ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
20 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1223/2007 tad-19 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1224/2007 tad-19 ta’ Ottubru 2007 li jiddetermina l-koeffiċjent ta’ attribuzzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni għal ġobnijiet biex jiġu esportati għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-2008 fil-qafas ta’ ċerti kwoti tal-GATT

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/2007 tad-19 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Diċembru 2007 sad-29 ta' Frar 2008

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2007 tad-19 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/2007 tad-19 ta’ Ottubru 2007 li twaqqaf l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1229/2007 tad-19 ta’ Ottubru 2007 li jtemm l-investigazzjoni rigward evażjoni possibbli tal-miżuri kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

18

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/672/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ħatra ta' membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

22

 

 

2007/673/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Att tal-Kunsill li jadotta r-regoli applikabbli għall-fajls ta’ analiżi ta’ l-EUROPOL

23

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/674/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta’ April 2007 dwar l-għajnuna mill-istat N 575/04, implimentata minn Franza favur Ernault, kif ukoll il-miżura Ċ 32/05 (ex N 250/05) imsemmja fi proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1405)  ( 1 )

25

 

 

2007/675/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2007 dwar it-twaqqif tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin

29

 

 

Corrigendum

 

 

Rettifika fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 ( ĠU L 275, 19.10.2007 )

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1223/2007

tad-19 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

55,9

MK

27,8

TR

117,9

ZZ

67,2

0707 00 05

JO

151,2

MA

40,3

MK

48,1

TR

164,4

ZZ

101,0

0709 90 70

TR

120,2

ZZ

120,2

0805 50 10

AR

81,4

TR

89,1

UY

73,9

ZA

50,3

ZZ

73,7

0806 10 10

BR

246,8

TR

129,4

US

244,5

ZZ

206,9

0808 10 80

CA

101,5

CL

86,4

MK

33,9

NZ

80,8

US

96,6

ZA

81,7

ZZ

80,2

0808 20 50

CN

65,4

TR

123,1

ZA

84,6

ZZ

91,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1224/2007

tad-19 ta’ Ottubru 2007

li jiddetermina l-koeffiċjent ta’ attribuzzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni għal ġobnijiet biex jiġu esportati għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-2008 fil-qafas ta’ ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2007 (3) jiftaħ il-proċedura għall-attribuzzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għal ġobnijiet għall-esportazzjoni għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-2008 fil-qafas tal-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2008. Hemm lok għalhekk li l-koeffiċjenti ta’ l-attribuzzjoni jiġu ffissati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

(3)

Fid-dawl ta’ l-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1022/2007, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni ppreżentati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1022/2007 huma stabbiliti soġġett għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ attribuzzjoni li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(3)  ĠU L 230, 1.9.2007, p. 6.


ANNESS

Identifikazzjoni ta’ grupp skond in-noti addizzjonali li jidhru fil-Kapitolu 4 tan-nomenklatura tariffarja armonizzata ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantità disponibbli għall-2008

(t)

Koeffiċjent ta’ attribuzzjoni previst fl-Artikolu 1

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

16

Not specifically provided for (NSPF)

16-Tokyo

908,877

0,1698184

16-Uruguay

3 446,000

0,1102623

17

Blue Mould

17-Uruguay

350,000

0,0833333

18

Cheddar

18-Uruguay

1 050,000

0,2830189

20

Edam/Gouda

20-Uruguay

1 100,000

0,1283547

21

Italian type

21-Uruguay

2 025,000

0,0858779

22

Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation

22-Tokyo

393,006

0,3294250

22-Uruguay

380,000

0,3877551

25

Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation

25-Tokyo

4 003,172

0,4166784

25-Uruguay

2 420,000

0,4801587


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1225/2007

tad-19 ta’ Ottubru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Diċembru 2007 sad-29 ta' Frar 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' Ottubru 2007, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, u mill-Arġentina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Ottubru 2007, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 imsemmi, jistgħu jkunu sodisfatti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2007 u mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Ottubru 2007, għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Numru ta' l-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

50,233470  %

Importaturi ġodda

09.4099

1,360814  %

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

20,353575  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,658651  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

14,405889  %


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberly Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma, (1) kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1038/2007, (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jipprovdi għal lista ta’ l-awtoritajiet tal-Komunità li għandha tinżamm mill-Kummissjoni fl-Anness III;

(2)

Il-Bulgarija nnominat awtorità tal-Komunità u informat lill-Kummissjoni biha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li ġew ipprovduti biżżejjed provi li din l-awtorità tista’ taqdi l-kompiti tagħha stabbiliti mill-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 b’mod affidabbli, fil-ħin, effettiv u adegwat.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat nominat fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002,

(4)

L-Anness III għandu jiġi hekk emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.

(2)  ĠU L 238, 11.9.2007, p. 23.


ANNESS

“L-ANNESS III

Lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Dienst Vergunningen/Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Service Licence,

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. (32-3) 206 94 70

Fax (32-3) 206 94 90

E-mail: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:

The Diamond Office

Hovenierstraat 22

B-2018 Antwerpen

IL-BULGARIJA

Ministry of Finance

External Finance Directorate

102, G. Rakovski str.

Sofia, 1040

Bulgaria

Tel. (359-2) 98 59 24 01/98 59 24 10/98 59 24 15

Fax (359-2) 98 12 498

E-mail: extfin@minfin.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 38 59, cell (420-737) 213 793

Fax (420-2) 61 33 38 70

E-mail: diamond@cs.mfcr.cz

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta’ ċertifikati Komunitarji, jsiru biss fl-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraße 197

D-55743 Idar-Oberstein

Tel.: (49-6781) 56 27-0

Fax: (49-6781) 56 27-19

E-mail: poststelle@zabir.bfinv.de

Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-obbligi ta’ rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja għandha taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Oberfinanzdirektion Koblenz

Zoll- und Verbrauchsteuerabteilung

Vorort Außenwirtschaftsrecht

Postfach 10 07 64

D-67407 Neustadt/Weinstraße

Tel. (49-6321) 89 43 49

Fax (49-6321) 89 48 50

E-mail: diamond.cert@ofdko-nw.bfinv.de

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

Direcția Metale Prețioase și Pietre Prețioase

Strada Georges Clemenceau nr. 5, sectorul 1

București, România

Cod poștal 010295

Tel. (40-21) 3184635, 3129890, 3121275

Fax (40-21) 3184635, 3143462

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Global Business Group

Room W 3.111.B

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London SW1A 2AH

Tel. (44-207) 008 6903

Fax (44-207) 008 3905

E-mail: GDO@gtnet.gov.uk”


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1227/2007

tad-19 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri. L-imsemmi Regolament jirreferi, fl-Anness I tiegħu, għal 27 502 tunnellati qamħ komuni, miżmumin mill-aġenzija ta' intervent Ungeriża.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1539/2006 tat-13 ta’ Ottubru 2006 li jadotta pjan għall-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ l-Istati Membri li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2007, għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (3), jiddetermina fost oħrajn, il-kwantità, għal kull tip ta' prodott, li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet ta’ l-intervent, miżmuma mill-aġenziji ta’ l-intervent. Fost dawn il-kwantitajiet, jissemmew, fil-punt 9 ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1539/2006, fl-għamla ta' trasferimenti intra-Komunitarji awtorizzati, 96 712-il tunnellata qamħ komuni, miżmumin mill-aġenziji ta’ l-intervent Ungeriżi, biex jintbagħtu r-Rumanija. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (4), fl-Artikolu 3(2) it-tieni inċiż tiegħu, jipprovdi li l-kwantitajiet li ma jkunux ġew irtirati mill-ħażniet ta' intervent fit-30 ta' Settembru tas-sena tat-twettiq tal-pjan ma jibqgħux allokati lill-Istat Membru ddeżinjat. Fil-5 ta' Settembru 2007, l-awtoritajiet Rumeni għarrfu lis-servizzi tal-Kummissjoni li ma setgħux jirrispettaw l-iskadenza msemmija. B'konsegwenza ta' dan, u fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq tal-qamħ komuni, jeħtieġ li tiġi rkuprata din il-kwantità ta’ 96 712-il tunnellata qamħ komuni, u li tingħaqad mal-kwantità disponibbli għall-bejgħ fil-kuntest tas-sejħa miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 712/2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat f'dan is-sens.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 712/2007 għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1046/2007 (ĠU L 239, 12.9.2007, p. 65).

(3)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 937/2007 (ĠU L 206, 7.8.2007, p. 5).

(4)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1127/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 18).


ANNESS

“ANNESS I

LISTA TAS-SEJĦIET GĦALL-OFFERTI

Stat Membru

Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

(tunnellati)

Aġenzija ta’ intervent

Isem, indirizz u dettalji ta' kuntatt

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Segala

Belgique/België

0

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Bruxelles

Tel.: (32-2) 287 24 78

Feks: (32-2) 287 25 24

e-mail: webmaster@birb.be

websajt: www.birb.be

БЪЛГАРИЯ

State Fund Agriculture

136, Tzar Boris III Blvd.

1618, Sofia, Bulgaria

Tel.: (+359 2) 81 87 202

Feks: (+359 2) 81 87 267

e-mail: dfz@dfz.bg

websajt: www.mzgar.government.bg

Česká republika

0

0

Statní zemědělsky intervenční fond

Odbor rostlinných komodit

Ve Smečkách 33

CZ-110 00, Praha 1

Tel.: (420) 222 871 667 – 222 871 403

Feks: (420) 296 806 404

e-mail: dagmar.hejrovska@szif.cz

websajt: www.szif.cz

Danmark

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 København

Tel.: (45) 33 95 88 07

Feks: (45) 33 95 80 34

e-mail: mij@dffe.dk u pah@dffe.dk

websajt: www.dffe.dk

Deutschland

0

0

38 422

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Tel.: (49-228) 6845-3704

Feks: 1 (49-228) 6845-3985

Feks: 2 (49-228) 6845-3276

e-mail: pflanzlErzeugnisse@ble.de

websajt: www.ble.de

Eesti

Pŏllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt. 3, 51009 Tartu

Tel.: (372) 7371 200

Feks: (372) 7371 201

e-mail: pria@pria.ee

websajt: www.pria.ee

Eire/Ireland

Intervention Operations, OFI, Subsidies & Storage Division,

Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate, County Wexford

Tel.: 353 53 91 63400

Feks: 353 53 91 42843

websajt: www.agriculture.gov.ie

Εlláda

Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community Aids (O.P.E.K.E.P.E)

241, Acharnon str., GR-104 46 Athens

Tel.: (30-210) 212 47 87 & 47 54

Feks: (30-210) 212 47 91

e-mail: ax17u073@minagric.gr

websajt: www.opekepe.gr

España

S. Gral. Intervención de Mercados (FEGA)

C/Almagro 33 — 28010 Madrid — España

Tel.: (34-91) 3474765

Feks: (34-91) 3474838

e-mail: sgintervencion@fega.mapa.es

websajt: www.fega.es

France

0

13 218

Office national interprofessionnel des grandes cultures (ONIGC)

12, rue Henri-Roltanguy TSA 20002

F-93555 Montreuil-sous-Bois Cedex

Tel.: (33-1) 73 30 20 20

Feks: (33-1) 73 30 20 08

e-mail:

Catherine.LESCOUARC’H@onigc.fr;

Philippe.BONNARD@onigc.fr

websajt: www.onigc.fr

Italia

Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura — AGEA

Via Torino, 45, 00184 Roma

Tel.: (39) 0649499558

Feks: (39) 0649499761

e-mail: b.pennacchia@agea.gov.it

websajt: www.agea.gov.it

Κypros

 

Latvija

0

0

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2,

Rīga, LV–1981

Tel.: (371) 702 7893

Feks: (371) 702 7892

e-mail: lad@lad.gov.lv

websajt: www.lad.gov.lv

Lietuva

The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency

L. Stuokos-Gucevičiaus Str. 9–12,

Vilnius, Lithuania

Tel.: (370-5) 268 5049

Feks: (370-5) 268 5061

e-mail: info@litfood.lt

websajt: www.litfood.lt

Luxembourg

Office des licences

21, rue Philippe II

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Tel.: (352) 478 23 70

Feks: (352) 46 61 38

telex: 2 537 AGRIM LU

Magyarország

124 214

0

2 199 355

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út. 22–24

H-1095 Budapest

Tel.: (36) 1 219 45 76

Feks: (36) 1 219 89 05

e-mail: ertekesites@mvh.gov.hu

websajt: www.mvh.gov.hu

Malta

 

Nederland

Dienst Regelingen Roermond

Postbus 965, NL-6040 AZ Roermond

Tel.: (31) 475 355 486

Feks: (31) 475 318939

e-mail: p.a.c.m.van.de.lindeloof@minlnv.nl

websajt: www.minlnv.nl

Österreich

AMA (Agrarmarkt Austria)

Dresdnerstraße 70

A-1200 Wien

Tel.:

(43-1) 33151 258

(43-1) 33151 328

Feks:

(43-1) 33151 4624

(43-1) 33151 4469

e-mail: referat10@ama.gv.at

websajt: www.ama.at/intervention

Polska

0

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Produktów Roślinnych

Nowy Świat 6/12

PL-00-400 Warszawa

Tel.: (48) 22 661 78 10

Feks: (48) 22 661 78 26

e-mail: cereals-intervention@arr.gov.pl

websajt: www.arr.gov.pl

Portugal

Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (INGA)

R. Castilho, n.o 45-51,

1269-163 Lisboa

Tel.:

(351) 21 751 85 00

(351) 21 384 60 00

Feks:

(351) 21 384 61 70

e-mail:

inga@inga.min-agricultura.pt

edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

websajt: www.inga.min-agricultura.pt

România

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură

B-dul Carol I, nr. 17, sector 2

București 030161

România

Tel.: + 40 21 3054802, + 40 21 3054842

Feks: + 40 21 3054803

websajt: www.apia.org.ro

Slovenija

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160, 1000 Ljubjana

Tel.: (386) 1 580 76 52

Feks: (386) 1 478 92 00

e-mail: aktrp@gov.si

websajt: www.arsktrp.gov.si

Slovensko

Pôdohospodárska platobná agentúra

Oddelenie obilnín a škrobu

Dobrovičova 12

SK-815 26 Bratislava

Tel.: (421-2) 58 243 271

Feks: (421-2) 53 412 665

e-mail: jvargova@apa.sk

websajt: jvargova@apa.sk

Suomi/Finland

0

0

Maaseutuvirasto

PL 256

FI-00101 HELSINKI

Tel.: +358 (0)20 772 007

Feks: +358 (0)20 7725 506, +358 (0)20 7725 508

e-mail: markkinatukiosasto@mavi.fi

websajt: www.mavi.fi

Sverige

0

0

Statens Jordbruksverk

S-551 82 Jönköping

Tel.: (46) 36 15 50 00

Feks: (46) 36 19 05 46

e-mail: jordbruksverket@sjv.se

websajt: www.sjv.se

United Kingdom

Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle upon Tyne

NE4 7YH

Tel.: (44) 191 226 5882

Feks: (44) 191 226 5824

e-mail: cerealsintervention@rpa.gsi.gov.uk

websajt: www.rpa.gov.uk

Is-simbolu ‘—’ ifisser li ma hemm l-ebda ħażna ta' intervent għal dan iċ-ċereali f'dan l-Istat Membru.”


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1228/2007

tad-19 ta’ Ottubru 2007

li twaqqaf l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 23 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri eżistenti u investigazzjonijiet ta’ qabel

(1)

Wara proċeduri paralleli kontra d-dumping u kontra s-sussidji, il-Kunsill imposta, bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), miżuri ta’ kontrobilanċ definittivi ta’ 15,7 % għal Graphite India Limited, 7,0 % għal HEG Limited u 15,7 % għall-kumpaniji kollha l-oħra fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

2.   Talba

(2)

Fil-15 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-allegata evażjoni tal-miżuri ta’ kontrobilanċ imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafita (“AEKG”) f’isem il-produtturi tal-Komunità ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita.

(3)

It-talba kien fiha evidenza prima facie li turi li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ, dan wara l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, kif ġie muri b’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ta’ grafita artifiċjali mill-Indja (il-“prodott investigat”) filwaqt li importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (il-“prodott ikkonċernat”) naqsu sostanzjalment matul l-istess perjodu.

(4)

It-talba għall-investigazzjoni ta’ l-allegata evażjoni tad-dazji fis-seħħ argumentat li produttur esportatur wieħed tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja kien, wara l-impożizzjoni tad-dazji, qed jesporta l-prodott investigat lill-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità. Din il-kumpanija imbagħad kienet qed twettaq l-operazzjoni ta’ tkomplija fil-Komunità biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat mill-prodott investigat.

(5)

Ġie allegat li ma kienx hemm kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għal dawn il-bidliet għajr għall-eżistenza tal-miżuri ta’ kontrobilanċ fuq ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

(6)

Fl-aħħarnett, l-applikant allega li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri ta’ kontrobilanċ eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat kienu qed jiġu mxekkla f’termini ta’ kwantità u li l-prodott importat kien għandu qed jibbenefika mis-sussidju.

3.   Inizjazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 217/2007 (3) (ir-Regolament ta’ inizjazzjoni) dwar l-allegata evażjoni u, skond l-Artikoli 23(2) u 24(5) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, qalet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, li huma vireg tal-grafita artifiċjali ta’ dijametru ta’ 75 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (kodiċi TARIC 3801100010), sa mit-2 ta’ Marzu 2007.

4.   Investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet ta’ l-Indja dwar il-bidu ta’ l-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi fl-Indja kif ukoll lill-importaturi fil-Komunità li ssemmew fit-talba jew li l-Kummissjoni taf dwarhom mill-investigazzjoni ta’ qabel. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ inizjazzjoni.

(9)

Żewġ produtturi esportaturi fl-Indja bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Waslet ukoll tweġiba minn importatur fil-Komunità.

(10)

Il-Kummissjoni wettqet investigazzonijiet fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Graphite India Limited, Durgapur and Bangalore, l-Indja (GIL)

Graphite COVA GmbH, Rothenbach, il-Ġermanja (COVA)

5.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(11)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

B.   RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali/livell ta’ kooperazzjoni

(12)

Żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat ikkooperaw fl-investigazzjoni. It-tagħrif mogħti miż-żewġ kumpaniji jista’ jiġi rikonċiljat mad-data disponibbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott investigat biex juri li ż-żewġ kumpaniji, Graphite India Limited u HEG Limited, kienu l-uniċi esportaturi tal-prodott investigat lill-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

2.   Prodott ikkonċernat u prodott simili

(13)

Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μΩ.m jew anqas, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u protuberanzi użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010) kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw fl-Indja (il-prodott ikkonċernat).

(14)

Il-prodott investigat huwa vireg tal-grafita artifiċjali ta’ dijametru ta’ 75 mm jew aktar li joriġina fl-Indja, li normalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (kodiċi TARIC 3801100010) (il-prodott investigat). Il-prodott investigat huwa prodott intermedjarju fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat, u diġà jinkorpora l-karatteristiċi bażiċi ta’ dan il-prodott ta’ l-aħħar.

3.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(15)

Skond data ta’ l-Eurostat, importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 8545 11 00 u 8545 90 90 mill-Indja naqsu minn 11,866 MT fl-2004 għal 3,244 MT fl-2006. Matul l-istess żmien, importazzjonijiet taħt l-kodiċi NM 3801 10 00 żdiedu minn 1,348 MT fl-2004 għal 10,289 MT fl-2006.

(16)

Kif intqal fil-premessa 3 hawn fuq, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ ġiet allegata li bdiet mis-sostituzzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ elettrodu tal-grafita lesti għal vireg tal-grafita artifiċjali prodotti fl-Indja.

(17)

Madankollu, wara li saret spezzjoni tal-kumpanija relatata fil-Ġermanja, Graphite COVA, ħareġ ċar li l-parti ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja dikjarati bħala grafita artifiċjali kienu importazzjonijiet ta’ elettrodi maħduma mill-ġdid f’forma ta’ vireg tal-karbonju li kienu għadhom m’għaddewx mill-proċess ta’ grafitizzazzjoni. Dawn l-elettrodi maħduma mill-ġdid ġew grafitizzati u maħduma bil-magni fil-Ġermanja qabel ma reġgħu nbiegħu.

(18)

Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ deskritta mill-applikant hija kkonfermata mid-data disponibbli, dan sakemm l-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 8545 11 00 u 8545 90 90 dehru li kienu qed jiġu parzjalment mibdula b’żieda fl-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 3801 10 00.

(19)

Din iż-żieda kienet essenzjalment importazzjonijiet ta’ vireg tal-karbonju maħsuba għall-manifattura ta’ elettrodi b’dijametru ta’ 600 mm jew aktar, u vireg tal-grafita artifiċjali għall-manifattura ta’ protuberanzi ta’ l-elettrodi, impurtati minn COVA minn GIL, il-kumpanija ġenitur tagħha fl-Indja.

(20)

Fir-rigward ta’ HEG, instab li ma seħħet l-ebda bidla fix-xejra tal-kummerċ.

4.   Kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti

(21)

Is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw jekk, kif allegat, il-kisba ta’ COVA minn GIL fl-2004, u l-ħsara sussegwenti għax-xejra tal-kummerċ, għandhiex tiġi meqjusa bħala waħda b’ġustifikazzjoni ekonomika għajr għad-dazju impost fl-2004.

(22)

B’mod partikolari, ġew eżaminati l-aspetti li ġejjin:

in-natura ta’ l-attivitajiet tal-manifattura mwettqa minn COVA qabel u wara li saret parti minn GIL,

l-ammont ta’ l-investiment minn GIL f’COVA, u l-volum ġenerali ta’ negozju, f’elettrodi u prodotti oħrajn,

ir-restrizzjonijiet tekniċi u storiċi ta’ COVA fir-rigward tal-produzzjoni ta’ elettrodi u protuberanzi ta’ dijametru kbir,

ir-restrizzjonijiet ta’ kapaċità ta’ COVA fl-istadji varji tal-produzzjoni,

id-differenzi fl-ispejjeż ġenerali ta’ ħaddiema, enerġija u manifattura, fl-istadji varji tal-produzzjoni, bejn COVA u GIL, kif ukoll

il-vantaġġi tekniċi u ta’ tqegħid fis-suq meta l-elettrodi u l-protuberanzi ta’ l-elettrodi jitlestew fil-Ġermanja minflok fl-Indja.

(23)

Wara l-eżaminazzjoni ta’ dawn il-punti fil-produtturi Ġermaniżi kif ukoll dawk Indjani, instab li:

Numru ta’ raġunijiet, f’termini ta’ restrizzjonijiet ta’ kapaċità u tekniċi, jispjegaw li COVA s’issa għadha ma ħaditx il-produzzjoni kollha ta’ protuberanzi u elettrodi ta’ dijametru kbir. B’mod partikolari, fil-passat COVA ma pproduċietx elettrodi ta’ dijametru kbir, li kienu jiġu assenjati lil entitajiet esterni minn produtturi oħrajn. Barra minn hekk, il-protuberanzi ta’ l-elettrodi kienu jiġu prodotti fi pjanta li m’għadiex tal-grupp. Għalhekk huwa loġiku li issa COVA għandha takkwista dawn il-materjali mill-kumpanija ġenitur tagħha GIL.

Id-differenza fl-ispiża totali tal-manifattura bejn il-Ġermanja u l-Indja mhux sinifikanti ħafna, u l-vantaġġ ta’ spiża żgħir tal-manifattura tal-prodott kollu fl-Indja jingħeleb minn vantaġġi oħrajn, bħal li l-prodotti jitlestew il-Ġermanja u jinbiegħu taħt il-marka COVA, u li l-firxa kollha tal-prodott tista’ tiġi offerta għall-bejgħ u mibgħuta mis-sit fil-Ġermanja.

Huwa allegat li l-bejgħ ta’ COVA minn GIL kien motivat biss mill-impożizzjoni tal-miżuri. Mandakollu, l-ammont ta’ investiment minn GIL f’COVA tant huwa kbir li huwa improbabbli li d-dazji potenzjali li jridu jitħallsu fuq dawk l-importazzjonijiet hija l-ġustifikazzjoni ewlenija għal investiment tali.

(24)

Għalhekk, ġie konkluż li kien hemm raġunijiet ekonomiċi raġonevoli oħrajn, minbarra l-impożizzjoni ta’ dazji fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, għall-bidla fix-xejra tal-kummerċ imsemmija fil-premessa 3 hawn fuq.

Ċ.   WAQFIEN

(25)

Kawża tas-sejbiet imsemmija fil-premessa 24, jidher li huwa xieraq li l-investigazzjoni kontra l-evażjoni attwali titwaqqaf. Ir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja introdotti mir-Regolament ta’ inizjazzjoni għandha għalhekk titwaqqaf u dak ir-Regolament għandu jiġi revokat.

(26)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li ttemm l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta’ natura li tbiddel il-konklużjonijiet t’hawn fuq.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-investigazzjoni mibdija mir-Regolament (KE) Nru 217/2007 dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja minn importazzjonijiet ta’ ċerti grafita artifiċjali li toriġina fl-Indja hija b’dan terminata.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba biex iwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 217/2007.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 217/2007 huwa b’dan revokat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.

(3)  ĠU L 62, 1.3.2007, p. 19.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1229/2007

tad-19 ta’ Ottubru 2007

li jtemm l-investigazzjoni rigward evażjoni possibbli tal-miżuri kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) (1), u partikolarment l-Artikoli 9 u 13 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri eżistenti u investigazzjonijiet preċedenti

(1)

Wara proċedimenti paralleli kontra d-dumping u s-sussidji, il-Kunsill impona, bir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), dazju definittiv anti-dumping ta’ 0 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. Fl-istess ħin, dazji ta’ kontrobilanċ bejn 7.0 % u 15.7 % ġew imposti fuq l-istess importazzjonijiet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 (3).

2.   Rikjesta

(2)

Fil-15 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-allegata evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafita (“ECGA”) f’isem il-produtturi tal-Komunità ta’ ċerti sistemi ta’ l-elettrodi tal-grafita.

(3)

It-talba kien fiha evidenza prima facie li turi li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, kif muri b’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-grafita artifiċjali mill-Indja (il-“prodott li qed jiġi investigat”) filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (“il-prodott konċernat”) naqsu sostanzjalment matul l-istess perjodu.

(4)

It-talba sabiex tiġi investigata l-allegata evażjoni tal-miżuri fis-seħħ argumentat li produttur esportatur wieħed tal-prodott konċernat fl-Indja, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, kien qed jesporta l-prodott investigat lill-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità. Din il-kumpanija kienet imbagħad qed twettaq operazzjoni ta’ tlestija fil-Komunità biex tipproduċi l-prodott konċernat mill-prodott investigat.

(5)

Kien ukoll allegat li ma kienx hemm kawża adegwata suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika għal dawn il-prattiki għajr l-eżistenza tad-dazji anti-dumping fuq ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

(6)

Finalment, l-applikant allega li l-effetti remedjali tad-dazji eżistenti ta’ kontra d-dumping fuq il-prodott konċernat kienu ġew imminati kemm f’dawk li huma termini tal-kwantitajiet u wkoll tal-prezzijiet, u li d-dumping kien qiegħed iseħħ b’relazzjoni mal-valuri normali preċedentament stabbiliti.

3.   Inizjazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 216/2007 (4) (ir-Regolament tal-bidu) dwar l-allegata evażjoni u, skond l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ordnat lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw importazzjonijiet tal-prodott investigat, li huwa vireg tal-grafita artifiċjali b’dijametru ta’ 75 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (kodiċi TARIC 3801100010), mit-2 ta’ Marzu 2007.

4.   L-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat lill-awtoritajiet ta’ l-Indja bl-inizjazzjoni ta’ l-investigazzjoni. Kwestjonarji kienu mibgħuta lill-produtturi/esportaturi fl-Indja kif ukoll lill-importaturi fil-Komunità li kienu ssemmew fit-talba jew li huma magħrufa għall-Kummissjoni mill-investigazzjoni preċedenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament inizjali.

(9)

Żewġ produtturi esportaturi mill-Indja ssottomettew tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju. Tweġiba waħda waslet ukoll minn importatur fil-Komunità.

(10)

Il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni fis-siti ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:

Graphite India Limited, Durgapur and Bangalore, l-Indja (GIL)

Graphite COVA GmbH, Rothenbach, il-Ġermanja (COVA).

5.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(11)

Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni kien mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

B.   RIŻULTATI ta’ L-INVESTIGAZZJONI

1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali/livell ta’ kooperazzjoni

(12)

Żewġ produtturi esportaturi tal-prodott konċernat u l-prodott investigat ikkooperaw fl-investigazzjoni. L-informazzjoni sottomessa miż-żewġ kumpaniji setgħet tiġi verifikata mat-tagħrif disponibbli fuq importazzjoni tal-prodott investigat sabiex jintwera li ż-żewġ kumpaniji, Graphite India Limited u HEG Limited, kienu l-uniċi esportaturi tal-prodott investigat lejn il-Komunità matul il-PI.

2.   Prodott ikkonċernat u prodott simili

(13)

Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1.65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6.0 μΩ.m jew anqas, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi Taric 8545110010) u protuberanzi użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi Taric 8545909010) kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw fl-Indja (il-prodott ikkonċernat).

(14)

Il-prodott investigat huwa vireg tal-grafita artifiċjali b’dijametru ta’ 75 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja, normalment dikjarat taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (kodiċi TARIC 3801100010) (il-prodott investigat). Il-prodott li qed jiġi investigat huwa prodott intermedjarju fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat, u diġà jinkorpora l-karatteristiċi bażiċi ta’ dan il-prodott ta’ l-aħħar.

3.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(15)

Skond it-tagħrif tal-Eurostat, l-importazzjonijiet taħt il-kodiċijiet 8545 11 00 u 8545 90 90 mill-Indja naqsu minn 11 866 tunnellata fl-2004 għal 3 244 tunnellata fl-2006. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 3801 10 00 żdiedu minn 1 348 tunnellata fl-2004 għal 10 289 tunnellata fl-2006.

(16)

Kif dikjarat fil-premessa (2) hawn fuq, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ kienet allegatament ġejja mis-sostituzzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ sistemi lesti ta’ elettrodi tal-grafita b’vireg tal-grafita artifiċjali magħmula fl-Indja.

(17)

Madankollu, wara l-ispezzjoni fil-kumpanija relatata fil-Ġermanja, Graphite COVA, deher ċar li l-parti ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja dikjarati bħala grafita artifiċjali kienu fil-fatt importazzjonijiet ta’ elettrodi msaħħna mill-ġdid fil-forma ta’ vireg tal-karbonju li kien għadu m’għaddiex mill-proċess tal-grafitizzazzjoni. Dawn l-elettrodi msaħħna mill-ġdid imbagħad ġew grafitizzati u maħduma fil-Ġermanja qabel inbiegħu.

(18)

Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ deskritt mill-applikant hija konfermata mit-tagħrif disponibbli, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ importazzjonijiet taħt il-kodiċijiet NM 8545 11 00 u 8545 90 90 dehru parzjalment sostitwiti b’żieda fl-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 3801 10 00.

(19)

Iż-żieda ta’ dan ta’ l-aħħar ikkonsistiet essenzjalment f’importazzjonijiet tal-vireg tal-karbonju destinati għall-manifatturi ta’ l-elettrodi b’dijametru ta’ 600 mm jew aktar, u vireg tal-grafita artifiċjali għall-manifattura tal-ponot ta’ l-elettrodi, importati minn COVA mingħand GIL, il-kumpanija prinċipali tagħha fl-Indja.

(20)

Rigward l-HEG, instab li ma saritx bidla fix-xejra tal-kummerċ.

4.   Kawża adegwata insuffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika

(21)

Is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw jekk, kif allegat, l-akkwist ta’ COVA minn GIL fl-2004, u l-bidliet sussegwenti fix-xejra tal-kummerċ, setgħux jiġu kkunsidrati li kellhom ġustifikazzjoni ekonomika apparti d-dazju impost fl-2004.

(22)

B’mod partikolari, ġew eżaminati l-aspetti li ġejjin:

in-natura ta’ l-attivitajiet ta’ manifattura magħmula minn COVA qabel u wara l-akkwist mill-GIL,

l-ammont ta’ l-investiment mill-GIL f’COVA, u l-volum totali tan-negozju fl-elettrodi u prodotti oħra,

il-limiti tekniċi u storiċi ta’ COVA rigward il-produzzjoni ta’ elettrodi u ponot b’dijametru wiesa’,

il-limiti tal-kapaċità ta’ COVA fl-istadji varji tal-produzzjoni,

differenzi fl-ispejjeż bħax-xogħol, spejjeż ta’ enerġija u manifattura, l-istadji varji tal-produzzjoni, bejn COVA u GIL, kif ukoll

il-vantaġġi tekniċi u ta’ l-immarkitjar tal-fatt li l-elettrodi u l-ponot jitlestew fil-Ġermanja minflok fl-Indja.

(23)

Wara eżaminazzjoni ta’ dawn il-punti kemm fil-produtturi Ġermaniżi kif ukoll Indjani, instab li:

Numru ta’ raġunijiet, f’termini ta’ limiti tekniċi u tal-kapaċità, jispjegaw il-fatt li CIVA s’issa ma bdietx il-produzzjoni sħiħa ta’ elettrodu u ponot b’dijametru wiesa’. B’mod partikolari, storikament COVA ma produċietx l-elettrodi bl-akbar dijametru, li kien isir b’kuntratt minn produtturi oħra. Ukoll, il-ponot ta’ l-elettrodi kienu jiġu prodotti f’impjant li m’għadux jappartjeni lill-grupp. Huwa għalhekk loġiku li COVA issa għandha tikseb dawn il-materjali mill-kumpanija prinċipali tagħha GIL.

Id-differenza fl-ispiża totali tal-manifattura bejn il-Ġermanja u l-Indja mhux sinifikanti wisq, u l-vantaġġ żgħir ta’ l-ispiża tal-manifatturar tal-prodott sħiħ fl-Indja ġġib magħha vantaġġi oħra, bħal li l-prodott lest fil-Ġermanja jinbiegħ taħt it-tabella tal-COVA, u l-firxa sħiħa tal-prodott tkun tista’ tintbagħat għall-bejgħ mis-sit fil-Ġermanja.

Kien allegat li x-xiri tal-COVA mill-GIL kien motivat biss mill-impożizzjoni tal-miżuri. Madankollu l-ammont ta’ investiment mill-GIL fil-COVA huwa tant kbir li huwa improbabbli li d-dazji potenzjali li jridu jitħallsu fuq il-ħlas huma l-ġustifikazzjoni ewlenija għal investiment simili.

(24)

Għalhekk, ġie konkluż li kien hemm raġunijiet ekonomiċi raġonevoli, apparti l-impożizzjoni tad-dazji fuq importazzjonijiet tas-sistemi ta’ l-elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, għall-bidla fix-xejra tal-kummerċ imsemmi fil-premessa 3 hawn fuq.

5.   Valur miżjud

(25)

L-operazzjonijiet ta’ tlestija ta’ elettrodi u ponot fil-Komunità kienu eżaminati wkoll taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(26)

L-investigazzjoni wriet li l-partijiet importati mill-Indja ammontaw għal aktar minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tal-prodott finali, imma wkoll li l-valur miżjud għal dawk il-partijiet matul l-operazzjoni ta’ tlestija kien aktar minn 25 % ta’ l-ispiża tal-manifattura tal-prodott konċernat. Għalhekk, skond l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku ma jistax jiġi meqjus li kien hemm evażjoni.

Ċ.   TMIEM ta’ L-INVESTIGAZZJONI

(27)

Fid-dawl tas-sejbiet imsemmija fil-premessi 24 u 26, jidher xieraq li l-investigazzjoni kurrenti kontra l-evażjoni għandha tintemm. Ir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ ċerti grafiti artifiċjali li joriġinaw mill-Indja introdotti bir-Regolament ta’ l-inizjazzjoni għandha titwaqqaf, u dak ir-Regolament għandu jiġi revokat.

(28)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li ttemm din l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta’ natura li jbiddlu l-konklużjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-investigazzjoni mibdija bir-Regolament (KE) Nru 216/2007 rigward l-evażjoni possibbli ta’ miżuri kontra d-dumping imposti fuq ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja b’importazzjonijiet ta’ ċertu grafita artifiċjali li joriġina fl-Indja hija hawnhekk mitmuma.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba biex iwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet stabbiliti b’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 216/2007.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2007 qed jiġi hawnhekk revokat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10.

(3)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.

(4)  ĠU L 62, 1.3.2007, p. 16.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2007

dwar il-ħatra ta' membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/672/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kandidatura mressqa mill-Gvern Awstrijak,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom tal-11 ta' Lulju 2006 dwar il-ħatra tal-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), il-Kunsill ħatar il-membri Awstrijaċi tal-Kumitat għall-perijodu bejn il-21 ta' Settembru 2006 u l-20 ta' Settembru 2010.

(2)

Post ta' membru Awstrijak tal-Kumitat imsemmi tbattal wara r-riżenja tas-Sur Hans KLETZMAYR,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Gerfried GRUBER huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Hans KLETZMAYR għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li temenda l-Att tal-Kunsill li jadotta r-regoli applikabbli għall-fajls ta’ analiżi ta’ l-EUROPOL

(2007/673/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol) (1) u b’mod partikolari Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-abbozz preparat mill-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ l-Europol tipprovdi, fit-Titolu III, għal fajls ta’ ħidma għal skopijiet ta’ analiżi; saru xi emendi fiha permezz tal-Protokoll imfassal abbażi ta’ l-Artikolu 43(1) tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol; b’mod partikolari saru emendi lill-Artikoli 10, 12, 16 u 21 tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol, li jikkostitwixxu l-qafas għall-ftuħ ta’ fajl ta’ analiżi u għall-ġbir, proċessar, użu u tħassir ta’ data personali li tkun tinsab fih.

(2)

Permezz ta’ l-Att tal-Kunsill (1999/C 26/01) tat-3 ta’ Novembru 1998 li jadotta r-regoli applikabbli għall-fajls ta’ analiżi ta’ l-Europol (3), ġew adottati regoli ta’ implimentazzjoni għal fajls ta’ ħidma għall-finijiet ta’ analiżi. Huwa meħtieġ li dawn ir-regoli jiġu emendati bħala konsegwenza ta’ l-emendi magħmula mill-Protokoll imsemmi lill-Konvenzjoni ta’ l-Europol. L-Att għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(3)

Wara konsultazzjoni mal-Korp Konġunt ta’ Superviżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Att tal-Kunsill (1999/C 26/01) li jadotta r-regoli applikabbli għall-fajls ta’ analiżi ta’ l-Europol huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“Wara r-riċezzjoni, għandu jiġi determinat mill-aktar fis possibbli sa liema miżura id-data għandha tiġi inkluża ġewwa fajl speċifiku.”;

(2)

l-Artikolu 5(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-ordnijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, inklużi emendi sussegwenti, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita mill-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol.”;

(3)

l-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Artikolu 7(1), ir-raba’ subparagrafu, jinbidel b’ dan li ġej:,

“Ir-reviżjoni tal-ħtieġa li jibqa’ jinżamm fajl ta’ analiżi skond l-Artikolu 12(4) tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol għandha ssir mill-parteċipanti fl-analiżi. Abbażi ta’ din ir-reviżjoni, għandha tittieħed deċiżjoni mid-Direttur dwar il-kontinwazzjoni jew l-għeluq tal-fajl. Id-Direttur għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija bid-deċiżjoni tiegħu.”;

(b)

Artikolu 7(3) għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“3.   Ma tistax tinżamm data personali għal perjodu ta’ żmien li jkun itwal minn dak imsemmi fl-Artikolu 12(4) tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol. Fil-każ fejn, bħala konsegwenza tal-kontinwazzjoni tal-fajl ta’ analiżi, id-data li tikkonċerna persuni msemmija fl-Artikolu 6(3) sa (6) tiġi miżmuma ġewwa fajl għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għandu jiġi infurmat skond il-każ.”

(4)

Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar u t-test tat-tieni subparagrafu jiġi preċedut min-numru “2”.;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-attivitajiet ta’ analiżi u d-disseminazzjoni ta’ riżultati ta’ analiżi jistgħu jibdew minnufiħ wara li l-fajl ta’ analiżi jkun infetaħ skond l-Artikolu 12(1) tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol. Fil-każ li l-Bord ta’ Tmexxija jitlob lid-Direttur ta’ l-Europol sabiex jemenda ordni ta’ ftuħ jew jagħlaq il-fajl, id-data li ma tistax tkun inkluża fil-fajl, jew, jekk il-fajl irid jingħalaq, kull data li tinsab f’dak il-fajl, trid titħassar minnufiħ.”;

(5)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Il-parteċipanti fi proġett ta’ analiżi fis-sens ta’ l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol għandhom ikunu awtorizzati jirkupraw data biss wara li huma jkunu ġew akkreditati mill-Europol u wara li jkunu ħadu taħriġ dwar l-obbligi speċifiċi tagħhom fil-qafas legali ta’ l-Europol.”;

(6)

l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 15(5) għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bil-Protokoll imfassal abbażi ta’ l-Artikolu 43(1) tal-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol) li jemenda dik il-Konvenzjoni (ĠU C 2, 6.1.2004, p. 3)

(2)  Opinjoni ta’ l-4 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 1. Att kif emendat l-aħħar mill-Att tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati ta’ l-Europol (ĠU C 24, 31.1.2003, p. 1).


Kummissjoni

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta’ April 2007

dwar l-għajnuna mill-istat N 575/04, implimentata minn Franza favur Ernault, kif ukoll il-miżura Ċ 32/05 (ex N 250/05) imsemmja fi proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1405)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/674/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62 (1)(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skond dawn l-Artikoli (1), u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

B'Deċiżjoni ta' l-20 ta’ Jannar 2005 (2), il-Kummissjoni awtorizzat lil Franza biex tagħti għajnuna għas-salvataġġ favur l-impriża Ernault. L-għajnuna kienet tikkonsisti f'self ta' 2 miljuni Ewro b'rata ta' interessi ta' 4.43 % u għal tul ta' żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur mill-ewwel trasferiment tas-somom mislufa lill-impriża. Skond l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi, din l-għajnuna ġiet implimentata fl-14 ta’ Frar 2005.

(2)

B'ittra tad-19 ta’ Mejju 2005, irreġistrata għand il-Kummissjoni fit-23 ta’ Mejju 2005, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea bl-intenzjoni tagħha li tagħti għajnuna għar-ristrutturar ta' 2 miljuni Ewro lill-impriża Ernault. Il-każ ġie rreġistrat taħt in-numru N 250/2005. B'ittra tat-2 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni għamlet mistoqsijiet addizzjonali rigward in-notifika, li għalihom Franza rrispondiet b'ittra fit-12 ta’ Lulju 2005.

(3)

B'ittra tas-6 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni infurmat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda' l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżura notifikata msemmija fil-premessa (2). Din id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi, irreġistrati fis-16 ta’ Novembru 2005, fis-16 ta’ Mejju 2006, fid-29 ta’ Ġunju 2006, fl-24 ta’ Lulju 2006 u fil-21 ta’ Settembru 2006. Saru laqgħat bejn l-awtoritajiet Franċiżi u s-servizzi tal-Kummissjoni fit-3 ta’ Lulju 2006 u fis-26 ta’ Ottubru 2006.

(5)

B'komunikazzjoni tat-13 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata għand il-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2006, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni li l-impriża Ernault kienet tinsab fi proċedura ta' falliment u li kienu ser jirtiraw in-notifika ta' l-għajnuna għar-ristrutturar.

(6)

B'komunikazzjoni tat-2 ta’ Marzu 2007, irreġistrata għand il-Kummissjoni fil-5 ta’ Marzu 2007, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni li fit-13 ta’ Settembru 2006 kienu ddikkjaraw il-pretensjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ għand l-amministratur ġudizzjarju responsabbli mill-fajl Ernault.

2.   RIGWARD L-GĦAJNUNA GĦAS-SALVATAĠĠ

(7)

Bid-deċiżjoni tagħha ta' l-20 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-self ta' 2 miljuni Ewro kien kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għas-salvataġġ fis-sens tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (4) (minn issa 'l quddiem “il-linji gwida”). Din l-evalwazzjoni kienet ibbażata fuq ir-rispett ta' ċerti kondizzjonijiet u speċjalment fuq l-impenn ta' l-awtoritajiet Franċiżi li jissottomettu lill-Kummissjoni pjan ta' likwidazzjoni, pjan ta' ristrutturar jew il-prova li s-self ġie rimborsat kollu kemm hu, f'terminu ta' sitt xhur mill-awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna mill-Kummissjoni.

(8)

Huwa minnu li l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw pjan ta' ristrutturar lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Mejju 2005, jiġifieri fis-sitt xhur mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, dawn l-istess awtoritajiet wara rtiraw in-notifika.

(9)

In-notifika lill-Kummissjoni ta' pjan ta' ristrutturar hija kondizzjoni neċessarja għall-estensjoni tal-perjodu tar-rimborż tas-self, kif previst fil-punt 26 tal-linji gwida. B'konsegwenza ta' dan, meta pjan notifikat jiġi rtirat, l-estensjoni tat-terminu ma tistax tkun iktar mid-data ta' l-irtirar, u s-self isir immedjatament rimborsabbli.

(10)

Il-Kummissjoni tinnota barra minn dan li l-awtoritajiet Franċiżi ma tawhiex il-prova tar-rimborż tas-self, u lanqas ma kkomunikawlha pjan ta' likwidazzjoni ta' l-impriża. B'hekk, l-ebda waħda mill-kondizzjonijiet meħtieġa għall-estensjoni tat-terminu prevista fil-punt 26 tal-linji gwida ma ġiet sodisfatta.

(11)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tinnota li s-self mogħti mill-awtoritajiet Franċiżi lil Ernault bħala għajnuna għas-salvataġġ huwa inkompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-linji gwida, u dan mill-14 ta’ Diċembru 2006, id-data ta' l-irtirar tan-notifika tal-proġett ta' għajnuna għar-ristrutturar. Barra minn dan, il-Kummisjoni tikkunsidra li l-għajnuna ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq bażi ġuridika oħra. Is-self mogħti bħala għajnuna għas-salvataġġ għandu għalhekk jiġi kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli safejn din hija estiża aktar mill-14 ta’ Diċembru 2006 u, għaldaqstant, għandha tiġi rkuprata minn Franza mingħand il-benefiċjarju, Ernault,

(12)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ħadu bħala ddikjarata l-pretensjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ li saret lill-amministratur ġudizzjarju responsabbli mill-fajl tal-proċedura ta' falliment ta' Ernault,

3.   RIGWARD L-GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR

(13)

Il-Kummissjoni tinnota li skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, dwar regoli dettaljati ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (5), l-Istat Membru kkonċernat jista' jirtira n-notifika tiegħu f'kull ħin qabel ma l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-għajnuna. Fil-każ fejn il-Kummissjoni tkun diġà bdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni għandha tagħlaq dik il-proċedura.

(14)

B'konsegwenza ta' dan, ikun xieraq li tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali miftuħa bid-deċiżjoni msemmija diġà tas-6 ta’ Settembru 2005, li minħabba l-irtirar tan-notifika, saret mingħajr skop f'dak li jikkonċerna l-għajnuna għar-ristrutturar ta' Ernault,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza bħala għajnuna għar-ristrutturar favur Ernault u msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Jannar 2005, hija inkompatibbli mas-suq komuni safejn din inżammet wara l-14 ta’ Diċembru 2006.

Artikolu 2

1.   Franza għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tirkupra mingħand il-benefiċjarju tagħha l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u li tpoġġiet għad-dispożizzjoni ta' tali benefiċjarju b'mod illegali.

2.   L-irkupru għandu jseħħ minnufih skond il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, safejn dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva ta' din id-deċiżjoni preżenti. Is-somom li jridu jiġu rkuprati jinkludu l-interessi mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sad-data ta' l-irkupru effettiv tagħhom. Għall-perjodu bejn l-14 ta’ Diċembru 2006, id-data ta' l-irtirar tan-notifika tal-pjan ta' ristrutturar, u d-data ta' l-irkupru effettiv ta' l-għajnuna, l-interessi huma kkalkolati skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 794/2004 (6).

Artikolu 3

Il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat, miftuħa bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2006 (miżura Ċ 32/2005), għandha tingħalaq wara l-irtirar tan-notifika tat-23 ta’ Mejju 2005.

Artikolu 4

Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni f'terminu ta' xahrejn min-notifika ta' din id-deċiżjoni, bil-miżuri ppjanati u diġà implimentati sabiex tikkonforma ma' l-Artikoli 1 u 2. Hija għandha tforni din l-informazzjoni billi timla' l-kwestjonarju li jinsab fl-anness.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 324 21.12.2005, p. 23.

(2)  ĠU C 16, 21.1.2006, p. 21. Każ Nru 575/04 – Għajnuna għas-salvataġġ favur l-impriża Ernault.

(3)  Ara n-nota f’pana nru 1.

(4)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(5)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' April 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru N 575/04 implimentata minn Franza favur Ernault, kif ukoll il-miżura Nru C 32/2005 (ex N 250/05) imsemmija fil-proċedura fuq il-bażi ta' l-Artikolu 88.2 tat-Trattat

1.   Kalkolu ta' l-ammont li għandu jiġi rkuprat

1.1

Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja dwar l-ammont ta' l-għajnuna mogħtija illegalment lill-benefiċjarju:

Data(i) tal-ħlas (1)

Ammont ta' l-għajnuna (*)

Munita

Identità tal-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti:

1.2

Jekk jogħġbok ippreċiża b'mod dettaljat kif ser ikunu kkalkolati l-interessi li għandhom jitħallsu fuq l-ammont ta' l-għajnuna li għandu jiġi rkuprat.

2.   Miżuri proposti u miżuri implimentati diġà biex tiġi rkuprata l-għajnuna

2.1

Jekk jogħġbok ippreċiża liema huma l-miżuri ppjanati u dawk li diġà ttieħdu biex tiġi rkuprata l-għajnuna immedjatament u b'mod effettiv. Jekk jogħġbok indika wkoll, jekk ikun il-każ, il-bażi ġuridika li fuqha dawn il-miżuri huma msejsa/ser jissejsu.

2.2

F'liema data ser ikun imwettaq totalment l-irkupru ta' l-għajnuna?

3.   Rkupru diġà mwettaq

3.1

Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja rigward l-ammont(i) ta' l-għajnuna li diġà kien(u) s-suġġett ta' rkupru mingħand il-benefiċjarju:

Data(i) (2)

Ammont ta' l-għajnuna rkuprata

Munita

Identità tal-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2

Jekk jogħġbok issottometti d-dokumenti relatati li juru biċ-ċar ir-rimborż ta' l-ammonti ta' l-għajnuna indikati fit-tabella li tinsab fil-punt 3.1.


(1)  

(°)

Data (/i) li fiha (/fihom) l-għajnuna (jew il-ħlasijiet individwali ta' l-għajnuna) tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (fejn il-miżura kontenzjuża tikkonsisti fi ħlasijiet separati, jekk jogħġbok indika dawn it-trasferimenti f'linji separati).

(*)  Ammont ta' l-għajnuna mpoġġi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (ekwivalenti tas-sussidju gross)

(2)  

(°)

Data (/i) li fiha (/fihom) l-għajnuna ġiet rimborżata


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ottubru 2007

dwar it-twaqqif tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin

(2007/675/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-ħsieb li ttejjeb il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fuq livell Ewropew u f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Brussell (1) (2002) li esprimiet il-ħtieġa li l-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta' esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin, il-grupp inħoloq bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/209/KE. Il-grupp konsultattiv għandu jkun magħruf bħala “Il-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin.” (2).

(2)

Il-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin ingħata l-mandat li jkun ta' kontribut għal aktar żvilupp fil-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra, it-traffikar tal-bnedmin, li jagħti l-possibbiltà lill-Kummissjoni li tiġbor opinjonijiet fid-dawl ta' inizjattivi tal-Kummissjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin u li jħejji rapport ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet imfissra fid-Dikjarazzjoni ta' Brussell. F'Diċembru ta' l-2004 il-Grupp ta' Esperti ppreżenta r-rapport flimkien ma' sett ta' rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jniedi aktar proposti konkreti fuq livell Ewropew.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2005“Il-Ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin - approċċ integrat u proposti għal pjan ta' azzjoni” (3) kien fil-biċċa l-kbira tiegħu bbażat fuq rapport u r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-Grupp ta' Esperti. Fl-1 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-pjan ta' l-UE dwar l-aħjar prassi, standards u proċeduri fil-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin (4), li jirrifletti għadd ta' suġġerimenti li hemm fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

(4)

Fid-dawl tal-ħidma siewja li saret mill-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin sa mill-2003, li permezz tagħha l-Kummissjoni kompliet tiżviluppa l-politika tagħha f'dan il-qasam, u meta wieħed jieħu f'kunsiderazzjoni l-importanza dejjem tiżdied fuq livell globali tal-qasam ta' politika tat-traffikar tal-bnedmin, il-Grupp ta' Esperti għandu jkompli bil-ħidma tiegħu. Hija meħtieġa deċiżjoni ġdida sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. L-ambitu ta' ħidma tal-Grupp ta' Esperti għandu wkoll jinfirex u għandu jkun possibbli għalih li jibbenifika minn firxa ta' kompetenza akbar li hija mitluba mill-fenomenu li dejjem qed jinbidel tat-traffikar tal-bnedmin.

(5)

Il-Grupp ta' Esperti għandu jkompli jagħti pariri lill-Kummissjoni billi jieħu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi li għaddejjin bħalissa fuq livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali. B'mod partikolari, għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' azzjonijiet maħsuba fil-pjan ta' l-UE dwar l-aħjar prassi, standards u proċeduri għall-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin ta' Diċembru 2005 fil-waqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-qasam ta' l-isfruttament tal-ħaddiema.

(6)

Il-Grupp ta' Esperti għandu jkun magħmul minn 21 membru li jirrappreżentaw bilanċ ta’ rappreżentanti minn korpi pubbliċi ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE u organizzazzjonijiet bla skop ta' profitt ta’ l-Unjoni Ewropea, u mill-Europol. Esperti mis-settur akkademiku u konsulenzi li jispeċjalizzaw fis-settur bla skop ta' profitt għandhom ukoll ikunu eliġibbli għas-sħubija.

(7)

Il-Grupp ta' Esperti għandu jkollu l-possibbiltà li jistabbilixxi sotto-kumitati sabiex jiffaċilita u jħaffef ix-xogħol tiegħu billi jiffoka fuq kwistjoni speċifika. It-termini ta' referenza ta' sotto-kumitati bħal dawn għandhom ikunu maqbula mill-Grupp ta' Esperti kollu kemm hu u għandhom ikunu definiti b'mod ċar.

(8)

Għandhom jitfasslu r-regoli dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mill-membri tal-Grupp ta' Esperti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif imfissra fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (5).

(9)

Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tiġi pproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (6).

(10)

Iż-żmien fil-ħatra tal-membri għandu jkun ta' tliet snin, u jista' jiġi mġedded.

(11)

Id-Deċiżjoni 2003/209/KE għandha tiġi rrevokata,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp ta' Esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin

Il-“Grupp ta' Esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin”, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-grupp”, huwa b'dan imwaqqaf.

Artikolu 2

Konsultazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-grupp dwar kull materja li jkollha x'taqsam mat-traffikar tal-bnedmin.

2.   Il-kompitu tal-grupp għandu jkun:

(a)

li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, partijiet oħra kif imfisser fl-Artikolu 3 paragrafu 2(b) u l-Kummissjoni dwar il-firxa ta' kwistjonijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin;

(b)

li jassisti lill-Kummissjoni, billi joħroġ opinjonijiet marbuta mat-traffikar tal-bnedmin, u jara li jkun hemm approċċ koerenti għal dan is-suġġett;

(c)

li jgħin lill-Kummissjoni tevalwa l-evoluzzjoni tal-politika fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin fuq il-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali;

(d)

li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika u tiddefinixxi miżuri possibbli rilevanti, u azzjonijiet, fuq livell Ewropew u nazzjonali madwar il-medda tal-politika kontra t-traffikar.

(e)

il-grupp ta' esperti għandu joħroġ opinjonijjiet jew rapport lill-Kummissjoni fuq talba ta' din ta' l-aħħar jew b'inizjattiva tiegħu stess, filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni b'mod xieraq l-implimentazzjoni u aktar żvilupp fuq livell ta' l-UE tal-Pjan ta' l-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri fil-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, u forom oħra relatati ta' sfruttament. Għandu jieħu wkoll f'kunsiderazzjoni d-dimensjoni ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

3.   Il-President tal-grupp jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni li jkun mixtieq li jiġi kkonsultat il-Grupp fuq xi kwistjoni speċifika.

Artikolu 3

Sħubija – Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun kompost minn 21 membru. Sejħa għall-applikazzjoni biex wieħed isir membru tal-grupp għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u fuq is-sit ta' l-internet pubbliku tad-Direttorat-Ġenerali tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

2.   Il-membri tal-grupp ta' esperti għandhom jinħatru minn fost speċjalisti li jkollhom kompetenza u esperjenza fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, inkluż ta' dik id-dimensjoni tat-traffikar tal-bnedmin fejn jidħol ix-xogħol, u jkunu ġejjin minn:

(a)

amministraturi ta' l-Istati Membri (sa 11-il membru);

(b)

organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u mhux governattivi attivi fil-livell Ewropew b'esperjenza u kompetenza ddokumentati tajjeb fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin (sa ħames membri);

(c)

msieħba soċjali u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li jkunu qed joperaw fuq livell Ewropew (sa 4 membri);

(d)

Europol (membru wieħed);

(e)

individwi li jkollhom esperjenza ġejja minn riċerka akkademika f'universitajiet pubbliċi jew privati jew istituzzjonijiet fl-Istati Membri jistgħu wkoll isiru membri tal-grupp (sa żewġ membri).

3.   Il-membri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu msemmija u maħtura mill-Kummissjoni fuq proposta ta' l-Istati Membri. Il-membri msemmija fil-punti (b), (c) u (e) tal-paragrafu 2 għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost dawk li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-membru msemmi f'(d) għandu jinħatar mill-Europol.

4.   Fuq il-bażi tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, applikanti li kienu tqiesu bħala kandidati xierqa biex jissieħbu fil-grupp, iżda ma ġewx maħtura, għandhom jitqiegħdu fuq lista ta' riżerva, bil-kunsens tagħhom. Il-Kummissjoni tuża din il-lista biex taħtar membri sostituti, f'każ ta' ħtieġa.

5.   Il-membri tal-grupp għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jinbidlu jew sakemm jintemm il-mandat tagħhom.

6.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 287 tat-Trattat jistgħu jiġu ssostitwiti għall-kumplament tal-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.

7.   Il-membri maħtura f'kapaċità personali għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta' kull interess li jista' jaffettwa l-indipendenza tagħhom.

8.   L-ismijiet tal-membri maħtura f’kapaċità personali għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta’ l-Internet tad-DĠ Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà u fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

9.   L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 4

Operat

1.   Il-grupp għandu jaħtar President, u żewġ Viċi-Presidenti minn fost il-membri tiegħu, permezz ta' maġġoranza sempliċi.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottokumitati fi ħdan il-qafas tal-grupp biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Is-sottokumitati għandhom ikunu magħmula minn mhux aktar minn 9 membri u għandhom ikunu xolti hekk kif il-mandat tagħhom jitwettaq.

3.   L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fix-xogħlijiet tal-grupp jew sottokumitat ma tistax tinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni jkollha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

4.   Il-grupp u s-sottokumitati tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali għal-laqgħat tal-Grupp u tas-sottokumitati tiegħu. Rappreżentanti ta' servizzi tal-Kummissjoni li jkunu interessati jistgħu jattendu laqgħat tal-grupp u tas-sottokumitati tiegħu.

5.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.

Artikolu 5

L-esperti adizzjonali

1.   Il-Kummissjoni tista' tistieden esperti jew osservaturi minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f'suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp.

2.   Il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti uffiċjali ta' l-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati jew ta' pajjiżi terzi u ta' l-organizzazzjoniet internazzjonali, inter-governattivi u mhux governattivi biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Esperti.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, ta' l-għajxien imħallsa għall-membri u l-esperti fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta' spejjeż għal esperti esterni.

2.   Il-membri, l-esperti u l-osservaturi m'għandhomx jitħallsu għas-servizzi mogħtija.

3.   L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2003/209/KE hija mħassra.

Artikolu 8

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tliet snin.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Viċi President


(1)  Id-Dikjarazzjoni ta' Brussell ġiet adottata fil-Konferenza Ewropea dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin – Sfidi Globali għas-Seklu 21 mit-18 sa l-20 ta’ Settembru 2002. ĠU C 137, 12.6.2003 p. 1.

(2)  ĠU L 79, 26.3.2003, p. 25.

(3)  COM(2005) 514 finali.

(4)  ĠU C 311, 9.12.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38)

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Corrigendum

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/33


Rettifika fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea L 275 tad-19 ta' Ottubru 2007 )

F'paġna 31, fit-tabella ta' l-anness, fit-tielet kolonna “Prezz rappreżentattiv”, għall-Kodiċi NC 0207 14 10:

Minflok:

“214,1”,

Aqra:

“241,1”.