ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.130.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 130

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
28 ta' Mejju 2009


Werrej

 

IV   Atti oħrajn

Paġna

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2009 tas-17 ta' Marzu 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet vetinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistika) al-Ftehim taż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

36

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 21/2009

tas-17 ta' Marzu 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 499/2004 tas-17 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2003 dwar il-limitu ta' żmien u l-mudell għar-rapportaġġ fis-settur tal-bovini (jew tal-ifrat) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistri (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/2005 tas-27 ta' April 2005 li jawtorizza sistema ta’ identifikazzjoni speċifika għall-annimali bovini miżmuma għal għanijiet kulturali u storiċi f'postijiet approvati kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/764/KE tat-22 t'Ottubru 2004 dwar estensjoni tal-perjodu massimu stabbilit għall-applikazzjoni tal-imsielet tal-widnejn lil ċerti annimali bovini li jinżammu fir-riżervi naturali tal-Olanda (7), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar estensjoni tal-perjodu massimu biex jitwaħħlu l-lametti tal-widnejn fuq ċerti annimali bovini (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/132/KE tat-13 ta' Frar 2006 li tirrikonoxxi il-karattru kompletament operazzjonali tad- database Taljana dwar l-annimali bovini (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (10) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1792/2006 (11) huma diġa inkorporati fil-Ftehim, iżda għandhom jiżdiedu bħala atti ta' emenda lir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u r-Regolament (KE) Nru 911/2004 rispettivament.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (12), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/97 (13), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 911/2004 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2629/97 (14), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni 2006/28/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/589/KE (15) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2628/97 (16) li hu inkorporat fil-Ftehim skada u konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(16)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness I.

(17)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000, Nru 1082/2003, Nru 499/2004, Nru 911/2004, Nru 644/2005 u d-Deċiżjonijiet 2004/764/KE, 2006/28/KE u 2006/132/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta' Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE li hemm miegħu.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 98.

(2)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 9.

(4)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 24.

(5)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 65.

(6)  ĠU L 107, 28.4.2005, p. 18. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 341.

(7)  ĠU L 339, 16.11.2004, p. 9.

(8)  ĠU L 19, 24.1.2006, p. 32. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 118M, 6.10.2007, p. 88.

(9)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 33. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 118M, 6.10.2007, p. 247.

(10)  ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 629.

(11)  ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 117, 7.5.1997, p. 1.

(13)  ĠU L 354, 30.12.1997, p. 23.

(14)  ĠU L 354, 30.12.1997, p. 19.

(15)  ĠU L 283, 21.10.1998, p. 19.

(16)  ĠU L 354, 30.12.1997, p. 17.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 7a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97) fil-Parti 1.1 għandu jitħassar.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2004) fil-Parti 1.1:

“7c.

32000 R 1760: ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1), kif emendat minn:

32006 R 1791: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).”

3.

It-testi tal-punti 70 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2628/97), 71 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2629/97) u 72 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/97) fil-Parti 1.2 għandhom jitħassru.

4.

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara il-punt 139 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE) fil-Parti 1.2:

“140.

32003 R 1082: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 9), kif emendat minn:

32004 R 0499: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 499/2004 tas-17 ta' Marzu 2004 (ĠU L 80, tat-18.3.2004, p. 24).

141.

32004 R 0911: ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 911/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistri (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 65), kif emendat minn:

32006 R 1792: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, dan li jmiss għandu jiżdied:

‘L-Iżlanda

IS

In-Norveġja

NO’

142.

32005 R 0644: Ir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 644/2005 Nru 644/2005 tas-27 ta' April 2005 li jawtorizza sistema ta’ identifikazzjoni speċifika għall-annimali bovini miżmuma għal għanijiet kulturali u storiċi f'postijiet approvati kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 107, 28.4.2005, p. 18).

143.

32006 D 0028: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar estensjoni tal-perjodu massimu biex jitwaħħlu l-lametti tal-widnejn fuq ċerti annimali bovini (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 32).”

5.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM JIKKUNSIDRAW” fil-Parti 1.2, it-test tal-punt 2 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/589/KE) għandu jitħassar:

6.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM JIKKUNSIDRAW” fil-Parti 1.2, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin wara l-punt 23 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/615/KE):

“24.

32004 D 0764: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/764/KE tat-22 ta’ Ottubru 2004 dwar estensjoni tal-perjodu massimu stabbilit għall-applikazzjoni tal-imsielet tal-widnejn lil ċerti annimali bovini li jinżammu fir-riżervi naturali tal-Olanda, (ĠU L 339, 16.11.2004, p. 9).

25.

32006 D 0132: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/132/KE tat-13 ta' Frar 2006 li tirrikonoxxi il-karattru kompletament operazzjonali tad-database Taljana dwar l-annimali bovini (ĠU L 52, 23.2.2006, p. 33).”


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 22/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn “il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/594/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE dwar ċertifikati veterinarji mudelli għall-kummerċ intra-Komunitarju tat-tjur u bajd għat-tfaqqis biex jitqiesu ċerti ħtiġijiet għas-saħħa pubblika (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/683/KE tat-18 ta’ Ottubru 2007 li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni tal-Ungerija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE tas-7 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-istituti Statali (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skont provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trażmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/870/KE tal-21 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-pjanigħall-2008 għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ dawn il-ħnieżer u ta’ ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni 2007/846/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim.

(8)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/594/KE, 2007/683/KE, 2007/729/KE, 2007/846/KE u 2007/870/KE, fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, fis-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 98.

(2)  ĠU L 227, 31.8.2007, p. 33.

(3)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 27.

(4)  ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26.

(5)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 72.

(6)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 105.

(7)  ĠU L 39, 9.2.2001, p. 39.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li jmiss għandu jiżdied mal-punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE), 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE), 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE), 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE) u 9b (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE) fil-Parti 3.1, punti 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KE) u 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1, punti 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) u 76 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE) fil-Parti 4.2 u fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KE) fil-Parti 8.1:

“—

32007 D 0729: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE tas-7 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).”

(2)

Fl-adattament (a) fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE) fil-Parti 3.1 u fl-adattament tat-test fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE) fil-Parti 3.1 il-kliem “In-Norveġja: Statens Veterinære Institut for Virusforskning, Lindholm, 4771 Kalvehave, Id-Danimarka” għandhom jinbidlu b’dan li jmiss:

“NO

National Veterinary Institute

PO Box 750 Sentrum

0106 Oslo

In-NORVEĠJA

Tel. +47 23216000

Faks +47 23216001”

(3)

Dan li jmiss għandu jiżdied fil-punt 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE) fil-Parti 3.1:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fil-punt A tal-Anness I, dan li jmiss għandu jiġi miżjud:

NO

National Veterinary Institute

PO Box 750 Sentrum

0106 Oslo

In-NORVEĠJA

Tel. +47 23216000

Faks +47 23216001”

(4)

Fl-adattament tat-test fil-punt 9b (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE) fil-parti 3.1 il-kliem “Norway Danmarks Veterinære Institut – Avdeling for Virologi, Lindholm, 4771 Kalvehave” għandhom jinbidlu b’dan li jmiss:

“NO

National Veterinary Institute

PO Box 750 Sentrum

0106 Oslo

In-NORVEĠJA

Tel. +47 23216000

Faks +47 23216001”

(5)

It-test tal-adattament (f) tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) fil-Parti 4.1 għandu jinbidel b’dan li jmiss:

“(f)

Fl-Anness D, Kapitolu II (A) (2), għandu jiżdied dan li jmiss dwar istituti uffiċjali:

NO

National Veterinary Institute

PO Box 750 Sentrum

0106 Oslo

In-NORVEĠJA

Tel. +47 23216000

Faks +47 23216001”

(6)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) fil-Parti 4.2:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattament li jmiss:

Fil-paragrafu 2(d) tal-Anness III, għandu jiżdied dan li jmiss:

NO

National Veterinary Institute

PO Box 750 Sentrum

0106 Oslo

In-NORVEĠJA

Tel. +47 23216000

Faks +47 23216001”

(7)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 76 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KEE) fil-Parti 4.2:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattament li jmiss:

Fl-Anness I għandu jiżdied dan li jmiss:

In-Norveġja

National Veterinary Institute

PO Box 750 Sentrum

0106 Oslo

In-NORVEĠJA

Tel. +47 23216000

Faks +47 23216001”

(8)

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM JIKKUNSIDRAW”, il-punti li jmiss għandhom jiddaħħalu wara l-punt 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/590/KE) fil-Parti 3.2:

“42.

32007 D 0683: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/683/KE tat-18 ta’ Ottubru 2007 li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni tal-Ungerija (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 27).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Iżlanda.

43.

32007 D 0870: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/870/KE tal-21 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-pjani għall-2008 għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ dawn il-ħnieżer u ta’ ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 105).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Iżlanda.”

(9)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 8.1:

“—

32007 D 0594: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/594/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 227, 31.8.2007, p. 33).”

(10)

Li ġej għandhu jiżdied fit-test tal-adattament fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1:

“(h)

Fl-Anness IV, il-kelma ‘Norveġja’ għandha tiddaħħal wara l-kelma ‘Finlandja’ fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 1, fin-nota Nru 4 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 2, fin-nota Nru 1 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 3, fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 4, fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 5, u fin-nota Nru 1 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 6”

(11)

Dan li jmiss għandu jiżdied fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 8.1:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamnet li ġej:

Fl-Anness IV, il-kelma ‘Norveġja’ għandha tiddaħħal wara l-kelma ‘Finlandja’ fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 1, fin-nota Nru 4 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 2, fin-nota Nru 1 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 3, fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 4, fin-nota Nru 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 5, u fin-nota Nru 1 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 6”

(12)

It-test tal-punt 61 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE) tal-Parti 4.2 għandu jitħassar.

(13)

Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-Punt 82 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005) fil-Parti 4.2:

“83.

32007 D 0846: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skont provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 72).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Iżlanda.”


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 23/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008 tat-30 ta’ April 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-astaxanthin dimethyldisuccinate bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1zzzzn (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008) fil-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

“1zzzzo.

32008 R 0393: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008 tat-30 ta’ April 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-astaxanthin dimethyldisuccinate bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 20)”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 393/2008 fil-lingwi Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 32.

(2)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 20.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 24/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” , u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tat-3-phytase (Natuphos) bħala addittiv tal-għalf (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 1380/2007 u (KE) Nru 165/2008 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi għal użu ta’ nutriment għall-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 2380/2001 u (KE) Nru 1289/2004 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet ta’ ċerti addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (Quantum Phytase) bħala addittiv fl-għalf (6), kif korrett mill-ĠU L 173, 3.7.2008, p. 31, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1k (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):

“—

32008 R 0552: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 552/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 3).”

(2)

Li ġej għandu jigi miżjud mal-punti 1y (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001) u 1zy (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004):

“ , kif emendat b’:

32008 R 0552: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 552/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 3).”

(3)

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzm (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005):

“—

32008 R 0516: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 516/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 151, 11.6.2008, p. 3).”

(4)

Li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 1zzzj (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 184/2007), 1zzzn (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 243/2007), 1zzzzd (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1142/2007), 1zzzze (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1380/2007) u 1zzzzk (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 165/2008):

“ , kif emendat b’:

32008 R 0516: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 516/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 151, 11.6.2008, p. 3).”

(5)

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzo (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008):

“1zzzzp.

32008 R 0505: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2008 tat-6 ta’ Ġunju 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 33).

1zzzzq.

32008 R 0554: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (Quantum Phytase) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 14), kif korrett mill-ĠU L 173, 3.7.2008, p. 31.”

(6)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3a (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98):

“3b.

32008 R 0429: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 429/2008, Nru 505/2008, Nru 516/2008, Nru 552/2008 u Nru 554/2008, kif korretti bil-ĠU L 173, 3.7.2008, p. 31 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE li hemm miegħu.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 32.

(2)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 33.

(4)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 158, 18.6.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 158, 18.6.2008, p. 14.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 25/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet vetinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b’mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta’ dawk il-landraces u varjetajiet (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/83/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistabilixxi l-miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom ikunu koperti bħala minimu permezz tal-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix (3) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/462/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 li teħles lill-Bulgarija, lis-Slovakkja u lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ Galega orientalis Lam (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Il-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 15 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE) fit-Taqsima 1;

“—

32008 L 0083: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/83/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 55).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jigi inserit wara l-punt 51 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/853/KE) fit-Taqsima 2;

“52.

32008 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b’mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta’ dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).”

3.

Taħt l-intestatura ATTI LI SE JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI EFTA U MILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 77 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/321/KE):

“78.

32008 D 0462: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/462/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 li teħles lill-Bulgarija, lis-Slovakkja u lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ Galega orientalis Lam (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 33).”

L-Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2008/62/KE u 2008/83/KE u d-Deċiżjoni 2008/462/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-18 ta’ Marzu 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103 (1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 19.

(2)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13.

(3)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 55.

(4)  ĠU L 160, 19.6.2008, p. 33.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 26/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2009 tat-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (Riformolat) (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 345/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 94/92 (4), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitoli XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-ewwel inċiż (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru94/92), l-inċiż 17 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/97), l-inċiż 20 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1367/98), l-inċiż 26 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2000), l-inċiż 29 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2589/2001), l-inċiż 30 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2000), l-inċiż 31 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1616/2000), l-inċiż 32 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2426/2000), l-inċiż 33 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2001), l-inċiż 36 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2002), l-inċiż 37 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2382/2002), l-inċiż 39 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2003), l-inċiż 41 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2144/2003), u l-inċiż 57 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2006) ta’ punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) għandhom jiġu mħassra.

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91):

“—

32008 R 0123: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3).”

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzw (Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE):

“54zzzx.

32008 R 0345: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas- 17 ta’ April 2008 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (Riformolat) (ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 123/2008 u 345/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE li hemm miegħu.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 38.

(2)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8.

(4)  ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 27/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2008 tal-24 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 372/2007 li jistipula limiti ta’ migrazzjoni transizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f’għotjien intiżi biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (Verżjoni kodifikata) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/478/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti tal-ikel (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/103/KE tal-4 ta’ Frar 2008 dwar programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ mill-Komunità għall-2008 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta’ monitoraġġ għall-2009 (5) għandha tkun inkoporata fil-Ftehim.

(6)

Direttiva 2008/60/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE (6) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Ir-raba’ inċiż (Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE) tal-punt 16 (Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE) u t-test tal-punt 46a (Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE) għandhom jiġu mħassra.

(2)

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 54v (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE):

“—

32008 D 0478: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/478/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 42).”

(3)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzr (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2007):

“ , kif emendat b’:

32008 R 0597: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2008 tal-24 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 12).”

(4)

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzzx (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008):

“54zzzy.

32008 L 0060: Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17).”

(5)

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 64 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE):

“65.

32008 H 0103: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/103/KE tal-4 ta’ Frar 2008 dwar programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ mill-Komunità għall-2008 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta’ monitoraġġ għall-2009 (ĠU L 36, 9.2.2008, p. 7).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 597/2008 u tad-Direttiva 2008/60/KE, Deċiżjoni 2008/478/KE u Rakkomandazzjoni 2008/103/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 38.

(2)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17.

(4)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 42.

(5)  ĠU L 36, 9.2.2008, p. 7.

(6)  ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 28/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/15/KE tal-15 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-clothianidin bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/16/KE tal-15 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-etofenprox bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li jmiss għandu jiżdied mal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/15/KE tal-15 ta’ Frar 2008 (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 45),

32008 L 0016: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/16/KE tal-15 ta’ Frar 2008 (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2008/15/KE u 2008/16/KE fil-lingwa Iżlandiza u dik Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 22.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 45.

(3)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 48.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/14/KE tal-15 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-għan tal-adattament tal-Anness III tagħha għall-progress tekniku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 L 0014: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/14/KE tal-15 ta’ Frar 2008 (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/14/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 45.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 43.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inklużi wara l-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim:

“9ba.

32007 R 1494: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25).

9bb.

32007 R 1497: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4).

9bc.

32007 R 1516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).”.

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inklużi wara l-punt 21aq (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“21aqa.

32007 R 1494: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25).

21aqb.

32007 R 1497: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4).

21aqc.

32007 R 1516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1494/2007, 1497/2007 u 1516/2007 bl-ilsien Iżlandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 42.

(2)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 57.

(3)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4.

(5)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 31/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 5czb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE) tal-Anness XI mal-Ftehim:

“5czc.

32008 D 0294: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/294/KE fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 105.

(2)  ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ trasport bit-triq u b’passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89 (3), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 12 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89) tal-Anness XIII tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32008 R 1100: Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ trasport bit-triq u b’passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1100/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

(2)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63.

(3)  ĠU L 390, 30.12.1989, p. 18.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 33/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftheim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li jmiss għandu jiżdied fil-punti 37 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE) u 41b (id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftheim:

“—

32007 L 0058: Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/58/KE bl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

(2)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37af (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37ag.

32008 D 0284: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/284/KE fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

F’isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

(2)  ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2008 tat-8 ta’ Settembru 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1962/2006 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftheim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 875/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 (3), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafi dwar il-ftehimiet tranżitorji għall-Bulgarija fil-punti 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92) u 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jitħassru.

2.

Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92:

“64aa.

32008 R 0875: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2008 tat-8 ta’ Settembru 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1962/2006 (GU L 240, 9.9.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 875/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

(2)  ĠU L 240, 9.9.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 408, 30.12.2006, p. 8. Edizzjoni Speċjali Bil-Malti ĠU L 327M, 5.12.2008, p. 812.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li temenda d-Direttiva 2004/40/KE dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (It-tmintax-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (2) għadha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII għall-Ftehim:

“—

32008 L 0046: Id-Direttiva 2008/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 88).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/46/KE fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 31.

(2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 88.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 37/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistika) al-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1062/2008 tat-28 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u rapporti dwar il-kwalità (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kodifikata) (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 (4), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 hu verżjoni kodifikata tar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90 u għalhekk għandhom jinżammu l-adattamenti attwali taż-ŻEE għal dawn tal-aħħar.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18v (ir-Regolament KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“18va.

32008 R 1062: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1062/2008 tat-28 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u rapporti dwar il-kwalità (ĠU L 285, 29.10.2008, p. 3).”

(2)

It-test tal-punt 17 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1588/90) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32008 R 1101: Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 2:

‘(k)

il-persunal tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-EFTA: l-istaff tas-Segretarjat tal-EFTA li qed jaħdem fil-bini tal-Eurostat.’;

(b)

fit-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1), it-terminu ‘Eurostat’ għandu jinbidel bi ‘Eurostat u tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-EFTA’;

(ċ)

Is-sottoparagarfu li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 5(2):

‘Dejta statistika kunfidenzjali li tiġi trażmessa lill-Eurostat permezz tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-EFTA għandha tkun aċċessibbli wkoll għall-persunal ta’ dan l-Uffiċċju’;

(d)

Fl-Artikolu 6, it-terminu ‘Eurostat’ għandu, għal dawn l-għanijiet, jinqara li jinkludi l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-EFTA.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1062/2008 u (KE, Euratom) Nru 1101/2008 fl-ilsien Iżlandiz u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 40.

(2)  ĠU L 285, 29.10.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70.

(4)  ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 38/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta’ bilanċ tal-pagamenti (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi inċiż fil-punt 19sa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2006) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“19sb.

32008 R 1055: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta’ bilanċ tal-pagamenti (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1055/2008 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 40.

(2)  ĠU L 283, 28.10.2008, p. 3.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/473/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika statutorji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/162/KE) tal-Anness XXII tal-Ftehim:

‘16.

32008 H 0473: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/473/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika statutorji (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 39).’

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2008/473/KE bl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 59.

(2)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 39.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 39/2009 li tinkorpora r-Rakkomandazzjoni 2008/473/KE fil-Ftehim

“Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/473/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika statutorji tittratta mar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika. L-inkorporazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn “il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2008 tal-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni 2008/C 111/01 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (2),

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-paragrafu 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“8.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom ifittxu li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-atti tal-Komunità li ġejjin:

32008 H 0506(01): Ir-Rakkomandazzjoni 2008/C 111/01 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 38.

(2)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.