ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.188.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 188

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
19 ta' Lulju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/420/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 688/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jidderoga, għas-sena 2011, mir-Regolament (KE) Nru 501/2008 billi jistabbilixxi kalendarju addizzjonali għall-preżentazzjoni u l-għażla tal-programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 690/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/421/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

12

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/422/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/603/PESK dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t'Isfel u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/424/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/425/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/426/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/427/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm biex jiġi implimentat il-Programm ta’ Azzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f’Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/429/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar il-Pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BTWC)

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/430/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

47

 

 

2011/431/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza fl-2011 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4852)

50

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe

(2011/420/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 894/2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”). Ma’ dan il-Ftehim, ġie mehmuż Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll preċedenti”). Dan il-Protokoll preċedenti skada fil-31 ta’ Mejju 2010.

(2)

Konsegwentement, l-Unjoni u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe nnegozjaw Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”), li jipprovdi lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(3)

Wara dawn in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fil-15 ta’ Lulju 2010.

(4)

Konformement mad-Deċiżjoni 2011/296/UE tal-24 ta’ Frar 2011 (3), il-Protokoll ġie ffirmat u qed jiġi applikat b’mod proviżorju.

(5)

Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna(i) mogħtija s-setgħa biex jipproċedu, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, bil-ħsieb li tintrabat l-Unjoni (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 35.

(2)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 40.

(3)  ĠU L 136, 24.5.2011, p. 4.

(4)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 687/2011

tat-18 ta’ Lulju 2011

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, billi jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 83/2011 (3), il-Kunsill stabbilixxa lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u ħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010, ħlief sa fejn jikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 fil-Parti 2 tal-Anness għalih.

(3)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 83/2011.

(4)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 83/2011 li hu ddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. Fir-rigward ta’ ċerti persuni u gruppi, ġiet magħmula disponibbli dikjarazzjoni emendata tar-raġunijiet.

(5)

Il-Kunsill għamel reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, il-Kunsill ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lilu mill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati.

(6)

Il-Kunsill ikkonkluda li ma għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u gruppi jinżammu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għaliha japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(7)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(8)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010, sa fejn jikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 tal-Parti 2 tal-Anness tiegħu, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 83/2011 huma b’dan imħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001 p. 70.

(2)  ĠU L 178, 13.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 14.

(4)  ĠU C 33, 2.2.2011, p. 14.

(5)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 LI GĦALIHOM JAPPLIKA R-REGOLAMENT (KE) Nru 2580/2001

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza, magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal, magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed, magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi), imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala L-Abderrahmane Svizzeru), imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

3.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija), ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Għarabja Sawdija), ċittadin tal-Għarabja Sawdija

5.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel), imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

6.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed), imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

7.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

8.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — Membru tal-“Hofstadgroep”

9.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto, magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad), imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

10.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil), imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

11.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI, magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E, magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE, magħruf ukoll bħala Fouad, magħruf ukoll bħala Fzad, magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI, magħruf ukoll bħala Ben Mohammed, magħruf ukoll bħala Ben Mohand Ben Larbi, magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand Ibn Larbi, magħruf ukoll bħala Abu Tahar, magħruf ukoll bħala Eggie), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 — Membru tal-“Hofstadgroep”

12.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

13.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

14.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

15.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar), imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

16.

NOUARA, Farid, imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

17.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid), imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

18.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou), imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

19.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano), imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

20.

SENOUCI, Sofiane, imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) — Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”

21.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba), imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

22.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah, magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) NE8146378 — Membru tal-“Hofstadgroep”

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO”, (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

3.

“Al-Aqsa e.V.”

4.

“al-Takfir” u “al-Hijra”

5.

“Babbar Khalsa”

6.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża n-“New Peoples Army” — “NPA”, il-Filippini

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Grupp Islamiku” — “IG”)

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”— “IBDA-Ć” (“Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”)

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”

11.

“Hofstadgroep”

12.

Il-“Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

13.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” —“ISYF”

14.

Il-“Forza Khalisan Zindabad” — “KZF”

15.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK”, (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

16.

“Tigri għal-Liberazzjoni ta’ Tamil Eelam” — “LTTE”

17.

L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”)

18.

Il-“Jihad Islamika Palestinjana” — “PIJ”

19.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”

20.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”)

21.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”)

22.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”) (L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu)

23.

It-“Triq li Tiddi” — “SL” (“Sendero Luminoso”)

24.

“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

25.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”)


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 688/2011

tat-18 ta’ Lulju 2011

li jidderoga, għas-sena 2011, mir-Regolament (KE) Nru 501/2008 billi jistabbilixxi kalendarju addizzjonali għall-preżentazzjoni u l-għażla tal-programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jipprovdi li s-setturi jew prodotti li jistgħu jiġu koperti bl-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, iffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, huma determinati billi tiġi kkunsidrata, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu affrontati problemi speċifiċi jew ekonomiċi f’settur partikulari.

(2)

L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jipprovdi li l-prodotti li jistgħu jiġu koperti bl-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, iffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni u li għandhom jitwettqu fil-pajjiżi terzi huma l-aktar dawk li għalihom jeżistu l-possibbiltajiet ta’ esportazzjoni jew ta’ bejgħ ġodda, b’mod partikolari mingħajr l-għoti ta’ rifużjonijiet.

(3)

Is-settur tal-frott u l-ħxejjex friski huwa milqut minn kriżi mingħajr preċedent minħabba epidemija kkawżata mill-batterju Escherichia coli. Din l-epidemija ħolqot kriżi fil-fiduċja tal-konsumaturi li sarrfet fi tnaqqis sostanzjali tal-konsum. Għaldaqstant huwa xieraq li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-frott u l-ħxejjex friski kkultivati fl-Unjoni.

(4)

Din il-kriżi fil-fiduċja kkawżat ukoll diffikultajiet ekonomiċi kbar ħafna, li jistgħu jipperikolaw is-soppravivenza ekonomika ta’ għadd kbir ta’ azjendi fil-qasam tal-frott u l-ħxejjex friski tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jissaħħu l-possibbiltajiet ta’ esportazzjoni ta’ frott u ħxejjex friski prodotti fl-Unjoni lejn pajjiżi terzi.

(5)

F’dan il-kuntest, jidher li huwa utli li tkun offruta l-possibbiltà lil dawk l-organizzazzjonijiet professjonali fil-qasam tal-frott u l-ħxejjex friski li dawn jibbenefikaw minn kofinanzjament tal-Unjoni fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, u li għal dan il-għan fil-ġimgħat li ġejjin ikunu jistgħu jiġu introdotti, programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fid-dawl tal-għażla tagħhom, u jekk ikun il-każ, tal-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni qabel tmiem din is-sena. Dawn il-programmi jistgħu jiġu ppreżentati lil hinn mill-andament annwali ta’ adozzjoni tal-programmi u mill-kalendarju ordinarju stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (2) fl-Artikoli 8 u 11 tiegħu.

(6)

Għaldaqstant għas-sena 2011, għandha ssir deroga, fir-rigward tal-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski maħsuba għas-suq intern u l-pajjiżi terzi, mir-Regolament (KE) Nru 501/2008.

(7)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ta l-ebda opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena 2011 u mingħajr preġudizzju għall-kalendarju annwali ordinarju pprovdut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 501/2008, il-kalendarju addizzjonali li ġej għandu jiġi applikat għall-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski maħsuba għas-suq intern u l-pajjiżi terzi:

(a)

l-organizzazzjonijiet professjonali u interprofessjonali li jirrappreżentaw il-qasam tal-frott u l-ħxejjex friski jistgħu jippreżentaw il-programmi tagħhom lill-Istati Membri sas-16 ta’ Awwissu 2011;

(b)

l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista provviżorja tal-programmi magħżula, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2011;

(c)

il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru 2011, liema programmi tista’ tikkofinanzja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 689/2011

tat-18 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

49,0

AR

19,4

EC

19,4

MK

43,1

ZZ

32,7

0707 00 05

AR

22,0

TR

105,8

ZZ

63,9

0709 90 70

AR

24,9

TR

109,4

ZZ

67,2

0805 50 10

AR

60,7

TR

62,0

UY

65,3

ZA

74,4

ZZ

65,6

0808 10 80

AR

118,0

BR

84,1

CL

89,4

CN

75,3

EC

60,7

NZ

117,7

US

181,8

ZA

92,6

ZZ

102,5

0808 20 50

AR

82,6

CL

122,1

CN

54,5

NZ

157,8

ZA

106,2

ZZ

104,6

0809 10 00

AR

75,0

TR

209,6

XS

143,2

ZZ

142,6

0809 20 95

TR

306,0

ZZ

306,0

0809 40 05

BA

56,1

ZZ

56,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 690/2011

tat-18 ta’ Lulju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 685/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 187, 16.7.2011, p. 22.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-19 ta’ Lulju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,41

0,00

1701 11 90  (1)

48,41

0,38

1701 12 10  (1)

48,41

0,00

1701 12 90  (1)

48,41

0,08

1701 91 00  (2)

53,50

1,42

1701 99 10  (2)

53,50

0,00

1701 99 90  (2)

53,50

0,00

1702 90 95  (3)

0,54

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2010/421/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK tat-8 ta’ Marzu 2010 li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/145/PESK, il-Kunsill ġedded miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul jew transitu fit-territorji tal-Istati Membri ta’ persuni li huma ingaġġati f’attivitajiet li jgħinu lil persuni li għadhom liberi u akkużati mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) sabiex ikomplu jaħarbu mill-ġustizzja, jew li qegħdin jaġixxu diversament b’mod li jista’ jfixkel l-implimentazzjoni effettiva mill-ICTY tal-mandat tiegħu.

(2)

Konsegwentement għat-trasferiment ta’ Ratko MLADIC għall-kustodja tal-ICTY fil-31 ta’ Mejju 2011, ċerti persuni li huma konnessi mas-Sur MLADIC għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/145/PESK.

(3)

Il-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/145/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/145/PESK huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 9.3.2010, p. 8.


ANNESS

“ANNESS

1.

BILBIJA, Milorad

Iben Svetko BILBIJA

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 13.8.1956, Sanski Most, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3715730

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCD9986

Nru Personali tal-Identità: 1308956163305

Psewdonimi:

Indirizz: Brace Pantica 7, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

2.

BJELICA, Milovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19.10.1958, Rogatica, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0000148, maħruġ fis- 26.7.1998 f'Srpsko Sarajevo (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03ETA0150

Nru Personali tal-Identità: 1910958130007

Psewdonimi: Cicko

Indirizz: Kumpannija CENTREK, Pale, Bosnja-Ħerzegovina

3.

ECIM (EĆIM), Ljuban

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.1.1964, Sviljanac, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0144290, maħruġ fil- 21.11.1998 f'Banja Luka (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCE3530

Nru Personali tal-Identità: 0601964100083

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Stevana Mokranjca 26, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

4.

HADZIC (HADŽIĆ), Goranka

Bint Branko u Milena HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 18.6.1962, Muniċipalità ta’ Vinkovci, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 1806962308218 (JMBG), Numru tal-Karta tal-Identità: 569934/03

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma’ persuni akkużati b'reati tal-gwerra: oħt Goran HADZIC (HADŽIĆ)

5.

HADZIC (HADŽIĆ), Ivana

Bint Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 25.2.1983, Vukovar, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma’ persuni akkużati b'reati tal-gwerra: bint Goran HADZIC (HADŽIĆ)

6.

HADZIC (HADŽIĆ), Srecko (Srećko)

Iben Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.10.1987, Vukovar, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma’ persuni akkużati b'reati tal-gwerra: iben Goran HADZIC (HADŽIĆ)

7.

HADZIC (HADŽIĆ), Zivka (Živka)

Bint Branislav NUDIC (NUDIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.6.1957, Vinkovci, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma’ persuni akkużati b'reati tal-gwerra: mart Goran HADZIC (HADŽIĆ)

8.

JOVICIC (JOVIČIĆ), Predrag

Iben Desmir JOVICIC (JOVIČIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.3.1963, Pale, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363551

Nru tal-Karta tal-Identità: 03DYA0852

Nru Personali tal-Identità: 0103963173133

Psewdonimi:

Indirizz: Milana Simovica 23, Pale, Bosnja-Ħerzegovina

9.

KESEROVIC (KESEROVIĆ), Dragomir

Iben Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.6.1957, Piskavica/Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Passaport: 4191306

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GCH5156

Nru Personali tal-Identità: 0806957100028

Psewdonimi:

Indirizz:

10.

KIJAC, Dragan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.10.1955, Sarajevo, Bosnja and Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

11.

KOJIC (KOJIĆ), Radomir

Iben Milanko u Zlatana

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 23.11.1950, Bijela Voda, Sokolac, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4742002, maħruġ fl-2002 f'Sarajevo (skada fl-2007)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03DYA1935, maħruġ fis- 7.7.2003 f'Sarajevo

Nru Personali tal-Identità: 2311950173133

Psewdonimi: Mineur jew Ratko

Indirizz: Trifka Grabeza 115, Pale jew Hotel KRISTAL, Jahorina, Bosnja-Ħerzegovina

12.

KOVAC (KOVAČ), Tomislav

Iben Vaso

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 4.12.1959, Sarajevo, Bosnja and Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 0412959171315

Psewdonimi: Tomo

Indirizz: Bijela, Montenegro; u Pale, Bosnja-Ħerzegovina

13.

KUJUNDZIC (KUJUNDŽIĆ), Predrag

Iben Vasilija

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.1.1961, Suho Pole, Doboj, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport:

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GFB1318

Nru Personali tal-Identità: 3001961120044

Psewdonimi: Predo

Indirizz: Doboj, Bosnja-Ħerzegovina

14.

LUKOVIC (LUKOVIĆ), Milorad Ulemek

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1968, Belgrad, Serbja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi: Legija (karta tal-identità falsifikata bħala IVANIC, Zeljko (IVANIĆ, Željko))

Indirizz: il-ħabs (Il-ħabs tad-distrett ta’ Belgrad, Bacvanska 14, Belgrad)

15.

MALIS (MALIŠ), Milomir

Iben Dejan Malis (MALIŠ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 3.8.1966, Bjelice

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 0308966131572

Psewdonimi:

Indirizz: Vojvode Putnika, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

16.

MANDIC, (MANDIĆ), Momcilo (Momčilo)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.5.1954, Kalinovik, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0121391, maħruġ fit- 12.5.1999 f'Srpsko Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 0105954171511

Psewdonimi: Momo

Indirizz: il-ħabs

17.

MARIC (MARIĆ), Milorad

Iben Vinko MARIC (MARIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.9.1957, Visoko, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4587936

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GKB5268

Nru Personali tal-Identità: 0909957171778

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja-Ħerzegovina

18.

MICEVIC (MIČEVIĆ), Jelenko

Iben Luka u Desanka, kunjom ta’ xebba: SIMIC (SIMIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1947, Borci ħdejn Konjic, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4166874

Nru tal-Karta tal-Identità: 03BIA3452

Nru Personali tal-Identità: 0808947710266

Psewdonimi: Filaret

Indirizz: Monasteru ta’ Milesevo, Serbja

19.

NINKOVIC (NINKOVIĆ), Milan

Iben Simo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.6.1943, Doboj, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3944452

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GFE3783

Nru Personali tal-Identità: 1506943120018

Psewdonimi:

Indirizz:

20.

OSTOJIC (OSTOJIĆ), Velibor

Iben Jozo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1945, Celebici, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

21.

OSTOJIC (OSTOJIĆ), Zoran

Iben Mico OSTOJIC (OSTOJIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 29.3.1961, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 04BSF6085

Nru Personali tal-Identità: 2903961172656

Psewdonimi:

Indirizz: Malta 25, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

22.

PAVLOVIC (PAVLOVIĆ), Petko

Iben Milovan PAVLOVIC (PAVLOVIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.6.1957, Ratkovici, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4588517

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GKA9274

Nru Personali tal-Identità: 0606957183137

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja-Ħerzegovina

23.

POPOVIC (POPOVIĆ), Cedomir (Čedomir)

Iben Radomir POPOVIC (POPOVIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 24.3.1950, Petrovici

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 04FAA3580

Nru Personali tal-Identità: 2403950151018

Psewdonimi:

Indirizz: Crnogorska 36, Bileca, Bosnja-Ħerzegovina

24.

PUHALO, Branislav

Iben Djuro

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.8.1963, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 3008963171929

Psewdonimi:

Indirizz:

25.

RADOVIC (RADOVIĆ), Nade

Iben Milorad RADOVIC (RADOVIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.1.1951, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: passaport qadim Nru 0123256 (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GJA2918

Nru Personali tal-Identità: 2601951131548

Psewdonimi:

Indirizz: Stepe Stepanovica 12, Foca/Srbinje, Bosnja-Ħerzegovina

26.

RATIC (RATIĆ), Branko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.11.1957, MIHALJEVCI SLAVONSKA POZEGA, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0442022, maħruġ fis- 17.9.1999 f'Banja Luka.

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCA8959

Nru Personali tal-Identità: 2611957173132

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Krfska 42, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

27.

ROGULJIC (ROGULJIĆ), Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1952, SRPSKA CRNJA HETIN, Serbja

Passaport mhux validu Nru 3747158, maħruġ fit-12.4.2002 f'Banja Luka, skada fit-12.4.2007, u Nru 0020222, maħruġ fil-25.8.1988 f'Banja Luka, skada fil-25.8.2003

Nru tal-Karta tal-Identità: 04EFA1053

Nru Personali tal-Identità: 1505952103022

Psewdonimi:

Indirizz: 21 Vojvode Misica, Laktasi, Bosnja-Ħerzegovina

28.

SAROVIC (ŠAROVIĆ), Mirko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 16.9.1956, Rusanovici-Rogatica, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Nru tal-Passaport: 4363471, maħruġ f'Istocno Sarajevo, bid-data ta’ skadenza 8.10.2008

Nru tal-Karta tal-Identità: 04PEA4585

Nru Personali tal-Identità: 1609956172657

Psewdonimi:

Indirizz: Bjelopoljska 42, 71216 Srpsko Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

29.

SKOCAJIC (SKOČAJIĆ), Mrksa (Mrkša)

Iben Dejan SKOCAJIC (SKOČAJIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 5.8.1953, Blagaj, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3681597

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GDB9950

Nru Personali tal-Identità: 0508953150038

Psewdonimi:

Indirizz: Trebinjskih Brigade, Trebinje, Bosnja-Ħerzegovina

30.

VRACAR (VRAČAR), Milenko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1956, Nisavici, Prijedor, Bosnja-Ħerzegovina

Passaporti mhux validi Nru 3865548, maħruġ fit-29.8.2002 f'Banja Luka, skada fid-29.8.2007, u Nru 0280280, maħruġ fil-4.12.1999 f'Banja Luka, skada fl-4.12.2004, u Nru 0062130, maħruġ fis-16.9.1998 f' Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCE6934

Nru Personali tal-Identità: 1505956160012

Psewdonimi:

Indirizz: 14 Save Ljuboje, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

31.

ZOGOVIC (ZOGOVIĆ), Milan

Iben Jovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: Dobrusa, 7 ta’ Ottubru 1939

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:”


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/422/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/603/PESK dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/603/PESK tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2010/603/PESK, il-Kunsill adotta miżuri biex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness tagħha, li kienu ġew akkużati mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY).

(2)

Wara t-trasferiment ta’ Ratko MLADIC għall-kustodja tal-ICTY fil-31 ta’ Mejju 2011, ismu għandu jitneħħa mil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2010/603/PESK.

(3)

Il-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2010/603/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/603/PESK huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 265, 8.10.2010, p. 15.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1

 

Individwu

Raġuni

1.

Isem: HADZIC Goran (raġel)

Data tat-twelid: 7.9.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, il-Kroazja

Ċittadin tas-Serbja

Akkużat mill-ICTY u għadu fil-libertà

Att ta’ akkuża: 4 ta’ Ġunju 2004

Kawża Nru.: IT-04-75


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/423/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t'Isfel u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2005, il-Kunsill adotta Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan. Il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK integrat il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/31/PESK (2) u l-miżuri li għandhom jiġu imposti skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1591 (2005) (“UNSCR 1591 (2005)”) fi strument legali uniku.

(2)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK għandhom jiġu adattati, u l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK għandha tiġi sostitwita.

(3)

Il-proċedura sabiex l-Anness għal din id-Deċiżjoni jiġi emendat għandha tinkludi rekwiżit biex jiġu kkomunikati lill-persuni u l-entitiajiet nominati r-raġunijiet għaliex ġew elenkati, kif previst mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata skont il-każ.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata f'konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(5)

Din id-Deċiżjoni wkoll tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)

Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 131/2004 tas-26 ta’ Jannar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi dwar is-Sudan (3) u r-Regolament (KE) Nru 1184/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni li jxekklu l-proċess ta’ paċi u li jiksru l-liġi internazzjonali fil-konflitt tar-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (4),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Konformement mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1591 (2005), għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra dawk l-individwi li jfixklu l-proċess ta’ paċi, jikkostitwixxu theddida għall-istabbiltà f'Darfur u r-reġjun, iwettqu ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali jew tal-liġi internazzjoniali tad-drittijiet umani jew atroċitajiet oħra, jiksru l-embargo fuq l-armamenti u/jew huma responsabbli għal titjiriet militari offensivi fi u fuq ir-reġjun ta’ Darfur, kif nominati mill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 3 tal-UNSCR 1591 (2005) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”).

Il-persuni rilevanti huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina li l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi l-għanijiet tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ħolqien ta’ paċi u stabbiltà fis-Sudan u r-reġjun.

4.   F'każijiet fejn taħt il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorju tiegħu, ta’ persuni nominati mill-Kumitat, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 3

1.   Il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni msemmija fl-Artikolu 1 jew li huma fil-pussess ta’ entitajiet li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn tali persuni jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom ikunu disponibbli direttament jew indirettament lil, jew għall-benefiċċju ta’ tali persuni jew entitajiet.

3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta’ assigurazzjoni, u tariffi għal-servizzi ta’ ta’ utilità pubblika;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż magħmula li jkunu assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizzi, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi normali ta’ żamma jew depożitu ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra,

wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn xieraq, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta’ xogħol minn tali notifika;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u l-approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(e)

l-oġġett ta’ garanzija jew deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, u f'tali każ il-fondi, jistgħu jintużaw assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra biex jissodisfaw dik il-garanzija jew deċiżjoni sakemm il-garanzija jew deċiżjoni kienet imdaħħla qabel id-data tal-UNSCR 1591(2005) u ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmija f'dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat.

4.   Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

sakemm kwalunkwe tali imgħax, dħul u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel minn ċittadini ta’ Stati Membri jew li ġejjin minn territorji ta’ Stati Membri, jew l-użu ta’ bastimenti jew ajruplani tal-bandiera tagħhom, huma pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Huwa wkoll ipprojbit:

(a)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel, jew għall-użu f'dawn tal-aħħar;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzi jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-għoti ta’ għajnuna teknika relatata, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel, jew għall-użu f'dawn tal-aħħar;

(c)

il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-oġġett jew l-effett tagħhom ikunu l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 5

1.   L-Artikolu 4 m'għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għal użu umanitarju, ta’ monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem jew għal użu protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet imwettqa min-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Unjoni Afrikana, l-Unjoni Ewropea, jew ta’ materjal maħsub għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana għall-immaniġġar ta’ kriżijiet;

(b)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-kumbattiment li ġew immanifatturati jew mgħammra b'materjali li jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba unikament għal użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sudan jew fis-Sudan t'Isfel;

(c)

l-għoti ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ programmi u operazzjonijiet bħal dawn;

(d)

l-għoti ta’ finanzi u għajnuna finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ programmi u operazzjonijiet bħal dawn;

(e)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal użat f'operazzonijiet tat-tneħħija tal-mini;

(f)

l-għajnuna u l-fornimenti mogħtija għas-sostenn tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi Komprensiv;

(g)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għall-appoġġ tal-proċess ta’ Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fis-Sudan t'Isfel kif ukoll l-għoti ta’ finanzi, għajnuna finanzjarja jew għajnuna teknika relatati ma’ dan it-tagħmir;

bil-kondizzjoni li tali kunsinni jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru in kwistjoni.

2.   L-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket għall-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-persunal tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u ħaddiema mpjegati fl-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt dan l-Artikolu fuq bażi ta’ każ b'każ, b'kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-kodiċi ta’ kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar l-esportazzjoni tal-armamenti adottat fit-8 ta’ Ġunju 1998 (5). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu u, fejn xieraq, jagħmlu dispożizzjonijiet għal ripatrijazzjoni tat-tagħmir.

Artikolu 6

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista li tinsab fl-Anness u jimplimenta kwalunkwe modifika tagħha abbażi tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

1.   Fejn il-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi lil tali persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, filwaqt li tali persuna jew entità tingħata opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

2.   Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew meta tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata skont il-każ.

Artikolu 8

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, meta tkun disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk ikun magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post fejn jinsab in-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data tan-nominazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 9

1.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għandhom jiġu riveduti sad-19 ta’ Lulju 2012, fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiġu riveduti sad-data msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, u kull 12-il xahar wara dan. Għandhom jiġu revokati jekk il-Kunsill jiddeċiedi li l-għanijiet tagħhom ikunu ntlaħqu.

Artikolu 10

Il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 139, 2.6.2005, p. 25; MT: ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 93.

(2)  ĠU L 6, 10.1.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 18, Vol 3, p. 15.

(4)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 9; MT: ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 239.

(5)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 1 U 3

1.

Kunjom, isem/ismijiet: ELHASSAN, Gaffar Mohamed

Aktar informazzjoni: Ġeneral Maġġur u Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forzi Armati Sudaniżi

Data tan-nominazzjoni min-NU: 25 ta’ April 2006

2.

Kunjom, isem/ismijiet: HILAL, Sheikh Musa

Aktar informazzjoni: Kap Suprem tat-Tribù ta’ Jalul fid-Darfur tat-Tramuntana

Data tan-nominazzjoni min-NU: 25 ta’ April 2006

3.

Kunjom, isem/ismijiet: SHANT, Adam Yacub

Aktar informazzjoni: Kmandant tal-Armata għal-Liberazzjoni tas-Sudan (SLA)

Data tan-nominazzjoni min-NU: 25 ta’ April 2006

4.

Kunjom, isem/ismijiet: BADRI, Gabril Abdul Kareem

Aktar informazzjoni: Kmandant Operattiv tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD)

Data tan-nominazzjoni min-NU: 25 ta’ April 2006


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/424/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

L-iżviluppi reċenti fid-dinja Għarbija jirrikjedu rispons imsaħħaħ u komprensiv mill-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-Kunsill Ewropew adotta Dikjarazzjonijiet fl-4 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu 2011 u Konklużjonijiet fl-24-25 ta’ Marzu 2011 li jesprimu l-ħsieb tal-Unjoni li tappoġġa l-passi kollha lejn trasformazzjoni demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar tagħha u li tiżviluppa sħubija ġdida mar-reġjun.

(3)

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet fil-21 ta’ Frar 2011 dwar l-iżviluppi fil-Viċinat tan-Nofsinhar u fl-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat li jilqgħu il-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) għal Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran.

(4)

Ir-RGħ u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw proposti għal Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Kondiviża u approċċ ġdid għas-sħubija mal-ġirien tal-Unjoni permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-Komunikazzjonijiet tagħhom tat-8 ta’ Marzu u l-25 ta’ Mejju 2011.

(5)

Hemm ħtieġa għal diplomazija msaħħa tal-Unjoni fil-pajjiżi tar-reġjun sabiex tiġi appoġġata tranżizzjoni mingħajr taqlib lejn demokrazija sostenibbli, kif ukoll lejn rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(6)

Għandu għalhekk jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għan-Nofsinhar tal-Mediterran.

(7)

Il-mandat tar-RSUE se jkun implimentat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ħatra

Is-Sur Bernardino LEÓN huwa b’dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran sat-30 ta’ Ġunju 2012. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-RGħ.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Viċinat tan-Nofsinhar kif stipulati fid-Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu 2011, fil-Konklużjonijiet tal-24-25 ta’ Marzu 2011 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar u l-20 ta’ Ġunju 2011, u b’kont meħud tal-proposti tar-RGħ u tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħhom tat-8 ta’ Marzu u l-25 ta’ Mejju 2011.

Dawk l-objettivi jinkludu:

(a)

it-tisħiħ tad-djalogu politiku tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għas-sħubija u r-relazzjoni usa’ mal-pajjiżi tar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran;

(b)

kontribut għar-rispons tal-Unjoni għall-iżviluppi fil-pajjiżi tar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran u, b’mod partikolari, għat-tisħiħ tad-demokrazija u t-tiswir ta’ istituzzjonijiet, tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba, tar-rispett għad-Drittijiet tal-Bniedem u għal-libertajiet fundamentali, tal-paċi u ta’ kooperazzjoni reġjonali, anke permezz tal-politika tal-Viċinat Ewropew u tal-Unjoni għall-Mediterran;

(c)

it-tisħiħ tal-effikaċja, preżenza u viżibbiltà tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun u fil-fora internazzjonali rilevanti. L-istabbiliment ta’ koordinazzjoni mill-qrib ma’ msieħba lokali rilevanti u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali bħall-Unjoni Afrikana, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf, l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Islamika, il-Lega tal-Istati Għarab u n-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ ir-rwol politiku ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi tar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, b’mod partikolari billi jsaħħaħ id-djalogu mal-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili u interlokuturi rilevanti oħrajn, u jippromwovi l-għarfien fost l-imsieħba fl-approċċ tal-Unjoni;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha involuti fil-proċess ta’ trasformazzjoni demokratika fir-reġjun, jippromwovi l-istabbilizzazzjoni u r-rikonċiljazzjoni b’rispett sħiħ tal-appartenenzi lokali u jikkontribwixxi għall-maniġġar u l-prevenzjoni ta’ kriżijiet;

(c)

jikkontribwixxi għal koerenza, konsistenza u koordinazzjoni aħjar tal-linji ta’ politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tar-reġjun;

(d)

jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-koordinazzjoni ma’ msieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali u jgħin lir-RGħ, b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, b’kontribut fil-ħidma tat-Task Force għan-Nofsinhar tal-Mediterran;

(e)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, anke tal-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment tal-Linji Gwida tal-Unjoni dwar it-Tfal u l-Konflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u tfajliet u fil-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u għall-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, anke bil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar żviluppi, u bit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 855 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun l-oġġett ta’ kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni Ewropea għal kull infiq.

Artikolu 6

Il-kostituzzjoni u l-kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għat-twaqqif ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE, li jibagħtuh, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (1).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri prattikabbli raġonevoli kollha, f’konformità mal-mandat u abbażi tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, partikolarment billi:

(a)

jiġi stabbilit pjan ta’ sigurtà li jkun speċifiku għall-missjoni, li jipprevedi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, u l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprevedi pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiġi żgurat li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiġi żgurat li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni;

(d)

jiġi żgurat li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u li l-Kunsill, ir-RGħ u l-Kummissjoni jingħatawlhom rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lill-KPS u lir-RGħ rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-KPS jew tar-RGħ, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u tal-Istati Membri fuq il-post ikunu użati b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk ta’ Rappreżentanti Speċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea li jkunu attivi fir-reġjun, inkluż ir-RSUE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet ta’ Missjonijiet tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu mill-aħjar sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm kollegament ukoll ma’ atturi oħrajn, kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali, fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni Ewropea rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Jannar 2012, u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat meta dan jintemm.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/425/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/670/PESK (1) li taħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali. Il-mandat tas-Sur Pierre MOREL jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2011.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Il-mandat tar-RSUE ser ikun implimentat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ħatra

Il-mandat tas-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2012. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni għall-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u l-Unjoni abbażi ta’ valuri u interessi komuni kif stabbiliti fi ftehimiet rilevanti;

(b)

kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun;

(c)

kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali;

(d)

l-indirizzar ta’ riskji ewlenin, speċjalment ta’ problemi speċifiċi b’implikazzjonijiet diretti għall-Unjoni;

(e)

it-titjib tal-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun, ukoll permezz ta’ koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma’ sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u n-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali u jgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

jagħmel monitoraġġ, f’isem ir-RGħ u skont il-mandat tar-RSUE, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u mal-Kummissjoni, tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

(c)

jassisti lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva fir-rigward tal-Asja Ċentrali;

(d)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-mass media;

(e)

jinkoraġġixxi lill-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkooperaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet reġjonali ta’ interess komuni;

(f)

jiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti mal-atturi interessati ewlenin fir-reġjun u mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika Ewrasjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li Jkattru l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta’ Kooperazzjoni Ekonomika Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CARICC);

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f’żoni affettwati minn kunflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar tal-iżviluppi f’dan ir-rigward;

(h)

jikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-OSKE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti billi jiżviluppa kuntatti mal-awtoritajiet u ma’ atturi lokali oħra bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom;

(i)

jagħti l-kontribut tiegħu għall-formulazzjoni ta’ aspetti tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni relatati mas-sigurtà fir-rigward tal-enerġija, ma’ attivitajiet anti-narkotiċi u mal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, fir-rigward tal-Asja Ċentrali.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ u jżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 924 850.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u tal-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli sabiex jgħaqqad skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm informati lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE, li jibagħtuh, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tar-RSUE u skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni, li jipprovdi għal miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprovdi għal pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra mill-Unjon, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lill-KPS u lir-RGħ rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport, kif meħtieġ, lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-KPS jew tar-RGħ, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post ikunu impenjati b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE għall-Afganistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Jannar 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat tar-RSUE.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 275, 6.10.2006, p. 65.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/426/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/181/PESK (1) li ħatret lis-Sur Valentin INZKO bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(2)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/442/PESK (2) li estendiet il-mandat tar-RSUE fil-Bosnja u Ħerzegovina sal-31 ta’ Awwissu 2011.

(3)

Is-Sur Peter SØRENSEN għandu jinħatar bħala r-RSUE fil-Bosnja u Ħerzegovina mill-1 ta' Settembru 2011 sat-30 ta' Ġunju 2015.

(4)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet li jistabbilixxu l-approċċ ġenerali tal-Unjoni għall-Bosnja u Ħerzegovina.

(5)

L-Unjoni qiegħda ssaħħaħ aktar il-politika tagħha u l-preżenza tagħha fil-post permezz ta' rappreżentant rinforzat uniku tal-Unjoni li ser ikollu rwol ta’ tmexxija fl-appoġġ għall-Bosnja u Ħerzegovina dwar materji relatati mal-Unjoni sabiex jappoġġa l-progress tal-pajjiż lejn l-integrazzjoni mal-Unjoni anke permezz ta' sett wiesa' u bbilanċjat ta' strumenti.

(6)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi implimentat f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ attivitajiet rilevanti oħrajn li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni.

(7)

Il-Kunsill jipprevedi li s-setgħat u l-awtoritajiet tar-RSUE u s-setgħat u l-awtoritajiet tal-Kap tal-Uffiċċju tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina ser jingħataw lill-istess persuna.

(8)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Peter SØRENSEN huwa b'dan maħtur Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) mill-1 ta' Settembru 2011 sat-30 ta' Ġunju 2015. Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika li ġejjin tal-Unjoni fil-BiH: progress kontinwu fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bil-għan ta’ BiH stabbli, vijabbli, paċifiku u multietniku kif ukoll unit, li jikkoopera paċifikament mal-ġirien tiegħu u li jimxi irreversibbilment fit-triq lejn sħubija mal-Unjoni. L-Unjoni ser tkompli wkoll tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi (GFAP) fil-BiH.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

joffri l-konsulenza tal-Unjoni u jiffaċilita l-proċess politiku;

(b)

jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

(c)

jiffaċilita l-progress fir-rigward tal-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej;

(d)

jissorvelja u jagħti pariri lill-awtoritajiet eżekuttivi u leġislattivi fil-livelli kollha tal-gvern fil-BiH u jżomm kollegament mal-awtoritajiet u l-partiti politiċi fil-BiH;

(e)

jiżgura l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fil-firxa sħiħa ta' attivitajiet fil-qasam tal-istat tad-dritt u fir-riforma tas-settur tas-sigurtà, jippromwovi l-koordinazzjoni ġenerali tal-Unjoni u jagħti direzzjoni politika lokali fir-rigward tal-isforzi tal-Unjoni fit-trattament tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u, f'dan il-kuntest, jipprovdi lir-RGħ u lill-Kummisjoni b'valutazzjonijiet u pariri, kif meħtieġ;

(f)

jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) bi gwida politika lokali; ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ; jikkonsulta mal-Kap tal-EUPM qabel ma jieħu azzjoni politika li jista’ jkollha impatt fuq il-pulizija u s-sitwazzjoni tas-sigurtà; jipprovdi appoġġ sabiex jiġi rinfurzat u jsir aktar effettiv l-ingranaġġ bejn is-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-pulizija fil-BiH, b’kollegament mill-qrib mal-EUPM;

(g)

mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand militari, joffri lill-Kmandant tal-Forza tal-UE gwida politika dwar kwistjonijiet militari b’dimensjoni politika lokali, b’mod partikolari rigward operazzjonijiet sensittivi, relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u mal-mezzi tax-xandir lokali. Jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE qabel ma jieħu azzjoni politika li jista’ jkollha impatt fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà;

(h)

jikkoordina u jimplimenta l-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Unjoni rigward kwistjonijiet tal-Unjoni lejn il-pubbliku fil-BiH;

(i)

jippromwovi l-proċess tal-integrazzjoni mal-Unjoni permezz ta' diplomazija pubblika mmirata u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni mfasslin biex jiżguraw intendiment u appoġġ usa' mill-pubbliku tal-BiH rigward materji relatati mal-Unjoni, anke permezz tal-involviment ta' atturi tas-soċjetà ċivili lokali;

(j)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-BiH, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(k)

jokkupa ruħu mal-awtoritajiet rilevanti tal-BiH dwar il-kooperazzjoni sħiħa tagħhom mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY);

(l)

f'konformità mal-proċess ta' integrazzjoni tal-Unjoni, jagħti pariri, jassisti, jiffaċilita u jissorvelja d-djalogu politiku dwar il-bidliet kostituzzjonali meħtieġa;

(m)

iżomm kuntatti u konsultazzjonijiet mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BiH u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn li jaħdmu fil-pajjiż;

(n)

jipprovdi pariri lir-RGħ kif meħtieġ rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu imposti miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-BiH;

(o)

mingħajr preġudizzju għal-linji ta’ kmand applikabbli, jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post jiġu applikati b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (il-KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Settembru 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 3 740 000.

2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għar-RSUE fil-BiH għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

3.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent għandhom ikunu permessi jitfgħu offerti għal kuntratti.

4.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Għandu jiġi assenjat persunal ddedikat biex jassisti lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu u biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibbiltà u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni fil-Bosnja u Ħerzegovina. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għat-twaqqif ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi membri li jkollhom il-konsulenza esperta dwar il-kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika meħtieġa mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE, li jibagħtuh, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tiegħu

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards ta’ sigurtà minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (3).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal immobilizzat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jkunu ser jiġu mmobilizzati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni.

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lill-KPS u lir-RGħ rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta, kif meħtieġ, lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta’ Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea oħrajn attivi fir-reġjun, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri b'aġġornamenti regolari ta' informazzjoni.

Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali fuq il-post, u b'mod partikolari jżomm koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BiH.

2.   B’appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar tal-kriżijiet, ir-RSUE, flimkien ma’ atturi tal-Unjoni oħrajn preżenti fuq il-post, għandu jtejjeb id-disseminazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni minn dawk l-atturi tal-Unjoni bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ għarfien u valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Kull sena r-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress fl-aħħar ta’ Diċembru u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fl-aħħar ta' Ġunju.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 67, 12.3.2009, p. 88.

(2)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 26.

(3)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/427/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/168/PESK (1) li taħtar lis-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-RSUE”) fl-Afganistan.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-RSUE”) fl-Afganistan huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2012. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għolti għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-RGħ”).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea u jippromovi l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Afganistan, b’koordinazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan. B’mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u jmexxi l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Afganistan u l-Pakistan, fejn dan ikun jikkonċerna lill-Afganistan, b’hekk jaħdem mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan;

(b)

jappoġġa d-djalogu politiku Unjoni-Afganistan;

(c)

jappoġġa r-rwol ċentrali li għandhom in-Nazzjonijiet Uniti (“NU”) fl-Afganistan b’enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, b’hekk jippromovi l-implimentazzjoni tal-London and Kabul Conference Communiqués, kif ukoll Riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE għandu, b’kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan:

(a)

jippromovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib, u jappoġġa l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b’mod partikolari l-gvern u l-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Għandu wkoll jinżamm kuntatt ma’ gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan;

(c)

iżomm kuntatt mill-qrib ma’ partijiet interessati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b’mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u ma’ msieħba u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn;

(d)

jagħti parir dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Afganistan u l-Pakistan, sa fejn dan jikkonċerna l-Afganistan, u tal-Konferenzi ta’ Londra, Kabul u Bonn li ġejjin, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

il-bini tal-kapaċità ċivili, b’mod partikolari fil-livell sottonazzjonali;

il-governanza tajba u l-istabbiliment tal-istituzzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari ġudikatura indipendenti;

ir-riformi elettorali;

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji, tal-armata nazzjonali u tal-forza tal-pulizija;

il-promozzjoni tat-tkabbir, l-aktar permezz tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

ir-rispett għall-obbligi tal-Afganistan għad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu lill-minoranzi u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal;

ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt;

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika u fis-soċjetà ċivili;

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-proliferazzjoni tal-armamenti u l-armi ta’ qerda massiva u materjali relatati,

il-faċilitazzjoni ta’ assistenza umanitarja u r-ritorn b’mod ordnat ta’ refuġjati u ta’ persuni spostati internament, u

it-tisħiħ tal-effettività tal-preżenza u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-Afganistan u l-kontribut għall-formulazzjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni regolari ta’ kull sitt xhur dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE, kif mitlubin mill-Kunsill;

(e)

jipparteċipa b’mod attiv f’fora ta’ koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni u Monitoraġġ, waqt li jżomm lill-Istati Membri mhux parteċipanti infurmati bis-sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f’dawn il-livelli;

(f)

jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-konferenzi internazzjonali fir-rigward tal-Afganistan u jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali;

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f’żoni milquta mill-konflitt, speċjalment billi jiġu monitorjati u indirizzati l-iżviluppi f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“il-KPS”) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”).

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 3 560 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-istruttura tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront u regolarment dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal ikuntrattat internazzjonalment għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, il-ġestjoni tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni Ewropea, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport, kif meħtieġ, lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali u mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Pakistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b’aġġornamenti regolari.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri fir-reġjun. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress fl-aħħar ta’ Jannar 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 22.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/428/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm biex jiġi implimentat il-Programm ta’ Azzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f’Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2001, l-Istati parteċipanti fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti adottaw il-Programm ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f’Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (il-Programm ta’ Azzjoni). Fit-8 ta’ Diċembru 2005, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat Strument Internazzjonali li Jippermetti lill-Istati Jidentifikaw u Jittraċċaw, b’Mod f’Waqtu u Affidabbli, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti (l-Istrument Internazzjonali tat-Traċċar). Dawn iż-żewġ strumenti internazzjonali jiddikjaraw li l-Istati ser jikkoperaw, kif meħtieġ, man-Nazzjonijiet Uniti sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

(2)

It-Tielet Laqgħa Biennali tal-Istati tal-2008 għall-Konsiderazzjoni tal-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni nnotat fir-rapport finali tagħha l-importanza ta’ approċċi reġjonali għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni u l-utilità, għalhekk, li jsiru laqgħat reġjonali sponsorizzati mill-Istati interessati u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali f’pożizzjoni li jagħmlu dan. Ir-rapport finali ħeġġeġ lill-Istati wkoll biex jappoġġjaw u jagħmlu użu sħiħ mill-mekkaniżmi eżistenti li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni u t-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet mar-riżorsi, bħas-Sistema ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni.

(3)

Fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE biex tikkumbatti l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċitu ta’ armi żgħar u armamenti ħfief (SALW) u l-munizzjoni tagħhom (l-Istrateġija tal-UE dwar l-SALW). L-Istrateġija tal-UE dwar l-SALW tidentifika l-appoġġ għall-Programm ta’ Azzjoni tal-NU bħala l-ewwel prijorità għall-azzjoni fil-livell internazzjonali, u ssejjaħ għall-adozzjoni ta’ strument internazzjonali li jorbot legalment dwar it-traċċar u l-immarkar ta’ SALW u munizzjon.

(4)

Wara l-adozzjoni tal-istrument internazzjonali dwar it-traċċar, l-Unjoni Ewropea appoġġjat l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/113/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 li tappoġġja l-Istrument Internazzjonali li jippermetti lill-Istati Jidentifikaw u Jittraċċaw, b’Mod f’Waqtu u Affidabbli, Armi Żgħar u Armamenti Ħfief Illeċiti (SALW) (1). L-implimentazzjoni ta’ dik l-Azzjoni Konġunta ġiet valutata pożittivament mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni A/RES/64/50 dwar il-kummerċ illeċitu f’armi ħfief u ta’ kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu li jinkoraġġixxi kull inizjattiva, inklużi dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sub-reġjonali, għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Programm ta’ Azzjoni u tenfasizza li l-inizjattivi mill-komunità internazzjonali fir-rigward tal-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali jibqgħu essenzjali u komplementarji għall-isforzi tal-implimentazzjoni nazzjonali.

(6)

Ir-Riżoluzzjoni A/RES/64/50 provdiet ukoll li r-raba’ laqgħa biennali tal-Istati għall-konsiderazzjoni tal-implimentazzjoni nazzjonali, reġjonali u globali tal-Programm ta’ Azzjoni għandha ssir fi New York mill-14 sat-18 ta’ Ġunju 2010, u li ser titlaqqa’ konferenza biex tirrevedi l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni għal perijodu ta’ ġimagħtejn fi New York, mhux aktar tard mill-2012.

(7)

Ukoll fit-2 ta’ Diċembru 2009, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir- Riżoluzzjoni A/RES/64/51 dwar Problemi li jirriżultaw mill-akkumulazzjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon konvenzjonali f’eċċess, li tħeġġeġ lill-Istati f’pożizzjoni li jagħmlu dan biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti ta’ linji gwida tekniċi għall-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon konvenzjonali, sabiex jgħinu lill-Istati jtejbu l-kapaċità ta’ ġestjoni tal-ħażniet nazzjonali tagħhom, u jimpedixxu t-tkabbir ta’ eċċessi ta’ munizzjon konvenzjonali;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb li tappoġġja t-tħejjija tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Programm ta’ Azzjoni għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f’Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu li għandha ssir fl-2012, l-Unjoni għandha tfittex li tikseb l-objettivi li ġejjin:

il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar SALW fil-livell globali kif ukoll reġjonali;

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali dwar it-Traċċar (ITI);

tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji gwida tekniċi tan-NU għall-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon.

2.   Biex tikseb l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha twettaq il-miżuri li ġejjin:

tiżviluppa s-Sistema ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni bħala għodda effettiva għall-koordinazzjoni tal-isforzi internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, inkluż permezz ta’ appoġġ għall-Grupp informali ta’ Stati Interessati dwar SALW;

torganizza numru, li jista’ jasal sa tmienja, ta’ laqgħat reġjonali ta’ jumejn dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni fil-livell reġjonali;

torganizza korsijiet reġjonali ta’ taħriġ għal min iħarreġ dwar l-Istrument Internazzjonali dwar it-Traċċar għall-pajjiżi fil-Punent tal-Afrika, u toħloq faċilità tal-immarkar u ħila esperta f’pajjiżi tar-reġjun li ma għandhomx tagħmir bħal dan;

tappoġġa l-iżvilupp ta’ Linji gwida tekniċi tan-NU dwar il-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon;

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-linji gwida permezz ta’ programmi reġjonali ta’ taħriġ għal min iħarreġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika, fl-Amerika Latina u fil-Karibew;

tappoġġa l-Istati individwali li għandhom bżonn kritiku ta’ għajnuna fil-ġestjoni tal-ħażniet tagħhom ta’ munizzjon, billi tingħata għajnuna teknika, legali u ta’ politika u taħriġ speċjalizzat.

Deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn il-miżuri tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implementazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet tad-Diżarm (minn hawn ‘il quddiem UN-ODA).

3.   L-UN-ODA għandha twettaq il-kompitu tagħha taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UN-ODA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 2 150 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-UN-ODA. Il-ftehim għandu jistipula li l-UN-ODA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod adatt għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel dak li tista’ sabiex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni l. Hija għandha tgħarraf lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rapporti regolari ta’ kull xahrejn imfasslin mill-UN-ODA. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul tagħha fis-seħħ jekk dak il-ftehim ta’ finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 16.


ANNESS

1.   Objettivi

L-objettivi ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni huma l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (PoA tan-NU dwar l-SALW) bil-ħsieb tal-Konferenza ta’ Reviżjoni li għandha ssir fl-2012; il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali dwar it-Traċċar, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji gwida tekniċi tan-NU dwar il-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon. Ser tkun iggarantita sinerġija massima mal-istrumenti finanzjarji rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

2.   Deskrizzjoni tal-miżuri

2.1.   Promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar SALW fil-livell globali kif ukoll reġjonali

2.1.1.   Objettiv tal-miżura

Li jippromwovi l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU minn Stati terzi;

Li jappoġġja l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni (PoA ISS) bħala għodda effettiva għall-koordinament tal-isforzi internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, inkluż permezz tal-iżvilupp u l-appoġġ għall-grupp informali “Grupp ta’ Stati Interessati dwar miżuri prattiċi għad-diżarm” (GIS).

2.1.2.   Deskrizzjoni tal-miżura

Organizzazzjoni mill-UN-ODA, megħjun fejn meħtieġ miċ-Ċentri Reġjonali tiegħu dwar id-Diżarm, ta’ numru, li jista’ jasal sa tmienja, ta’ laqgħat reġjonali ta’ jumejn dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-PoA f’livell reġjonali. Dawn il-laqgħat ser ikollhom l-għan li jiffamiljarizzaw aktar lill-pajjiżi terzi rilevanti mal-aspetti reġjonali tal-PoA tan-NU u mar-rakkomandazzjonijiet tat-Tielet u r-Raba’ Laqgħa Biennali tal-Istati bi tħejjija għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2012. Matul is-seminars il-pajjiżi benefiċjarji ser, inter alia, jieħdu kont tal-pjani eżistenti ta’ implimentazzjoni reġjonali għall-perijodu 2010-2012 u ser jiġu mħeġġa biex jifformulaw pjani ta’ implimentazzjoni reġjonali għall-perijodu 2013-2014 li jinkludu miri li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu u li huma marbuta biż-żmien.

L-iżvilupp u t-titjib tal-PoA-ISS bħala għodda effettiva għall-koordinament tal-isforzi internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-PoA tan-NU, bl-integrazzjoni fil-pjattaforma tal-PoA-ISS ta’ għodda bbażata fuq il-web biex jitlaqqgħu l-ħtiġijiet u r-riżorsi għas-SALW, bl-iżvilupp ta’ funzjoni elettronika ta’ rappurtar għar-rapporti nazzjonali dwar il-PoA, bl-iżvilupp ta’ taqsimiet reġjonali u tematiċi fil-PoA-ISS, u bl-iżvilupp ta’ verżjonijiet b’lingwi differenti tal-pjattaforma eżistenti tal-PoA-ISS. L-appoġġ għall-GIS informali bħala forum li jippromwovi l-koordinament u l-iskambju ta’ informazzjoni u għarfien bejn id-donaturi u s-sistema tan-NU kif ukoll partijiet interessati tal-PoA dwar l-attivitajiet tagħhom fil-qasam tal-armi ħfief inkluż dwar deskrizzjonijiet ta’ proġetti ppreżentati u dwar tfassil ta’ politika (are p.eż. r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali dwar Miżuri Prattiċi ta’ Diżarm, A/RES/63/62), ser jinkludi appoġġ għall-organizzazzjoni u s-servizz ta’ laqgħat regolari ta’ dan il-Grupp (darbtejn sa tlieta fis-sena).

2.1.3.   Riżultati tal-miżura

Titjib fl-implimentazzjoni reġjonali tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, tħejjija effettiva tal-Istati benefiċjarji għall-Konferenza ta’ Reviżjoni fl-2012, u twittija tal-bażi għall-iżvilupp ta’ pjani ta’ implimentazzjoni reġjonali realistiċi li jistgħu jintlaħqu u jitkejlu u li jkunu marbuta biż-żmien għall-perijodu 2012-2014.

Informazzjoni mtejba, b’diversi lingwi, faċli biex tużaha u affidabbli dwar il-ħtiġijiet ta’ implimentazzjoni marbuta mal-Programm ta’ Azzjoni, bis-Sistema ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni ssir l-għodda ewlenija li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrument internazzjonali; ġestjoni razzjonalizzata tal-għajnuna internazzjonali permezz tat-titjib tar-rwol koordinatur tal-Grupp ta’ Stati Interessati.

2.1.4.   Postijiet fejn isiru seminars

L-UN-ODA ser tipproponi lista ta’ postijiet potenzjali fejn isiru seminars reġjonali li mbagħad jiġu approvati mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill. Il-kriterji użati biex jintgħażlu l-postijiet għas-seminars ser jinkludu r-rieda u l-impenn biex Stat rilevanti f’reġjun partikolari jospita seminar, il-livell ta’ impenn għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU fir-reġjun, u jekk ikun rilevanti, l-impenn ta’ organizzazzjoni reġjonali jew sub-reġjonali rilevanti.

2.1.5.   Benefiċjarji tal-miżura

L-Istati li jeħtieġu għajnuna fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU. L-għażla ta’ benefiċjarji speċifiċi biex jipparteċipaw fis-seminars reġjonali ser tieħu kont tal-impenji u l-isforzi ta’ implimentazzjoni magħmula mill-benefiċjarji potenzjali fil-qasam ta’ SALW. L-UN-ODA ser tipproponi lista qasira ta’ benefiċjarji li mbagħad tiġi approvata mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

2.2.   Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali dwar it-Traċċar (ITI);

2.2.1.   Objettiv tal-miżura

Li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-ITI, permezz tat-titjib tal-ħiliet tal-uffiċjali rilevanti tal-istat fil-Punent tal-Afrika fl-identifikazzjoni, l-immarkar, it-traċċar u ż-żamma ta’ reġistru dwar SALW, u l-forniment ta’ tagħmir rilevanti.

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-miżura

Organizzazzjoni ta’ korsijiet reġjonali ta’ taħriġ għal min iħarreġ dwar aspetti essenzjali tal-ITI għal uffiċjali magħżula mill-Punent tal-Afrika.

Ħolqien ta’ faċilitajiet għall-immarkar u ħila esperta f’pajjiżi tar-reġjun neqsin minn tagħmir bħal dan, inkluż permezz tal-akkwist ta’ magni għall-immarkar, il-ħolqien ta’ faċilitajiet għaż-żamma ta’ reġistri, u taħriġ fl-immarkar u t-traċċar għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.

Konsultazzjonijiet mar-RGħ, ma’ korpi rilevanti tal-Kunsill, u koordinament mal-Inizjattiva għall-Kosta tal-Punent tal-Afrika u l-UNDP, ser jiżguraw li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ Programmi oħra tal-Unjoni fil-Punent tal-Afrika.

2.2.3.   Riżultati tal-miżura

Tnaqqis tat-theddida għas-sigurtà ppreżentata mill-kwantità ta’ SALW illeċiti, permezz ta’ kontroll aħjar fuq il-kwantità u t-tipi ta’ SALW, titjib fil-ħila esperta ta’ diversi aġenziji nazzjonali sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni ta’ SALW u “craft arms”, u titjib tal-kooperazzjoni fis-settur tas-sigurtà fost l-Istati dwar l-ITI.

2.2.4.   Benefiċjarji tal-miżura

L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-15-il Stat Membru tal-Komunità Ekonomika ta’ Stati tal-frika tal-Punent (ECOWAS); l-ECOWAS u l-programm tagħha dwar l-armi ħfief, ECOSAP; is-soċjetà ċivili u komunitajiet lokali.

2.3.   Appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji gwida tekniċi tan-NU għall-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon

2.3.1.   Objettiv tal-miżura

Appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji gwida tekniċi tan-NU għall-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon.

2.3.2.   Deskrizzjoni tal-miżura

Konklużjoni tal-iżvilupp ta’ linji gwida tekniċi tan-NU għall-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon. Dan ser jinkludi: torganizza laqgħa tal-Kumitat ta’ Eżami Tekniku għall-iżvilupp tal-linji gwida, u l-ipproċessar u l-inkorporazzjoni tar-riżultati ta’ dik il-laqgħa fil-verżjoni finali tal-linji gwida, u t-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni tal-linji gwida.

Appoġġ għall-użu operattiv u l-implimentazzjoni tal-linji gwida permezz ta’ programmi reġjonali ta’ taħriġ għal min iħarreġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika, fl-Amerika Latina u fil-Karibew, inkluż permezz ta’ Ċentri Reġjonali tal-UNODA dwar id-Diżarm. Dawn il-programmi ta’ taħriġ avvanzat ser jinkludu suġġetti dwar il-prinċipji u l-elementi essenzjali tal-ġestjoni tal-ħażniet; ġestjoni tar-riskji; kontabbiltà tal-munizzjon; trasport; u sigurtà u qerda. Il-programmi ta’ taħriġ fl-Amerika Latina/il-Karibew ser jibnu fuq it-taħriġ mogħti qabel u appoġġjat mill-Unjoni f’dawn ir-reġjuni, u jikkomplementawh.

Fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ dawk il-programmi ta’ taħriġ avvanzat, jiġu identifikati l-Istati li għandhom ħtieġa kritika ta’ għajnuna fil-kontroll tal-ħażniet ta’ munizzjon u jingħatawlhom (direttament jew permezz ta’ organizzazzjonijiet reġjonali):

l-għajnuna teknika meħtieġa biex jiżviluppaw l-istrutturi essenzjali legali u ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-linji gwida, inkluża gwida individwali fuq il-post;

appoġġ u għajnuna biex tiddaħħal fis-seħħ infrastruttura adegwata għall-ġestjoni tal-ħażniet permezz tal-għoti ta’ gwida dwar l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida tekniċi għall-faċilitajiet użati għall-ħżin ta’ munizzjon.

2.3.3.   Riżultati tal-miżura

Linji gwida tekniċi li huma żviluppati u lesti biex jiġu implimentati;

Tnaqqis fit-theddida għas-sigurtà nazzjonali u reġjonali permezz ta’ titjib fil-ġestjoni tal-ħażniet fil-livell nazzjonali f’żewġ reġjuni importanti.

2.3.4.   Benefiċjarji tal-miżura

Gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali; is-soċjetà ċivili u gruppi u individwi milquta ħażin bil-proliferazzjoni bla kontroll ta’ SALW.

L-għażla tal-Istati li ser jibbenefikaw minn għajnuna speċifika u taħriġ ser tieħu kont tal-ħtiġijiet speċifiċi u l-impenji meħuda mill-benefiċjarji potenzjali fil-qasam tal-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon. L-UN-ODA ser tipproponi lista qasira ta’ benefiċjarji li mbagħad tiġi approvata mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

3.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali tal-miżuri hu stmat li jkun 24 xahar.

4.   Entità ta’ implementazzjoni

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lill-UNODA li ser iwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ.

5.   Rappurtar

L-UN-ODA ser iħejji rapporti regolari, kif ukoll rapporti wara li titlesta kull waħda mill-attivitajiet deskritti. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lir-RGħ mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jitlestew l-attivitajiet rilevanti.

6.   Spiża totali stmata tal-miżuri u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

L-ispiża totali tal-miżuri hija ta’ EUR 2 150 000.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/429/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

dwar il-Pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BTWC)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva li għandha l-għan, fost l-oħrajn, li ssaħħaħ il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BTWC), filwaqt li tkompli d-diskussjoni dwar il-verifika tal-BTWC, tappoġġa l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-BTWC, inkluż permezz tal-mezzi ta’ leġiżlazzjoni kriminali, u ssaħħaħ il-konformità magħha.

(2)

Fit-28 ta’ April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta b’mod unanimu r-Riżoluzzjoni 1540 (2004), li tiddeskrivi l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ forniment tagħhom bħala theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Fis-27 ta’ April 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti unanimament adotta r-Riżoluzzjoni 1673 (2006) sabiex jintensifika l-isforzi sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004). L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Riżoluzzjoni tikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-BTWC.

(3)

Fis-26 ta’ Awwissu 1988, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 620 (1988) li, fost l-oħrajn, tħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jwettaq minnufih investigazzjonijiet bi tweġiba għal allegazzjonijiet dwar l-użu ta’ armi kimiċi jew batterjoloġiċi (bijoloġiċi) jew tat-tossina li jikkostitwixxi ksur tal-Protokoll ta’ Ġinevra tal-1925. Fit-8 ta’ Settembru 2006, l-Assemblea Ġenerali adottat l-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Terroriżmu, annessa għar-Riżoluzzjoni 60/288, skont liema l-Istati Membri jħeġġu lis-Segretarju Ġenerali jaġġorna r-roster tal-esperti u l-laboratorji, kif ukoll il-linji gwida tekniċi u l-proċeduri, għad-dispożizzjoni tas-Segretarju-Ġenerali għall-investigazzjoni f’waqtha u effiċjenti tal-allegazzjonijiet.

(4)

Is-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-BTWC ddeċidiet li s-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni għandha ssir f’Ġinevra mhux aktar tard mill-2011 u għandha tirrevedi l-ħidma tal-BTWC, b’kont meħud, fost l-oħrajn, tal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda rilevanti għall-BTWC, kif ukoll il-progress li sar mill-Istati Partijiet għall-BTWC (minn issa “l-Istati Partijiet”) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligi taħt il-BTWC u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maqbula fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni.

(5)

Fis-27 ta’ Frar 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK (1) u fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/858/PESK (2). Iż-żewġ Azzjonijiet Konġunti it-tnejn li huma jippromwovu l-universalità tal-BTWC, u jsostnu l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Partijiet. Barra minn hekk, l-Azzjoni Konġunta 2008/858/PESK tippromwovi l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ Miżuri ta’ Bini ta’ Fiduċja (CBM) mill-Istati Partijiet, tipprovdi appoġġ għall-proċess intersessjonarju tal-BTWC.

(6)

B’mod parallel mal-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK, l-Unjoni Ewropea qablet dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar l-armi bijoloġiċi u ta’ tassina, komplimentarja għall-Azzjoni Konġunta tal-UE b’appoġġ għall-BTWC (3) fir-rigward tal-BTWC fejn l-Istati Membri intrabtu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta’ CBM lin-NU f’April ta’ kull sena u listi ta’ esperti u laboratorji rilevanti lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex tkun faċilitata kwalunkwe investigazzjoni ta’ użu allegat ta’ Armi Bijoloġiċi u tossini (kimiċi).

(7)

Fid-dawl tas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-BWTC li jmiss mill-5 sat-22 ta’ Diċembru 2011, jaqbel li tiġi aġġornata l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-għanijiet tal-Unjoni fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BWTC) għandu jkun li tirrevedi l-operazzjonijiet tal-BTWC u tesplora possibiltajiet sabiex issaħħaħha aktar.

Sabiex tilħaq dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha tressaq proposti konkreti lis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni li għandha ssir mill-5 sat-22 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni, l-Unjoni għandha taħdem, b’mod partikolari, biex tiżgura li l-Istati Partijiet (minn issa “l-Istati Partijiet”) jindirizzaw il-prijoritajiet li ġejjin:

il-bini tal-fiduċja fil-konformità mal-BTWC,

l-appoġġ tal-implimentazzjoni nazzjonali tagħha; u

il-promozzjoni tal-universalità tagħha.

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 1, u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Unjoni għandha:

(a)

tikkontribwixxi għal reviżjoni sħiħa tal-ħidma tal-BTWC fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni, inkluża l-implimentazzjoni tal-impenji meħdua mill-Istati Partijiet taħt il-BTWC;

(b)

tappoġġa proċess intersessjonali aktar sostantiv matul il-perijodu bejn is-Seba’ u t-Tmien Konferenzi ta’ Reviżjoni u tidentifika oqsma speċifiċi u arranġamenti mtejbin għal progress ulterjuri taħt dan il-proċess;

(c)

tappoġġa t-Tmien Konferenza ta’ Reviżjoni, li għandha ssir mhux aktar tard mill-2016;

(d)

tibni kunsens għall-eżitu ta’ suċċess tas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni, abbażi tal-qafas stabbilit mill-Konferenzi preċedenti, u tippromwovi, fost l-oħrajn, il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:

(i)

ħidma lejn l-identifikazzjoni u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi effettivi għall-bini tal-fiduċja f’konformità mal-BTWC;

(ii)

l-Istati Partijiet għandhom ikunu jistgħu juru l-konformità b’mezzi ta’ skambju ta’ informazzjoni u trasparenza akbar dwar il-kapaċitajiet u l-azzjonijiet tagħhom għall-implimentazzjoni u l-intenzjonijiet fir-rigward tal-konformità. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ dikjarazzjonijiet, konsultazzjonijiet u attivitajiet fil-post, li jirrappreżentaw livelli akbar ta’ trasparenza u skrutinju, iżda wkoll permezz ta’ skambju u reviżjoni ta’ informazzjoni matul il-proċess intersessjonali. Filwaqt li tirrikonoxxi li attwalment għad m’hemmx kunsens dwar il-verifika, li tibqa’ element ċentrali ta’ diżarm komplet u effettiv u ta’ reġim ta’ nonproliferazzjoni, l-Unjoni hija lesta taħdem biex tidentifika l-alternattivi li jistgħu jiksbu miri simili;

(iii)

implimentazzjoni effettiva u konformità sħiħa mal-obbligi kollha taħt il-BTWC mill-Istati Parti kollha; L-għoti ta’ appoġġ u tisħiħ, fejn meħtieġ, tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali, inkluża leġiżlazzjoni kriminali, u kontroll fuq mikroorganiżmi u tossini patoġeniċi fil-qafas tal- BTWC, fost l-oħrajn billi tiżdied il-kapaċità tal-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Uffiċċju tan-NU għall-Kwistjonijiet ta’ Diżarm (ISU) biex jappoġġa l-implimentazzjoni nazzjonali u jiddiskutiha bħala suġġett intersessjonali. Tista’ tkun ikkunsidrata azzjoni ulterjuri u jistgħu jittieħdu aktar deċiżjonijiet dwar modi u mezzi għat-titjib tal-implimentazzjoni nazzjonali. L-Unjoni ser tħeġġeġ diskussjonijiet dwar alternattivi possibbli f’dan ir-rigward, speċjalment fil-qasam tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati nazzjonali u l-kooperazzjoni reġjonali u subreġjonali; u l-implimentazzjoni ta’ standards ta’ ġestjoni ta’ bijosigurtà u ta’ bijosikurezza għal istituzzjonijiet tax-xjenzi naturali;

(iv)

aderenza universali tal-Istati kollha għall-BTWC, inkluż appell lill-Istati kollha mhux parti għall-BTWC biex jaderixxu għaliha mingħajr aktar dewmien u biex jintrabtu legalment għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni tal-armi bijoloġiċi u ta’ tossina; u, sakemm ikun hemm l-aderenza ta’ dawk l-Istati għall-BTWC, dawn jiġu mħeġġa jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Istati Partijiet u jimplimentaw, fuq bażi volontarja, id-dispożizzjonijiet tal- BTWC. Ħidma lejn il-projbizzjoni fuq l-armi bijoloġiċi u ta’ tossina li qed tiġi ddikjarata Regola ta’ Dritt Internazzjonali globalment vinkolanti, inkluż permezz tal-universalizzazzjoni tal-BTWC; u għaldaqstant tiġi rakkomandata l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-universalizzazzjoni, ikkoordinat mill-ISU, u evalwat matul sessjonijiet partikolari matul il-proċess intersessjonarji;

(v)

sforzi biex tiżdied it-trasparenza u tinbena l-fiduċja fil-konformità, jinkludu l-mekkaniżmu ta’ Miżuri ta’ Bini ta’ Kunfidenza (CBM). L-Unjoni hija lesta taħdem fuq it-titjib ta’ dan il-mekkaniżmu billi tidentifika miżuri sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni, il-kwalità u l-komprensività tal-mekkaniżmu tas-CBM;

(vi)

żieda fit-trasparenza dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza relatati mal-Artikolu X tal-BTWC u b’kont meħud tal-ħidma u l-għarfien espert ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. L-Unjoni ser tibqa’ tappoġġa l-implimentazzjoni konkreta tal-Artikolu X tal-BTWC permezz tad-diversi programmi ta’ assistenza tagħha u hija lesta tkompli l-elaborazzjoni tal-intendimenti komuni, li jiffurmaw il-bażi għal azzjoni effettiva fir-rigward tal-kooperazzjoni għal finijiet paċifiċi fil-qafas tal-BTWC. Tista’ tkun ikkunsidrata azzjoni ulterjuri u jittieħdu deċiżjonijiet dwar it-titjib tal-kooperazzjoni, l-assistenza u l-iskambju internazzjonali fix-xjenzi u t-teknoloġija bijoloġiċi għal finijiet paċifiċi, u dwar il-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità fl-oqsma tas-sorveljanza, l-iskoperta u d-dijanjosi tal-mard, u l-kontroll ta’ mard li jittieħed;

(vii)

It-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi bijoloġiċi u ta’ tossina. Tista’ tkun ikkunsidrata azzjoni ulterjuri u jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-forniment ta’ assistenza u koordinazzjoni fil-kuntest tal-Artikolu VII tal-BTWC ma’ organizzazzjonijiet rilevanti fuq it-talba ta’ kwalunkwe Stat Parti fil-każ tal-użu allegat ta’ armi bijoloġiċi u ta’ tossina, inkluż it-titjib tal-kapaċitajiet nazzjonali għas-sorveljanza, l-iskoperta u dijanjosi tal-mard u sistemi tas-saħħa pubblika. Ħidma li ssir separatament dwar it-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi bijoloġiċi u ta’ tossina tista’ tgħin aktar biex indirettament issaħħaħ l-Artikoli VI u VII tal-BTWC;

(viii)

l-appoġġ ta’ proċess ta’ evalwazzjonijiet aktar frekwenti ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi rilevanti, li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-BTWC, bħaż-żieda tal-konverġenża tal-kimika u l-bijoloġija u fl-oqsma li qed jiżviluppaw rapidament ta’ bijoloġija sintetika u nanoteknoloġija;

(ix)

konformità mal-obbligi taħt ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1540 (2004) u 1673 (2006), b’mod partikolari biex jiġi eliminat ir-riskju li jinkisbu armi bijoloġiċi u ta’ tossina jew li jiġu użati għal finijiet terroristiċi, inkluż l-aċċess possibbli minn terroristi għal materjal, tagħmir, u għarfien li jkunu jistgħu jintużaw fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi bijoloġiċi u ta’ tossina;

(x)

il-programmi ta’ Sħubija Globali tal-G8 immirati lejn appoġġ għad-diżarmament, il-kontroll u s-sigurtà ta’ materjali sensittivi, faċilitajiet, u ħila esperta;

(xi)

konsiderazzjoni ta’, u deċiżjonijiet dwar azzjoni ulterjuri abbażi tal-ħidma li saret skont il-proċess intersessjonali matul il-perijodu mill-2007 sal-2010 u l-isforzi biex ikun diskuss u promoss intendiment komuni u azzjoni effettiva dwar l-adozzjoni tal-miżuri nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni stabbilita fil-BTWC.

Artikolu 4

Sabiex issaħħaħ il-konformità mal-BTWC, l-Unjoni għandha tippromwovi:

(a)

miżuri relatati mad-dikjarazzjonijiet tas-CBM

(i)

analiżi tad-dikjarazzjonijiet tas-CBM annwali bħala l-għodda ta’ dikjarazzjoni nazzjonali regolari dwar l-implimentazzjoni u l-konformità u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom b’dan l-objettiv;

(ii)

żieda fil-kwalità tad-dikjarazzjonijiet tas-CBM permezz ta’:

tnaqqis safejn ikun l-aktar possibbli tal-kumplessità tal-formoli tas-CBM u t-tneħħija ta’ ambigwitajiet potenzjali. Il-proposti dettaljati u konkreti għall-modifika tas-CBMs huma bbażati fuq ir-rapporti tal-Workshop tal-Forum ta’ Ġinevra;

appoġġ għall-kompilazzjoni tal-informazzjoni provduta fil-formoli tas-CBM. Għal dak l-għan, l-Unjoni għandha tappoġġa l-ISU biex ikollha rwol akbar fl-appoġġ lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jiżguraw il-konformità. Dan l-appoġġ jista’ jinkludi elementi bħall-istabbiliment ta’ librerija ta’ referenza, funzjoni ta’ “helpdesk”, li l-formoli tas-CBM ikunu provduti f’diversi lingwi, introduzzjoni ta’ format elettroniku, u l-għoti ta’ seminars reġjonali għall-punti ta’ kuntatt nazzjonali;

introduzzjoni ta’ inċentivi għall-preżentazzjoni ta’ CBM, bħall-integrazzjoni ta’ dettalji dwar informazzjoni relatata mal-Artikolu X tal-BTWC fil-mekkaniżmu tas-CBM (bl-użu tal-formola D attwali jew bil-ħolqien ta’ formola ġdida);

(iii)

żieda fir-rilevanza u l-komprensibilità tal-formoli tas-CBM b’:

referenza għall-Artikoli kollha rilevanti tal-BTWC, b’kont meħud bir-reqqa tal-ħtieġa li jinkiseb bilanċ adegwat bejn l-għoti ta’ informazzjoni utli u l-isforz meħtieġ biex dan jinkiseb. Dan għandu jsir biex jiġu evitati kumplessità u piż dejjem akbar, li jistgħu potenzjalment jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni;

modifikazzjoni tas-CBM possibilment permezz ta’ approċċ b’żewġ fażijiet, filwaqt li modifiki li jkollhom bżonn analiżi ulterjuri jitħallew għal proċess intersessjonali ġdid;

(b)

miżuri relatati mal-mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi bijoloġiċi u ta’ tossina; l-affermazzjoni mill-ġdid tal-bżonn li l-Istati Partijiet jassiguraw l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-mekkaniżmu u billi jittieħdu passi prattiċi għal dan il-għan, bħall-għoti ta’ appoġġ għal programmi ta’ taħriġ, u l-iżvilupp ta’ sistema ta’ laboratorju analitika.

Artikolu 5

Minbarra l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Unjoni għandha tappoġġa t-tisħiħ tar-rwol tal-ISU. B’mod partikolari, l-Unjoni għandha tappoġġa:

(a)

il-prolongazzjoni tal-mandat tal-ISU għal ħames snin oħra;

(b)

l-inklużjoni tal-attivitajiet li ġejjin fil-mandat tal-ISU:

(i)

L-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ komunikazzjoni u informazzjoni dwar attivitajiet ta’ politika, xjentifiċi u attivitajiet oħra rilevanti għall-BTWC (l-istabbiliment ta’ “librerija ta’ referenza”/bażi ta’ data elettronika għat-trawwim tal-kuxjenza mal-Istati Parti, l-akkademja u l-industrija);

(ii)

il-kollegament u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra;

(iii)

it-tisħiħ ulterjuri tal-implimentazzjoni nazzjonali tal-BTWC billi jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u konsulenza dwar l-implimentazzjoni nazzjonali;

(iv)

l-appoġġ ulterjuri tas-sistema ta’ CBM permezz tal-parteċipazzjoni fil-proċess tar-reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet tas-CBM. Abbażi ta’ informazzjoni pprovduta permezz ta’ CBMs riveduti, l-ISU tista’ tingħata l-mandat tiġbor informazzjoni relatata mal-Artikolu X tal-BTWC f’bażi ta’ data online;

(v)

l-iżvilupp ta’ sistema għar-reviżjoni ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-impatt tagħhom fuq il-BTWC;

(vi)

l-iżvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-universalizzazzjoni.

(c)

espansjoni adegwata tal-persunal attwali tal-ISU sabiex l-ISU jkun jista’ jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b).

Artikolu 6

Sabiex tappoġġa r-reviżjoni u t-tisħiħ tal-proċess intersessjonali, l-Unjoni għandha b’mod partikolari:

(a)

tappoġġa t-temi li ġejjin għal proċess intersessjonali ġdid jew bħala suġġetti intersessjonali jew permezz ta’ gruppi ta’ ħidma partikolari:

(i)

implimentazzjoni nazzjonali;

(ii)

universalizzazzjoni;

(iii)

ħidma ulterjuri ta’ wara r-RevCon dwar is-CBM;

(iv)

assistenza u kooperazzjoni taħt l-Artikoli VII u X tal-BTWC, inkluża l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti għal assistenza fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ oqfsa regolatorji adatti (b’fokus fuq il-bijosigurtà u l-bijosikurezza fl-ewwel mument);

(v)

żviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija;

(b)

tappoġġa proċess ta’ valutazzjonijiet aktar frekwenti ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi rilevanti. L-ISU jista’ jkollha rwol permezz tal-mandat imġedded tagħha. Minbarra diskussjoni dettaljata fil-proċess intersessjonali, l-Istati Parti jistgħu jiddeċiedu dwar mezzi alternattivi biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ xjenza u teknoloġija (jiġifieri li jinħoloq grupp ta’ ħidma ġdid, li fl-aġenda tal-Laqgħat tal-Istati Parti jiġi inkluż punt dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, li ssir laqgħa partikolari tal-esperti għax-xjenza u t-teknoloġija, li jiġi stabbilit panel konsultattiv jew li jiġi stabbilit forum miftuħ dwar ix-xjenza u t-teknoloġija);

(c)

tappoġġa l-iżvilupp ta’ oqfsa regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari dwar il-bijosigurtà u l-bijosikurezza. L-adozzjoni ta’ standards ta’ ġestjoni adegwati għall-bijosigurtà u l-bijosikurezza għal-laboratorji u l-industrija, minkejja li bl-ebda mod ma jieħdu post sistema ta’ konformità, jistgħu jgħinu lill-Istati Parti fil-perijodu fit-tul bl-implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fil-BTWC. Huma jistgħu jirriżultaw ukoll bħala għodda utli, flimkien ma’ miżuri oħrajn, biex jikkontribwixxu għal sistema ta’ konformità futura mtejba. Diskussjoni dwar dan l-iżvilupp, jiġifieri mal-industrija rilevanti, tista’ tkun parti minn proċess intersessjonali ġdid;

(d)

tappoġġa t-tisħiħ tal-karattru deċiżjonali tal-proċess intersessjonali billi tesplora firxa ta’ alternattivi bħall-fatt li r-rapport finali għal-Laqgħat tal-Istati Parti isir vinkolanti, taqbel dwar pjani direzzjonali, tikkunsidra l-possibilità ta’ gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet speċifiċi, pjanijiet ta’ azzjoni jew rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 7

Sabiex tappoġġa l-universalità, l-Unjoni għandha:

(a)

tappoġġa l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-universalizzazzjoni, immexxi mill-ISU, billi tistabbilixxi passi u attivitajiet konkreti. Il-Pjan ta’ Azzjoni jista’ jinkludi attivitajiet bħal avvenimenti ta’ għajnuna, inizjattivi konġunti, it-traduzzjoni ta’ dokumenti rilevanti, inċentivi bħal skambju ta’ informazzjoni dwar offerti ta’ assistenza, u żjarat ta’ assistenza biex jimtlew l-ewwel preżentazzjonijiet tas-CBMs. Dan il-pjan ta’ azzjoni jkun evalwat u, jekk meħtieġ, modifikat f’kull Laqgħa tal-Istati Partijiet.

(b)

tappoġġa l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet partikolari jew laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma dwar l-universalizzazzjoni matul il-proċess intersessjonali sabiex tikkoordina attivitajiet ta’ għajnuna bjen diversi atturi u tippjana inizjattivi reġjonali.

Artikolu 8

L-Unjoni għandha tappoġġa r-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu X tal-BTWC tas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni. Din ir-reviżjoni għandha timmira lejn:

(a)

l-esplorazzjoni ta’ kif informazzjoni relatata mal-assistenza tiġi integrata fis-CBM, billi tiġi riveduta l-Formola D jew tinħoloq formola ġdida, sabiex l-Istati Parti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni u l-assistenza;

(b)

l-ISU tingħata mandat biex tiġbor informazzjoni relatata mal-Artikolu X tal-BTWC f’bażi ta’ dejta onlajn, li tista’ tkun fil-parti ristretta tas-sit elettroniku.

Artikolu 9

Azzjoni meħuda mill-Unjoni għall-finijiet imsemmijin fl-Artikoli 1 sa 8, għandha tinkludi:

(a)

abbażi tal-pożizzjoni stabbilita fl-Artikoli 1 sa 8, proposti mill-Unjoni għal arranġamenti speċifiċi, prattiċi u fattibbli għat-titjib effettiv tal-implimentazzjoni tal-BTWC għall-konsiderazzjoni mill-Istati Parti fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni.

(b)

inizjattivi mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni,

(c)

dikjarazzjonijiet ippreżentati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew id-Delegazzjoni għan-NU fit-tħejjija għas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni u matulha.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 65, 7.3.2006, p. 51.

(2)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 29.

(3)  ĠU C 57, 9.3.2006, p. 1.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/430/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2010, bid-Deċiżjoni 2010/386/PESK (2), il-Kunsill aġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(3)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, bid-Deċiżjoni 2011/70/PESK (3) il-Kunsill kompla jaġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u ħassar id-Deċiżjoni 2010/386/PESK ħlief fejn din tikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 fil-Parti 2 tal-Anness tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, hu meħtieġ li jsir rieżami komplet tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw id-Deċiżjonijiet 2010/386/PESK u 2011/70/PESK.

(5)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat ta’ dak ir-rieżami li twettaq mill-Kunsill.

(6)

Il-Kunsill iddetermina li m’għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u gruppi jinżammu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(7)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(8)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/386/PESK, safejn tikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 fil-Parti 2 tal-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni 2011/70/PESK huma b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 178, 13.7.2010, p. 28.

(3)  ĠU L 28, 28.2.2011, p. 57.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”), imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

3.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija), ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija, ċittadin tal-Għarabja Sawdija

5.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel), imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

6.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed), imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

7.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

8.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — Membru tal-“Hofstadgroep”

9.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto, magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad), imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

10.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil), imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

11.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI, magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E, magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE, magħruf ukoll bħala Fouad, magħruf ukoll bħala Fzad, magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI, magħruf ukoll bħala Ben Mohammed, magħruf ukoll bħala Ben Mohand Ben Larbi, magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand Ibn Larbi, magħruf ukoll bħala Abu Tahar, magħruf ukoll bħala Eggie), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 — Membru tal-“Hofstadgroep”

12.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

13.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

14.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

15.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

16.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

17.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

18.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

19.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

20.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) — Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”

21.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

22.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) NE8146378 — Membru tal-“Hofstadgroep”

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO”, (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

3.

“Al-Aqsa e.V.”

4.

“Al-Takfir” u “Al-Hijra”

5.

“Babbar Khalsa”

6.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża n-“New Peoples Army” — “NPA”, il-Filippini

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya” -“IG”)

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-Ć” (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”

11.

“Hofstadgroep”

12.

Il-“Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

13.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” — “ISYF”

14.

Il-“Forza Khalisan Zindabad” — “KZF”

15.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK”, (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

16.

“Tigri għal-Liberazzjoni ta’ Tamil Eelam” — “LTTE”

17.

L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” — (“Ejército de Liberación Nacional”)

18.

Il-“Jihad Islamika Palestinjana” — “PIJ”

19.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”

20.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”)

21.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”)

22.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu”),

23.

It-“Triq li Tiddi” — “SL” (“Sendero Luminoso”)

24.

“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

25.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK”, (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”)


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza fl-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4852)

(It-test Bulgaru, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/431/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ssottomettew lill-Kummissjoni l-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2011, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, li jinkludu l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li għandha ssir fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f'dawn il-programmi.

(2)

Applikazzjonijiet li jinvolvu l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-Unjoni.

(3)

L-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni ġew ivvalutati għall-konformità tagħhom mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2).

(4)

Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu stabbiliti fil-limiti stipulati mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista' tingħata din il-kontribuzzjoni.

(5)

Sabiex ikun inkoraġġit l-investiment fl-azzjonijiet ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2010 (3), li ħabbret li se jingħataw prijorità u rati ogħla ta’ kontribuzzjoni lill-proġetti meħtieġa mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (4), u minħabba l-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-awtomatizzazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, is-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, l-apparat elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (ERS) u s-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), kif ukoll it-traċċabilità u l-kontroll tal-qawwa tal-magna għandhom jibbenefikaw minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(6)

Sabiex jiġu inkoraġġiti l-investimenti fil-prijoritajiet definiti mill-Kummissjoni u minħabba l-limitazzjonijiet baġitarji, ġew rrifjutati l-applikazzjonijiet kollha mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal proġetti relatati mat-taħriġ, mal-inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tal-PKS kif ukoll max-xiri u l-immodernizzar ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru għar-rondi tas-sajd.

(7)

Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri bbażati fuq satellita (5).

(8)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, l-apparat elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-'3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (6).

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li jagħmlu l-Istati Membri fl-2011 fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (PKS), kif imsemmija fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2015. Il-ħlasijiet li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data tal-għeluq mhux se jkunu eliġibbli għal rimborż. L-approprjazzjonijiet baġitarji marbuta ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016.

Artikolu 3

Teknoloġiji u netwerks ġodda tal-IT

1.   In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, fuq l-istabbiliment ta’ teknoloġiji u netwerks ġodda tal-IT sabiex jippermettu l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti u sikura tad-dejta b'rabta mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

2.   Kwalunkwe nefqa oħra li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-anness.

Artikolu 4

Apparat ta’ lokalizzazzjoni awtomatiku

1.   In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u t-twaħħil ta’ apparat abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ apparat ta’ pożizzjonar awtomatiku li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru għall-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz limitat għal EUR 2 500 għal kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, l-apparat tal-pożizzjonar awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

Artikolu 5

Sistemi elettroniċi tar-reġistrazzjoni u r-rapportar

In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness III, fuq l-iżvilupp, ix-xiri, l-assistenza teknika u l-installazzjoni ta’ komponenti neċessarji għas-sistemi elettroniċi tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar (ERS), sabiex jippermettu l-iskambju effiċjenti u sikur ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 6

Apparat elettroniku tar-reġistrazzjoni u r-rapportar

1.   In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, fuq ix-xiri u t-twaħħil ta’ apparat ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b'mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz b'limitu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, l-apparat ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.

4.   Fil-każ ta’ apparat li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz b'limitu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.

Artikolu 7

Proġetti pilota

In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni massima totali mill-Unjoni għal kull Stat Membru

In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima Komunitarja għal kull Stat Membru huma kif ġej:

(EUR)

Stat Membru

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

1 362 000

212 000

190 800

Il-Bulgarija

79 251

53 686

48 318

Ċipru

555 000

130 000

105 000

Id-Danimarka

8 657 750

5 057 415

4 546 308

Il-Ġermanja

2 967 500

1 771 500

1 575 950

L-Estonja

459 584

448 280

400 140

L-Irlanda

55 448 000

3 405 000

2 824 500

Il-Greċja

7 150 000

4 100 000

3 690 000

Spanja

1 351 154

890 751

801 675

Franza

7 145 920

6 591 920

4 906 008

L-Italja

25 012 000

5 590 000

3 367 000

Il-Latvja

140 885

140 885

126 796

Il-Litwanja

360 966

149 887

134 899

Matla

159 693

97 885

86 497

Il-Pajjiżi l-Baxxi

932 500

632 500

569 250

Il-Polonja

381 565

338 686

304 817

Il-Portugall

5 661 152

1 758 079

1 582 271

Ir-Rumanija

597 000

136 000

94 000

Is-Slovenja

597 800

591 400

531 900

Il-Finlandja

2 470 000

2 055 000

1 729 500

L-Isvezja

6 574 335

3 847 033

3 284 814

Ir-Renju Unit

8 119 733

4 916 541

4 327 317

Total

136 183 788

42 914 447

35 227 760

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(3)  Ares(2010) 905537, 6.12.2010.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(6)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI U NETWERKS ĠODDA TAL-IT

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

BE/11/02

20 000

20 000

18 000

BE/11/03

40 000

40 000

36 000

BE/11/06

1 150 000

0

0

Sub-Total

1 210 000

60 000

54 000

Il-Bulgarija

BG/11/01

15 339

15 339

13 805

BG/11/04

15 339

15 339

13 805

BG/11/05

23 008

23 008

20 708

Sub-Total

53 686

53 686

48 318

Ċipru

CY/11/01

100 000

100 000

90 000

CY/11/02

4 000

0

0

CY/11/03

10 000

0

0

CY/11/06

10 000

10 000

5 000

CY/11/08

55 000

0

0

Sub-Total

179 000

110 000

95 000

Id-Danimarka

DK/11/01

804 894

804 894

724 405

DK/11/02

1 556 128

1 556 128

1 400 515

DK/11/03

335 372

335 372

301 835

DK/11/04

201 223

201 223

181 101

DK/11/05

134 149

134 149

120 734

DK/11/06

469 522

469 522

422 569

DK/11/08

1 341 489

1 341 489

1 207 341

DK/11/09

134 149

134 149

120 734

DK/11/12

13 414

13 414

6 707

Sub-Total

4 990 340

4 990 340

4 485 941

Il-Ġermanja

DE/11/02

14 000

14 000

12 600

DE/11/10

6 000

6 000

3 000

DE/11/11

40 000

40 000

20 000

DE/11/13

20 000

20 000

18 000

DE/11/24

50 000

0

0

DE/11/25

50 000

50 000

45 000

DE/11/26

100 000

100 000

90 000

DE/11/27

50 000

50 000

45 000

DE/11/28

95 500

95 500

85 950

DE/11/29

101 000

101 000

90 900

DE/11/30

200 000

170 000

153 000

DE/11/16

10 000

0

0

Sub-Total

736 500

646 500

563 450

L-Estonja

EE/11/02

8 280

8 280

4 140

EE/11/03

350 000

350 000

315 000

Sub-Total

358 280

358 280

319 140

L-Irlanda

IE/11/02

218 000

0

0

IE/11/03

60 000

60 000

54 000

IE/11/04

30 000

30 000

27 000

IE/11/05

400 000

400 000

360 000

IE/11/10

400 000

400 000

200 000

IE/11/11

1 000 000

1 000 000

900 000

IE/11/12

225 000

225 000

202 500

IE/11/15

100 000

0

0

Sub-Total

2 433 000

2 115 000

1 743 500

Il-Greċja

EL/11/05

750 000

750 000

675 000

EL/11/01

2 300 000

2 300 000

2 070 000

Sub-Total

3 050 000

3 050 000

2 745 000

Spanja

ES/11/09

250 070

250 070

225 063

ES/11/01

237 931

237 931

214 138

ES/11/04

5 400

0

0

ES/11/05

1 300

0

0

ES/11/06

106 687

106 687

96 018

Sub-Total

601 388

594 688

535 219

Franza

FR/11/04

532 000

532 000

478 800

FR/11/10

19 800

19 800

9 900

FR/11/12

761 120

761 120

685 008

FR/11/11

2 220 000

2 220 000

1 110 000

Sub-Total

3 532 920

3 532 920

2 283 708

L-Italja

IT/11/04

375 000

375 000

337 500

IT/11/03

325 000

325 000

292 500

IT/11/02

300 000

300 000

270 000

IT/11/05

190 000

190 000

171 000

IT/11/07

7 000 000

0

0

IT/11/08

120 000

0

0

IT/11/11

260 000

260 000

130 000

IT/11/12

100 000

0

0

IT/11/13

150 000

0

0

IT/11/01

3 900 000

3 900 000

1 950 000

Sub-Total

12 720 000

5 350 000

3 151 000

Il-Litwanja

LT/11/04

18 000

18 000

16 200

LT/11/05

41 887

41 887

37 698

LT/11/01

30 000

30 000

27 000

Sub-Total

89 887

89 887

80 898

Malta

MT/11/01

93 885

93 885

84 497

MT/11/04

4 000

4 000

2 000

Sub-Total

97 885

97 885

86 497

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/11/01

345 000

345 000

310 500

NL/11/02

300 000

0

0

NL/11/03

235 000

235 000

211 500

Sub-Total

880 000

580 000

522 000

Il-Polonja

PL/11/01

338 686

338 686

304 817

Sub-Total

338 686

338 686

304 817

Il-Portugall

PT/11/02

1 093 579

1 093 579

984 221

PT/11/06

150 000

150 000

135 000

PT/11/11

81 500

0

0

PT/11/12 01

12 196

0

0

PT/11/12 02

406

0

0

PT/11/14

125 000

125 000

112 500

PT/11/15

105 000

0

0

PT/11/16

1 500 000

0

0

PT/11/17

200 000

0

0

PT/11/18

108 000

80 500

72 450

PT/11/20

98 000

98 000

88 200

Sub-Total

3 473 681

1 547 079

1 392 371

Ir-Rumanija

RO/11/04

120 000

0

0

RO/11/05

26 000

26 000

13 000

RO/11/07

30 000

30 000

15 000

RO/11/08

15 000

15 000

7 500

RO/11/09

50 000

50 000

45 000

Sub-Total

241 000

121 000

80 500

Is-Slovenja

SI/11/02

150 000

150 000

135 000

SI/11/05

40 000

40 000

36 000

SI/11/06

900

900

450

SI/11/07

15 000

15 000

13 500

SI/11/08

10 500

10 500

9 450

SI/11/09

400

0

0

SI/11/10

15 000

15 000

13 500

Sub-Total

231 800

231 400

207 900

Il-Finlandja

FI/11/01

1 500 000

1 500 000

1 350 000

FI/11/06

300 000

300 000

150 000

FI/11/07

130 000

0

0

FI/11/08

170 000

0

0

Sub-Total

2 100 000

1 800 000

1 500 000

L-Isvezja

SE/11/01

852 275

852 275

767 048

SE/11/04

535 764

0

0

SE/11/07

277 368

277 368

249 631

SE/11/09

221 894

221 894

199 705

SE/11/10

332 841

332 841

299 557

SE/11/06

221 894

221 894

199 705

SE/11/11

110 947

0

0

SE/11/12

554 736

554 736

499 262

SE/11/13

554 736

554 736

499 262

Sub-Total

3 662 455

3 015 745

2 714 170

Ir-Renju Unit

UK/11/06

8 139

0

0

UK/11/07

1 163

0

0

UK/11/09

52 325

52 325

47 093

UK/11/34

3 488

3 488

1 744

UK/11/35

4 390

4 390

2 195

UK/11/36

3 488

3 488

1 744

UK/11/37

9 564

0

0

UK/11/38

4 535

0

0

UK/11/43

401 163

401 163

361 047

UK/11/44

668 605

668 605

601 744

UK/11/48

156 977

156 977

141 279

UK/11/49

3 488

0

0

UK/11/50

5 215

0

0

UK/11/55

418 605

418 605

376 744

UK/11/63

1 727

0

0

UK/11/65

11 703

0

0

UK/11/64

5 227

0

0

Sub-Total

1 759 802

1 709 041

1 533 590

Total

42 740 311

30 392 137

24 447 019


ANNESS II

APPARAT TA’ LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKU

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/11/04

437 500

0

0

DE//11/07

67 000

50 000

45 000

DE/11/15

48 000

40 000

36 000

Sub-Total

552 500

90 000

81 000

L-Estonja

EE/11/01

101 304

90 000

81 000

Sub-Total

101 304

90 000

81 000

L-Irlanda

IE/11/06

200 000

200 000

180 000

Sub-Total

200 000

200 000

180 000

Il-Greċja

EL/11/06

400 000

0

0

EL/11/02

2 100 000

1 050 000

945 000

Sub-Total

2 500 000

1 050 000

945 000

Spanja

ES/11/02

356 600

0

0

Sub-Total

356 600

0

0

Franza

FR/11/01

1 730 000

1 730 000

1 557 000

Sub-Total

1 730 000

1 730 000

1 557 000

L-Italja

IT/11/06

240 000

240 000

216 000

Sub-Total

240 000

240 000

216 000

Il-Litwanja

LT/11/03

164 198

0

0

Sub-Total

164 198

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/11/04

52 500

52 500

47 250

Sub-Total

52 500

52 500

47 250

Is-Slovenja

SI/11/03

30 000

30 000

27 000

Sub-Total

30 000

30 000

27 000

Il-Finlandja

FI/11/02

120 000

75 000

67 500

Sub-Total

120 000

75 000

67 500

L-Isvezja

SE/11/03

429 920

387 500

348 750

Sub-Total

429 920

387 500

348 750

Ir-Renju Unit

UK/11/04

17 441

15 000

13 500

UK/11/40

797 674

490 000

441 000

UK/11/45

166 860

102 500

92 250

UK/11/52

366 279

225 000

202 500

Sub-Total

1 348 255

832 500

749 250

Total

7 825 278

4 777 500

4 299 750


ANNESS III

SISTEMI ELETTRONIĊI TAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPORTAR

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

BE/11/01

100 000

100 000

90 000

BE/11/04

32 000

32 000

28 800

BE/11/05

20 000

20 000

18 000

Sub-Total

152 000

152 000

136 800

Id-Danimarka

DK/11/07

67 074

67 074

60 367

Sub-Total

67 074

67 074

60 367

Il-Ġermanja

DE/11/18

5 000

0

0

DE/11/20

50 000

50 000

45 000

DE/11/21

370 000

370 000

333 000

DE/11/22

13 500

0

0

Sub-Total

438 500

420 000

378 000

L-Irlanda

IE/11/07

200 000

200 000

180 000

IE/11/13

450 000

450 000

405 000

Sub-Total

650 000

650 000

585 000

Spanja

ES/11/07

296 063

296 063

266 457

Sub-Total

296 063

296 063

266 457

Il-Latvja

LV/11/01

140 885

140 885

126 796

Sub-Total

140 885

140 885

126 796

Il-Litwanja

LT/11/02

79 574

60 000

54 000

Sub-Total

79 574

60 000

54 000

Is-Slovenja

SI/11/01

330 000

330 000

297 000

Sub-Total

330 000

330 000

297 000

Total

2 154 096

2 116 022

1 904 420


ANNESS IV

APPARAT ELETTRONIKU TAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPORTAR

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/11/05

135 000

135 000

121 500

DE/11/06

417 000

375 000

337 500

DE/11/14

105 000

105 000

94 500

Sub-Total

657 000

615 000

553 500

L-Irlanda

IE/11/08

600 000

240 000

216 000

Sub-Total

600 000

240 000

216 000

Franza

FR/11/02

1 002 000

1 002 000

901 800

Sub-Total

1 002 000

1 002 000

901 800

Il-Portugall

PT/11/05

211 000

211 000

189 900

Sub-Total

211 000

211 000

189 900

Ir-Rumanija

RO/11/03

100 000

15 000

13 500

Sub-Total

100 000

15 000

13 500

Il-Finlandja

FI/11/04

180 000

180 000

162 000

Sub-Total

180 000

180 000

162 000

Ir-Renju Unit

UK/11/05

26 744

26 744

24 070

UK/11/08

53 489

53 489

48 139

UK/11/39

364 535

364 535

328 081

UK/11/41

455 814

455 814

410 233

UK/11/42

534 884

534 884

481 396

UK/11/46

27 907

27 907

25 116

UK/11/47

37 209

37 209

33 489

UK/11/53

213 953

213 953

192 558

UK/11/54

427 907

427 907

385 116

Sub-Total

2 142 442

2 142 442

1 928 198

Total

4 892 442

4 405 442

3 964 898


ANNESS V

PROĠETTI PILOTA

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Ċipru

CY/11/04

20 000

20 000

10 000

Sub-Total

20 000

20 000

10 000

L-Irlanda

IE/11/01

200 000

200 000

100 000

Sub-Total

200 000

200 000

100 000

Franza

FR/11/05

227 000

227 000

113 500

FR/11/06

148 000

0

0

FR/11/07

100 000

100 000

50 000

FR/11/09

208 000

0

0

FR/11/08

150 000

0

0

Sub-Total

833 000

327 000

163 500

Il-Portugall

PT/11/04

89 500

0

0

Sub-Total

89 500

0

0

L-Isvezja

SE/11/05

221 895

221 895

110 947

SE/11/08

221 894

221 894

110 947

Sub-Total

443 789

443 789

221 894

Ir-Renju Unit

UK/11/51

232 558

232 558

116 279

Sub-Total

232 558

232 558

116 279

Total

1 818 847

1 223 347

611 673