ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.244.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
16 ta' Settembru 2010


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

41

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 59/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 399/2008 tal-5 ta’ Mejju 2008 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għal ċertu ikel ipproċessat ta’ annimali domestiċi (2) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2008 tal- 21 ta’ Mejju 2008 li jemenda l-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ipproċessar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib definiti bħala materjal tal-Kategorija 3 (3) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 523/2008 tal-11 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Annessi VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti ta’ demm għall-manifattura ta’ prodotti tekniċi (4) għandu jiġi inserit fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2008 tal-4 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ta’ saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (5) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/48/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar ir-regoli sanitarji u ta’ ċertifikazzjoni ta’ tranżizzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn ċerti pajjiżi terzi (6) għandha tiġi inserita fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Islanda b’perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żee Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (7).

(8)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32008 R 0399: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 399/2008 tal-5 ta’ Mejju 2008 (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 12),

32008 R 0437: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2008 tal-21 ta’ Mejju 2008 (ĠU L 132, 22.5.2008, p. 7),

32008 R 0523: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 523/2008 tal-11 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 23),

32008 R 0777: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2008 tal-4 ta’ Awwissu 2008 (ĠU L 207, 5.8.2008, p. 9).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32008 D 0048: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/48/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 11 15.1.2008, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nru 399/2008, (KE) Nru 437/2008, (KE) Nru 523/2008 u (KE) Nru 777/2008 u d-Deċiżjoni 2008/48/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 118, 6.5.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 132, 22.5.2008, p. 7.

(4)  ĠU L 153, 12.6.2008, p. 23.

(5)  ĠU L 207, 5.8.2008, p. 9.

(6)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 17.

(7)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2010 tat-30 ta’ April 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 tal-4 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-numri u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/47/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-Istati Uniti tal-Amerika fuq il-karawett u prodotti li ġejjin minnhom għal dik li hija preżenza ta’ aflatossini (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (6) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 13 (Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Parti 7.1 tal-Kapitolu I u f’punt 41 (Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta’ Kapitolu II:

“—

32008 R 0202: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 tal-4 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 49 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) tal-Parti 7.2 tal-Kapitolu I:

“50.

32008 D 0486: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 li taħtar nofs il-Membri tal-Bord tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (OJ L 165, 26.6.2008, p. 8).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inseriti wara l-punt 45 (Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/478/KE tad-19 ta’ Ġunju 2006) tal-Kapitolu II:

“46.

32008 D 0486: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 165, 26.6.2008, p. 8).

47.

32009 R 0669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54zzzc (Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32008 R 0202: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 tal-4 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).”

2.

Il-punti li ġejjin se jiġu inseriti wara l-punt 54zzzzl (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009):

“54zzzzm.

32008 D 0047: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/47/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-Istati Uniti tal-Amerika fuq il-karawett u prodotti li ġejjin minnhom għal dik li hija preżenza ta’ aflatossini (ĠU L 11, 15.1.2008, p. 12).

54zzzzn.

32008 D 0486: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 165, 26.6.2008, p. 8).

54zzzzo.

32009 R 0669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 202/2008 u (KE) Nru 669/2009 u d-Deċiżjonijiet 2008/47/KE u 2008/486/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 9.

(3)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17.

(4)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.

(5)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 12.

(6)  ĠU L 165, 26.6.2008, p. 8.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 61/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2010 tat-30 ta’ April 2010.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi għal dimethoate, ethephon, fenamiphos, fenarimol, methamidophos, metomil, omethoate, oxydemeton-methyl, procymidone, thiodicarb u vinclozolin fi jew fuq ċerti prodotti (2), kif ikkoreġut minn ĠU L 307, 21.11.2009, p. 9, għandu jiġi inkorporat f’dan il-Ftehim.

(4)

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/163/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tan-neotame (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32009 R 1097: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 301, 17.11.2009, p. 6), kif korrett permezz tal-ĠU L 307, 21.11.2009, p. 9.”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54z (il-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 94/35/KE):

“—

32009 L 0163: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/163/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 344, 23.12.2009, p. 37).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 1097: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 301, 17.11.2009, p. 6), kif korrett permezz tal-ĠU L 307, 21.11.2009, p. 9.”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1097/2009, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 307, 21.11.2009, p. 9, u d-Direttiva 2009/163/UE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 9.

(2)  ĠU L 301, 17.11.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 37.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 62/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2009 tal-24 ta’ April 2009 (1).

(2)

Direttiva 2009/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li għandha x’taqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti (Verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Direttiva 2009/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti (Verżjoni kodifikata) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Direttiva 2009/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti (Verżjoni kodifikata) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/62/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/79/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE (6) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva 2009/80/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/29/KEE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 45i (id-Direttiva tal-Kunsill 93/29/KEE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32009 L 0080: Id-Direttiva 2009/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 202, 4.8.2009, p. 16).”

2.

It-test tal-punt 45 l (id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32009 L 0079: Direttiva 2009/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 29).”

3.

It-test tal-punt 45q (id-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32009 L 0062: Direttiva 2009/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li għandha x’taqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti (Verżjoni kodifikata) (OJ L 198, 30.7.2009, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/62/KE, 2009/79/KE u 2009/80/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 20.

(2)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 20.

(3)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 29.

(4)  ĠU L 202, 4.8.2009, p. 16.

(5)  ĠU L 311, 14.12.1993, p. 83.

(6)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28.

(7)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim’”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (verżjoni kodifikata) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/63/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE (5) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(6)

Id-Direttiva 2009/66/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE (6) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE (7) qiegħda temenda d-Direttiva 75/321/KEE iżda ġiet inkorporata fil-Ftehim bħala punt separat. Peress li d-Direttiva 75/321/KEE għandha titħassar, id-Direttiva 98/38/KE għandha għalhekk titħassar ukoll skont il-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva 2009/76/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE (8) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(9)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE (9) qiegħda temenda d-Direttiva 77/311/KEE iżda ġiet inkorporata fil-Ftehim bħala punt separat. Peress li d-Direttiva 77/311/KEE għandha titħassar, id-Direttiva 98/39/KE għandha għalhekk titħassar ukoll skont il-Ftehim.

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE), 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE), 24 (Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE) u 25 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE) għandu jitħassar.

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inseriti wara l-punt 31 (id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“32.

32009 L 0063: Id-Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23).

33.

32009 L 0066: Id-Direttiva 2009/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 11).

34.

32009 L 0076: Id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/63/KE, 2009/66/KE u 2009/76/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23.

(3)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 18.

(5)  ĠU L 84, 28.3.1974, p. 25.

(6)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 24.

(7)  ĠU L 170, 16.6.1998, p. 13.

(8)  ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1.

(9)  ĠU L 170, 16.6.1998, p. 15.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/84/KE tat-28 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi s-sulfuryl fluoride bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/85/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi l-kumatetralil bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/86/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi l-fenpropimorf bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/87/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l- bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/88/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l- bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n- bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/91/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-etraborat tad-disodju, bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/92/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l- bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/93/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-alphachloralose bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/94/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċtu boriku bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/95/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aluminium phosphide bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/96/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-ottaborat tad-disodju tetraidrat bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(14)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/98/KE tal-4 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-ossidu boriku bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(15)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/99/KE tal-4 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-chlorophacinone bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32009 L 0084: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/84/KE tat-28 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 67),

32009 L 0085: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/85/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 28),

32009 L 0086: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/86/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 31),

32009 L 0087: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/87/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 35),

32009 L 0088: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/88/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 15),

32009 L 0089: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19),

32009 L 0091: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/91/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 39),

32009 L 0092: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/92/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 43),

32009 L 0093: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/93/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 46),

32009 L 0094: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/94/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 50),

32009 L 0095: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/95/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 54),

32009 L 0096: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/96/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 58),

32009 L 0098: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/98/KE tal-4 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 58),

32009 L 0099: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/99/KE tad-4 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 62).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/84/KE, 2009/85/KE, 2009/86/KE, 2009/87/KE, 2009/88/KE, 2009/89/KE, 2009/91/KE, 2009/92/KE, 2009/93/KE, 2009/94/KE, 2009/95/KE, 2009/96/KE, 2009/98/KE u 2009/99/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 14.

(2)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 67.

(3)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 28.

(4)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 31.

(5)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 35.

(6)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 15.

(7)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19.

(8)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 39.

(9)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 43.

(10)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 46.

(11)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 50.

(12)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 54.

(13)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 58.

(14)  ĠU L 203, 5.8.2009, p. 58.

(15)  ĠU L 203, 5.8.2009, p. 62.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/150/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-flocoumafen bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/151/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-tolylfluanid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li jmiss għandu jiżdied mal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32009 L 0150: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/150/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 75),

32009 L 0151: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/151/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 78).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/150/KE u 2009/151/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 14.

(2)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 75.

(3)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 78.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 551/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi V u VI tiegħu (deroga għas-surfactants) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/428/KE tal-4 ta’ Ġunju 2009 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika għall-applikazzjoni taċ-comb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/443/KE tal-10 ta’ Ġunju 2009 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjonijiet taċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 12q (id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 D 0428: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/428/KE tal-4 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 32),

32009 D 0443: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/443/KE tal-10 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 148, 11.6.2009, p. 27).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 12u (ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0551: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 551/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 551/2009 u tad-Deċiżjonijiet 2009/428/KE u 2009/443/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 14.

(2)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 139, 5.6.2009, p. 32.

(4)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 27.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2009 tal-14 ta’ April 2009 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament ta’ skart li fih pollutanti organiċi persistenti f’proċessi ta’ produzzjoni termali u metallurġiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f’punt 12w (Regolament (KE) nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32009 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2009 tal-14 ta’ April 2009 (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 33),”

Artikolu 2

It-testi tad-Regolament (KE) Nru 304/2009, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 14.

(2)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 33.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (2).

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/26/KE tas-6 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/53/KE tal-10 ta’ Lulju 2001 li tememda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (4) u d-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri (5) ġew inkorporati fl-Anness XIII tal-Ftehim iżda għandhom ikunu inkorporati wkoll fl-Anness II,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32001 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/53/KE tad-10 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 204, tat-28.7.2001, p. 1),

32002 L 0084: Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53),

32009 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/26/KE tas-6 ta’ April 2009 (ĠU L 113, 6.5.2009, p. 1).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56d (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“—

32009 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/26/KE tas-6 ta’ April 2009 (ĠU L 113, 6.5.2009, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2009/26/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 31.

(2)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 113, 6.5.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 204, 28.7.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal-tagħmir tal-uffiċċju (verżjoni mfassla mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkluża fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li hu inkluż fil-Ftehim u għalhekk għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 18 (ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE):

“30.

32008 R 0106: Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju (verżjoni mfassla mill-ġdid) (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kull referenza għall-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju għandha titqies li tinkludi referenza għall-iskambju ta’ ittri bejn l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti (EPA) u l-Ministeru għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija fin-Norveġja, il-Ministeru tal-Industrija fl-Islanda u l-Uffiċċju tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Liechtenstein, ħlief fl-Artikoli 11 u 14 fejn ir-referenza għal ta’ qabel tibqa.

(b)

Fl-Artikolu 4(5), il-kliem ‘il-Komunità u pajjiżi terzi’ għandha tinqara ‘il-Komunità jew Stati tal-EFTA, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, minn naħa l-oħra,’. Il-kliem ‘ittestjat mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri’ għandha tinqara ‘ittestjat mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri jew mill-Istati tal-EFTA, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom,’.

(c)

Fl-Artikolu 12(3), l-ewwel sentenza, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘Stati tal-EFTA u l-Kummissjoni, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom’.

(d)

L-Artikolu 13 ma għandux jgħodd.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 34.

(2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/959/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali b’rabta mal-attivitajiet ta’ trasport bit-triq (2) għandha tiġi inkoporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

“kif emendat permezz ta’:

32009 D 0959: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/959/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 80).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/959/UE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 80.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 37d (id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“kif emendat permezz ta’:

32009 L 0131: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 273, 17.10.2009, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/131/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 273, 17.10.2009, p. 12.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(3)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 21.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/126/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/46/KE tal-24 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/56/KE tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkoreġi d-Direttiva 2008/126/KE li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, fir-rigward tad-data tat-traspożizzjoni (4) tagħha għandha tkunu inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (5) għandha tkunu inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/100/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE (6), li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jinżdiedu fil-punt 47a (id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32008 L 0126: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/126/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 32, 31.1.2009, p. 1), kif ikkoreġuta minn:

32009 L 0056: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/56/KE tat-12 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 150, 13.6.2009, p. 5).

32009 L 0046: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/46/KE tal-24 ta’ April 2009 (ĠU L 109, 30.4.2009, p. 14).”

2.

It-test tal-punt 48 (id-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/135/KEE) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

32009 L 0100: Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2008/126/KE, 2009/46/KE, 2009/56/KE u 2009/100/KE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 32, 31.1.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 109, 30.4.2009, p. 14.

(4)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 5.

(5)  ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8.

(6)  ĠU L 21, 29.1.1976, p. 10.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 56p (Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32008 R 0536: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 156, 14.6.2008, p. 10).”

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56p (Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“56pa.

32008 R 0536: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament (ĠU L 156, 14.6.2008, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 536/2008 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 156, 14.6.2008, p. 10.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (3), b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 66h (Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“kif emendat permezz ta:

32010 R 0018: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 (ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 18/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(3)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.

(4)  ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 75/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (3), b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66hb (Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“66hc.

32010 R 0072: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha jidħlu fis-seħħ l-aħħar fost id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 72/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(3)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.

(4)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 76/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi r-regoli implimentattivi għaċ-ċertifikazzjoni li l-ajruplani huma ta’ kundizzjoni tajba għat-titjir u għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-ajruplani u l-prodotti, il-partijiet u l-apparati relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u l-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni (2), kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 58, 9.3.2010, p. 23, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66p (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“—

32009 R 1194: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5), kif ikkoreġut bil-ĠU L 336, 18.12.2009, p. 58 u bil-ĠU L 58, 9.3.2010, p. 23.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1194/2009, kif ikkoreġut bil-ĠU L 336, 18.12.2009, p. 58 u bil-ĠU L 58, 9.3.2010, p. 23, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 77/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIV tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiki miftiehma (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim, skada fil-31 ta’ Mejju 2010 u għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999) tal-Anness XIV mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:

32010 R 0330: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskop tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-Artikolu 6:

‘Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ b’rakkomandazzjoni tiddikjara li, fejn sistemi paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fl-Istati tal-EFTA, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ftehim vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dak is-suq.

Rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun indirizzata lill-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun informata dwar il-ħruġ ta’ tali rakkomandazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati tal-EFTA kollha indirizzati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jekk jaċċettawx ir-rakkomandazzjoni. Jekk it-terminu perentorju ta’ tliet xhur jiskadi mingħajr risposta, dan għandu jinftiehem bħala aċċettazzjoni min-naħa tal-Istat tal-EFTA li ma jkunx irrisponda fil-ħin.

Jekk Stat tal-EFTA indirizzat bir-rakkomandazzjoni jew jaċċetta r-rakkomandazzjoni jew ma jirrispondix fil-ħin, jiġi impost fuqu obbligu legali skont il-Ftehim sabiex tkun implimentata r-rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tagħha.

Jekk fi żmien it-terminu perentorju, Stat tal-EFTA indirizzat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li huwa ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’din ir-risposta. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx taqbel mal-pożizzjoni tal-Istat tal-EFTA in kwestjoni, l-Artikolu 92(2) tal-Ftehim għandu japplika.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

Fejn sistemi paralleli ta’ restrizzjonijet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fit-territorju tal-Ftehim taż-ŻEE, iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jkunu jistgħu jibdew kooperazzjoni bl-iskop li jaddottaw miżuri separati. Jekk iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jiftiehmu dwar suq rilevanti u dwar kemm ikun f’loku li tkun addottata miżura skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha taddotta regolament indirizzat lill-Istati Membri tal-UE u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA rakkomandazzjoni ta’ sustanza korrispondenti għall-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni.’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 330/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Din għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 20.

(2)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

B’kunsiderazzjoni għall-inkorporazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-Ajru Uniku Ewropew fil-Ftehim, u għar-rwol ewlieni tal-proġett SESAR fl-iżvilupp ġejjieni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fi ħdan dak il-qasam, u bil-għan tal-parteċipazzjoni mill-Istati EFTA fil-finanzjament pubbliku tal-proġett permezz tas-7 programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, huwa xieraq li tiġi inkoraġġita koperazzjoni adattata bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim fi kwistjonijiet li huma koperti mill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (2), sabiex il-partijiet interessati mill-Istati tal-EFTA jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-proġett SESAR.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara paragrafu 8a fl-Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp tekniku) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

“8b.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni xierqa bejn l-organizzazzjonijiet, l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kompetenti fit-territorji rispettivi tagħhom, sabiex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati mill-Istati tal-EFTA fuq bażi ugwali ma’ dawk mill-Istati Membri tal-UE fil-proġett SESAR, inklużi attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR f’konformità mar-Regolament bażiku tagħha (*).

L-Istati EFTA jipparteċipaw bis-sħiħ, bl-eċċezzjoni tad-dritt għal vot, fil-kumitat tal-KE dwar l-Ajru Uniku Ewropew li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-ġestjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (**).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 65.

(2)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(**)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 79/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

B’kunsiderazzjoni għall-inkorporazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-Ajru Uniku Ewropew fil-Ftehim, u għar-rwol ewlieni tal-proġett SESAR fl-iżvilupp ġejjieni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fi ħdan dak il-qasam, u bil-għan tal-parteċipazzjoni mill-Istati tal-EFTA fil-finanzjament pubbliku tal-proġett permezz tas-7 programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, huwa xieraq li tiġi inkoraġġita kooperazzjoni adattata bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim fi kwistjonijiet li huma koperti mill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR u inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ impriża konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (2), sabiex il-partijiet interessati mill-Istati tal-EFTA jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-proġett SESAR.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiddaħħal fl-ewwel nota tal-qiegħ ta’ paragrafu 8b ta’ Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp tekniku) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32008 R 1361: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak li fih issir l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*), jew fil-jum li fih tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 65.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)  Ara paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1)

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim għandha tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi din l-estensjoni tal-kooperazzjoni li se tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 39.

(2)  ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 80/2010

L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta’ dejta) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu 1 il-kliem “paragrafu 5(a)” u “paragrafu 5(b)” għandhom jiġu sostitwiti b’ “paragrafu 6(a)” u “paragrafu 6(b)”.

(b)

Is-sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2010, jipparteċipaw fil-proġetti u l-attivitajiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 6(c), sakemm dawn il-proġetti u attivitajiet jappoġġjaw kooperazzjoni oħra tal-Partijiet Kontraenti.”

(c)

Fit-tieni paragrafu l-kliem “paragrafu 5” għandu jiġi sostitwit b’ “paragrafu 6”.

(d)

Fit-tielet paragrafu l-kliem “paragrafu 5(a)” għandu jiġi sostitwit b’ “paragrafu 6(a)”.

(e)

Fir-raba’ paragrafu l-kliem “paragrafu 5(b)” għandu jiġi sostitwit b’ “paragrafu 6(b)”.

(f)

Il-paragrafu 5 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala paragrafu 6.

(g)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 4:

“5.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 6(c), mingħajr id-dritt ta’ vot, fil-partijiet relevanti taż-ŻEE tal-Kumitat dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-Kumitat ISA), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta’ dak il-programm, f’dak li jirrigwarda partijiet tal-programm dwar il-proġett releventi taż-ŻEE.”

(h)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-paragrafu 6:

“(c)

bil-ħsieb ta’ parteċipazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2010:

32009 D 0922: Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20).”