

100

64

90

98

Sors:

Tweġibiet mill-kwestjonarju tal-produtturi li kkooperaw fil-kampjun.

(143)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'36 %, fil-kuntest tat-tnaqqis ekonomiku u ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja (– 21 %). Matul l-2010 u l-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġgħu rkupraw.

(144)

L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-2009 wera t-tnaqqis fl-infiq li waqa' bi 18 % meta kkumparat mal-livelli tal-2008. Dan it-tnaqqis fl-infiq sar primarjament minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, speċjalment dawk tan-nikil, li għandu dinamika instabbli tal-prezz. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha aktar mit-tnaqqis fl-infiq, invista tat-tkabbir tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja fl-2009.

5.4.6.   Il-profitabbiltà, il-likwidità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà ta’ żieda fil-kapital.

Tabella 9

 

2008

2009

2010

PI

Il-profitabbiltà tal-bejgħ fl-UE (% ta’ bejgħ nett)

Indiċi (2008 = 100)

– 100

– 442

–74

–24

Il-likwidità

Indiċi (2008 = 100)

– 100

–1 827

–40

171

Investimenti (EUR)

Indiċi (2008 = 100)

100

29

59

6

Redditu fuq l-investimenti

Indiċi (2008 = 100)

– 100

– 284

–59

–28

Sors:

Tweġibiet mill-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE li kkooperaw fil-kampjun.

(145)

L-investigazzjoni wriet li, anke jekk it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ irrifletta parzjalment it-tnaqqis fl-infiq, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni kien taħt pressjoni bl-importazzjonijiet tal-SSF mill-Indja. Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva sa mill-bidu tal-perjodu kkonċernat. Speċjalment fl-2009, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata li tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha aktar mit-tnaqqis fl-infiq, fid-dawl tat-tkabbir tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja. Dan wassal għal deterjorazzjoni sinifikanti ta’ profitabbiltà f'dik is-sena. Madankollu, fl-2010 u l-PI, il-profitabbiltà tjiebet, iżda xorta waħda baqgħet negattiva.

(146)

Il-likwidità, li hija l-abbiltà tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha hija stess, segwiet tendenza simili bħall-profitabbiltà. Din laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, u wara dan uriet tendenza ta’ żieda u saret pożittiva fil-PI.

(147)

Wara li saru l-investimenti fl-2008 fil-produzzjoni tal-SSF, l-investimenti naqsu b'madwar 94 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investiment wera żvilupp negattiv simili f'linja mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u baqa' dejjem negattiv.

(148)

L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà, il-likwidità u l-livell baxx ta’ investimenti jwasslu għall-fatt li l-produtturi tal-UE li kkooperaw fil-kampjun setgħu esperjenzaw diffikultajiet biex jgħollu l-kapital.

5.4.7.   Il-ħażniet

Tabella 10

 

2008

2009

2010

PI

Stokk tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni

Indiċi (2008 = 100)

100

92

100

103

Sors:

Tweġiba mill-kwestjonarju.

(149)

Il-livell tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas bi 8 %; wara, fl-2010 u fil-PI żdied bi 8 % u 3 % rispettivament.

5.4.8.   Id-daqs tal-marġini tas-sussidju

(150)

Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li huwa negliġibbli.

5.5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(151)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara bħall-produzzjoni (– 25 %), l-użu tal-kapaċità (– 6 %), il-volum ta’ bejgħ (– 14 %), is-sehem tas-suq (– 21 %) u l-impjieg (– 24 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-kuntest ta’ żieda fil-konsum, kemm l-ammont ta’ bejgħ, kif ukoll is-sehem mis-suq waqgħu. L-ammont ta’ bejgħ irkupra bi ftit fl-2010 u l-PI meta kkumparat mal-2009; madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iġġib lura s-sehem tas-suq mitluf tagħha invista tat-tkabbir tal-importazzjonijiet Indjani li żdiedu b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat, fil-prezzijiet jnaqqsu b'mod kontinwu dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(152)

Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex tiġbor il-kapital naqset ukoll.

(153)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali fil-kuntest tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

6.   KAWŻALITÀ

6.1.   Introduzzjoni

(154)

Skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-Indja kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li tista' tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufin oħrajn għajr l-importazzjonijiet issussidjati, li jistgħu fl-istess waqt ikunu qegħdin jagħmlu danni lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll biex jiżguraw li dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma ġiex attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati.

6.2.   Effett tal-importazzjonijiet sussidjati

(155)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, waqt li l-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'14 % u s-sehem tas-suq naqas b'21 %. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja żdiedu b'mod drammatiku b'65 %, filwaqt li żiedu s-sehem tas-suq tagħhom b'52 %.

(156)

Fl-2010 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied f'linja mal-irkupru ekonomiku ġenerali. Madankollu, l-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss bi ftit fl-2010 (+ 3 %) u fil-PI (+ 4,7). Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni wriet żieda annwali fl-importazzjonijiet Indjani b'16 % fl-2010 u b'10 % fil-PI.

(157)

L-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja eżerċitaw pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni partikolarment fl-2009, meta kibru bi 30 % meta kkumparati mal-2008 u kisbu 6,6 fil-mija ta’ punti fis-sehem tas-suq. Fl-istess sena, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'20 %.

(158)

Fir-rigward tal-pressjoni tal-prezz fl-2009, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja naqsu b'21 %, filwaqt li sfurzaw lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'36 %. Dan it-tnaqqis kien aktar mit-tnaqqis fl-infiq. Din is-sitwazzjoni waslet għal deterjorazzjoni sinifikanti fil-profitabbiltà li naqset b'mod drammatiku fl-2009.

(159)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu fil-biċċa l-kbira tagħhom b'9 % fil-perjodu kkunsidrat, filwaqt li baqgħu dejjem inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bqija tad-dinja u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(160)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda massima tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, bi prezzijiet li qed iwaqqgħu kontinwament il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellhom irwol determinanti fid-dannu tal-materjal li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta’ bejgħ u s-sehem tas-suq, u fid-deterjorament ta’ kważi l-indikaturi kollha tad-dannu.

6.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

6.3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Tabella 11

 

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'tunnellati

50 010

37 633

54 454

59 255

Indiċi (2008 = 100)

100

75

109

118

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

41,5  %

37,2  %

44,5  %

45,1  %

Indiċi (2008 = 100)

100

90

107

109

Prezz medju ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'EUR/tunnellata

5 380

5 236

5 094

5 234

Indiċi (2008 = 100)

100

97

95

97

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Malasja (tunnellati)

13 712

9 810

9 611

9 966

Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Malasja

11,4  %

9,7  %

7,9  %

7,6  %

Prezz medju ta’ importazzjonijiet mill-Malasja f'EUR/tunnellata

4 203

2 963

3 324

3 633

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Filippini (tunnellati)

7 046

5 406

15 576

18 149

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Filippini

5,8  %

5,3  %

12,7  %

13,8  %

Prezz medju ta’ importazzjonijiet mill-Filippini f'EUR/tunnellata

4 645

3 474

3 714

3 912

Volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (tunnellati)

2 332

2 452

3 217

3 288

Sehem fis-suq ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1,9  %

2,4  %

2,6  %

2,5  %

Prezz medju ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina f'EUR/tunnellata

4 004

4 561

5 272

5 648

Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajwan (tunnellati)

4 304

3 703

6 451

6 640

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

3,6  %

3,7  %

5,3  %

5,1  %

Prezz medju ta’ importazzjonijiet mit-Tajwan f'EUR/tunnellata

5 092

4 719

4 755

4 943

Sors:

Eurostat.

(161)

Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum ta’ importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-SSF li joriġinaw f'pajjiżi terzi oħra żdied bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess waqt, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'madwar 3 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem fis-suq tagħhom żdied b'madwar 9 %.

(162)

Kien hemm miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-SSF mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan sa mid-19 ta’ Novembru 2005. Minkejja l-miżuri, dawn l-importazzjonijiet żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm l-ishma tas-suq baqgħu pjuttost modesti, bi 2,5 % u 5,1 % rispettivament fil-PI. Sorsi ewlenin oħra ta’ importazzjoni huma l-Filippini u l-Malasja. L-importazzjonijiet, speċjalment mill-Filippini, żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li żiedu s-sehem tagħhom tas-suq minn 5,8 % fl-2008 għal 13,8 % fil-PI.

(163)

Fir-rigward tal-Malasja, kien hemm tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu, l-importazzjonijiet xorta waħda kellhom sehem tas-suq ta’ 7,6 % fil-PI. Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Filippini żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Madankollu, kif imsemmi hawn taħt, il-prezz medju tal-importazzjoni kien ħafna ogħla, jiġifieri 20 %, mill-prezz medju tal-SSF Indjan.

(164)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu dejjem ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mill-Indja.

(165)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-impatt tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

6.3.2.   Il-kriżi ekonomika

(166)

Il-kriżi ekonomika tispjega parzjalment il-kontrazzjoni tal-konsum tal-Unjoni fl-2009. Madankollu, għandu jingħad li minkejja t-tnaqqis ta’ 16 % fil-konsum fl-2009, il-volum ta’ importazzjonijiet Indjani żdied bi 30 %.

(167)

Fl-2010 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied f'linja mal-irkupru ekonomiku ġenerali. Madankollu, l-ammont fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss bi ftit, bi 3 % fl-2010 u b'4.7 % fil-PI. Dan huwa kkumparat ma’ żieda annwali fl-importazzjonijiet Indjani b'16 % u b'10 % rispettivament.

(168)

Taħt kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni b'saħħitha fuq il-prezzijiet u l-livelli miżjuda ta’ importazzjoni mill-importazzjonijiet issussidjati, l-industrija tal-Unjoni seta' kellha xi diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u maż-żieda fl-ispejjeż fissi għal kull unità minħabba l-użu baxx tal-kapaċità li esperjenzat. Madankollu, l-importazzjonijiet issussidjati intensifikaw l-effett tat-tnaqqis ekonomiku u anke matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra u tikseb lura s-sehem tas-suq mitluf lill-importazzjonijiet Indjani.

(169)

Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika 2008-2009 setgħet tat kontribut lill-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni, ma jistax jiġi kkunsidrat li din kellha impatt tant li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.3.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata

Tabella 12

 

2008

2009

2010

PI

Bejgħ esportat f'tunnellati

967

689

933

884

Indiċi (2008 = 100)

100

71

97

91

Prezz tal-bejgħ ta’ unità f'euro

4 770

3 060

4 020

4 313

Indiċi (2008 = 100)

100

64

84

90

(170)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata naqas b'9 %, waqt li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni naqsu b'10 %. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li t-tendenza negattiva fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni setgħet kellha impatt ieħor negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li, meta mogħti l-ammont baxx ta’ esportazzjoni f'relazzjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, l-impatt ma jiksirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u l-ħsara.

6.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(171)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx li joriġinaw mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat. B'żieda ma’ dan, instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed inaqqsu b'mod kostanti l-prezzijiet imposti mill-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni.

(172)

Din iż-żieda fil-volum u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati Indjani kienet kontinwa, anke matul l-2009, meta l-konsum tal-Unjoni naqas b'16 %, u kkoinċida mal-iżvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(173)

Sa mill-2008, fil-kuntest tat-tnaqqis ekonomiku bil-mod u t-tnaqqis f'daqqa fil-konsum tal-Unjoni, il-produtturi li jesportaw mill-Indja rnexxielhom iżidu b'mod sinifikanti s-sehem tagħhom tas-suq. Dan ikkoinċida ma’ żvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u tnaqqis f'daqqa fil-profitabbiltà u indikaturi oħra finanzjarji. Matul il-perjodu kkunsidrat, iż-żieda ta’ importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx mill-Indja, li kienu qed inaqqsu b'mod kostanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha fil-biċċa l-kbira tagħha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Anke jekk is-sitwazzjoni tjiebet xi ftit fil-PI, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iġġib lura s-sehem tas-suq mitluf tagħha u l-profitabbiltà baqgħet negattiva.

(174)

L-eżaminazzjoni tal-fatturi l-oħra magħrufa, inkluża l-kriżi ekonomika, li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, żvelat li dawn il-fatturi ma kissrux ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(175)

Skont dan, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja ħolqu danni materjali għall-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   Kumment preliminari

(176)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar is-sussidju dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex ikun konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

7.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(177)

L-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ser tkompli tmur għall-agħar.

(178)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping provviżorji terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profitabbiltá tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali.

(179)

Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa' sejra ħażin. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, għandu jkun mistenni li xi produtturi tal-Unjoni mhumiex sejrin ikunu kapaċi jirkupraw l-investiment tagħhom jekk ma jiġux imposti l-miżuri. Barra minn hekk, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji se tgħin biex jinżammu l-impjiegi li naqsu b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(180)

Għaldaqstant, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji tkun biċ-ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-interess tal-utenti u l-importaturi

(181)

Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn utenti fl-investigazzjoni; 20 utent ġew ikkuntattjati iżda ħadd minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju li ntbagħtilhom. Fir-rigward tal-importaturi, il-kwestjonarji ntbagħtu lil żewġ importaturi mhux relatati, li wrew l-interess tagħhom li jikkooperaw, iżda ma waslet ebda risposta mingħandhom.

(182)

Huwa mfakkar li anke f'investigazzjonijiet li saru qabel dwar l-istess prodott, il-kooperazzjoni mill-utenti kienet limitata wisq. Fil-ħarsa riċenti ta’ skadenza ta’ miżuri ta’ anti-dumping applikabbli għall-importaturi tal-SSF li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan, l-istess utenti kienu kkuntattjati iżda ħadd minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni (5).

(183)

Skont l-ilment, l-impatt fuq l-utenti kien ikun negliġibbli, li kieku ġew imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-SSF mill-Indja, meta mogħti li l-SSF jirrappreżentaw biss frazzjoni tal-infiq totali tagħhom. Ingħatat stima fl-ilment għall-proporzjon ta’ spejjeż tal-SSF fil-manifattura ta’ karozza u magna tal-ħasil/magna tal-ħasil tal-platti. Fiż-żewġ każijiet, ġie konkluż li l-SSF jirrappreżentaw proporzjon negliġibbli tal-infiq totali tal-manifattura ta’ dawn il-prodotti.

(184)

Fir-rigward tal-użu ta’ kapaċità baxxa tal-industrija tal-Unjoni (46 % fil-PI) ma kienx se jkun hemm xi riskju ta’ nuqqas ta’ provvisti fis-suq, jekk il-miżuri kienu se jkunu imposti kontra l-importazzjonijiet tal-Indja. Barra minn hekk, hemm sorsi oħra ta’ forniment, bħall-importazzjonijiet ta’ SSF minn pajjiżi oħra, li mhumiex soġġetti għall-miżuri ta’ antidumping.

(185)

Fl-aħħar nett, il-livell ta’ miżuri proposti huwa moderat u għalhekk, huwa mistenni li l-importazzjonijiet mill-Indja se jkomplu jidħlu fis-suq tal-UE, iżda bi prezzijiet ġusti.

7.4.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(186)

Fid-dawl ta’ dak t'hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li ġeneralment, abbażi tat-tagħrif disponibbli li jikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġunijiet sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja.

8.   MIŻURI KUMPENSATORJI PROVVIŻORJI

8.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(187)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawża u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati.

(188)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tas-sussidju li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu sostnut mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ sussidju li nstab.

(189)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tas-sussidju ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet issussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-profitt li jista' jinkiseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet issusidjati għandu jkun ibbażat fuq il-marġini tal-profitt medju qabel it-taxxa tal-prodotti tal-Unjoni nklużi fil-kampjun fis-sena 2007, jiġifieri qabel il-perjodu kkunsidrat meta l-industrija kienet għadha profitabbli. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 7 % tal-fatturat jista' jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li takkwista fin-nuqqas ta’ sussidju ta’ dannu.

(190)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz ta’ mingħajr ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li ħadu sehem fil-kampjun mill-qligħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ qligħ imsemmi hawn fuq.

(191)

Imbagħad, iż-żieda meħtieġa fil-prezzijiet ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Indja, kif stabbilit għall-kalkolazzjoni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet, bil-prezz li ma jikkawża ebda dannu għall-prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kull differenza li rriżultat minn dan it-tqabbbil, ġiet espressa bħala persentaġġ tal-medja totali tal-valur tal-importazzjoni CIF.

8.2.   Miżuri provviżorji

(192)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja fil-livell l-iktar baxx tas-sussidju u l-marġini ta’ danni, skont ir-regola tal-inqas dazji.

(193)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kumpensatorju ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ eliminazzjoni ta’ dannu u l-marġini tas-sussidji. Għaldaqstant, ir-rati ta’ dazju kompensatorju proposti huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ sussidju

Marġini tad-dannu

Rata CVD provviżorja

Agarwal Fastners Pvt. Ltd.

11,7  %

20,9  %

11,7  %

Raajratna Ventures Ltd.

13,0  %

13,7  %

13,0  %

Viraj Profiles Limited

3,2  %

27,7  %

3,2  %

Kumpaniji li kkoperaw li ma kinux fil-kampjun

13,6  %

17,3  %

13,6  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

16,5  %

20,9  %

16,5  %

(194)

Ir-rati ta’ dazju kompensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju mal-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk, mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(195)

Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kumpensatorju ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara tibdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (6) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ bidla fl-isem jew ma’ bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

9.   ŻVELAR

(196)

Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna jibgħatu fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju kumpensatorju provviżjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet minnhom attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 u li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:

Kumpanija

Rata tad-dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Agarwal Fastners Pvt. Ltd., Vasai (East), Thane, Maharashtra

11,7

B266

Raajratna Ventures Ltd., Ahmedabad, Gujarat

13,0

B267

Viraj Profiles Limited, Boisar, Thane, Maharashtra

3,2

B268

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

13,6

B269

Il-kumpaniji l-oħra kollha

16,5

B999

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ erba' xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 142, 13.5.2011, p. 36 u t-titlu kkoreġut fil-corrigendum (2011/C 199/08) f'ĠU C 199, 7.7.2011, p. 13.

(3)  ĠU C 142, 13.5.2011, p. 30 u t-titlu kkoreġut fil-corrigendum (2011/C 199/09) f'ĠU C 199, 7.7.2011, p. 13.

(4)  ĠU L 5, 7.1.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 5, 7.1.2012, p. 1.

(6)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.


ANNESS

Produtturi li jesportaw u li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC B269

Isem il-kumpanija

Belt

Kundan Industries Ltd.

Mumbai

Lakshmi Precision Screws Ltd.

Rohtak


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 116/2012

tad-9 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikoli 11(a) u 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-korpi u l-entitajiet li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament; L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom, huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi relatati mal-implementazzjoni tar-Regolament.

(2)

Fit-23 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bid-deċiżjoni tiegħu Nru SC/10510 ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens,

(3)

l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandu jiġi aġġornat fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

(4)

L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandhom b’hekk jiġu emendati skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandu jiġu sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Annotazzjoni ‘Cyril Allen. Data tat-twelid: 26.7.1952. Tagħrif ieħor: ex-Chairman, Partit Patrijottiku Nazzjonali.’ għandha tiġi sostitwita bi:

‘Cyril A. Allen. Data tat-twelid: 26.7.1952. Tagħrif ieħor: dak li qabel kien President, Partit Patrijottiku Nazzjonali.’

(2)

L-annotazzjoni ‘Myrtle Gibson. Data tat-twelid: 3.11.1952. Tagħrif ieħor: ex-Senatur, Konsulent għall-President tal-Liberja Charles Taylor.’ għandha tiġi sostitwita bi:

‘Myrtle Francelle Gibson. Data tat-twelid: 3.11.1952. Tagħrif ieħor: dak li qabel kien Senatur, konsulent għall-President tal-Liberja Charles Taylor.’

(3)

L-annotazzjoni ‘Mohamed Ahmad Salame (alias (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: Abengourou, il-Côte d’Ivoire. Nazzjonalità: Libaniża. Nru tal-passaporti: (a) 1622263 (Passaport Ordinarju Libaniż, validu bejn l-24.04.2001 u t-23.04.2006), (b) 004296/00409/00 (Passaport Diplomatiku tat-Togo, validu bejn il-21.08.2002 u t-23.08.2007), (c) 000275 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn il-11.01.1998 u l-10.01.2000), (d) 002414 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn l-20.06.2001 u d-19.06.2003: Ameri Al Jawad, data tat-twelid: 18.10.1963, post tat-twelid: Ganta, Nimba County), (e) D/001217 (Passaport Diplomatiku Liberjan:), (f) Diplomatiku-2781 (Passaport Diplomatiku Liberjan). Tagħrif ieħor: (a) Passaport Ivorjan; l-ebda dettall mhu disponibbli, (b) Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.’ għandha tiġi sostitwita bi:

‘Mohamed Ahmad Salame (alias (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: (a) Abengourou, Côte d’Ivoire (b) Ganta, il-Kontea ta' Nimba, il-Liberja. Nazzjonalità: Libaniża. Nru tal-passaporti: (a) 2210697 (Passaport Libaniż, validu bejn l-14.12.2010 u l-14.12.2011), (b) 1622263 (Passaport Libaniż Ordinarju, validu bejn l-24.4.2001 u l-23.4.2006), (c) 004296/00409/00 (Passaport Diplomatiku tat-Togo, validu bejn il-21.8.2002 u t-23.8.2007), (d) 000275 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn il-11.1.1998- 10.1.2000), (e) 002414 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn l-20.6.2001- 19.6.2003), (f) D/001217 (Passaport Diplomatiku Liberjan), (g) Diplomatiku-2781 (Passaport Diplomatiku Liberjan). Tagħrif ieħor: (a) Passaport Ivorjan; l-ebda dettall mhu disponibbli, (b) Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.’

(4)

L-Annotazzjoni ‘Edwin M., Snowe jr. Indirizz: Elwa Road, Monrovia, il-Liberja. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, il-Liberja. Nazzjonalità: Liberjana. Numru tal-Passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passaport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-7.8.2008 u s-6.7.2010). Tagħrif ieħor: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC) Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.’ għandha tiġi sostitwita bi:

‘Edwin M., Snowe jr. Indirizz: Elwa Road, Monrovia, il-Liberja. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, il-Liberja. Nazzjonalità: Liberjana. Numru tal-Passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passaport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-7.8.2008 u s-6.7.2010). Tagħrif ieħor: Rappreżentant, Liberian House of Representatives. Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC) Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.’

(5)

L-annotazzjoni ‘Tupee Enid Taylor. Data tat-twelid: (a) 17.12.1960, (b) 17.12.1962. Passaport diplomatiku Liberjan: D/002216. Tagħrif ieħor: kienet il-mara ta' dak li kien il-President Charles Taylor.’ għandha tiġi sostitwita bi:

‘Tupee Enid Taylor. Data tat-twelid: (a) 17.12.1960, (b) 17.12.1962. Nru tal-passaporti: (a) L014670 (Passaport Liberjan, validu bejn it-28.12.2009 u t-28.12.2014) (b) D/002216 (Passaport diplomatiku Liberjan, validu bejn is-17.10.2007 u s-17.10.2009). Tagħrif ieħor: kienet il-mara ta' dak li qabel kien il-President Charles Taylor’


ANNESS II

Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- Artikoli 3(1), 3(2), 4(e), 5, 7, 8(1)(a), 8(1)(b), 8(2) u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

Ir-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

Id-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

Il-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

Il-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

Il-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

Il-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

Il-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

Il-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

Il-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

Ir-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

Is-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

Is-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

Il-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

Ir-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

Uffiċċju: EEAS/309

B-1049 Bruxelles/Brussel

Il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 117/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1295/2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 192(2) u 195(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 (2) jistabbilixxi fl-Anness I tiegħu, lista tal-aġenziji tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex joħorġu l-attestazzjonijiet li jakkumpanjaw il-prodotti tal-ħops importati minn dawn il-pajjizi. Dawk l-attestazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Hija r-responsabbiltà tas-servizzi konċernati tal-pajjiżi terzi li jżommu d-dejta, mogħtija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1295/2008, aġġornata u li jibagħtuha lis-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li jżommu kooperazzjoni mill-qrib u ta’ fiduċja.

(3)

L-Awstralja u n-New Zealand ikkomunikaw informazzjoni dwar xi tibdiliet fl-isem u/jew fl-indirizz tal-aġenzija kompetenti tagħhom li hija awtorizzata toħroġ attestazzjonijiet ta' ekwivalenza. Il-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1295/2008 għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1295/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1295/2008 għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 45.


ANNESS

"ANNESS I

AĠENZIJI AWTORIZZATI BIEX JOĦORĠU L-ATTESTAZZJONIJIET RIGWARD

Koni tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: ex 1210

Trabijiet tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: ex 1210

Linfi u estratti tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: 1302 13 00

Pajjiż tal-oriġini

Aġenziji awtorizzati

Indirizz

Kodiċi

Telefown

Feks

Indirizz elettroniku (fakultattiv)

L-Awstralja

Quarantine Tasmania

Quarantine Centre

163-169 Main Road,

Moonah, 7009

Tasmania,

Australia

(61-3)

62 33 33 52

62 34 67 85

 

Il-Kanada

Plant Protection Division, Animal and Plant Health Directorate, Food Production and Inspection Branch, Agriculture and Agri-food Canada

Floor 2, West Wing 59,

Camelot Drive

Napean, Ontario,

K1A OY9

(1-613)

952 80 00

991 56 12

 

Iċ-Ċina

Tianjin Airport Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 33 Youyi Road,

Hexi District

Tianjin 300201

(86-22)

28 13 40 78

28 13 40 78

ciqtj2002@163.com

Tianjin Economic and Technical Development Zone Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 8, Zhaofaxincun

2nd Avenue, TEDA

Tianjin 300457

(86-22)

662 98-343

662 98-245

zhujw@tjciq.gov.cn

Inner Mongolia Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 12 Erdos Street,

Saihan District, Huhhot City

Inner Mongolia 010020

(86-471)

434-1943

434-2163

zhaoxb@nmciq.gov.cn

Xinjiang Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 116 North Nanhu Road

Urumqi City

Xinjiang 830063

(86-991)

464-0057

464-0050

xjciq_jw@xjciq.gov.cn

Il-Kroazja

Križevci College of Agriculture

Milislava Demerca 1,

HR-48260 Križevci

(385-48)

279198

682790

ssrecec@vguk.hr

In-New Zealand

Ministry of Agriculture and Forestry

P.O. Box 2526

Wellington 6140

(64-4)

894-0100

894 0720

 

Is-Serbja

Institut za ratarstvo i povrtarstvo/Institute of Field and Vegetable Crops

21000 Novi Sad

Maksima Gorkog 30.

(381-21)

780365

Operator: 4898 100

780198

institut@ifvcns.ns.ac.rs

L-Afrika t’Isfel

CSIR Food Science and Technology

PO Box 395

0001 Pretoria

(27-12)

841 31 72

841 35 94

 

L-Isvizzera

Labor Veritas

Engimattstrasse 11

Postfach 353

CH-8027 Zürich

(41-44)

283 29 30

201 42 49

admin@laborveritas.ch

L-Ukraina

Productional-Technical Centre (PTZ)

Ukrhmel

Hlebnaja 27

262028 Zhitomir

(380)

37 21 11

36 73 31

 

L-Istati Uniti

Washington Department of Agriculture

State Chemical and Hop Lab

21 N. 1st Ave. Suite 106

Yakima, WA 98902

(1-509)

225 76 26

454 76 99

 

Idaho Department of Agriculture

Division of Plant Industries

Hop Inspection Lab

2270 Old Penitentiary Road

P.O. Box 790

Boise, ID 83701

(1-208)

332 86 20

334 22 83

 

Oregon Department of Agriculture

Commodity Inspection Division

635 Capital Street NE

Salem, OR 97310-2532

(1-503)

986 46 20

986 47 37

 

California Department of Food and Agriculture (CDFA-CAC)

Division of Inspection Services

Analytical Chemistry Laboratory

3292 Meadowview Road

Sacramento, CA 95832

(1-916)

445 00 29 jew 262 14 34

262 15 72

 

USDA, GIPSA, FGIS

1100 NW Naito Parkway

Portland, OR 97209-2818

(1-503)

326 78 87

326 78 96

 

USDA, GIPSA, TSD, Tech Service Division, Technical Testing Laboratory

10383 Nth Ambassador Drive

Kansas City, MO 64153-1394

(1-816)

891 04 01

891 04 78

 

Iż-Żimbabwe

Standards Association of Zimbabwe (SAZ)

Northend Close,

Northridge Park

Borrowdale,

P.O. Box 2259 Harare

(263-4)

88 20 17, 88 20 21, 88 55 11

88 20 20

info@saz.org.zw saz.org.zw”


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Alpharma BVBA u Pfizer Ltd. ressqu applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi li tbiddel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 tal-5 ta’ Diċembru 2001 dwar l-awtorizzazzjoni għal 10 snin ta’ addittiv fl-għalf għall-annimali (2), ir-Regolament (KE) Nru 1289/2004 tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-addittiv Deccox ® fl-oġġetti tal-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u minn sustanzi mediċinali oħra (3), ir-Regolament (KE) Nru 1455/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-addittiv Avatec 15 % fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (4), ir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-addittiv Cycostat 66G fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (5), ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta’ April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal 10 snin ta’ koċċidjostat bħala addittiv fl-oġġetti tal-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (6), ir-Regolament (UE) Nru 874/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ lasaloaċidu A tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani li għandhom sa 16-il ġimgħa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (7), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (8), (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (9) u rigward ir-Regolament (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċidu A tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (Belgium) BVBA) (10).

(2)

L-applikanti jistqarru li, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2011, minħabba fl-akkwist ta’ Alpharma BVBA minn Pfizer Ltd., dan tal-aħħar jippossjedi d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi dekokinat, lasaloaċidu A tas-sodju, maduramiċina ammonju alfa, idroklorur tar-robenidina u salinomiċina.

(3)

Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata b’din l-applikazzjoni.

(4)

Biex l-applikant jitħalla jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt l-isem ta’ Pfizer Ltd. huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Billi l-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni li waqtu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(7)

Il-limiti massimi ta’ residwi (LMR) għad-dundjani u għat-tiġieġ għat-tismin introdotti fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 101/2009 (11) u l-isem kummerċjali “Robenz 66 G” għad-dundjani u għat-tiġieġ għat-tismin introdotti fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2009 (12) tħallew barra bi żball mill-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jerġgħu jiġu introdotti dawn il-LMR u l-isem kummerċjali.

(8)

L-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 għandu għalhekk jiġi korrett kif xieraq.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2380/2001

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2380/2001, il-kliem “Alpharma Belgium BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1289/2004

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1289/2004, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1455/2004

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1455/2004, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1800/2004

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 600/2005

Fil-kolonna 2 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 600/2005, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 874/2010

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 874/2010, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 7

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzojni (UE) Nru 388/2011

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011

Fil-kolonna 2 tal-Anness I mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011, il-kliem “Alpharma Belgium BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 9

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 900/2011

Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 900/2011, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.

Artikolu 10

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011

L-Anness II mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Miżuri ta’ tranżizzjoni

Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-2 ta’ Settembru 2012.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 10 u l-Anness, madankollu, għandhom japplikaw mill-21 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 321, 6.12.2001, p. 18.

(3)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 15.

(4)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 14.

(5)  ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37.

(6)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

(7)  ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1.

(8)  ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3.

(9)  ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7.

(10)  ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15.

(11)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 5.

(12)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 12.


ANNESS

Fl-Anness II mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011, l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjon (UE) Nru 532/2011 qed jiġi kkorreġut kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 3 il-kliem “(Cycostat 66G)” qed jiġi sostitwit b’ “(Robenz 66 G)”.

(2)

Qed tiżdied kolonna ġdida:

“Limiti Massimi ta’ Residwi (LMR) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali

800 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ fwied imxarrab.

350 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ kliewi mxarrba.

200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ muskoli mxarrba.

1 300 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrba.

400 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam.

400 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ fwied imxarrab.

200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ kliewi mxarrba.

200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ muskoli mxarrba.”


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

55,6

TN

77,0

TR

129,1

ZZ

87,2

0707 00 05

EG

229,9

JO

137,5

TR

159,9

US

57,6

ZZ

146,2

0709 91 00

EG

330,9

ZZ

330,9

0709 93 10

MA

82,8

TR

183,3

ZZ

133,1

0805 10 20

EG

48,9

IL

72,0

MA

54,5

TN

54,0

TR

74,4

ZZ

60,8

0805 20 10

IL

163,3

MA

104,6

ZZ

134,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

60,1

EG

95,0

IL

118,1

JM

98,5

MA

80,9

TR

72,9

ZZ

87,6

0805 50 10

EG

61,9

TR

61,8

ZZ

61,9

0808 10 80

CA

123,2

CL

98,4

CN

111,0

MK

26,7

US

158,2

ZZ

103,5

0808 30 90

CL

48,2

CN

74,6

US

122,3

ZA

100,5

ZZ

86,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 120/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-6 sas-7 ta' Frar 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Frar 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Frar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fis-6 u s-7 ta' Frar 2012 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 12,493792 %.

Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mit-13 ta’ Frar 2012 huwa sospiż għal Frar 2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


DEĊIŻJONIJIET

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/74/PESK

tal-10 ta’ Frar 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d'Ivoire, il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

1

Is-Sur Frank Anderson Kouassi

2

Is-Sur Yanon Yapo

3

Is-Sur Benjamin Yapo Atsé

4

Is-Sur Blaise N'Goua Abi

5

Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohoués Oble

6

Is-Sinjura Angèle Gnonsoa

7

Is-Sinjura Danièle Boni Claverie

8

Is-Sur Ettien Amoikon

9

Is-Sur Kata Kéké Joseph

10

Is-Sur Touré Amara

11

Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret

12

Is-Sur Thomas N'Guessan Yao

13

Is-Sinjura Odette Lago Daléba Loan

14

Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin

15

Is-Sur Rafaël Dogo Djéréké

16

Is-Sinjura Marie Odette Lorougnon Souhonon

17

Is-Sur Felix Nanihio

18

Is-Sur Lahoua Souanga Etienne

19

Is-Sur Jean Baptiste Akrou

20

Is-Sur Lambert Kessé Feh

21

Togba Norbert

22

Kone Doféré

23

Hanny Tchélé Brigitte

24

Jacques Zady

25

Ali Keita

26

Blon Siki Blaise

27

Moustapha Aziz

28

Gnamien Yao

29

Ghislain N'Gbechi

30

Deby Dally Balawourou


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/45


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2012

dwar ir-rikonoxximent tal-Gana skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 616)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/75/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba ta’ Ċipru tat-13 ta’ Mejju 2005,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2), kif ġiet riveduta fl-1995.

(2)

It-talba għar-rikonoxximent tal-Gana ġiet sottomessa minn Ċipru permezz tal-ittra tat-13 ta’ Mejju 2005. Wara din it-talba, il-Kummissjoni vvalutat is-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fil-Gana sabiex tivverifika jekk il-Gana hix konformi mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni mwettqa mill-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Diċembru tal-2009. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fis-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni pprovdiet rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni lill-Istati Membri.

(4)

Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Gana biex tipprovdi provi li juru li n-nuqqasijiet li kienu identifikati ġew ikkoreġuti.

(5)

Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Frar 2011, il-Gana pprovdiet l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati ħafna min-nuqqasijiet identifikati matul il-valutazzjoni ta’ konformità.

(6)

Jibqgħu żewġ nuqqasijiet L-ewwel jirreferi għall-fatt li l-Gana ma tiżgurax fis-sħiħ li servizz tal-baħar imwettaq fil-flotta jew fuq vapuri pilota huwa filfatt relevati għall-kompetenzi meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni. L-ieħor jitratta n-nuqqasijiet ta’ taħriġ għat-tifi tan-nar u t-tagħmir ta’ istituzzjoni għat-taħriġ marittimu. Għalhekk, il-Gana ġiet mistiedna timplimenta aktar azzjonijiet korrettivi b’rabta ma’ dan. Madankollu, dawn in-nuqqasijiet ma jwasslux biex iqajmu dubji dwar il-livell ġenerali ta’ konformità tal-Gana mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

(7)

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Gana juri li l-Gana tikkonforma mar-rekwiżiti relevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, il-Gana hija rikonoxxuta f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2012

dwar ir-rikonoxximent tal-Urugwaj skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 619)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/76/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Spanja fl-14 ta’ Frar 2006,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2), kif ġiet riveduta fl-1995.

(2)

It-talba għar-rikonoxximent tal-Urugwaj ġiet sottomessa minn Spanja permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Frar 2006. Wara din it-talba, il-Kummissjoni vvalutat is-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fl-Urugwaj sabiex tivverifika jekk l-Urugwaj jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Ġunju tal-2007. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fis-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni pprovdiet rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni lill-Istati Membri.

(4)

Permezz ta’ ittri tas-16 ta’ Frar 2009 u tat-8 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Urugwaj biex jipprovdi provi li juru li n-nuqqasijiet li kienu identifikati ġew ikkoreġuti.

(5)

Permezz ta’ ittri tat-30 ta’ April 2009, u tat-18 ta’ Marzu 2011, l-Urugwaj ipprovda l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni ta’ konformità;

(6)

Jibqgħu żewġ nuqqasijiet. L-ewwel jirreferi għall-fatt li s-sistema tal-istandards ta’ kwalità ma tkoprix xi wħud mill-attivitajiet tal-amministrazzjoni, bħall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ. In-nuqqas l-ieħor għandu x’jaqsam mal-mudell taċ-ċertifikati. Għalhekk, l-Urugwaj ġie mistieden jimplimenta iktar azzjonijiet korrettivi b’rabta ma’ dan. Madankollu, dawn in-nuqqasijiet ma jwasslux biex iqajmu dubji dwar il-livell ġenerali ta’ konformità tal-Urugwaj mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

(7)

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Urugwaj juri li l-Urugwaj jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, l-Urugwaj huwa rikonoxxut f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2012

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 621)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/77/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-flufenossuron.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-flufenossuron (CAS Nru 101463-69-8; KE Nru 417-680-3) ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) għad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra, kif definiti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

Franza nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-22 ta Settembru 2011, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Il-valutazzjoni tar-riskji għall-partijiet ambjentali ta’ tħassib, li saru bl-użu ta’ approċċ realistiku, urew effetti mhux aċċettabbli għall-partijiet akkwatiċi. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tal-flufenossuron jagħmluh persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, kif ukoll persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, b’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-flufenossuron jiddaħħal għall-użu fil-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Id-data li minnha l-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 18 li fihom il-flufenossuron ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq għandha tkun raġjonevoli skont ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju kif ukoll id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-flufenossuron (CAS Nru 101463-69-8; KE Nru 417-680-3) ma għandux jiddaħħal fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 18.

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bijoċidali tal-prodott tat-tip 18 li fihom il-flufenossuron ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2012

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 645)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/78/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2), jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ reviżjoni, jew ma wasal l-ebda dossier komplut fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur minn dawk il-pubblikazzjonijiet, għadd ta’ kumpaniji wrew interess li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal ċerti sustanzi u tipi ta’ prodotti konċernati. Madankollu, dawk il-kumpaniji sussegwentement naqsu milli jissottomettu dossier komplut.

(5)

Skont l-Artikoli 12(4) u 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati ma għandhomx għalhekk jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi speċifikata d-data li warajha l-prodotti bijoċidali elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li fihom sustanzi attivi elenkati f’dak l-Anness ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi għat-tipi ta’ prodotti konċernati fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bioċidali tat-tipi ta’ prodotti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li fihom sustanzi attivi elenkati f’dak l-Anness ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Frar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Sustanzi u tipi ta’ prodotti li ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE

Isem

Numru tal-KE

Numru tas-CAS

Tip ta’ Prodott

Stat Membru rapporteur

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

6

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

7

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

9

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

10

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

12

AT

Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju

 

66603-10-9

13

AT

Difenossarsin-10-il ossidu

200-377-3

58-36-6

9

FR

Glijossal

203-474-9

107-22-2

12

FR

1,3-dikloro-5,5-dimetilidantoina

204-258-7

118-52-5

12

NL

Sodju tat-tosilklorammid

204-854-7

127-65-1

11

ES

Tetraborat tad-disodju, anidru

215-540-4

1330-43-4

11

NL

Ram

231-159-6

7440-50-8

2

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

4

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

5

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

11

FR

Sulfat tar-ram

231-847-6

7758-98-7

1

FR

Sulfat tar-ram

231-847-6

7758-98-7

4

FR

Ipoklorit tal-kalċju

231-908-7

7778-54-3

1

IT

Aċidu boriku

233-139-2

10043-35-3

22

NL

Difosfid tat-trimanjeżju

235-023-7

12057-74-8

20

DE

Kloralożju

240-016-7

15879-93-3

15

PT

Kloralożju

240-016-7

15879-93-3

23

PT

Fosfid tal-aluminju

244-088-0

20859-73-8

20

DE

1,3-dikloro-5-etil-5-metilimidażolidin-2,4-djon

401-570-7

89415-87-2

12

NL

Neodekanammid tal-metil

414-460-9

105726-67-8

19

ES

Kumpless tat-tetraklordekaossidu

420-970-2

92047-76-2

5

DE

3-benzo(b)tjen-2-il-5,6-didro-1,4,2-ossatizina,4-ossidu

431-030-6

163269-30-5

9

PT

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

2

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

2

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

3

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

3

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

4

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

4

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

7

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

7

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

9

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

9

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

10

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

10

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

11

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

11

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

12

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

12

FR

Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju)

Polimeru

374572-91-5

20

FR

Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina)

Polimeru

57028-96-3

20

FR


Rettifika

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/51


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 25 tas-27 ta' Jannar 2012 )

F'Paġna 105, Anness IB, għat-TAC għall-merluzz f'I u IIb (COD/1/2B.), in-nota ta' qiegħ il-paġna 3:

minflok:

“(3)

Il-qabdiet inċidentali tal-haddock jistgħu jirrappreżentaw sa 19 % tal-ħatt l-art għal kull refgħa. Il-kwantitajiet tal-qabdiet inċidentali tal-haddock huma b'żieda mal-kwota tal-merluzz”,

aqra:

“(3)

Il-qabdiet inċidentali tal-haddock jistgħu jirrappreżentaw sa 19 % għal kull refgħa. Il-kwantitajiet tal-qabdiet inċidentali tal-haddock huma b'żieda mal-kwota tal-merluzz.”.