ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
6ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2/2009 tal-5 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3/2009 tal-5 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2009

3

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/1/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tagħti d-deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500-2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8302)

6

 

 

2009/2/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar l-inklużjoni ta’ Sqallija fil-lista tar-reġjuni Taljani li huma ħielsa mill-marda vesikulari tal-ħnieżer (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8344)  ( 1 )

8

 

 

2009/3/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 li twaqqaf riservi Komunitarji ta’ vaċċini kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel

9

 

 

2009/4/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516)  ( 1 )

11

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1285/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 ( ĠU L 347 tat-23 ta’ Diċembru 2008 )

18

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2/2009

tal-5 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fis-6 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

55,5

TR

99,0

ZZ

77,3

0707 00 05

JO

167,2

TR

128,5

ZZ

147,9

0709 90 70

MA

72,4

TR

87,4

ZZ

79,9

0805 10 20

BR

44,6

CL

44,1

MA

68,3

TR

76,5

ZA

65,1

ZZ

59,7

0805 20 10

MA

66,2

ZZ

66,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,4

IL

58,8

TR

63,3

ZZ

58,8

0805 50 10

MA

59,6

TR

54,8

ZZ

57,2

0808 10 80

CN

81,9

US

108,0

ZZ

95,0

0808 20 50

CN

88,9

US

102,0

ZZ

95,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3/2009

tal-5 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1347/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1347/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-6 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 81.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-6 ta’ Jannar 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

34,04

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

19,22

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

19,22

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

34,04


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

2.1.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

176,48

117,05

Prezz FOB USA

217,05

207,05

187,05

115,93

Tariffa fuq il-Golf

13,70

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

28,08

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

9,20  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

7,03  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li tagħti d-deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8302)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2009/1/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE l-Istati Membri għandhom jallokaw u sussegwentement iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, skont parametri speċifiċi, sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Membri huma obbligati li jallokaw u sussegwentament iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz, skont id-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE, sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Diċembru 2008.

(3)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE jistipula li, permezz ta’ deroga, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi ta’ tranżizzjoni li jistgħu jinkludu arranġamenti ta’ qsim tal-ispettri tar-radju, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

(4)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija għarrfet lill-Kummissjoni li, peress li bħalissa din il-medda hija okkupata fuq bażi esklussiva minn tagħmir mobbli tal-komunikazzjoni elettronika li jintuża għal bżonnijiet tas-sigurtà nazzjonali, ma tistax timplimenta r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE fil-ħin.

(5)

Għalhekk, permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Ottubru 2008, ir-Repubblika tal-Bulgarija talbet li hija tingħata deroga temporanja minn dawn ir-rekwiżiti biex tkun tista’ tkompli tuża dan it-tagħmir sakemm tistabbilixxi sistema mobbli ġdida ta’ komunikazzjoni bir-radju għas-sigurtà nazzjonali li tuża medda ta’ frekwenzi differenti.

(6)

It-tul taż-żmien tad-deroga għandu jvarja skont ir-reġjun. Għar-reġjuni ta’ Vidin, Montana, Vratsa, Lovech, Pleven, Gabrovo, Veliko Tarnovo, Russe, Turgovishte, Razgrad, Shumen, Silistra, Dobrich u Varna (jiġifieri, għat-Tramuntana tal-Bulgarija), id-deroga għandha tiġi estiża sa tmiem is-sena 2009. Għaż-żoni ta’ madwar il-belt ta’ Triavna u għal Blagoevgrad, Pazardjik, Plovdiv, Smolyan, Kurdzhaly, Haskovo, Stara Zagora, Sliven, Yambol, Burgas, il-Belt ta’ Sofia u r-Reġjun ta’ Sofia (jiġifieri, għan-Nofsinhar tal-Bulgarija), id-deroga għandha tiġi estiża sa tmiem is-sena 2010, filwaqt li l-Bulgarija għandha tipprova twettaq l-obbligi tagħha fil-Belt ta’ Sofia u fir-Reġjun ta’ Sofia sas-sena 2009.

(7)

Il-Bulgarija ġġustifikat it-talba tagħha għal deroga b’mod suffiċjenti billi ċċarat, partikolarment, il-ħtieġa li jiġu allokati frekwenzi oħra xierqa għall-utenti attwali tal-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz, l-importanza li l-frekwenzi ta’ konnessjoni kollha tal-istess reġjun jiġu mibdula fl-istess ħin u l-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi finanzjarji biex jinxtara tagħmir mobbli ġdid ta’ komunikazzjoni għas-sigurtà pubblika. Rapport dwar il-progress f’dan il-bdil ta’ frekwenzi u t-twettiq tal-impenji għandu jgħin biex waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni kollox jimxi b’mod xieraq.

(8)

Il-membri tal-Kumitat tal-Ispektrum tar-Radju indikaw, fil-laqgħa tal-Kumitat tat-2 ta’ Ottubru 2008, li huma ma joġġezzjonawx għal deroga tranżizzjonali.

(9)

Il-limitazzjoni mitluba la għandha tiddiferixxi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE u lanqas toħloq differenzi għalxejn f’materji ta’ kompetittività jew ta’ regolamenti bejn l-Istati Membri. It-talba hija ġġustifikata u deroga tranżizzjonali għandha tkun xierqa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Wara li ressqet it-talba tagħha fit-22 ta’ Ottubru 2008, ir-Repubblika tal-Bulgarija hija b’dan awtorizzata li tipposponi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE fit-Tramuntana tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2009 u fin-Nofsinhar tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2010, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ din id-deċiżjoni,

It-Tramuntana tal-Bulgarija tfisser ir-reġjuni amministrattivi ta’ Vidin, Montana, Vratsa, Lovech, Pleven, Gabrovo, Veliko Tarnovo, Russe, Turgovishte, Razgrad, Shumen, Silistra, Dobrich u Varna;

In-Nofsinhar tal-Bulgarija tfisser iż-żoni ta’ madwar il-belt ta’ Triavna, ir-Reġjun ta’ Sofia, il-Belt ta’ Sofia, kif ukoll ir-reġjuni amministrattivi ta’ Blagoevgrad, Pazardjik, Plovdiv, Smolyan, Kurdzhaly, Haskovo, Stara Zagora, Sliven, Yambol u Burgas.

Artikolu 3

Sas-16 ta’ Jannar 2010, il-Bulgarija għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE fit-Tramuntana tal-Bulgarija, l-Belt ta’ Sofia u r-Reġjun ta’ Sofia u sas-16 ta’ Jannar 2011 għandha tissottometti rapport li jkopri t-territorju tagħha kollu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar l-inklużjoni ta’ Sqallija fil-lista tar-reġjuni Taljani li huma ħielsa mill-marda vesikulari tal-ħnieżer

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8344)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/2/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti u annimali ħajjin bl-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2005 dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja (2) ġiet adottata bi tweġiba għall-preżenza ta’ din il-marda fl-Italja. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda vesikulari tal-ħnieżer għar-reġjuni ta’ dan l-Istat Membru li huma rrikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda u għal dawk ir-reġjuni li għad m’għandhomx dan ir-rikonoxximent. Dawn ir-reġjuni huma elenkati fl-Annessi mad-Deċiżjoni 2005/779/KE.

(2)

Għal ħafna snin ġie implimentat fl-Italja programm ta’ monitoraġġ tal-marda vesikulari tal-ħnieżer u għall-qerda tagħha, bl-għan li r-reġjuni tal-Italja kollha jiksbu stat ta’ ħelsien minn din il-marda.

(3)

L-Italja ssottomettiet l-informazzjoni lill-Kummissjoni għar-rigward tal-istat ħieles mill-marda vesikulari tal-ħnieżer li turi li din il-marda nqerdet minn dan ir-reġjun. Wara l-eżami ta’ din l-informazzjoni u fuq konsiderazzjoni tar-riżultati pożittivi li ħarġu mill-implimentazzjoni fl-Italja tal-programmi annwali tal-monitoraġġ u l-qerda tal-marda, huwa xieraq li Sqallija tkun rikonoxxuta bħala ħielsa mill-marda vesikulari tal-ħnieżer.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2005/779/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/779/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness I tiddaħħal din ir-reġistrazzjoni li ġejja wara r-reġistrazzjoni ta’ Sardenja:

“—

Sqallija”

(2)

Fl-Anness II ir-reġistrazzjoni ta’ Sqallija hi mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 293, 9.11.2005, p. 28.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li twaqqaf riservi Komunitarji ta’ vaċċini kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel

(2009/3/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(2) u 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi miżuri u regoli ta’ kontroll biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha;

Billi:

(1)

Il-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS) hija marda tal-antropodi fl-ekwidi prinċipalment fir-reġjuni tal-Afrika ’l isfel mid-deżert tas-Saħara. Kultant il-marda nxterdet ’il barra mill-Afrika ’l bogħod sal-Indja iżda wkoll fit-tramuntana tal-Afrika u fil-Penisola Iberjana, u bejn dawn tal-aħħar. Il-marda hija kkawżata mill-Orbivirus li huwa simili tal-virus li jikkawża d-deni katarrali tan-nagħaġ (bluetongue). Madankollu, għad-differenza tad-deni katarrali fin-nagħaġ u l-merħliet, l-AHS huwa kważi dejjem fatali għaż-żwiemel.

(2)

Disa’ serotipi tal-virus AHS li huma distinti antiġenikament kienu identifikati permezz tan-newtralizzazzjoni tal-virus iżda xi reazzjoni kienet osservata bejn is-serotipi 1 u 2, 3 u 7, 5 u 8, 6 u 9, li huma wżati fil-manifattura tal-vaċċin.

(3)

Il-persistenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus tad-deni katarrali tan-nagħaġ f’ċerti Stati Membri hija prova suffiċjenti tal-preżenza kważi kontinwa ta’ fatturi kompetenti fiż-żoni affettwati. Il-virus AHS u l-virus tad-deni katarrali huma trażmessi bl-istess fattur Culicoides u għaldaqstant ir-riskju tal-introduzzjoni tal-virus fl-Istati Membri huwa ogħla min-negliġibbli. Il-partijiet tal-Komunità li huma affettwati mid-deni katarrali huma wkoll ambjent ta’ tnissil għal popolazzjoniijet importanti ta’ żwiemel u huma għalhekk b’mod partikolari f’riskju ta’ AHS.

(4)

L-użu tal-vaċċini minn kmieni fil-każ ta’ tifqigħa tal-AHS huwa stipulat fl-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE. Skont l-Artikolu 9(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tieħu d-deċiżjoni li jsir tilqim sistematiku tal-ekwidi kontra l-AHS, iżda fil-preżent l-ebda vaċċin kontra l-AHS ma huwa prodott mill-industrija farmaċewtika bbażata fl-Istati Membri jew inkella reġistrat fl-Ewropa minn manifattur internazzjonali.

(5)

Permezz ta’ sostenn sostanzjali mill-Komunità lil Spanja, il-Portugall u wara anke lill-Marokk, it-tifqigħa tal-1987-1991 f’dik l-ekosistema kien trażżan għal kollox, u mill-1993 l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma konformi mal-kundizzjonijiet għal pajjiż ħieles mill-AHS skont il-kriterji mwaqqfa mill-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(6)

Il-Kapitolu 12.1 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (“il-Kodiċi”) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (3) jistabbilixxi, inter alia, l-istandards għall-moviment tal-ekwidi vaċċinati jew seropożittivi u jistipula linji gwida li jridu jkunu osservati sabiex jinżamm jew ikun irkuprat l-istat ta’ migħajr il-marda wara tifqigħa.

(7)

Fl-assenza ta’ monografija speċifika dwar il-vaċċini kontra l-AHS fil-Farmakopija Ewropea, id-deskrizzjoni fil-Kapitolu 2.5.1 tal-Manwal tat-Testijiet ta’ Dijanjosi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri (4) tal-vaċċin prodott minn Onderstepoort Biological Products Ltd (OBP) fl-Afrika t’Isfel huwa l-uniku standard disponibbli u dak awtentiku għall-vaċċini ħajja ta’ mitigazzjoni kontra l-AHS.

(8)

Fid-dawl tal-esperjenza bil-vaċċinazzjoni kontra d-deni katarrali fl-Istati Membri, għall-fini ta’ prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ serotipi mhux identifikati f’ekosistema, huwa neċessarju li titwaqqaf kapaċità li tista’ tipprovdi sostenn fil-każ ta’ emerġenza ta’ vaċċini monovalenti li fihom biss is-serotip diġà prevalenti jew li qed ikun ta’ theddida fir-reġjun. L-OBP għandha t-tekonoloġija biex tipproduċi vaċċini ħajja attenwati monovalenti adekwati minn seba’ serotipi inklużi fil-vaċċini ħajja attenwati tri- u tetravalenti prodotti b’rutina għal użu sussegwenti kkumbinat f’kundizzjonijiet endemiċi li huma effettivi kontra d-disa’ serotipi tal-virus tal-AHS.

(9)

L-OBOP huwa l-uniku kuntrattur potenzjali bil-kapaċitajiet neċessarji biex jipprovdi vaċċini effettivi kontra l-AHS li huma konformi ma’ standards internazzjonali aċċettati, fil-kuntest tal-Artikolu 123(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(10)

Il-Manwal tal-OIE jindika perjodu estiż ta’ stabilità meta l-vaċċin lijofilizzat ikun miżmum fit-temperatura bejn 4-8 °C; madankollu l-garanzija kummerċjali tal-validità tal-prodott hija ta’ sentejn. Id-deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-ħażna ta’ vaċċini għandha għalhekk tittieħed fi żmien propens qabel l-iskadenza tal-garanzija tal-prodott fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-possibilità ta’ żviluppi ta’ vaċċini ġodda.

(11)

Fuq il-bażi tal-esperjenza b’riservi ta’ vaċċini Komunitarji oħra u bil-kunsiderazzjoni li, fil-każ tal-AHS, kors primarju komplet jikkonsisti minn amministrazzjoni primarja tal-vaċċin segwita minn doża sekondarja tal-vaċċin, numru totali ta’ 100 000 doża ta’ kull waħda mis-seba’ serotipi attenwati għandu jkun biżżejjed bħala l-ewwel rispons għal xi emerġenza.

(12)

Għall-protezzjoni tal-ekwidi suxxettibbli huwa għalhekk xieraq li jkunu stabbiliti riservi Komunitarji ta’ vaċċini kontra l-AHS u li dawn ikunu disponibbli għall-użu f’emerġenza fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi ġirien epidemjoloġikament relevanti li għalihom l-AHS huwa ta’ riskju partikolari.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Għall-użu f’ermerġenza l-Komunità għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għax-xiri ta’ 100 000 doża ta’ vaċċini ħajja attenwati monovalenti lijofilizzati, inkluż it-taħlit neċessarju, kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel għal kull wieħed mis-serotipi 1, 2, 3, 4, 6, 7 u 8.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-provvista u l-ħażna tat-total ta’ 700 000 doża ta’ vaċċini lijofilizzati u t-trasbord kemm jista’ jkun malajar tal-vaċċini msemmija lejn post fl-Unjoni Ewropea, jew f’xi pajjiż tal-madwar dirett li huwa epidemjoloġikament relevanti, kif speċifikat f’każ ta’ emerġenza mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

L-ispiża massima għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun sa EUR 500 000 għal perjodu ta’ sentejn.

Artikolu 3

Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 1 u 2 il-Kummissjoni għandha tikkonkludi kuntratt ta’ provvista għall-2009 u l-2010 mal-Onderstepoort Biological Products Ltd (OBP) tal-Afrika t’Isfel dwar:

il-provvista u l-ħażna tal-vaċċini deskritti fl-Artikolu 1(1);

il-tqassim tal-vaċċini flimkien mat-taħlit kif deskritti fl-Artikolu 1(2); kif ukoll

id-dettalji dwar ir-rimi adekwat tal-vaċċini skaduti.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

(3)  http://www.oie.int/eng/normes/mcode/en_chapitre_1.12.1.htm

(4)  http://www.oie.int/eng/normes/mmanual/2008/pdf/2.05.01_AHS.pdf

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/4/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tikkompila l-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

(2)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tipprevedi li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jkunu kkunsidrati l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam.

(3)

Il-Botswana hija mniżżla f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u tqassmet f’territorji differenti primarjament skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawn it-territorji huma awtorizzati li jesportaw il-laħam frisk mingħajr għadam u maturat tal-annimali domestiċi bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż domestikati, u ta’ ċerti annimali mhux domestikati miżmuma fl-irziezet u slavaġ (“laħam frisk”) lejn il-Komunità.

(4)

Fl-20 ta’ Ottubru 2008 kienet issospettata tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’razzett fid-distrett ta’ Ghanzi li hu fiż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana. Din iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju fil-preżent hija awtorizzata li tesporta l-laħam frisk lejn il-Komunità. Malli kienet ikkonfermata t-tifqigħa, l-awtorità kompetenti fil-Botswana ssospendiet l-esportazzjoni tal-laħam frisk lejn il-Komunità.

(5)

Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-importazzjoni lejn il-Komunità tal-laħam frisk miż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju tal-Botswana m’għandhiex tibqa’ awtorizzata. Meta jitqies li l-awtorità kompetenti fil-Botswana pprovdiet biżżejjed garanziji dwar il-miżuri li ttieħdu biex it-tixrid tal-marda jiġi kkontrollat, u meta jitqies li l-inħawi affettwati huma kompletament mifrudin mill-bqija tal-pajjiż huwa xieraq li din ir-restrizzjoni tkun limitata biss għaż-żona tal-kontroll 12 tal-mard veterinarju.

(6)

Id-deskrizzjoni tat-territorju BR-1 tal-Brażil teskludi mit-territorji awtorizzati biex jesportaw laħam ta’ bovini frisk dissussat u maturat fil-Komunità żona msejħa ż-“żona ta’ sorveljanza għolja”. Din tikkonsisti f’medda ta’ 15 km tul il-fruntiera mal-Paragwaj li tkopri għadd ta’ muniċipalitajiet li jinkludu Caracol u Antônio João li ma kenux inklużi. Huwa għalhekk opportun li jkunu miżjuda dawn iż-żewġ muniċipalitajiet mad-deskrizzjoni taż-“żona ta’ sorveljanza għolja” fit-territorju BR-1.

(7)

Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.


ANNESS

“PARTI 1

Lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)

Pajjiż

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Data tal-għeluq (**)

Data tal-ftuħ (***)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Rio Negro (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa, li tissepara dal-post minn dawn il-pajjiżi

BOV

A

1

 

18 ta’ Marzu 2005

RUF

A

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

AR-2

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

1 ta’ Marzu 2002

AR-3

Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

BOV

RUF

A

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

AR-4

Parti minn Río Negro (minbarra: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2; f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2); Parti minn Neuquén (minbarra f’Confluencia, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17, u f’Picun Leufú, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17)

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

1 ta’ Awwissu 2008

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

BA – Il-Bożnja Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BH – Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

L-Istat ta’ Minas Gerais; L-Istat ta’ Espírito Santo; L-Istat ta’ Goiás; L-Istat ta’ Mato Grosso; L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul; L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japora’ u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário)

BOV

A u H

1

 

1 ta’ Diċembru 2008

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

31 ta’ Jannar 2008

BR-3

L-Istati ta’ Paraná u São Paulo

BOV

A u H

1

 

1 ta’ Awwissu 2008

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll 10, 11, 13 u 14 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

7 ta’ Marzu 2002

BW-3

Iż-żona ta’ kontrol 12 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

20 ta’ Ottubru 2008

 

BY – Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BZ – Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW,

G

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

*

 

 

 

 

CL – Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CO – Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

CR – Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CU – Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

DZ – L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

ET –L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

FK – Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

GT – Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

HN – Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

IL - L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

KE – Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MA – Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

ME – Il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (****)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

 

 

MU – Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

NC – Il-Kaledonja l-Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

 

 

NI – In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

PA – Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

PY – Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni

BOV

A

1

 

1 ta’ Awwissu 2008

RS – Is-Serbja (*****)

RS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

RU-1

Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets

RUF

 

 

 

 

SV- El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

SZ – Is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ ‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel, fil-Punent ta’ Nkalashane

BOV, RUF, RUW

F

1

 

 

SZ-2

Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tal-kontroll tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 tal-2001

BOV, RUF, RUW

F

1

 

4 ta’ Awwissu 2003

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

 

 

UA – L-Ukrajna

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

G

 

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BOV,

A

1

 

1 ta’ Novembru 2001

OVI

A

1

 

 

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu minbarra:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

d-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 


(*)  Bla preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(**)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data. Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data. (N.B.: l-ebda data fil-kolonna 7 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

(***)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

(****)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti dwar dan is-suġġett.

(*****)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

*

=

Ċertifikati skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (minbarra dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu).

1

=

Restrizzjonijiet tal-kategorija.

Il-ġewwieni mhuwiex awtorizzat (ħlief, fil-każ tal-ispeċi tal-bovini, id-dijaframma u l-muskoli masseteri).”


Corrigendum

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/18


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1285/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tat-23 ta’ Diċembru 2008 )

Il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/269/KE għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 2/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.